31998R1890



Official Journal L 245 , 04/09/1998 P. 0028 - 0029


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1890/98

tat-3 ta’ Settembru 1998

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1780/97 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru723/97 dwar l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ azzjoni ta’ l-Istati Membri dwar kontroll ta’ l-infieq tat-Taqsima Garanziji tal-FAEGG

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/97 tat-22 ta’ April 1997 dwar l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ azzjoni ta’ l-Istati Membri dwar kontroll ta’ l-infieq tat-Taqsima Garanziji tal-FAEGG [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi l-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1780/97 [2] li jippreskrivu regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 723/97 jistipulaw, inter alia, il-metodu ta’ u l-iskadenzi għal ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja lill-Istati Membri; billi l-metodu użat li jiddisponi għal pagament wieħed fis-sena li jinkludi kull ammont li ma intużax u li kien allokat għas-sena ta’ qabel u l-ħlas minn qabel għas-sena ta’ wara irriżulta diffiċli biex jiġi mwettaq fil-prattika, u l-anqas ma jqis l-approprjazzjonijiet awtorizzati mill-awtorità tal-budget għas-sena ta’ wara;

Billi, sabiex tittejjeb l-amministrazzjoni tal-miżuri, il-pagamenti bil-quddiem li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri taħt l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 296/96 [3], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1391/97 [4] ma jistgħux jitnaqqsu mill-ammonti mhux użati fis-sena ta’ qabel iżda fis-sena ta’ qabel dik, u billi l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja ma jistax jiġi ffissat qabel ma jkunu ġew awtorizzati l-approprjazzjonijiet mill-awtorità tal-budget;

Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament jikkonformaw ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-FAEGG,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1780/97 huwa b’dan emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 2(1), (2) u (3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1. L-Istati Membri għandhom jissottomettu l-programmi ta’ azzjoni tagħhom għall-ewwel u t-tieni sena ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 723/97 qabel it-tmiem tat-tieni xhar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Infieq li jkun kommess wara l-1 ta’ Jannar 1997 biss għandu jkun eliġibbli għal finanzjament parzjali mill-Komunità. Għas-snin ta’ wara programmi ta’ azzjoni għandhom jiġu sottomessi skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament imsemmi qabel.

Estimi għandhom jiġu abbozzati skond it-tabella fl-Anness.

2. Il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi tat-tagħrif mogħti mill-Istati Membri, tiffissa, fil-munita nazzjonali ta’ kull Stat Membru, l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja fix-xahar ta’ wara dak li fih kien adottat il-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja in kwistjoni.

Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru ikkonċernat dwar kull infieq li mhux aċċettat għal finanzjament mill-Komunità, u bir-raġunijiet għal dan.

3. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju ta’ kull sena, kull Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni rendikont ta’ l-ammonti mħallsa matul is-sena kalendarja preċedenti. L-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja komunitarja ffissat kif previst fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament hawn fuq imsemmi għandu japplika għal dan l-infieq, limitat għall-ammonti ppreżentati fil-programmi ta’ azzjoni u li mhux meqjusa mhux eliġibbli mill-Kummissjoni. Madankollu, għall-1997, id-data finali għall-implimentazzjoni ta’ l-infieq għandha tkun il-31ta’ Awissu 1998, u r-rendikont ta’ l-ammonti mħallsa għandu jintbgħat lill-Kummissjoni biex jaslulha sal-31 ta’ Ottubru 1998.

Dan ir-rendikont għandu jiġi mħejji skond it-tabella fl-Anness."

2. L-Artikolu 3 hu sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 3

L-ammont massimu ffissat kif previst fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 723/97, kif imnaqqas b’kull ammont mhux użat u mħallas għas-sena ta’ qabel barra waħda, għandu jitqies li jkun infieq kif imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 296/96 għal dak ix-xahar li fih huwa jiġi ffissat mill-Kummissjoni."

3. L-Artikolu 3a li ġej għandu jiżdied:

"Artikolu 3a

Għall-aħħar sentejn ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, l-ammont mhux użat għandu jiġi kkreditat lill-intestatura xierqa tal-budget tal-FAEGG taħt l-infieq għal Ġunju tas-sena finanzjarja ta’ wara s-sena ta’ implimentazzjoni."

4. Il-kelma "intefqu" fil-punt 5 ta’ l-Anness għal dan ir-Regolament hija sostitwita bil-kelma "imħallsa".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurmata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurmal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul Brussel, fit-3 ta’ Settembru 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 108, tal-25.4.1997, p. 6.

[2] ĠU L 252, tas-16.9.1997, p. 20.

[3] ĠU L 39, tas-17.2.1996, p. 5.

[4] ĠU L 190, tad-19.7.1997, p. 20.

--------------------------------------------------