Official Journal L 337 , 24/12/1994 P. 0086 - 0086
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 5 P. 0188
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 5 P. 0188
Id-Direttiva tal-kunsill 94/72/KE tad-19 ta' Diċembru 1994 li temenda d-Direttiva 91/439/KEE dwar il-liċenzji tas-sewqan IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Renju tan-Norveġja, tar-Repubblika ta' l-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja, tar-Renju ta' l-Isvezja, u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea [1], hawnhekk iżjed 'il quddiem magħruf bħala "l-Att ta' l-Adeżjoni 1994", u b'mod partikolari l-Artikolu 169 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi l-liċenzji tas-sewqan fil-Finlandja u fl-Isvezja jikkonsistu f'karti tal-plastik; billi,fl-istennija ta' konsiderazzjoni ta' mudell ieħor Komunitarju tal-liċenzji tas-sewqan, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja għandhom wkoll ikunu awtorizzati jkomplu joħroġu l-liċenzji tas-sewqan ibbażati fuq il-mudell preżenti sal-31 ta' Diċembru 1997; billi d-Direttiva 91/439/KEE [2] għandha konsegwentament tiġi emendata; Billi permezz ta' l-Artikolu 2(3) tat-Trattat ta' l-Adeżjoni 1994, l-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea jistgħu jadottaw, qabel l-adeżjoni, il-miżuri msemmija fl-Artikolu 169 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni, u dawn il-miżuri jidħlu fis-seħħ soġġett għal u mid-data ta' dħul fis-seħħ tat-Trattat imsemmi, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 91/439/KEE, għandha tiżdied il-frażi li ġejja:"Madanakollu, ir-Repubblika tal-Finlandja, u r-Renju ta' l-Isvezja jistgħu jkomplu joħroġu liċenzji tas-sewqan ibbażati fuq il-mudell preżenti sal-31 Diċembru 1997." Artikolu 2 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ soġġett għal u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni ta' l-1994. Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Diċembru 1994. Għall-Kunsill Il-President K. Kinkel [1] ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21. [2] ĠU L 237, 24.8.1991, p. 1. --------------------------------------------------