<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTA.1201060901.case.xml"><NO.CASE>C-401/06</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62006C0401</NO.CELEX><NO.SEQ>0005.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>10611</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10621</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET BOT — KAWŻA C-401/06</LEFT><RIGHT>IL-KUMMISSJONI vs IL-ĠERMANJA</RIGHT></CURR.TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Bot</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20070913">13 ta' Settembru 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din il-kawża għal nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu tirrigwarda d-dispożizzjoni-jiet tal-liġi Ġermaniża li jiddeterminaw ilpost tal-prowista ta' servizzi mogħtija minn eżekutur testamentarju għall-finijiet ta' l-impożizzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>VAT<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>). Il-liġi Ġermaniża tipprovdi li dawn is-servizzi jingħataw fil-post fejn jopera l-eżekutur testamentarju.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, min-naħa tagħha, issostni li dawn is-servizzi għandhom jiġu meqjusa bħala li jingħataw fil-post fejn il-klijent ikun stabbilixxa nnegozju tiegħu jew fejn ikun stabbilixxa lilu nnifsu, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 9(2)(e) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill Nru 77/388/KEE<NOTE NOTE.ID="E0002" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Direttiva tas-<DATE ISO="19770517">17 ta' Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="145" DATE.PUB="1977" PAGE.FIRST="1">ĠU L 145, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar 'il quddiem is-<QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>Sitt Direttiva<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>).</P></NOTE> u li l-klijent tas-servizzi huwa l-werriet</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>F'dan ir-rikors, hija titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara li billi ma stabbilietx ilpost ta' konnessjoni fiskali tas-servizzi pprovduti minn eżekutur testamentarju skond dawn id-dispożizzjonijiet, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I —</NO.P><TXT>Il-kuntest ġuridiku</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT>Id-dritt Komunitarju</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Is-Sitt Direttiva tarmonizza l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-VAT fi ħdan l-Unjoni. Skond l-Artikolu 2(1) ta' din id-Direttiva, il-VAT tapplika għall-provvista ta' servizzi magħmula minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali fit-territorju ta' Stat Membru.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10612"?><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-post minn fejn jingħata servizz għall-finijiet ta' l-impożizzjoni tal-VAT huwa stabbilit fl-Artikolu 9 ta' l-imsemmija direttiva. L-għan ta' dan l-Artikolu huwa li jiġu evitati l-kunflitti ta' ġurisdizzjoni bejn l-Istati Membri li jistgħu jwasslu għat-tassazzjoni doppja u n-nuqqas ta' tassazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(1) tas-Sitt Direttiva fih regola ġenerali li tistabbilixxi li l-post minn fejn jingħata servizz huwa dak fejn il-fornitur ikun stabbilixxa n-negozju tiegħu. Għaldaqs-tant, skond it-termini ta' din id-dispożizzjoni <QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>[i]l-post minn fejn jingħata servizz għandu jitqies li jkun il-post fejn il-fornitur ikun stabbilixxa n-negozju tiegħu jew ikollu stabbiliment fiss minn fejn jingħata s-servizz jew, fin-nuqqas ta' post bħal dan tan-negozju jew stabbiliment fiss, il-post fejn hu [j]kollu lindirizz permanenti tieghu jew fejn normalment ikun residenti<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(2) tas-Sitt Direttiva jipprovdi wkoll kriterji oħra ta' konnessjoni. Dawn il-kriterji jistgħu jinġabru taħt żewġ kategoriji.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-ewwel kategorija tikkorrispondi għal servizzi li jistgħu jiġu marbuta ma' post fiżikament. Din tinkludi servizzi li huma konnessi ma' proprjetà immobbli, servizzi ta trasport, attivitajiet kulturali, artistiċi, sportivi, xjentifiċi u oħrajn, u fl-aħħar nett, il-kiri ta' proprjetà mobbli tanġibbli. Dawn is-servizzi huma lokalizzati, rispettivament, fil-post fejn tkun tinsab il-proprjeta immobbli, fil-post fejn isir it-trasport, fil-post fejn huma pprovduti s-servizzi u fil-post fejn isir l-użu tal-proprjetà mobbli tanġibbli li tingħata b'kiri.</TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>It-tieni kategorija ta' servizzi tuża l-pajjiż tal-klijent bħala l-kriterju tar-rabta tagħhom ma' post. Għaldaqstant, skond it-termini tasseba' premessa tas-Sitt Direttiva, għalkemm il-post fejn jingħataw servizzi għandu, bħala prinċipju, ikun il-post fejn il-fornitur ikollu il-post prinċipali tan-negozju tiegħu, jeħtieġ madankollu li dan il-post għandu jiġi ddefinit bħala li huwa fil-pajjiż tal-per suna li jingħa-tawlha s-servizzi, b'mod partikolari, fil-każ ta' ċerti servizzi mogħtija bejn persuni taxxabbli fejn l-ispejjeż tas-servizzi huma inklużi filprezz ta' l-oġġetti.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Dawn is-servizzi huma mniżżla fl-Artikolu 9(2) (e) tas-Sitt Direttiva. Fost is-servizzi li huma msemmija hemm, per eżempju, ittrasferimenti u l-assenjazzjonijiet ta' drittijiet ta' proprjetà intellettwali, servizzi ta' reklamar, it-tranżazzjonijiet bankarji, finanzjarjiu ta l-assigurazzjoni, u anki l-provvista ta' persunal.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fit-tielet inċiż wieħed isib ukoll is-servizzi ta' avukati u servizzi simili. L-Artikolu 9(2)<?PAGE NO="I-10613"?> tas-Sitt Direttiva jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>Iżda:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>il-post fejn jingħataw is-servizzi li ġejjin, meta jsiru għal konsumaturi [klijenti] stabbiliti barra l-Komunita jew għal persuni taxxabbli stabbiliti fil-Komunita imma mhux fl-istess pajjiż bħal talfornitur, għandu jkun il-post fejn ilkonsumatur [klijent] stabbilixxa nnegozju tiegħu jew ikollu stabbiliment fiss li lilu jingħata s-servizz jew, finnuqqas ta' post bħal dan, il-post fejn hu ikollu l-indirizz permanenti tiegħu jew fejn normalment ikun residenti:</TXT><P>[...]</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>servizzi ta' konsulenti, enġiniera, uffi[ċ]ċji ta' konsulenza, avukati, accountants u servizzi simili, kif ukoll l-ipproċessar ta' data u l-għoti ta' informazzjoni,</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-Artikolu 9(3) tas-Sitt Direttiva jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>Biex ikunu evitati taxxa doppja, nuqqas ta' tassazzjoni jew id-distorzjoni ta' kompetizzjoni l-Istati Membri jistgħu, fir-rigward tal-provvista ta' servizzi msemmija f'2(e) u l-kiri ta proprjetà mobbli korporali [tanġibbli], iqisu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-post tal-provvista ta' servizzi, li taħt dan l-Artikolu jkun jinsab fit-territorju tal-pajjiż, bħala li jkun jinsab barra l-Komunità fejn l-użu effettiv u t-tgawdija tas-servizzi ssir barra l-Komunità;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-post tal-provvista tas-servizzi, li taħt dan l-artikolu jkun jinsab barra l-Komunità, bħala li jkun fit-territorju tal-pajjiż fejn l-użu effettiv u t-tgawdija tas-servizzi ssir fit-territorju tal-pajjiż.<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-10614"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT>Id-dritt nazzjonali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3a tal-Liġi dwar t-Taxxa fuq id-Dħul mill-Bejgħ (Umsatzteuergesetz, iktar 'il quddiem l-<QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>UstG<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/>) huwa redatt skond kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>1)</NO.P><TXT>Il-pro wista ta servizzi tingħata fil-post fejn jopera l-kummerċjant, salv għall-Artikoli 3b u 3f [...]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Għalkemm il-klijent ta' wieħed misser vizzi l-oħra msemmija fil-paragrafu 4 tkun impriża, b'deroga mill-paragrafu 1, il-prowista hija meqjusa li tingħata fil-post fejn jopera l-klijent [...]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-paragrafu 3, il-kliem servizzi l-oħra' jfissru:</TXT><P>[...]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>is-servizzi l-oħra fil-kuntest tax-xogħol ta' l-avukat, [...], ta' konsulent fiskali [...] u b'mod partikolari, il-prowista ta' pariri legali, finanzjarji u teknići;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-Artikolu 33 tal-Linji Gwida dwar it-Taxxa fuq id-Dħul mill-Bejgħ (Umsatzsteuer-Richtlinien) jipprovdi li l-Artikolu 3a (1) ta' l-UStG japplika għas-servizzi ta' l-eżekutur testamentarju.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Skond dawn id-dispożizzjonijiet u linterpretazzjoni tagħhom mill-Bundesfinanzhof (Il-Ġermanja), is-servizzi ta eżeku-tur testamentarju, inkluż meta dawn is-servizzi jinghataw minn avukat, minn konsulent fiskali jew minn awditur, ghandhom jitqiesu li jinghataw fil-post fejn jopera dan l-eżekutur testamentarju.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II —</NO.P><TXT>Il-proċeduri u t-talbiet tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li l-post tal-provvista ta' servizzi moghtija minn eżekutur<?PAGE NO="I-10615"?> testamentarju lil klijenti stabbiliti barra mill-Komunità jew lil per suni taxxabbli stabbiliti fi Stat Membru li mhuwiex il-Ġermanja għandu jkun iffissat skond id-dispożizzjoni-jiet tat-tielet inċiż ta' l-Artikolu 9(2)(e) tas-Sitt Direttiva. Hija informat b'dan lill-awtoritajiet Ġermaniżi permezz ta' ittra ta' intimazzjoni datata <DATE ISO="20050419">19 ta' April 2005</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, permezz ta' ittra tat-<DATE ISO="20050623">23 ta' Ġunju 2005</DATE>, ikkontestat din l-evalwazzjoni għar-raġuni li l-prowista ta' servizzi ta' eżekutur testamentarju ma tistax tiġi mqabbla ma' dik ta' avukat u lanqas mas- servizzi l-oħra msemmija fit-tielet inċiż ta' l-Artikolu 9(2)(e) tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni rribadiet l-evalwazzjoni tagħha fir-rigward tan-nuqqas ta' konformita tal-liġi Ġermaniża mad-dritt Komunitarju fopinjoni motivata datata <DATE ISO="20051219">19 ta' Diċembru 2005</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja kkonfermat il-pożizzjoni tagħha permezz ta' ittra tat-<DATE ISO="20060302">2 ta' Marzu 2006</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ressqet din il-kawża bnkors ippreżentat fir-Reġistru fis-<DATE ISO="20060927">27 ta' Settembru 2006</DATE>. Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ppreżentat l-argumenti tad-difiża tagħha f nota li ġiet ippreżentata fir-Reġistru fl-<DATE ISO="20061120">20 ta' Novembru 2006</DATE>. Il-Kummissjoni ppreżentat replika u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja ppreżentat kontroreplika.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Il-partijiet ma talbux li tinżamm seduta. Il-Qorti tal-Ġustizzja wkoll qieset li ma kienx hemm bżonn ta' seduta.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Gustizzja tiddikjara li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikolu 9(2) (e) tas-Sitt Direttiva billi ma stabbilietx il-post fejn jingħataw isservizzi ta' eżekutur testamentarju skond dawn id-dispożizzjonijiet meta sservizzi jingħataw lil klijenti stabbiliti barra mill-Komunità jew lil persuni taxxabbli stabbiliti fil-Komunita iżda barra mill-pajjiż tal-fornitur.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Hija titlob ukoll li l-konvenuta tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja titlob li dawn it-talbiet jiġu miċħuda u li l-Kummissjoni tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-10616"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III —</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-pożizzjoni Ġermaniża mhijiex fondata u li l-post tal-provvista ta' servizzi ta' eżekutur testamentarju għandu jkun iffissat skond id-dispożiz-zjonijiet tat-tielet inċiż ta' l-Artikolu 9(2)(e) tas-Sitt Direttiva u dan għall-motivi li ġejjin.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Skond il-ġurisprudenza, sabiex jiġi ddeterminat jekk attività partikolari hijiex koperta minn dawn id-dispożizzjonijiet, jeħ-tieġ li jittieħdu in kunsiderazzjoni s-servizzi li normalment jingħataw mill-professjonijiet imsemmija f'dawn id-dispożizzjonijiet u mhux il-professjonijiet imsemmija fihom.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Eżekutur testamentarju għandu l-funzjoni li jeżegwixxi x-xewqat espressi mid-<HT TYPE="ITALIC">de cujus.</HT> Għaldaqstant, xogħolu jista jiġi assimilat mad-difiża ta' l-interessi tal-mandant. Huwa jirregola l-pożizzjoni ġuridika ta' terza persuna u xogħolu huwa wkoll ta' natura ekonomika. Dan ix-xogħol jitlob ukoll tagħrif speċifiku tad-dritt tas-suċċessjoni. Huwa xogħol imwettaq prinċipalment minn avukati speċjalizzati f'dan il-qasam.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Is-servizzi ta' eżekutur testamentarju jistgħu wkoll jaqgħu taħt il-kategorija ta' <QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>servizzi simili<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/> msemmija fit-tielet inċiż ta' l-Artikolu 9(2)(e) tas-Sitt Direttiva. Għal dan il-għan ikun biżżejjed li x-xogħol ta' l-eżekutur testamentarju jkollu l-istess skop bħal waħda mill-attivitajiet imsemmija espressament f'din id-dispożizzjoni. Ix-xogħol ta' avukat u ta' eżekutur testamentarju għandhom l-għan komuni li jassiguraw ir-rappreżentanza ta' l-interessi ta' xi ħadd. Fiż-żewġ każijiet imsemmija, il-kontenut ta' dan ix-xogħol jiġi ddeterminat minn xi ħadd ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tibbaża ruħha wkoll fuq il-linji gwida maħruġin b'unanimità mill-Kumitat Konsultattiv tal-VAT, li jipprovdu li l-post fejn jingħataw is-servizzi magħmula minn riċerkatur tal-werrieta għandu jiġi stabbilit skond it-tielet inċiż ta' l-Artikolu 9 (2)(e) tas-Sitt Direttiva. Dawn il-linji gwida, anki jekk mhumiex ta' natura vinkolanti, għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni per ess li huma jindikaw il-volontà tal-leġiż-latur. Il-kunsiderazzjonijiet li wasslu għal din il-pożizzjoni f'dak li jikkonċerna l-post tasser vizzi ta' riċerkatur tal-werrieta japplikaw <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> għall-post fejn jingħataw is-servizzi ta' eżekutur testamentarju.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni wkoll li l-pożizzjoni tagħha hija korroborata mill-iskema ġenerali u mill-iskop ta' l-Artikolu 9(2) tas-Sitt Direttiva. Din id-dispożizzjoni għandha l-għan li tiddetermina li l-post ta' tassazzjoni tal-provvista ta' servizzi jkun il-post fejn effettivament jingħata dan is-servizz. Is-servizzi ta' eżekutur testamentarju jingħataw fil-post fejn ikun jinsab il-werriet, peress li x-<?PAGE NO="I-10617"?>xogħol ta' dan il-fornitur huwa li l-wirt jgħaddi għal għand l-istess werriet.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tesponi li d-diffikultajiet prattiċi li jistgħu jaffettwaw limplimentazzjoni tal-pożizzjoni tagħha, meta d-<HT TYPE="ITALIC">de cujus</HT> ikollu diversi werrieta residenti fdiversi pajjiżi, ma jifformawx argument rilevanti u li dawn mhumiex inqas f'dak li jikkonċerna x-xogħol tar-riċerkatur tas-suċ-ċessjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tikkontesta din l-analiżi minħabba l-kunsiderazzjonijiet li ġejjin.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Skond dan l-Istat Membru, ix-xogħol ta' l-eżekutur testamentarju jista' jiġi eżerċitat minn qarib, werriet, konjuġi, jew anki minn avukat, assoċjazzjoni, persuna ġuridika bħalma hija kumpannija <HT TYPE="ITALIC">trust</HT> jew minn bank. L-eżekutur testamentarju jista' jiġi appuntat b'testment jew b'kuntratt ta' suċ-ċessjoni. Il-kompitu tiegħu huwa li jwettaq ix-xewqat tad-<HT TYPE="ITALIC">de cujus.</HT></TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>In-nomina ta' eżekutur testamentarju jista' jkollha diversi għanijiet. Hija tista' tkun intiża biex tipproteġi werrieta li għandhom ftit jew li addirittura m'għandhom l-ebda, biex tippreserva l-patrimonju ta' minuri sakemm jilħqu l-età legali, biex tipprevjeni l-kwistjonijiet bejn il-werrieta jew biex jiġu eżegwiti l-obbligi u jitħallsu l-legati.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-eżekutur testamentarju jista' jwettaq żewġ tipi ta' kompiti, jiġifieri l-likwidazzjoni tal-patrimonju skond id-dispo-żizzjonijiet testamentarji tad-<HT TYPE="ITALIC">de cujus,</HT> b'mod li l-inkarigu tiegħu jispiċċa hekk kif issir din il-likwidazzjoni, jew il-ġestjoni tal-patrimonju li jkun inwtiret għal ċertu żmien, per eżempju, sakemm il-werriet jilħaq l-età legali.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Minn din id-deskrizzjoni r-Repubblika Federali tal-Ġermanja tiddeduċi li x-xogħol imwettaq minn eżekutur testamentarju ma jikkostitwixxix servizz ta' avukat u lanqas servizzi simili għal dan, fis-sens tat-tielet inċiż ta' l-Artikolu 9(2)(e) tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV —</NO.P><TXT>Analiżi</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Jiena mhiniex konvint mill-fondatezza tar-rikors għal nuqqas ta' twettiq ta' obbligu mressaq mill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Ċertament, bħalma tindika din l-istituzzjoni, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 9(2) (e) tas-Sitt Direttiva m'għandhomx jinqraw bħala eċċezzjoni għar-regola ġenerali li hemm fl-Artikolu 9(1) ta' din id-direttiva u għalhekk għandhom jiġu interpretati b'mod strett. Skond ġurisprudenza stabbilita, l-<?PAGE NO="I-10618"?>Artikolu 9(2) ta' din l-istess direttiva fih kriterji ta' konnessjoni speċifiċi, b'mod li l-post ta' konnessjoni fiskali ta' attività ekonomika għandu jiġi ddeterminat skond din id-dispożizzjoni u mhux skond ir-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 9(1) tas-Sitt Direttiva jekk l-istess attività taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' wieħed minn dawn il-kriterji<NOTE NOTE.ID="E0003" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="19970306">6 ta' Marzu 1997</DATE>, Linthorst, Pouwels en Scheres (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-167/95" YEAR="1997" PAGE.ECR="I-1195">C-167/95, Ġabra p. I-1195, punti 10 u 11</REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huwa paċifiku wkoll li l-Artikolu 9(2)(e) tas-Sitt Direttiva jikkontempla mhux il-professjonijiet bħala tali, imma s-servizzi li jiġu prinċipalment u normalment ipprovduti fl-Istati Membri filkuntest ta' l-istess professjonijiet<NOTE NOTE.ID="E0004" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="19970916">16 ta' Settembru 1997</DATE>, von Hoffmann (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-145/96" YEAR="1997" PAGE.ECR="I-4857">C-145/96, Ġabra p. I-4857, punt 17</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni li tqum f'din il-kawża hija dwar jekk is-servizzi mogħtija minn eżekutur testamentarju jaqgħux taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-kriterju ta' konnessjoni speċifika stabbilit fit-tielet inċiż ta' l-Artikolu 9(2)(e) tas-Sitt Direttiva, kif issostni l-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Jiena nfakkar li skond din id-dispożiz-zjoni l-post ta' konnessjoni fiskali tas-servizzi li hija telenka huwa l-post fejn il-klijent ikollu l-indirizz permanenti tiegħu jew fejn normalment ikun residenti meta dawn isser vizzi jkunu ngħataw, minn naħa, lil klijent mhux taxxabbli stabbilit barra mill-Komu-nità u, min-naħa l-oħra, lil klijent taxxabbli stabbilit fil-Komunita imma mhux fl-istess pajjiż bħal dak tal-fornitur.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Skond it-teżi tal-Kummissjoni, il-klijent tas-servizzi pprovduti minn eżekutur testamentarju huwa jew huma l-werrieta tad-<HT TYPE="ITALIC">de cujus.</HT> Jiena tal-fehma li din it-teżi ma tistax tiġi segwita, u dan minħabba l-motivi li ġejjin.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Il-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>[klijent]<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/>, imsemmi fl-Artikolu 9(2)(e) tas-Sitt Direttiva, jeħtieġ, fil-fehma tiegħi, l-eżistenza ta' rapport ġuri-diku bejn il-klijent u l-fornitur tas-servizz.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Dan ir-rekwiżit jirriżulta, l-ewwel nett, min-natura stess tal-VAT, li fil-fatt tikkostitwixxi taxxa fuq il-konsum. Huwa x-xiri ta' oġġett jew ta' servizz li jikkostitwixxi l-fatt li j iskättä din it-taxxa u li jagħmilha eżiġibbli mingħand ix-xerrej ta' dak l-oġġett jew servizz, u dan kemm meta x-xerrej jagħmel dak l-akkwist fit-twettiq ta' l-attività ekonomika tiegħu, bħala persuna taxxabbli, kif ukoll meta huwa jagħmel dak l-akkwist biex jissodisfa l-ħtiġijiet tiegħu, bħala konsumatur finali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10619"?><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>B'hekk, fis-sistema tal-VAT, din it-taxxa tapplika għall-istadji kollha tal-proċess ta' produzzjoni jew ta' distribuzzjoni ta' oġġett jew ta' servizz u hija dovuta, f'kull stadju ta dan il-proċess, kull meta jkun hemm rapport ġuridiku bejn żewġ partijiet distinti li matulu jsir skambju tas-servizzi reċiproki<NOTE NOTE.ID="E0005" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20060323">23 ta' Marzu 2006</DATE>, FCE Bank (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-210/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-2803">C-210/04, Ġabra p. I-2803</REF.DOC.ECR>, punt 34 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Ir-rekwiżit tar-rapport ġuridiku bejn il-klijent u l-fornitur tas-servizzi, fil-fehma tiegħi, jirriżulta sussegwentement mis-sistema prevista fl-Artikolu 9(2) (e) tas-Sitt Direttiva. Skond din is-sistema, huwa s-suġġett tal-kuntratt li jsir mal-fornitur li jippermetti li jiġi ddeterminat jekk is-servizz previst jikkorrispondix għal wieħed minn dawk is-servizzi elenkati f'din id-dispożiz-zjoni. Għaldaqstant, fil-fehma tiegħi, il-klijent, fis-sens ta' dik id-dispożizzjoni, huwa neċessarjament dak li huwa parti fil-kuntratt li jsir mal-fornitur.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Madankollu, fl-eżami tar-relazzjonijiet bejn il-werriet jew il-werrieta tad-<HT TYPE="ITALIC">de cujus</HT> u l-eżekutur testamentarju, għandu jiġi kkonstatat li dawn ma kkonkludew ebda ftehim bejniethom. Huwa sabiex jeżegwixxi d-dis-pożizzjonijiet testamentarji tad-<HT TYPE="ITALIC">de cujus</HT> li l-eżekutur testamentarju ġie mqabbad u huwa mill-istess <HT TYPE="ITALIC">de cujus</HT> li ġew iddeterminati s-servizzi li huwa għandu jagħti u l-ispiża tagħhom. L-unika deċiżjoni li jieħu l-werriet meta l-mandant imut u s-servizzi ta' l-eżekutur testamentarju j siru eżiġibbli, hija jekk jaċċettax jew le l-wirt tad-<HT TYPE="ITALIC">de cujus.</HT> Madankollu, din il-manifestazzjoni ta' volontà ma tikkonvertihx fi klijent tas-servizzi pprovduti mill-eżekutur testamentarju, peress li huwa la jiddetermina lkontenut u lanqas il-prezz.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, jiena nsostni li l-Kummissjoni, fl-argumenti tagħha biex turi li s-servizzi ta' eżekutur testamentarju huma simili għal dawk ta' avukat, tesponi li anki dan l-eżekutur jiddefendi l-interessi tal-mandant. Madankollu, fin-noti tagħha hija taċċetta li l-kompitu ta' l-eżekutur testamentarju huwa li jiddefendi l-ewwel u qabel kollox l-interessi tad-<HT TYPE="ITALIC">de cujus.</HT></TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Din hija r-raġuni għaliex jidhirli li ssitwazzjoni tal-wer riet fil-konfront ta' l-eżekutur testamentarju hija differenti minn dik li jkun jinsab fiha fil-konfront ta' fornitur ta' riċerki dwar il-werrieta, li l-Kummissjoni tirreferi għaliha fin-noti tagħha. Fir-rigward ta' fornitur ta' servizzi ta' dan it-tip, il-werriet jidher fil-fatt bħala klijent. Meta l-werriet jiġi informat mir-riċerkatur tal-werrieta li huwa għandu xi drittijiet ta' suċċessjoni, il-fornitur jitolbu jidħol fi ftehim miegħu li fih jiġi ffissat l-ammont ta' ħlas li għalih il-fornitur jinformah preċiżament bid-drittijiet tiegħu u bilmod kif jista' jirreklamahom. F'dan il-każ, ikun hemm kuntratt bejn il-werriet u l-fornitur tas-servizz.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10620"?><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-fatt li fil-linji gwida l-Kumitat Konsultattiv tal-VAT qies li l-post ta' konnessjoni fiskali tal-pro wista tasservizzi ta' riċerkatur tal-wer r ieta kellu jiġi stabbilit skond l-Artikolu 9(2)(e) tas-Sitt Direttiva mhuwiex tali li juri l-fondatezza tal-pożizzjoni difiża mill-Kummissjoni għal dak li jikkonċerna l-eżekutur testamentarju.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kuntrarjament għall-Kummissjoni, jiena mhiniex konvint li llokalizzazzjoni tasservizzi ta' eżekutur testamentarju fil-pajjiż terz fejn ikun jinsab il-werriet, li neċessarjament jista' jkun biss konsumatur finali, ikollha l-effett li jiġi ddeterminat li hija fil-post ta' l-użu jew tattgawdija effettiva tasservizzi pprovduti.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-werriet effettivament jidher bħala l-benefiċjarju tasservizzi pprovduti mill-eżekutur testamentarju, per ess li, kif fakkret ir-Repubblika Federali tal-Ġer-manja, il-mandat ta' dan ta' l-aħħar huwa li jittrasferixxi lill-werriet id-drittijiet li huwa jkollu mill-patrimonju tad-<HT TYPE="ITALIC">de cujus.</HT> Il-werriet ibati wkoll l-ispejjeż ta' l-eżekutur, peress li, ħlief fil-każ li d-<HT TYPE="ITALIC">de cujus</HT> ikun għażel li jħallas lill-eżekutur testamentarju għas-ser-vizzi tiegħu waqt li kien għadu ħaj, din l-ispiża tiġi mnaqqsa mill-assi tal-wirt. Madankollu, fil-fehma tiegħi, dawn l-elementi mhumiex suffiċjenti biex jiġi konkluż li, meta l-werriet ikollu l-indirizz permanenti jew irresidenza normali tiegħu f'pajjiż terz, is servizzi ta' l-eżekutur testamentarju jkunu effettivament użati jew gawduti barra mill-Komunità.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Fil-fatt, f'din ir-relazzjoni trijangolari li torbtu mad-<HT TYPE="ITALIC">de cujus</HT> u ma' l-eżekutur testamentarju, ir-rwol tal-werriet, salv dispo-żizzjonijiet speċifiċi tad-<HT TYPE="ITALIC">de cujus,</HT> huwa passiv. B'mod ġenerali, mhuwiex il-werriet li ddeċieda li jirrikorri għal dan il-fornitur u lanqas m'huwa l-istess werriet li ddetermina l-kompitu tiegħu. Il-werriet sempliċiment jirċievi d-drittijiet li jispettaw lilu, skond il-kompitu ppreċiżat mid-<HT TYPE="ITALIC">de cujus,</HT> u dan saħansitra mingħajr ma jkollu neċessarja-ment relazzjoni ma' l-eżekutur testamentarju. Din hija r-raġuni għaliex jiena ma naħsibx li din is-sitwazzjoni tista' tiġi mqabbla, per eżempju, ma' dik ta' konsumatur finali li jkun jgħix barra mill-Komunità u li jafda d-difiża ta' l-interessi tiegħu f'idejn avukat stabbilit fi Stat Membru sabiex jirrappreżentah quddiem qorti ta' pajjiż terz.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, fil-fehma tiegħi ma jistax ikun hemm użu jew tgawdija effettiva ta' servizz ħlief minn persuna li tkun iddeċidiet li tirrikorri għasservizzi ta' persuna taxxabbli u li tkun tista' tirrikorri għal dawn isser vizzi għat-twettiq ta' l-attività professjonali tagħha, partikolarment il-produzzjoni ta' oġġetti, kif previst fis-seba' premessa tas-Sitt Direttiva<NOTE NOTE.ID="E0006" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Din hija r-raġuni għaliex jiena lanqas naħseb li d-<HT TYPE="ITALIC">de cujus</HT> jista' jiġi meqjus bħala l-klijent tasservizzi ta' l-eżekutur testamentarju fis-sens ta' l-Artikolu 9(2)(e) tas-Sitt Direttiva, peress li sservizzi ma jingħatawx ħlief wara mewtu.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10621"?><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ma turiex kif il-konnessjoni tas-ser vizzi ta' eżekutur testamentarju mal-post ta' l-istabbiliment ta' dan il-fornitur, skond l-Artikolu 9(1) tas-Sitt Direttiva, tmur kontra l-għanijiet ta' din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Bħalma diga indikajt, l-Artikolu 9 ta' din id-Direttiva għandu l-iskop, b'mod partikolari, li jevita n-nuqqas ta' tassazzjoni. Illokalizzazzjoni tas-servizzi pprovduti minn eżekutur testamentarju fil-post fejn dan il-fornitur iwettaq l-attivitajiet tiegħu, bħalma huwa previst fil-liġi Germaniza in kwistjoni, ifisser li fil-Ġermanja jiġu ntaxxati s-ser vizzi pprovduti minn avukati stabbiliti f'dan l-Istat Membru li jwettaq attivitajiet bħal dawn, irrispettivament mill-post fejn jirrisjedu lwerrieta. It-teżi difiża mill-Kummissjoni, min-naħa tagħha, twassal sabiex is-servizzi ta' l-eżekutur testamentarju jiġu eżentati mit-taxxa meta l-werriet tad-<HT TYPE="ITALIC">de cujus</HT> jkun jgħix f'pajjiż terz.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, jiena nqis li l-Kummissjoni ma wrietx li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikolu 9(2) (e) tas-Sitt Direttiva billi ma stabbilitiex il-post fejn jingħataw is-servizzi ta' eżekutur testamentarju skond dawn id-dispożizzjonijiet meta s-servizzi jingħataw lil klijenti stabbiliti barra mill-Komunità jew lil persuni taxxabbli stabbiliti fil-Komunità iżda barra mill-pajjiż tal-fornitur.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Skond id-dispożizzjonijiet ta l-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ssegwi l-konklużjonijiet tiegħi, il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V —</NO.P><TXT>Konklużjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jiena nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad dan ir-rikors għal nuqqas ta' twettiq ta obbligu bħala infondat u tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.</TXT></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>