European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1808

28.2.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11477 — QUATTROR / MASSIMO ZANETTI BEVERAGE GROUP)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/1808)

1.   

Fl-20 ta’ Frar 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

QuattroR SGR S.p.A. (‘QuattroR’, l-Italja), ikkontrollata minn QR Partners S.r.l.,

—

Massimo Zanetti Beverage Group S.p.A. (‘MZBG’, l-Italja), ikkontrollata fl-aħħar mill-aħħar mis-Sur Massimo Zanetti.

QuattroR se takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ MZBG kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

QuattroR hija kumpanija maniġerjali li bħalissa tikkontrolla, esklussivament jew b’mod konġunt impriżi attivi f’firxa ta’ setturi differenti, bħall-inġinerija u l-loġistika, id-distribuzzjoni tal-madum taċ-ċeramika u l-uċuħ tal-ħitan, il-moda, il-polpa u l-karta, l-ipproċessar u l-imballaġġ tal-ikel, l-apparat mediku, u l-prodotti elettroniċi,

—

MZBG hija attiva fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-kafè inkaljat, distribwit madwar id-dinja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11477 – QUATTROR / MASSIMO ZANETTI BEVERAGE GROUP

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1808/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)