Official Journal L 066 , 12/03/1977 P. 0001 - 0002
Finnish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0126
Greek special edition: Chapter 01 Volume 4 P. 000P
Swedish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0126
Spanish special edition: Chapter 01 Volume 2 P. 0065
Portuguese special edition Chapter 01 Volume 2 P. 0065
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, EURATOM, KEFA) Nru 495/77 tat-8 ta' Marzu 1977 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali li huma ntitolati għall, u l-kondizzjonijiet għal, u r-rati ta', allowances għal xogħol regolari ta' stand-by IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra ir-Regolamenti dwar il-Persunal tal-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta' l-impieg ta' impjegati tal-Komunitajiet Ewropej stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 [1], kif emendat mir-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 3178/76 [2], u partikolarment it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 56b tar-Regolamenti dwar il-Persunal, Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni, Billi huwa għall-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, biex jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali intitolati għal, u l-kondizzjonijiet għal, u r-rati ta', allowances li jistgħu jingħataw lill-uffiċjali li huma regolarment meħtieġa jwettqu xogħol ta' stand-by duty fil-post ta' l-impieg jew id-dar f'ħinijiet li mhumhiex il-ħinijiet normali tax-xogħol, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Uffiċjali mħallsa minn approprjazzjonijiet fl-estimi operattivi għal riċerka u investiment u impjegati f'istituzzjoni taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka jew li jaħdmu f'azzjonijiet indiretti, jew li huma mħallsa minn approprjazzjonijiet fil-budget operattiv u impjegati biex imexxu u jissorveljaw stallazzjonijiet tekniċi jew biex jaħdmu f'servizzi mediċi, huma intitolati għall-allowance meta jkunu meħtieġa jwettqu xogħol ta' stand-by skond l-Artikolu 56b tar-Regolamenti Dwar il-Persunal. L-allowance għandha tiġi stabbilita kif ġej: (a) l-allowance għandha tiġi espressa f' punti. Punt ikun jiswa' daqs 0.032 % tal-paga bażika ta' uffiċjal fil-Grad ta' D4, tarġa 1. L-allowance għandha tiġi aġġustata skond il-koeffiċjent korrettiv applikabbli lill-paga ta' l-uffiċjal; (b) in-numru ta' punti fis-siegħa ta' xogħol stand-by li fil-fatt iseħħ: - għall-stand-by duty fil-post ta' impieg: 11 għall-jiem utli u 22 għas-Sibtijiet, Ħdud, u ġranet ta' vakanza pubblika; - għall-stand-by duty li jsir id-dar: 2.15 għall-jiem utli u 4.3 għas-Sibtijiet, Ħdud u ġranet ta' vakanza pubblika. 2. L-allowance f'stand-by duty id-dar ma tingħatax jekk il-perjodu attwali ta' xogħol ma tkunx għall-inqas 14-il siegħa. 3. L-uffiċjal li jista' juri li għall-perjodu ta' mhux iktar minn xahar ma kienx tħalla jaħdem xogħol stand-by fil-post ta' l-impieg minħabba mard jew inċident, jew għax kien bil-leave ta' kull sena, jibqa' intitolat għall-allowance. Jekk l-uffiċjal ma kienx tħalla jaħdem xogħol stand-by għal iktar minn xahar minħabba mard, jew inċident, id-dritt għall-allowance jiġi sospiż fi tmiem l-ewwel xahar sa kemm jerġa jibda jaħdem. Għall-perjodu msemmi qabel, l-uffiċjal huwa intitolat għall-allowance ta' 42 punt għal kull ġurnata ta' assenza dovuta għall-mard jew inċident li għalihom l-uffiċjal jista' jippreżenta ċertifikat mediku, jew għal kull ġurnata tal-leave ta' kull sena. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jgħodd ukoll għall-impjegati temporanji, awżiljari u impjegati ta' l-istabbilimenti. Artikolu 3 F'April ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-Kunsill rapport bin-numru ta' uffiċjali u impjegati f'kull kategorija li rċevew l-allowance imsemmija f'dan ir-Regolament. Artikolu 4 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1371/72 tas-27 ta' Ġunju 1972 li jistabbilixxi ir-rati u l-kondizzjonijiet ta' l-allowances speċjali li jistgħu jingħataw lil uffiċjali jew impjegati li huma mħallsa mill-approprjazzjonijiet fl-estimi operattivi għal riċerka u investiment u impjegati fi stabbiliment taċ- Centru Konġunt tar-Riċerka jew li jaħdmu f'azzjoni indiretta, għal ċertu servizzi ta' natura speċjali [3], huwa hawnhekk imħassar. Artikolu 5 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-8 ta' Marzu 1977. Għall-Kunsill Il-President D. Owen [1] ĠU L 56, ta' l-4.3.1968, p. 1. [2] ĠU L 359, tat-30.12.1976, p. 9. [3] ĠU L 149, ta' l-1.7.1972, p. 4. --------------------------------------------------