<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-303/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0303</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:958">EU:C:2020:958</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">SENTENZA TAL‑<DATE ISO="20201125">25.11.2020</DATE> – Kawża C‑303/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Istituto Nazionale della Previdenza Sociale (Benefiċċji tal-familja għar-residenti fit-tul)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20201125">25 ta’ Novembru 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/109/KE</KEYWORD><KEYWORD>Status taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti fit-tul</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 11</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għall-ugwaljanza fit-trattament</KEYWORD><KEYWORD>Sigurtà soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teskludi, għad-determinazzjoni tad-drittijiet għal benefiċċju tal-familja, lill-membri tal-familja tar-resident fit-tul li ma jirrisjedux fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑303/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Corte suprema di cassazione (il-Qorti Suprema ta’ Kassazzjoni, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20190205">5 ta’ Frar 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil‑<DATE ISO="20190411">11 ta’ April 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Istituto Nazionale della Previdenza Sociale (INPS),</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">VR,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn E. Regan, President tal-Awla, M. Ilešič, E. Juhász, C. Lycourgos u I. Jarukaitis (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Tanchev,</P><P>Reġistratur: M. Krausenböck, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas‑<DATE ISO="20200227">27 ta’ Frar 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Istituto Nazionale della Previdenza Sociale (INPS), minn A. Coretti, V. Stumpo u M. Sferrazza, avvocati,</P></ITEM><ITEM><P>għal VR, minn A. Guariso u L. Neri, avvocati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn A. Giordano u P. Gentili, avvocati dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Cattabriga, A. Azéma u B.‑R. Killmann, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑<DATE ISO="20200611">11 ta’ Ġunju 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 11(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal‑<DATE ISO="20031125">25 ta’ Novembru 2003</DATE> dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn l-Istituto Nazionale della Previdenza Sociale (INPS) (l-Istitut Nazzjonali tas-Sigurtà Soċjali, l-Italja) u VR dwar iċ-ċaħda ta’ talba għall-allowance tal-familja għal perijodu li matulu l-mara u t-tfal tal-persuna kkonċernata kienu residenti fil-pajjiż terz ta’ oriġini tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 2, 4, 6 u 12 tad-Direttiva 2003/109 jipprovdu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>(2)</NO.P><TXT>Il-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa speċjali tiegħu f’Tampere fil‑15 u s‑<DATE ISO="19991016">16 ta’ Ottubru 1999</DATE>, iddikjara li l-istatus legali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għandu ikun approssimat għal dak ta’ ċittadini ta’ l-Istati Membri u li persuni li tkun irresjediet legalment fi Stat membru għal perjodu ta’ żmien li għandu jiġi stabbilit u li jkollha permess ta’ residenza għat-tul għandha tingħata f’dak l-Istat Membru sett ta’ drittijiet uniformi li jkunu kemm jista’ ikun viċin dawk li jgawdu iċ-ċittadini ta’ l-Unjoni Ewropea.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>L-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul fl-Istati Membri hija element prinċipali fil-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika u soċjali, mira fundamentali tal-[Unjoni] dikjarata fit-Trattat.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Il-kriterju prinċipali għall-kisba ta’ l-istatus ta’ residenti għat-tul għandu ikun it-tul ta’ residenza fit-territorju ta’ Stat Membru. Ir-residenza għandha tkun kemm legali u kontinwa sabiex turi li persuna tkun stabbilixxit l-għeruq tagħha f’dak il-pajjiż. Għandha ssir disposizzjoni għall-grad ta’ flssibilità sabiex jingħata kont taċ-ċirkostanzi li fihom persuna setgħa kellha titlaq mit-territorju fuq bażi temporanju.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>Sabiex jikkostitwixxi strument ġenwin għall-integrazzjoni ta’ residenti għal perjodu twil fis-soċjetà fejn ikunu jgħijxu, ir-residenti għat-tul għandhom igawdu ugwaljanza ta’ trattament bħal taċ-ċittadini ta’ l-Istat Membru f’firxa wiesa’ ta’ kwistjonijiet ekonomiċi u soċjali, taħt il-kondizzjonijiet relevanti definiti f’din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>ċittadin ta’ pajjiż terz<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> tfisser xi persuna li ma tkunx ċittadin tal-l-Unjoni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 17(1) tat-Trattat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>residenti għat-tul<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> tfisser xi ċittadin ta’ pajjiż terz li ikollu status ta’ residenti għat-tul kif hekk provdut taħt l-Artikoli 4 sa 7;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>membri tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser iċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu fl-Istat Membru konċernat skond id-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat‑<DATE ISO="20030922">22 ta’ Settembru 2003</DATE> dwar id-dritt tar-riunifikazzjoni tal-familja [(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224)];</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tal-imsemmija direttiva, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Trattament ugwali<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Ir-residenti għat-tul għandhom igawdu trattament ugwali ma’ dak taċ-ċittadini fir-rigward ta’:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>sigurtà soċjali, assistenza soċjali u protezzjoni soċjali kif definiti bil-liġi nazzjonali;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fir-rigward tad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-punti (b), (d), (e), (f) u (g), l-Istat Membru konċernat jista’ jirrestrinġi trattament ugwali għall-każi fejn ir-residenza reġistrata jew il-post normali ta’ residenza tar-residenti għat-tul, jew dak tal-membri tal-familja li għalihom hu/i jagħmer talba għall-benefiċċji, ikun jinsab fit-territorju ta’ l-Istat Membru konċernat.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="011.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jillimitaw it-trattament ugwali fir-rigward ta’ assistenza soċjali u protezzjoni soċjali għall-benefiċċji prinċipali.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li d-Decreto legge n. 69 – Norme in materia previdenziale, per il miglioramento delle gestioni degli enti portuali ed altre disposizioni urgenti (id-Digriet‑Liġi Nru 69 ‑ Dispożizzjonijiet dwar is-Sigurtà Soċjali, għat-Titjib tal-Ġestjoni tal-Organi Portwali u Dispożizzjonijiet Urġenti Oħra), tat‑<DATE ISO="19880313">13 ta’ Marzu 1988</DATE> (GURI Nru 61 tal‑<DATE ISO="19880314">14 ta’ Marzu 1988</DATE>), maqlub fil-Liġi Nru 153 tat‑<DATE ISO="19880513">13 ta’ Mejju 1988</DATE> (GURI Nru 112 tal‑<DATE ISO="19880514">14 ta’ Mejju 1988</DATE>) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Liġi Nru 153/1988<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) stabbilixxa l-allowance għan-nuklei familjari, li l-ammont tagħha jiddependi min-numru ta’ tfal li għandhom inqas minn 18‑il sena li jikkomponu n-nukleu familjari u mid-dħul tiegħu (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>allowance għan-nuklei familjari<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(6) tal-Liġi Nru 153/1988 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>In-nukleu familjari għandu jkun kompost mill-konjuġi, bl-esklużjoni tal-konjuġi sseparati legalment u <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT>, u mit-tfal u l-ekwivalenti […] li għandhom inqas minn 18‑il sena jew indipendentement mill-età tagħhom meta, minħabba diżabbiltà jew indeboliment mentali jew fiżiku, ikunu jinsabu f’inkapaċità totali u permanenti li jokkupaw impjieg bi ħlas. Jistgħu wkoll jagħmlu parti min-nukleu familjari, taħt l-istess kundizzjonijiet bħat-tfal u l-ekwivalenti, l-aħwa, in-neputijiet u t-tfal tat-tfal li jkollhom inqas minn 18‑il sena jew indipendentement mill-età tagħhom meta, minħabba diżabbiltà jew indeboliment mentali jew fiżiku, ikunu jinsabu f’inkapaċità totali u permanenti li jokkupaw impjieg bi ħlas, jekk dawn ikunu orfni mill-missier u mill-omm u ma jkollhomx dritt għal pensjoni tas-superstiti.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(6‑bis), tal-Liġi Nru 153/1988, in-nukleu familjari, fis-sens ta’ din il-liġi, ma għandux jinkludi lill-konjuġi kif ukoll lit-tfal u lill-ekwivalenti taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li ma jirrisjedux fit-territorju tar-Repubblika Taljana, ħlief jekk l-Istat taċ-ċittadin barrani jkun jirriżerva trattament reċiproku liċ-ċittadini Taljani jew ikun ikkonkluda ftehim internazzjonali fil-qasam tal-benefiċċji tal-familja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2003/109 ġiet trasposta fid-dritt nazzjonali permezz tad-Decreto legislativo n. 3 – Attuazione della direttiva 2003/109/CE relativa allo status di cittadini di Paesi terzi soggiornanti di lungo periodo (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 3 ‑ dwar it-Traspożizzjoni tad-Direttiva 2003/109), tat‑<DATE ISO="20070108">8 ta’ Jannar 2007</DATE> (GURI Nru 24, tat‑<DATE ISO="20070130">30 ta’ Jannar 2007</DATE>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Digriet Leġiżlattiv Nru 3/2007<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), li inkoprora d-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva fid-Decreto legislativo n. 286 – Testo unico delle disposizioni concernenti la disciplina dell’immigrazione e norme sulla condizione dello straniero (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 286 ‑ Test Ikkonsolidat tad-Dispożizzjonijiet li Jirregolaw l-Immigrazzjoni u l-Istatus tal-Barranin), tal‑<DATE ISO="19980725">25 ta’ Lulju 1998</DATE>, (Suppliment Ordinarju għall-GURI Nru 191, tat‑<DATE ISO="19980818">18 ta’ Awwissu 1998</DATE>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Digriet Leġiżlattiv Nru 286/1998<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>). L-Artikolu 9(12)(c) ta’ dan id-digriet leġiżlattiv jipprevedi li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz detentur ta’ permess ta’ residenza fit-tul għandu jibbenefika, b’mod partikolari, mill-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u tal-assistenza soċjali, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>sakemm ma jkunx previst mod ieħor u bil-kundizzjoni li tingħata prova li ċ-ċittadin barrani effettivament jirrisjedi fit-territorju nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>VR huwa ċittadin ta’ pajjiż terz, impjegat fl-Italja u detentur ta’ permess ta’ residenza fit-tul mill‑2010, skont id-Digriet Leġiżlattiv Nru 286/1998. Bejn Settembru 2011 u April 2014, il-mara tiegħu u l-ħamest itfal tiegħu rrisjedew fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom, jiġifieri l-Pakistan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Peress li l-INPS irrifjuta, abbażi tal-Artikolu 2(6‑bis) tal-Liġi Nru 153/1988, li jħallsu l-allowance għan-nuklei familjari matul dan il-perijodu, VR ressaq kawża quddiem it-Tribunale del lavoro di Brescia (il-Qorti Industrijali ta’ Brescia, l-Italja) kontra l-INPS u l-persuna li timpjegah, fejn invoka n-natura diskriminatorja ta’ dan ir-rifjut. Din il-qorti laqgħet it-talbiet tiegħu u kkundannat lill-konvenuti jħallsuh is-somom korrispondenti, wara li hija eskludiet l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni li hija ddeċidiet kienet tmur kontra l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/109.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-appell ippreżentat mill-INPS kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Corte d’appello di Brescia (il-Qorti tal-Appell ta’ Brescia, l-Italja) ġie miċħud, peress li din il-qorti qieset li l-allowance għan-nuklei familjari kienet benefiċċju essenzjali tal-assistenza soċjali li ma setax jaqa’ taħt id-derogi mill-ugwaljanza fit-trattament permessi mid-Direttiva 2003/109.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-INPS għalhekk ippreżenta appell quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Corte suprema di cassazione (il-Qorti Suprema ta’ Kassazzjoni, l-Italja), li quddiemha huwa jsostni li l-allowance għan-nuklei familjari ma tikkostitwixxix benefiċċju tal-assistenza soċjali, iżda benefiċċju tas-sigurtà soċjali u li, fi kwalunkwe każ, din ma tistax titqies bħala benefiċċju essenzjali li ma jistax jidderoga mill-obbligu ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika li s-soluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali tiddependi mill-interpretazzjoni tal-Artikolu 11(1)(d) tad-Direttiva 2003/109 u mill-kwistjoni dwar jekk din id-dispożizzjoni timplikax li l-membri tal-familja tar-resident fit-tul, detentur tad-dritt għall-ħlas tal-allowance għan-nuklei familjari previst fl-Artikolu 2 tal-Liġi Nru 153/1988, jaqgħu taħt iċ-ċirku tal-membri tal-familja li jibbenefikaw minn dan il-benefiċċju, minkejja li huma jirrisjedu barra mit-territorju Taljan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Hija tippreċiża, f’dan ir-rigward, li n-nukleu familjari previst fl-Artikolu 2 tal-Liġi Nru 153/1988 jikkostitwixxi mhux biss il-bażi ta’ kalkolu tal-allowance għan-nuklei familjari, iżda wkoll il-benefiċjarju ta’ din tal-aħħar, permezz tad-detentur tar-remunerazzjoni jew tal-pensjoni li fuqha hija bbażata l-allowance. Din tal-aħħar tikkostitwixxi suppliment ekonomiku li minnu jibbenefikaw, b’mod partikolari, il-fornituri ta’ xogħol kollha li jeżerċitaw l-attività tagħhom fit-territorju Taljan bil-kundizzjoni li huma jkunu parti minn nukleu familjari li d-dħul tiegħu ma jaqbiżx limitu stabbilit. Għall-perijodu ta’ bejn l‑<DATE ISO="20180701">1 ta’ Lulju 2018</DATE> u t‑<DATE ISO="20190630">30 ta’ Ġunju 2019</DATE>, l-ammont tagħha, bir-rata sħiħa, kien ta’ EUR 137.50 fix-xahar għal dħul annwali li ma jaqbiżx EUR 14 541.59. Il-ħlas tagħha jsir mill-persuna li timpjega fl-istess ħin tar-remunerazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika wkoll li l-Corte suprema di cassazione (il-Qorti Suprema ta’ Kassazzjoni) diġà kellha l-okkażjoni li tenfasizza, fil-ġurisprudenza tagħha, in-natura doppja tal-allowance għan-nuklei familjari. Minn naħa, din l-allowance, peress li hija marbuta mad-dħul ta’ kull natura tan-nukleu famijari u intiża li tiggarantixxi dħul suffiċjenti lill-familji li ma jirċevuhx, taqa’ taħt il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali. Skont ir-regoli ġenerali tal-iskema ta’ sigurtà soċjali li taħtha taqa’ l-imsemmija allowance, il-protezzjoni tal-familji tal-ħaddiema f’impjieg hija implimentata permezz tal-ħlas ta’ suppliment ta’ remunerazzjoni relatat max-xogħol imwettaq. Iffinanzjata mill-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-persuni kollha li jimpjegaw, li magħhom jiżdied suppliment imħallas mill-Istat, l-allowance għan-nuklei familjari titħallas mill-persuna li timpjega li tħallasha bil-quddiem u li hija awtorizzata twettaq tpaċija mal-kontribuzzjoni dovuta. Min-naħa l-oħra, din l-allowance taqa’ taħt l-assistenza soċjali, inkwantu d-dħul meħud inkunsiderazzjoni jiżdied, jekk ikun il-każ, sabiex jiġu protetti l-persuni li jsofru minn diżabbiltà jew minn indeboliment fiżiku jew mentali jew il-minorenni li jesperjenzaw diffikultajiet persistenti fit-twettiq tal-inkarigi u l-funzjonijiet skont l-età tagħhom. F’kull każ, skont il-qorti tar-rinviju, din hija miżura li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 11(1)(d) tad-Direttiva 2003/109.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tenfasizza li l-membri tan-nukleu familjari huma ta’ importanza essenzjali fl-iskema tal-allowance għan-nuklei familjari u huma meqjusa bħala l-benefiċjarji tagħha. Madankollu, fid-dawl tal-fatt li l-liġi tindika lill-membri tal-familja li jikkomponu n-nukleu familjari bħala l-benefiċjarji ta’ benefiċċju ekonomiku li għandu dritt li jirċievi d-detentur tar-remunerazzjoni li fuqha hija bbażata din l-allowance, hija tistaqsi jekk l-Artikolu 11(1)(d) tad-Direttiva 2003/109 jipprekludix dispożizzjoni bħall-Artikolu 2(6‑bis) tal-Liġi Nru 153/1988. B’mod partikolari, hija għandha dubju dwar l-interpretazzjoni ta’ din id-direttiva fir-rigward tal-premessa 4 u tal-Artikolu 2(2)(e) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Corte suprema di cassazione (il-Qorti Suprema ta’ Kassazzjoni) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li għamel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>L-Artikolu 11(1)(d) tad-Direttiva […] 2003/109[…] kif ukoll il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn residenti għat-tul u ċittadini nazzjonali għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi, bil-kontra ta’ dak li huwa previst fir-rigward taċ-ċittadini tal-Istat<?PAGE NO="6"?> Membru, li l-membri tal-familja tal-ħaddiem resident għat-tul u li ġej minn pajjiż terz, jekk huma jirrisjedu fil-pajjiż terz ta’ oriġini, huma esklużi miċ-ċirku tal-membri tan-nukleu familjari meħuda inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-allowance għan-nuklei familjari?<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 11(1)(d) tad-Direttiva 2003/109 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha, għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-drittijiet għal benefiċċju tas-sigurtà soċjali, ma jittiħdux inkunsiderazzjoni l-membri tal-familja tar-resident fit-tul, fis-sens tal-Artikolu 2(b) ta’ din id-direttiva, li ma jirrisjedux fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru iżda f’pajjiż terz, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-membri tal-familja taċ-ċittadin tal-imsemmi Stat Membru li jirrisjedu f’pajjiż terz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li d-dritt tal-Unjoni ma jillimitax is-setgħa tal-Istati Membri li jorganizzaw l-iskemi ta’ sigurtà soċjali tagħhom. Fl-assenza ta’ armonizzazzjoni fuq il-livell tal-Unjoni, kull Stat Membru għandu jipprevedi l-kundizzjonijiet li fihom il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali għandhom jingħataw, kif ukoll l-ammont ta’ dawn il-benefiċċji u l-perijodu li matulu dawn għandhom jingħataw. Madankollu, meta jeżerċitaw din is-setgħa, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101005">5 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Elchinov</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑173/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:581">EU:C:2010:581</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(1)(d) ta’ din id-direttiva jimponilhom jiżguraw li r-residenti fit-tul igawdu ugwaljanza fit-trattament maċ-ċittadini nazzjonali f’dak li jirrigwarda, b’mod partikolari, is-sigurtà soċjali hekk kif iddefinita mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Madankollu, skont l-Artikolu 11(2) tal-imsemmija direttiva, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ugwaljanza fit-trattament, fir-rigward, b’mod partikolari, tas-sigurtà soċjali, għall-każijiet fejn il-post ta’ residenza rreġistrat jew abitwali tar-resident fit-tul, jew dak tal-membri tal-familja tiegħu li għalihom ikunu ntalbu l-benefiċċji, ikun jinsab fit-territorju tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għaldaqstant, id-Direttiva 2003/109 tipprevedi dritt għall-ugwaljanza fit-trattament, li jikkostitwixxi r-regola ġenerali, u telenka d-derogi minn dan id-dritt li l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jistabbilixxu, liema derogi għandhom jiġu interpretati b’mod strett. Għaldaqstant, dawn id-derogi jistgħu jiġu invokati biss jekk l-entitajiet kompetenti fl-Istat Membru kkonċernat għall-implimentazzjoni ta’ din id-direttiva jkunu esprimew b’mod ċar li huma kellhom l-intenzjoni li jinvokawhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120424">24 ta’ April 2012</DATE>, <NAME.CASE>Kamberaj</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑571/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:233">EU:C:2012:233</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170621">21 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Martinez Silva</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑449/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:485">EU:C:2017:485</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Peress li l-qorti tar-rinviju għandha dubju dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 11(1)(d) tad-Direttiva 2003/109 fid-dawl tal-premessa 4 u tal-Artikolu 2(e) tagħha, għandu jiġi osservat, fl-ewwel lok, li, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 54 u 55 tal-konklużjonijiet tiegħu, din l-aħħar dispożizzjoni, li tiddefinixxi l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>membri tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> bħala kull ċittadin ta’ pajjiż terz li jirrisjedi fl-Istat Membru kkonċernat skont id-Direttiva 2003/86, ma hijiex intiża li tillimita d-dritt għall-ugwaljanza fit-trattament tar-residenti fit-tul previst fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/109, iżda biss li tiddefinixxi dan il-kunċett sabiex ikunu jistgħu jiġu mifhuma d-dispożizzjonijiet li, fiha, jużawh.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jekk din id-definizzjoni kienet timplika li r-resident fit-tul li l-membri tal-familja tiegħu ma jirrisjedux fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat ikun eskluż mid-dritt għall-ugwaljanza fit-trattament, l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2003/109, li jagħti l-possibbiltà lill-Istati Membri li jidderogaw minnu meta, b’mod partikolari, ir-residenza rreġistrata jew abitwali tal-membri tal-familja li għalihom dan iċ-ċittadin jitlob benefiċċji ma tkunx tinsab f’dan it-territorju, ikun nieqes minn kull raġuni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-premessa 4 tad-Direttiva 2003/109, għandu, qabel kollox, jitfakkar li l-preambolu ta’ att tal-Unjoni ma għandux valur legali vinkolanti u ma jistax jiġi invokat la sabiex issir deroga mid-dispożizzjonijiet stess tal-att ikkonċernat u lanqas sabiex dawn id-dispożizzjonijiet jiġu interpretati b’mod manifestament kuntrarju għall-formulazzjoni tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19981119">19 ta’ Novembru 1998</DATE>, <NAME.CASE>Nilsson <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑162/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:554">EU:C:1998:554</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Puppinck <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑418/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1113">EU:C:2019:1113</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm minn din il-premessa jirriżulta li l-integrazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti fit-tul fl-Istati Membri hija għan imfittex minn din id-direttiva, minn din il-premessa ma jistax jiġi dedott li r-resident fit-tul li l-membri tal-familja tiegħu ma jirrisjedux fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat għandu jiġi eskluż mid-dritt għall-ugwaljanza fit-trattament previst fl-Artikolu 11(1)(d) ta’ din id-direttiva, peress li tali esklużjoni ma hija, barra minn hekk, stabbilita minn ebda dispożizzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Peress li l-INPS u l-Gvern Taljan isostnu li l-esklużjoni tar-resident fit-tul li l-membri tal-familja tiegħu ma jirrisjedux fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat tkun konformi mal-għan ta’ integrazzjoni mfittex mid-Direttiva 2003/109, inkwantu l-integrazzjoni tippresupponi preżenza f’dan it-territorju, għandu jiġi rrilevat li mill-premessi 2, 4, 6 u 12 ta’ din id-direttiva jirriżulta li din hija intiża li tiggarantixxi l-integrazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti fit-tul u legalment fl-Istati Membri u, għal dan il-għan, li tapprossima d-drittijiet ta’ dawn iċ-ċittadini ma’ dawk li minnhom igawdu ċ-ċittadini tal-Unjoni, b’mod partikolari billi tistabbilixxi l-ugwaljanza fit-trattament ma’ dawn tal-aħħar f’firxa wiesgħa ta’ oqsma ekonomiċi u soċjali. Għalhekk, l-istatus ta’ resident fit-tul jippermetti lill-persuna li tibbenefika minnu tgawdi mill-ugwaljanza fit-trattament fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/109, skont il-kundizzjonijiet previsti f’dan l-artikolu (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190314">14 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Y. Z. <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Frodi fir-riunifikazzjoni tal-familja)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑557/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:203">EU:C:2019:203</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, kuntrarjament għall-allegazzjoni tal-INPS u tal-Gvern Taljan, il-fatt li r-resident fit-tul jiġi eskluż mid-dritt għall-ugwaljanza fit-trattament, anki meta l-membri tal-familja tiegħu ma jkunux jinsabu, matul perijodu li jista’ jkun temporanju, hekk kif juru l-fatti tal-kawża prinċipali, fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, ma jistax jitqies li huwa konformi ma’ dawn l-għanijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għaldaqstant, bla ħsara għad-deroga permessa mill-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2003/109, Stat Membru ma jistax jirrifjuta jew inaqqas l-għoti ta’ benefiċċju tas-sigurtà soċjali lir-resident fit-tul, minħabba li l-membri tal-familja tiegħu jew uħud minnhom ma jirrisjedux fit-territorju tiegħu iżda f’pajjiż terz, meta huwa jagħti dan il-benefiċċju liċ-ċittadini tiegħu indipendentement mill-post ta’ residenza tal-membri tal-familja tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kawża prinċipali, għandu jiġi kkonstatat, fl-ewwel lok, li l-qorti tar-rinviju tindika hija stess li l-allowance għan-nuklei familjari għandha b’mod partikolari n-natura ta’ benefiċċju tas-sigurtà soċjali li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 11(1)(d) tad-Direttiva 2003/109.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, din il-qorti tindika li n-nukleu familjari jikkostitwixxi l-bażi ta’ kalkolu tal-ammont ta’ din l-allowance. L-INPS u l-Gvern Taljan isostnu, f’dan ir-rigward, li n-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-membri tal-familja li ma jirrisjedux fit-territorju tar-Repubblika Taljana jaffettwa biss dan l-ammont, li jkun ta’ żero, hekk kif ippreċiża l-INPS waqt is-seduta, jekk il-membri kollha tal-familja jirrisjedu barra mit-territorju nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi osservat li kemm in-nuqqas ta’ ħlas tal-allowance kif ukoll it-tnaqqis tal-ammont tagħha, skont jekk il-membri kollha tal-familja jew uħud minnhom ma jirrisjedux f’dan it-territorju, imorru kontra d-dritt għall-ugwaljanza fit-trattament previst fl-Artikolu 11(1)(d) tad-Direttiva 2003/109, peress li dawn jikkostitwixxu differenza fit-trattament bejn ir-residenti fit-tul u ċ-ċittadini Taljani.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li jsostni wkoll l-INPS, tali differenza fit-trattament ma tistax tiġi ġġustifikata mill-fatt li r-residenti fit-tul u ċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti jinsabu f’sitwazzjoni differenti minħabba r-rabtiet rispettivi tagħhom ma’ dan l-Istat, peress li tali ġustifikazzjoni tmur kontra l-Artikolu 11(1)(d) tad-Direttiva 2003/109 li, konformement mal-għanijiet tagħha mfakkra fil-punt 28 ta’ din is-sentenza, jimponi ugwaljanza fit-trattament bejniethom fil-qasam tas-sigurtà soċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Bl-istess mod, hekk kif jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita, id-diffikultajiet eventwali ta’ kontroll tas-sitwazzjoni tal-benefiċjarji fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-allowance għan-nuklei familjari meta l-membri tal-familja ma jirrisjedux fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, invokati mill-INPS u mill-Gvern Taljan, ma jistgħux jiġġustifikaw din id-differenza fit-trattament (ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160526">26 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Kohll u Kohll Schlesser</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑300/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:361">EU:C:2016:361</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-qorti tar-rinviju tenfasizza li l-membri tan-nukleu familjari huma meqjusa, skont id-dritt nazzjonali, bħala li huma l-benefiċjarji tal-allowance għan-nuklei familjari. Madankollu, il-benefiċċju ta’ din l-allowance ma jistax jiġi rrifjutat għal din ir-raġuni lir-resident fit-tul li l-membri tal-familja tiegħu ma jirrisjedux fit-territorju tar-Repubblika Taljana. Fil-fatt, għalkemm il-membri tan-nukelu familjari jibbenefikaw mill-imsemmija allowance, fatt li huwa l-għan stess ta’ benefiċċju tal-familja, mill-indikazzjonijiet ipprovduti minn din il-qorti, esposti fil-punti 15 u 16 ta’ din is-sentenza, jirriżulta li huwa fir-rigward tal-ħaddiem jew tal-pensjonant, li huwa wkoll membru tan-nukleu familjari, li din titħallas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Artikolu 11(1)(d) tad-Direttiva 2003/109 jipprekludi dispożizzjoni, bħall-Artikolu 2(6‑bis) tal-Liġi Nru 153/1988, li tipprovdi li ma jagħmlux parti min-nukleu familjari, fis-sens ta’ din il-liġi, il-konjuġi kif ukoll it-tfal u l-ekwivalenti taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li ma jirrisjedux fit-territorju tar-Repubblika Taljana, ħlief jekk l-Istat taċ-ċittadin barrani jkun jirriżerva trattament reċiproku liċ-ċittadini Taljani jew ikun ikkonkluda ftehim internazzjonali fil-qasam tal-benefiċċji tal-familja, sakemm, konformement mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 23 ta’ din is-sentenza, ir-Repubblika Taljana ma esprimitex b’mod ċar li hija kellha l-intenzjoni tinvoka d-deroga permessa mill-Artikolu 11(2) tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Issa, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 65 u 66 tal-konklużjonijiet tiegħu, mill-fajl li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta u ġie kkonfermat matul is-seduta mir-Repubblika Taljana li din tal-aħħar ma esprimietx tali intenzjoni meta ttrasponiet id-Direttiva 2003/109 fid-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fil-fatt, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6‑bis) tal-Liġi Nru 153/1988 ġew adottati ferm qabel it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2003/109, imwettqa permezz tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 3/2007 li inkorpora d-dispożizzjonijiet tagħha fid-Digriet Leġiżlattiv Nru 286/1998, li, fl-Artikolu 9(12)(c) tiegħu, jissuġġetta l-aċċess tad-detentur ta’ permess ta’ residenza fit-tul għall-benefiċċji tal-assistenza soċjali u tas-sigurtà soċjali għall-kundizzjoni li dan id-detentur ikun effettivament jirrisjedi fit-territorju nazzjonali, mingħajr ma jagħmel riferiment għall-post ta’ residenza tal-membri tal-familja tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 11(1)(d) tad-Direttiva 2003/109 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha, għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-drittijiet għal benefiċċju tas-sigurtà soċjali, ma jittiħdux inkunsiderazzjoni l-membri tal-familja tar-resident fit-tul, fis-sens tal-Artikolu 2(b) ta’ din id-direttiva, li ma jirrisjedux fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru iżda f’pajjiż terz, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-membri tal-familja taċ-ċittadin tal-imsemmi Stat Membru li jirrisjedu f’pajjiż terz, meta dan l-istess Stat Membru ma esprimiex l-intenzjoni tiegħu li jinvoka d-deroga mill-ugwaljanza fit-trattament permessa mill-Artikolu 11(2) tal-imsemmija direttiva meta huwa ttrasponiha fid-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 11(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal‑<DATE ISO="20031125">25 ta’ Novembru 2003</DATE> dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha, għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-drittijiet għal benefiċċju tas-sigurtà soċjali, ma jittiħdux inkunsiderazzjoni l-membri tal-familja tar-resident fit-tul, fis-sens tal-Artikolu 2(b) ta’ din id-direttiva, li ma jirrisjedux fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru iżda f’pajjiż terz, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-membri tal-familja taċ-ċittadin tal-imsemmi Stat Membru li jirrisjedu f’pajjiż terz, meta dan l-istess Stat Membru ma esprimiex l-intenzjoni tiegħu li jinvoka d-deroga mill-ugwaljanza fit-trattament permessa mill-Artikolu 11(2) tal-imsemmija direttiva meta huwa ttrasponiha fid-dritt nazzjonali.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>