European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/343

14.1.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11842 – EICHLER CONSULTING / MAXIMILIAN AICHER / EVELYNE MARIA AICHER / WOLFGANG REITZLE / TELCHAR INVESTMENTS / RMH PRODUCTION)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/343)

1.   

Fis-6 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Telchar Investments B.V. (“Telchar Investments”, il-Ġermanja), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata mis-Sur Lukas Rosenzweig,

—

Is-Sur Maximilian Aicher (il-Ġermanja),

—

Is-Sa Evelyne Aicher (il-Ġermanja),

—

Eichler Consulting AG (l-Iżvizzera), ikkontrollata mis-Sur Edwin Eichler,

—

Prof. Dott Wolfgang Reitzle (l-Iżvizzera),

—

Rohrwerk Maxhütte Production GmbH (“RMH Production”, il-Ġermanja), bħalissa kkontrollata b’mod konġunt mis-Sur Maximilian Aicher, is-Sa Evelyne Aicher, Eicher Consulting AG u l-Prof. Dott. Wolfgang Reitzle.

Telchar Investments, is-Sur Maximilian Aichler, is-Sa Evelyne Aicher, Eichler Consulting AG u l-Prof. Dott. Wolfgang Reitzle se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ RMH Production.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Telchar Investments hija entità regolata u ta’ investiment fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata mis-Sur Lukas Rosenzweig, li l-attivitajiet tagħha huma fil-biċċa l-kbira ffukati fuq il-proprjetà immobbli, il-kreditu privat u assi oħra,

—

Is-Sur Maximilian Aicher huwa individwu privat, b’attivitajiet fis-settur tal-azzar,

—

Is-Sa Evelyne Aicher hija individwu privat, b’attivitajiet fil-proprjetà immobbli,

—

Eichler Consulting AG, fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata mis-Sur Edwin Eichler u attiva fil-konsulenza kummerċjali,

—

Il-Prof. Dott. Wolfgang Reitzle huwa individwu privat, b’attivitajiet fil-konsulenza kummerċjali u fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-inbid.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali ta’ RMH Production huma li ġejjin: il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ tubi tal-azzar bil-karbonju mingħajr saldatura.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11842 – EICHLER CONSULTING / MAXIMILIAN AICHER / EVELYNE MARIA AICHER / WOLFGANG REITZLE / TELCHAR INVESTMENTS / RMH PRODUCTION

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/343/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)