|
7.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 108/13 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/556
tal-1 ta’ April 2022
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha b’mod parzjali jew bis-sħiħ, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanzija deskritta fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li tiġi kklassifikata taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
|
(4) |
Jixraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa fir-rigward tal-merkanzija kkonċernata minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta’ tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-merkanzija deskritta fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandha tiġi klassifikata fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li mhijiex konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2022.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Gerassimos THOMAS
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-merkanzija |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
|||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
|||||||
|
Sett deskritt bħala “sistema komposta għal tiswija dentali” imqiegħed għall-bejgħ bl-imnut f’kaxxa tal-kartun li fiha l-elementi kollha huma ppreżentati flimkien ma’ struzzjoni għall-użu. Is-sett huwa magħmul minn: |
3006 40 00 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 4(f) tal-Kapitolu 30 u bil-formulazzjoni tal-Kodiċi NM 3006 u 3006 40 00 . Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9021 hija eskluża, billi l-prodott mhuwiex prodott prefabbrikat (bħal crowns) li jixbah fid-dehra lil kwalunkwe parti difettuża tal-ġisem (ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-Intestatura 9021 , Taqsima III, l-ewwel paragrafu u l-Parti (B), punt (4) u l-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu). Il-materji komposti mimlija f’siringi huma l-komponenti li jagħtu lis-sett il-karattru essenzjali tiegħu. Huma jistgħu jintużaw fid-dentistrija bħala mili tas-snien, li huma koperti mill-intestatura 3006 (nota 4 (f) tal-Kapitolu 30, ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-Intestatura 9021 , Taqsima III, Parti (B), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza). Il-klassifikazzjoni taħt l-Intestatura 3824 u taħt l-Intestatura 3906 hija eskluża peress li l-prodott huwa kopert b’mod speċifiku mill-formulazzjoni tan-Nota 4 (f) tal-Kapitolu 30, bħala mili dentali. Konsegwentement, il-prodott irid jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 3006 40 00 bħala mili dentali ieħor. |
|||||||
|
(2×2 ml); |
||||||||
|
(4×4 g); |
||||||||
|
(1×7 ml); |
||||||||
|
|||||||||
|
Il-pejsts, li huma materjali komposti, huma bbażati fuq metakrilati u mili inorganiku u huma ppreżentati f’siringi lesti għall-użu. Il-photo primer huwa likwidu adeżiv, li jgħaqqad il-metalli u l-materjali komposti flimkien. Il-komponenti tas-sett huma ppreżentati biex jintużaw flimkien fid-dentistrija għall-manifattura ta’ crowns (temporanji u permanenti) bridges, inlays, onlays, verneers u anterior jacket crowns, kif ukoll għat-tiswija ta’ restawrazzjonijiet u mili dentali. |
|||||||||