European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/2984

29.4.2024

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(C/2024/2984)

Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“Bourgogne”

PDO-FR-A0650-AM03

Data tal-komunikazzjoni: 1.2.2024

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Rendiment

Fil-punt 2 tat-taqsima VIII tal-Kapitolu I, ir-rendiment finali (massimu) tal-inbejjed bojod jiżdied kif ġej għal 77 hl/ha minflok 75 hl/ha.

Għad-Denominazzjonijiet Ġeografiċi Addizzjonali kollha, ir-rendimenti massimi tal-inbejjed bojod żdiedu, bl-eċċezzjoni tal-hekk imsejħa dwieli wiesgħa tad-denominazzjonijiet ġeografiċi addizzjonali “Hautes Côtes de Beaune” u “Hautes Côtes de Nuits”. Dawn id-dwieli diġà kienu fir-rendiment massimu possibbli tagħhom skont ir-regoli definiti tal-produzzjoni.

Il-valuri tar-rendiment żdiedu biex titqies il-problema tat-tibdil fil-klima, li jikkawża perikli u għandu impatt fuq in-nuqqasijiet rikorrenti fir-rendimenti tal-ħsad.

Id-Dokument Uniku ġie emendat fil-punt 5 għall-inbejjed bojod biss.

2.   Bidla fil-korp ta’ kontroll

It-taqsima II tal-Kapitolu III tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet emendata minħabba li r-regoli editorjali ġew riveduti.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/Ismijiet

Bourgogne

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika:

DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed huma nbejjed bla gass xotti, bojod, ħomor jew rożè. a) - L-inbejjed bojod għandhom qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 10,5 %; L-inbejjed ħomor u rożè għandhom qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 10,2 %. b) - Wara l-arrikkiment, l-inbejjed ma jaqbżux il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum li ġejja: Inbejjed bojod 13 % Inbejjed ħomor u rożè 13,2 % c) - L-inbejjed ħomor ikollhom, fl-istadju tal-imballaġġ, kontenut massimu ta’ aċidu maliku ta’ 0,4 grammi għal kull litru. d) - L-inbejjed finali, lesti għall-konsum, ikollhom kontenut massimu ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) ta’: KULUR TAL-INBID KONTENUT MASSIMU TA’ ZOKKOR FERMENTABBLI (glukożju + fruttożju) Inbejjed bojod - 3 grammi għal kull litru; - jew 4 grammi għal kull litru, jekk l-aċidità totali tkun ta’ 55,10 milliekwivalenti għal kull litru jew aktar. Inbejjed ħomor - 2 grammi għal kull litru Inbejjed rożè - 3 grammi għal kull litru e)

Il-kriterji analitiċi l-oħra jsegwu l-valuri stabbiliti mil-leġiżlazzjoni Ewropea.

L-inbejjed ħomor u rożè spiss ikollhom konsistenza tannika fina u bellusija b’togħma tajba ta’ frott. L-inbejjed bojod, prodotti mill-varjetà tad-dwieli Chardonnay B, għandhom togħma ratba, imsaħħa mill-aċidità meħtieġa għal struttura bbilanċjata u tqaddim tajjeb, bi nbejjed li jistgħu jkunu qawwija. Il-firxa latitudinali kbira taż-żona ġeografika hija espressa b’mod preċiż fl-inbejjed. Fil-Yonne, l-inbejjed huma pjuttost strutturati minn aċidità preżenti sew, li hija differenti mill-espressjoni aktar flessibbli tal-inbejjed mill-parti tan-Nofsinhar taż-żona ġeografika.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

—

Aċidità totali minima

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Prattika enoloġika speċifika

a)

It-tekniki ta’ arrikkiment bit-tnaqqis (TSE) huma awtorizzati, għall-inbejjed ħomor sa livell ta’ konċentrazzjoni ta’ 10 %;

b)

L-użu tal-faħam għal skopijiet enoloġiċi għall-produzzjoni tal-inbejjed rożè huwa pprojbit, kemm jekk waħdu kif ukoll imħallat fi preparazzjonijiet;

c)

L-użu taċ-ċana huwa pprojbit;

d)

Wara l-arrikkiment, il-qawwa alkoħolika totali tal-inbejjed skont il-volum ma taqbiżx il-limiti li ġejjin:

 

Inbejjed bojod 13 %

 

Inbejjed ħomor u rożè 13,2 %

Minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, l-inbejjed iridu jkunu konformi mal-obbligi stabbiliti fil-livell tal-UE kif ukoll fil-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu f’dak li għandu x’jaqsam mal-prattiki enoloġiċi użati.

1.   Densità tat-tħawwil

Prattika tal-kultivazzjoni

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 5 000 pjanta għal kull ettaru, bi wisa’ bejn il-flanni ta’ 2,20 metri jew inqas;

—

Meta d-densità tat-tħawwil tkun ta’ aktar minn 8 000 pjanta għal kull ettaru, id-dwieli ma jistax ikollhom wisa’ bejn il-pjanti fl-istess flann ta’ inqas minn 0,50 metru;

—

Meta id-densità tat-tħawwil tkun ta’ 8 000 pjanta għal kull ettaru jew inqas, id-dwieli ma jistax ikollhom wisa’ bejn il-pjanti fl-istess flann ta’ inqas minn 0,80 metru;

Id-dwieli mħawla mingħajr ordni apparenti għandhom densità minima tat-tħawwil ta’ 9 000 pjanta għal kull ettaru u wisa’ ta’ aktar minn 0,50 metru bejn il-pjanti fl-istess flann.

DISPOŻIZZJONI PARTIKOLARI

Fil-vinja demarkata mid-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Bourgogne segwita mid-denominazzjonijiet ġeografiċi addizzjonali “Hautes Côtes de Beaune” u “Hautes Côtes de Nuits”, id-dwieli għandhom densità minima tat-tħawwil ta’ 4 000 pjanta għal kull ettaru, b’wisa’ bejn il-flanni ta’ 3 metri jew inqas.

2.   Regoli taż-żbir

Prattika tal-kultivazzjoni

Id-dwieli jinżabru skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

WISA’ BEJN IL-FLANNI, IL-KULUR TAL-INBEJJED, IL-POST TAD-DWIELI

REGOLI TAŻ-ŻBIR

Dispożizzjonijiet ġenerali

Inbejjed bojod

—

jew żabra qasira (dwieli mħarrġa fi żbir bis-sistema tal-cordon Royat u l-cordon bilaterali), b’numru ta’ għejun ta’ mhux aktar minn 10 għal kull metru kwadru;

—

jew żabra twila ta’ Guyot sempliċi jew Guyot doppju b’numru ta’ mhux aktar minn 8,5 għejun għal kull metru kwadru.

Inbejjed bojod (biss fil-muniċipalitajiet tad-département ta’ Rhône u fil-muniċipalitajiet tad-département ta’ Saône-et-Loire inklużi fil-vinja delimitata tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Mâcon)

F’żabra għat-tond msejħa “taille à queue du Mâconnais”, b’numru ta’ mhux aktar minn 10 għejun għal kull metru kwadru.

Inbejjed bojod (bl-eċċezzjoni tal-muniċipalitajiet tad-département ta’ Rhône u l-muniċipalitajiet tad-département ta’ Saône-et-Loire inklużi fil-vinja demarkata bid-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Mâcon”)

F’żabra msejħa “żabra Cablis”, b’numru ta’ mhux aktar minn 8,5 għejun għal kull metru kwadru.

Inbejjed ħomor u rożè

—

jew żabra qasira (dwieli mħarrġa fi żbir bis-sistema tal-cordon Royat, il-cordon bilaterali, gobelet u f’forma ta’ mrewħa), b’numru ta’ għejun ta’ mhux aktar minn 10 għal kull metru kwadru;

—

jew żabra twila ta’ Guyot sempliċi jew Guyot doppju b’numru ta’ mhux aktar minn 8 għejun għal kull metru kwadru.

3.   Regoli speċifiċi taż-żbir

Prattika tal-kultivazzjoni

Regoli speċifiċi għad-dwieli tal-vinja demarkata mid-denominazzjoni tal-oriġini kkontrollata Bourgogne segwita mid-denominazzjoni ġeografika addizzjonali “Hautes Côtes de Beaune” u “Hautes Côtes de Nuits” (l-hekk imsejħa dwieli “wiesgħin”)

Id-dwieli jinżabru:

—

jew b’żabra qasira (dwieli mħarrġa bis-sistema tal-cordon Royat jew tal-cordon bilaterali);

—

jew b’żabra twila tat-tip Guyot sempliċi jew doppja.

In-numru ta’ għejun għal kull metru kwadru ma għandux ikun aktar minn 6.

Kisjiet ta’ injam twil fuq l-istess fil huma pprojbiti.

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Iż-żabra Guyot sempliċi tista’ tiġi adattata:

—

bit-tieni fergħa li tippermetti li l-pożizzjoni taz-zokk irqiq tiġi alternata minn sena għal oħra;

—

b’zokk qasir b’massimu ta’ 3 għejun u fergħa limitata għal 2 għejun.

Irrispettivament mit-tip ta’ żabra, id-dwieli jistgħu jinżabru b’għejun addizzjonali sakemm fl-istadju fenoloġiku li jikkorrispondi għal 11 jew 12-il werqa, in-numru ta’ friegħi tal-frott tas-sena għal kull metru kwadru jkun ma jkunx akbar min-numru ta’ għejun definiti għar-regoli taż-żabra.

5.2.   Rendimenti massimi

1.

Inbejjed bojod

77 ettolitru għal kull ettaru

2.

Inbejjed ħomor u rożè

69 ettolitru għal kull ettaru

3.

Inbid abjad AOC Bourgogne + DGC

77 ettolitru għal kull ettaru

4.

Inbid aħmar u rożè AOC Bourgogne + DGC

67 ettolitru għal kull ettaru

5.

Inbid abjad AOC Bourgogne + DGC “Hautes Côtes de Beaune” u “Hautes Côtes de Nuits”

77 ettolitru għal kull ettaru

6.

Inbid aħmar u rożè AOC Bourgogne + DGC “Hautes Côtes de Beaune” u “Hautes Côtes de Nuits”

66 ettolitru għal kull ettaru

7.

Inbid abjad AOC Bourgogne + DGC “Tonnerre”

77 ettolitru għal kull ettaru

8.

Inbid abjad AOC Bourgogne + DGC “Hautes Côtes de Beaune” u “Hautes Côtes de Nuits” (dwieli “wiesgħa”)

65 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

L-għeneb jinqata’ u l-inbejjed isiru u jiġu żviluppati fil-komuni li ġejjin:

INBEJJED BOJOD, ĦOMOR U ROŻÈ

—

Id-département ta’ Côte-d’Or:

Aloxe-Corton, Ancey, Arcenant, Auxey-Duresses, Baubigny, Beaune, Belan-sur-Ource, Bévy, Bissey-la-Côte, Bligny-lès-Beaune, Boncourt-le-Bois, Bouix, Bouze-lès-Beaune, Brion-sur-Ource, Brochon, Chambolle-Musigny, Charrey-sur-Seine, Chassagne-Montrachet, Chaumont-le-Bois, Chaux, Chenôve, Chevannes, Chorey-lès-Beaune, Collonges-lès-Bévy, Comblanchien, Corcelles-les-Monts, Corgoloin, Cormot-le-Grand, Corpeau, Couchey, Curtil-Vergy, Daix, Dijon, Echevronne, L’Etang-Vergy, Fixin, Flagey-Echézeaux, Fussey, Gevrey-Chambertin, Gilly-lès-Cîteaux, Gomméville, Griselles, Ladoix-Serrigny, Larrey, Magny-lès-Villers, Mâlain, Marcenay, Marey-lès-Fussey, Marsannay-la-Côte, Massingy, Mavilly-Mandelot, Meloisey, Messanges, Meuilley, Meursault, Molesme, Monthelie, Montliot-et-Courcelles, Morey-Saint-Denis, Mosson, Nantoux, Noiron-sur-Seine, Nolay, Nuits-Saint-Georges, Obtrée, Pernand-Vergelesses, Plombières-lès-Dijon, Poinçon-lès-Larrey, Pommard, Pothières, Premeaux-Prissey, Puligny-Montrachet, Reulle-Vergy, La Rochepot, Saint-Aubin, Saint-Romain, Santenay, Savigny-lès-Beaune, Segrois, Talant, Thoires, Vannaire, Vauchignon, Villars-Fontaine, Villedieu, Villers-la-Faye, Villers-Patras, Vix, Volnay, Vosne-Romanée u Vougeot;

—

id-département ta’ Rhône:

Charentay;

—

Id-département ta’ Saône-et-Loire:

Aluze, Ameugny, Azé, Barizey, Berzé-la-Ville, Berzé-le-Châtel, Bissey-sous-Cruchaud, Bissy-la-Mâconnaise, Bissy-sous-Uxelles, Bissy-sur-Fley, Blanot, Bonnay, Bouzeron, Boyer, Bray, Bresse-sur-Grosne, Burgy, Burnand, Bussières, Buxy, Cersot, Chagny, Chaintré, Chamilly, Champagny-sous-Uxelles, Chânes, Change, Chapaize, La Chapelle-sous-Brancion, Charbonnières, Chardonnay, Charnay-lès-Mâcon, Charrecey, Chasselas, Chassey-le-Camp, Château, Cheilly-lès-Maranges, Chenôves, Chevagny-lès-Chevrières, Chissey-lès-Mâcon, Clessé, Cortambert, Cortevaix, Couches, Crêches-sur-Saône, Créot, Cruzille, Culles-les-Roches, Curtil-sous-Burnand, Davayé, Dennevy, Dezize-lès-Maranges, Donzy-le-National, Dracy-lès-Couches, Dracy-le-Fort, Epertully, Etrigny, Farges-lès-Mâcon, Fleurville, Fley, Fontaines, Fuissé, Genouilly, Germagny, Givry, Grevilly, Hurigny, Igé, Jalogny, Jambles, Jugy, Jully-lès-Buxy, Lacrost, Laives, Laizé, Leynes, Lournand, Lugny, Mâcon, Malay, Mancey, Martailly-lès-Brancion, Massy, Mellecey, Mercurey, Milly-Lamartine, Montagny-lès-Buxy, Montbellet, Montceaux-Ragny, Moroges, Nanton, Ozenay, Paris-l’Hôpital, Péronne, Pierreclos, Plottes, Préty, Prissé, Remigny, La Roche-Vineuse, Rosey, Royer, Rully, Saint-Albain, Saint-Amour-Bellevue, Saint-Boil, Saint-Clément-sur-Guye, Saint-Denis-de-Vaux, Saint-Désert, Saint-Gengoux-de-Scissé, Saint-Gengoux-le-National, Saint-Gilles, Saint-Jean-de-Trézy, Saint-Jean-de-Vaux, Saint-Léger-sur-Dheune, Saint-Mard-de-Vaux, Saint-Martin-Belle-Roche, Saint-Martin-du-Tartre, Saint-Martin-sous-Montaigu, Saint-Maurice-des-Champs, Saint-Maurice-de-Satonnay, Saint-Maurice-lès-Couches, Saint-Pierre-de-Varennes, Saint-Sernin-du-Plain, Saint-Vallerin, Saint-Vérand, Saint-Ythaire, La Salle, Salornay-sur-Guye, Sampigny-lès-Maranges, Santilly, Sassangy, Saules, Savigny-sur-Grosne, Sennecey-le-Grand, Senozan, Sercy, Serrières, Sigy-le-Châtel, Sologny, Solutré-Pouilly, Tournus, Uchizy, Vaux-en-Pré, Vergisson, Vers, Verzé, Le Villars, La Vineuse, Vinzelles u Viré;

—

Id-département ta’ Yonne:

Accolay, Asquins, Augy, Auxerre, Beine, Bernouil, Béru, Bleigny-le-Carreau, Chablis, Champvallon, La Chapelle-Vaupelteigne, Charentenay, Chemilly-sur-Serein, Cheney, Chichée, Chitry, Collan, Coulanges-la-Vineuse, Courgis, Cravant, Dannemoine, Dyé, Epineuil, Escolives-Sainte-Camille, Fleys, Fontenay-près-Chablis, Irancy, Joigny, Junay, Jussy, Lignorelles, Ligny-le-Châtel, Maligny, Migé, Molosmes, Mouffy, Poilly-sur-Serein, Préhy, Quenne, Saint-Bris-le-Vineux, Saint-Cyr-les-Colons, Saint-Père, Serrigny, Tharoiseau, Tonnerre, Tronchoy, Val-de-Mercy, Venoy, Vermenton, Vézelay, Vézinnes, Villy, Vincelottes, Viviers u Volgré.

INBEJJED BOJOD

—

Id-département ta’ Rhône:

Anse, Bagnols, Blacé, Le Bois-d’Oingt, Le Breuil, Charnay, Châtillon, Chessy, Cogny, Corcelles-en-Beaujolais, Denicé, Frontenas, Gleizé, Jarnioux, Lacenas, Lachassagne, Lancié, Légny, Liergues, Lucenay, Marcy, Moiré, Morancé, Nuelles, Oingt, Pommiers, Pouilly-le-Monial, Rivolet, Saint-Germain-sur-l’Arbresle, Saint-Jean-des-Vignes, Saint-Julien, Saint-Laurent-d’Oingt, Theizé, Ville-sur-Jarnioux.

INBEJJED ĦOMOR U ROŻÈ

—

Id-département ta’ Rhône:

Cercié, Chénas, Chiroubles, Emeringes, Fleurie, Juliénas, Jullié, Lantignié, Odenas, Quincié-en-Beaujolais, Régnié-Durette, Saint-Etienne-la-Varenne, Saint-Lager, u Villié-Morgon.

—

Id-département ta’ Saône-et-Loire: La-Chapelle-de-Guinchay, Pruzilly, Romanèche-Thorins.

 

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

Chardonnay B

César N

Gamay N

Pinot blanc B

Pinot gris G

Pinot noir N

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   a) - Deskrizzjoni tal-fatturi naturali li jikkontribwixxu għar-rabta

Iż-żona ġeografika tinsab fuq l-artijiet tradizzjonalment iddedikati għall-vitikultura fid-dipartimenti tal-Yonne, Côte-d’Or, Saône-et-Loire u Rhône. Testendi fuq it-territorju ta’ aktar minn 300 muniċipalità.

Hija magħmula minn għadd ta’ vinji xi ftit jew wisq separati minn ma’ xulxin, miġburin fil-Bourgogne tal-vinji, mifruxin fuq madwar 250 kilometru mit-Tramuntana għan-Nofsinhar.

Kull waħda mill-vinji hija kkaratterizzata minn pajsaġġi, ġeoloġija u klima partikolari.

Il-vinji tal-Yonne u tax-“Châtillonnais”, fit-Tramuntana tal-“Côte d’Or”, jinsabu fuq il-“cuestas” tal-Baċin Pariġin, fuq sedimenti li jmorru lura għall-Ġurassiku Superjuri, bl-eċċezzjoni tal-“Vézelien”, stabbilit fuq formazzjonijiet tal-Ġurassiku Inferjuri u tal-Ġurassiku Medju, u tal-“Jovinien”, stabbilit fuq formazzjonijiet tal-Kretaċju Superjuri. Is-substrati huma prinċipalment taħlita ta’ tafal u ġir (lom), u f’ċerti postijiet ġir biss. Il-vinji huma limitati għall-muntanji l-aktar esposti tal-cuestas, fuq il-ġnubijiet tal-widien ewlenin li jiskulaw l-ilma tar-reġjun, l-Yonne u t-tributarji tagħha, is-Seine u t-tributarji tagħha. Huma mifruxa fuq diversi altitudnijiet bejn 150 metru u 300 metru.

Minn Dijon sal-periferiji ta’ Lyon, il-vinji jokkupaw sensiela ta’ muntanji dritti kważi kontinwa. Din tifforma l-fruntiera tal-Punent tal-wied ta’ Bresse, struttura tettonika kbira li sfrondat meta bdew jogħlew l-Alpi. Is-substrati huma prinċipalment magħmula minn sedimenti, ġir jew minn taħlita ta’ tafal u ġir (lom), ġeneralment mill-perjodu Ġurassiku, iżda f’ċerti postijiet anki mit-Triassiku. F’ċerti postijiet, l-aktar f’Saône-et-Loire, il-vinji jinsabu fuq l-isporġenzi tal-pjattaforma metamorfika u granitika tal-era Primarja, li mbagħad iġġeneraw ħamrija aċiduża. Għalkemm il-muntanji interni huma kultant għoljin (650 metru f’Côte-d’Or, 1 000 metru fil-“Beaujolais”), id-dwieli ma jitħawlux f’altitudni akbar minn bejn 250 metru u 400 metru. Kull waħda mill-vinji hija kkaratterizzata minn pajsaġġi, ġeoloġija, u morfoloġija speċifiċi:

—

widien wesgħin li fit-truf tagħhom jinfdu l-għoljiet tal-franka tal-Baċin Pariġin;

—

strixxa kontinwa dejqa li tinsab fit-tarf bejn il-pjanura u l-għoljiet għal “la Côte”;

—

sensiela ta’ muntanji paralleli, tul l-assi mit-Tramuntana għan-Nofsinhar, ix-“chaînons” (“katina”) fil-“Mâconnais”.

Il-“Bourgogne tal-vinji” għandu klima oċeanika pjuttost friska. Din il-klima hija kkaratterizzata minn sistema ta’ xita moderata u regolari, mingħajr nixfa qawwija fis-sajf. It-temperaturi jirriflettu dan it-temp frisk tiegħu, b’medja annwali ta’ 11-il °C.

Għalkemm jinħass sew fid-dipartiment tal-Yonne, dan jonqos xi ftit fix-xlokk taż-żona ġeografika, minħabba li din il-parti hija protetta mill-muntanji tal-Morvan u tax-Charolais, li jiġġeneraw effett ta’ Foehn li jirriżulta f’umdità iktar baxxa u temperatura ogħla mir-referenza reġjonali.

Il-parti tal-Lvant taż-żona ġeografika hija affettwata minn influwenzi kontinentali li jirriżultaw f’temperaturi relattivament baxxi fix-xitwa, perjodi ta’ silġ li jistgħu jkunu twal u qawwija, iżda kultant anki fi tmiem tal-ħarifa xott ħafna u xemxi.

L-influwenzi tan-Nofsinhar, li jinħassu l-aktar fin-naħa ta’ isfel taż-żona ġeografika, jistgħu jiġġeneraw, temporanjament, temperaturi għoljin fis-sajf u arja sħuna minn fuq il-baħar, li tikkawża l-maltempati tas-sajf.

Il-pożizzjoni tal-vinja ta’ Bourgogne fit-Tramuntana twassal għal effett sinifikanti tas-sitwazzjonijiet meżoklimatiċi fuq il-potenzjal tal-vitikultura, kif ukoll espressjoni qawwija tal-effett tal-kundizzjonijiet tal-vendemmja fuq il-karatteristiċi tal-inbejjed.

L-irqajja’ magħżula għall-ħsad tal-għeneb jikkorrispondu għaż-żoni kollha rikonoxxuti tradizzjonalment għall-idoneità tagħhom għall-vitikultura. Għalhekk huma preferibbilment jokkupaw l-għoljiet esposti sew tar-riżalt prinċipali fejn jinġabru l-aħjar kundizzjonijiet termiċi u idriċi.

8.2.   b) - Deskrizzjoni tal-fatturi umani li jikkontribwixxu għar-rabta

Il-kultivazzjoni tad-dwieli hija attestata sa mill-perjodu Gallo-Ruman (tpinġijiet tad-dwieli f’Escolives-Sainte-Camille ħdejn Auxerre, dielja tas-seklu I skavata f’Gevrey-Chambertin, id-“diskors lil Konstantinu” ta’ Eumenes li jiddeskrivi l-vinji tal-“Pagus arebrignus” ħdejn Beaune fis-seklu IV). Ir-rotot ta’ komunikazzjoni bħas-Saône (amfori li jmorru lura sa nofs is-seklu I W.K. f’Chalon-sur-Saône) jew il-Via Agrippa ffaċilitaw l-espansjoni tal-vinja.

Fil-Medjuevu, il-vinji ta’ Bourgogne kienu diġà kisbu importanza ekonomika u kienu magħrufa lil hinn mill-fruntieri. Auxerre tipproduċi l-hekk imsejħa nbejjed tal-“Basse Bourgogne”, filwaqt li l-“Côte d’Or” hija magħrufa li tipprovdi l-“Vins de Beaune”.

Ir-rwol tal-istrutturi ekkleżjastiċi (abbaziji, veskovati) u tan-nobbiltà, fil-bini tal-fama tal-inbejjed ta’ “Bourgogne”, huwa magħruf sew. Cluny, Cîteaux, Pontigny, ix-Chapitre de Langres, id-Duki ta’ Bourgogne, kollha kkontribwew, bil-mod tagħhom stess, għall-ħolqien ta’ territorju tal-vinji prestiġjuż u għar-reputazzjoni tal-inbejjed tagħhom. Il-firxa tad-Dukat ta’ Bourgogne, minn Mâcon sa Amsterdam, madwar is-seklu XV għamlitha possibbli, pereżempju, li jsir magħruf u jiġi ffaċilitat il-kummerċ fl-inbejjed ta’ “Bourgogne”.

Fis-seklu XVIII, l-iżvilupp sinifikanti tal-kummerċ tal-inbid iġġenera poter ekonomiku ġdid. L-inbejjed ta’ “Bourgogne” bdew jinbiegħu ġeneralment fit-Tramuntana ta’ Franza u tal-Ewropa, u saħansitra f’kontinenti oħra.

Madankollu, il-Bourgogne tal-vinji beda jiddistingwi ruħu b’mod sostanzjali matul is-seklu XIX. Id-diviżjonijiet amministrattivi antiki (provinċji) jew reċenti (dipartimenti) tħalltu mad-dimensjoni ekonomika, iċ-ċentri urbani, bħal Auxerre, Dijon, Beaune, Chalon-sur-Saône u Mâcon, u assiguraw it-tixrid tal-inbejjed tar-reġjun. It-Tramuntana tal-“Beaujolais” bdiet tidentifika ruħha f’dan iż-żmien mal-inbejjed ta’ Mâcon. It-“Tonnerrois” u x-“Châtillonnais”, fil-limiti ta’ Champagne, ukoll daru lejn il-Bourgogne.

Id-denominazzjoni ta’ oriġini Bourgogne ġiet formalizzata b’digriet tal-Qorti ta’ Dijon fl-1930. Il-bażijiet proposti minn dan l-ewwel digriet ftit li xejn inbidlu minn dak iż-żmien ’l hawn u d-demarkazzjoni attwali taż-żona ġeografika tintiret minnhom. Id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Bourgogne ġiet rikonoxxuta b’mod uffiċjali b’digriet fl-1937.

Iż-żona ġeografika hija kkaratterizzata minn varjetà ta’ dwieli li ma tantx hija diversifikata. Għall-inbejjed bojod, il-varjetà tad-dwieli Chardonnay B tiddomina, bil-preżenza lokali tal-varjetà tad-dwieli Pinot Blanc B. Għall-inbejjed ħomor u rożè, il-varjetà tad-dwieli Pinot Noir N hija kważi esklużiva għat-tliet départements tat-Tramuntana ta’ Bourgogne, bil-varjetà tad-dwieli Gamay N fin-Nofsinhar taż-żona ġeografika. Barra minn hekk, il-varjetà tad-dwieli Pinot Gris, lokalment magħrufa bħala “Beurot”, u, f’Yonne, il-varjetà tad-dwieli César N, jidhru b’mod aneddotali.

Dawn il-varjetajiet ta’ dwieli probabbilment huma indiġeni u relatati mill-qrib (il-familja tal-“pinots”), magħżula u adattati għall-kundizzjonijiet lokali sa mill-Medjuevu.

Is-separazzjoni ġeografika tal-vinja hija akkumpanjata minn xi differenzi fil-metodi tal-produzzjoni. Għalhekk, kull reġjun żgħir li wiret għarfien qadim ippreserva ċerti prattiki lokali fil-ġestjoni tal-vinja: l-arkati f’“Mâconnais”, iż-żabra Chablis f’Yonne, eċċ. Għalhekk il-pajsaġġi tal-vitikultura huma tipiċi għal kull post u jintgħarfu.

Dawn l-identitajiet lokali huma espressi bir-rikonoxximent tad-denominazzjoni ġeografika addizzjonali li jikkorrispondu għal reġjuni jew muniċipalitajiet żgħar: “Chitry”, “Côtes d’Auxerre”, “Epineuil”, “Tonnerre”, “Vézelay”, “Coulanges-la-Vineuse”, “Hautes-Côtes de Nuits”, “Hautes-Côtes de Beaune”, “Côte châlonnaise”, “Côtes du Couchois”, u kultant postijiet oħra aktar limitati: “Côte Saint Jacques”, “Le Chapitre”, “Chapelle Notre Dame”, u “Montrecul”.

Organizzati l-ewwel fi trade unions lokali, imbagħad f’federazzjoni tal-produtturi, il-produtturi ħolqu union fl-2007, li tirrappreżenta lill-produtturi kollha li jużaw id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Bourgogne.

Il-vinja għandha madwar 5 100 ettaru għal produzzjoni annwali ta’ kważi 200 000 ettolitru ta’ nbejjed ħomor u rożè u 80 000 ettolitru ta’ nbejjed bojod. Aktar minn 50 % tal-volumi jibbenefikaw minn denominazzjoni ġeografika addizzjonali, bil-volumi ewlenin jinbiegħu taħt id-denominazzjonijiet ġeografiċi addizzjonali “Hautes Côtes de Beaune” (40 000 ettolitru, 17 % nbejjed bojod), “Hautes Côtes de Nuits” (33 000 ettolitru, 22 % nbejjed bojod), “Côte châlonnaise” (28 000 ettolitru, 29 % nbejjed bojod). Minħabba r-reputazzjoni kbira tagħhom, bejn 40 % u 45 % tal-inbejjed ta’ Bourgogne jiġu esportati, skont is-sena.

8.3.   Informazzjoni dwar il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodotti

L-inbejjed ħomor u rożè spiss ikollhom konsistenza tannika fina u bellusija b’togħma tajba ta’ frott.

L-inbejjed bojod, prodotti mill-varjetà tad-dwieli Chardonnay B, għandhom togħma ratba, imsaħħa mill-aċidità meħtieġa għal struttura bbilanċjata u tqaddim tajjeb, bi nbejjed li jistgħu jkunu qawwija.

Il-firxa latitudinali kbira taż-żona ġeografika hija espressa b’mod preċiż fl-inbejjed. Fil-Yonne, l-inbejjed huma pjuttost strutturati minn aċidità preżenti sew, li hija differenti mill-espressjoni aktar flessibbli tal-inbejjed mill-parti tan-Nofsinhar taż-żona ġeografika.

8.4.   Interazzjonijiet kawżali

Il-Bourgogne huwa territorju ta’ vinji tat-Tramuntana fejn id-dwieli jbatu minn restrizzjoni klimatika qawwija. L-impjantazzjoni hija għalhekk limitata għas-sitwazzjonijiet l-aktar favorevoli, li jgawdu minn mesoklimi aktar sħan u niexfa mill-klima reġjonali, u minn ħamrija li tiskula tajjeb u li hija kapaċi tbattal l-ilma żejjed, filwaqt li tibbenefika minn fertilità tajba u tisħin rapidu.

Il-vinji għalhekk huma kkonċentrati fuq il-muntanji ewlenin, l-aktar dawk tal-ġir u li jinsabu f’altitudni moderata.

Il-Bourgogne tal-vinji, ġabra ta’ reġjuni żgħar b’identitajiet u profili partikolari li tagħti lill-produzzjoni reġjonali ċerta diversità riflessa f’denominazzjonijiet ġeografiċi addizzjonali, hija miġbura madwar karatteristiċi komuni importanti:

—

vinja li ma tantx hi diversa u li hija indiġena, partikolarment adattata għall-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima;

—

il-karattru monovarjetali jew kważi monovarjetali tal-inbejjed.

Din l-unità agronomika tingħaqad mad-diversità tal-kundizzjonijiet naturali u l-użi lokali biex tipprovdi firxa wiesgħa ta’ nbejjed bojod, ħomor u rożè, u taqsam il-karatteristiċi tal-inbejjed tat-Tramuntana bħall-aċidità u l-frott, u tagħtihom ċerta eleganza, assoċjata ma’ kapaċità tajba ta’ tqaddim.

Il-gradjent klimatiku, għalkemm diskret, huwa espress bis-sħiħ bis-saħħa tal-varjetajiet tad-dwieli Pinot Noir N u Chardonnay B, li huma reattivi ħafna għall-varjazzjonijiet fl-ambjent naturali.

Il-Bourgogne tal-vinji kif jeżisti hija r-riżultat ta’ dinamika kollettiva relattivament reċenti. Għalkemm il-vinji kollha li jiffurmawh igawdu storja prestiġjuża, fil-fatt ingħaqdu flimkien, taħt isem komuni, biss fis-seklu XIX.

Jullien, fl-1816, xorta ħass l-obbligu li jiġġustifika, fil-ktieb tiegħu “Topographie de tous les vignobles connus” (Topografija tal-vinji kollha magħrufa), l-għażla tiegħu li jiġbor flimkien fl-istess kapitolu l-inbejjed tal-“Basse Bourgogne” (id-département ta’ Yonne), dawk tal-“Haute Bourgogne” (Côte d’Or u t-Tramuntana ta’ Saône-et-Loire), u fl-aħħar nett, “l-inbejjed ta’ Mâcon”, fejn jiġbor flimkien il-“Mâconnais” u parti minn “Beaujolais”.

Huwa probabbli li l-azzjoni tal-kummerċ tal-inbejjed li feġġet fis-seklu XVIII, kif ukoll l-organizzazzjoni tal-vitikultura fil-bidu tas-seklu XX, kienu deċiżivi fl-emerġenza ta’ din l-identità ta’ Bourgogne. Il-kummerċ u mbagħad il-produtturi nfushom ħadu post in-nobilità u l-Knisja, li storikament kienu l-promoturi tal-“Crus de Bourgogne”, billi ħadu l-kontroll tad-dimensjoni ekonomika tal-vitikultura, u żguraw l-influwenza tagħha, anke lil hinn mill-fruntieri Ewropej. Dan huwa muri mix-xogħol tal-Abbé Arnoux “Dissertation sur la situation de la Bourgogne, sur les vins qu’elle produit…” (Dissertazzjoni dwar is-sitwazzjoni ta’ Bourgogne, dwar l-inbejjed li jipproduċi…), ippubblikata f’Londra fl-1728, oriġinarjament bil-Franċiż, imbagħad bl-Ingliż u bil-Ġermaniż. Thomas Jefferson, il-President futur tal-Istati Uniti, żar Bourgogne fl-1787 u baqa’, sa tmiem ħajtu, promotur kbir tal-“crus” ta’ Bourgogne, li għen biex isiru magħrufa fl-Amerka.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Żona fil-viċinanza immedjata (inbejjed bojod, ħomor u rożè)

Qafas ġuridiku:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Iż-żona tal-prossimità immedjata, definita b’deroga għall-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed, tikkonsisti fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin:

—

Id-département ta’ Côte-d’Or:

Agencourt, Argilly, Autricourt, Cérilly, Chambœuf, Channay, Châtillon-sur-Seine, Clémencey, Combertault, Corcelles-les-Arts, Curley, Ebaty, Epernay-sous-Gevrey, Etrochey, Flavignerot, Fleurey-sur-Ouche, Gerland, Grancey-sur-Ource, Lantenay, Levernois, Merceuil, Meursanges, Montagny-lès-Beaune, Nicey, Perrigny-lès-Dijon, Prusly-sur-Ource, Quincey, Ruffey-lès-Beaune, Saint-Bernard, Saint-Philibert, Sainte-Colombe-sur-Seine, Sainte-Marie-la-Blanche, Tailly, Velars-sur-Ouche, Vertault, Vignoles, Villebichot u Villy-le-Moutier;

—

Id-département ta’ Rhône:

Alix, L’Arbresle, Les Ardillats, Arnas, Avenas, Beaujeu, Belleville, Belmont d’Azergues, Bully, Chambost-Allières, Chamelet, Chasselay, Chazay-d’Azergues, Dardilly, Dareizé, Dracé, Fleurieux-sur-l’Arbresle, Létra, Limas, Lozanne, Marchampt, Montmelas-Saint-Sorlin, Les Olmes, Le Perréon, Sain-Bel , Saint-Clément-sur-Valsonne, Saint-Cyr-le-Chatoux, Saint-Didier-sur-Beaujeu, Saint-Etienne-des-Oullières, Saint-Georges-de-Reneins, Saint-Jean-d’Ardières, Saint-Just-d’Avray, Saint-Loup, Saint-Romain-de-Popey, Saint-Vérand, Sainte-Paule, Salles-Arbuissonnas-en-Beaujolais, Sarcey, Taponas, Ternand, Vaux-en-Beaujolais, Vauxrenard, Vernay, Villefranche-sur-Saône;

—

Id-département ta’ Saône-et-Loire:

Beaumont-sur-Grosne, Chalon-sur-Saône, Champforgeuil, La Chapelle-de-Bragny, La Charmée, Châtenoy-le-Royal, Chaudenay, Cluny, Cormatin, Demigny, Donzy-le-Pertuis, Farges-legrave;s-Chalon, Flagy, Granges, Lalheue, La Loyère, Massilly, Messey-sur-Grosne, Saint-Ambreuil, Saint-Germain-les-Buxy, Saint-Gervais-sur-Couches, Saint-Rémy, Saint-Symphorien-d’Ancelles, Saisy, Sancé, Taizé u Varennes-lès-Macon;

—

Id-département ta’ Yonne:

Aigremont, Annay-Sur-Serein, Arcy-sur-cure, Avallon, Bazarnes, Bessy-sur-Cure, Censy, Champlay, Champs-sur-Yonne, Chamvres, Châtel-Gérard, Chevannes, Coulangeron, Cruzy-le-Châtel, Escamps, Gy-L’Evêque, Héry, Island, Jouancy, Lichères-près-Aigremont, Lucy-sur-Cure, Melisey, Merry-Sec, Molay, Montigny-la-Resle, Moulins-en-Tonnerois, Nitry, Noyers, Ouanne, Paroy-sur-Tholon, Pasilly, Pierre-Perthuis, Pontigny, Roffey, Rouvray, Sacy, Sainte-Pallaye, Sainte-Vertu, Sarry, Senan, Tissey, Vallan, Venouse, Vézannes, Villeneuve-Saint-Salves, Villiers-sur-Tholon, Vincelles u Yrouerre.

Żona fil-viċinanza immedjata (inbejjed ħomor u rożè)

Qafas ġuridiku:

Il-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Iż-żona tal-prossimità immedjata, definita b’deroga għall-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed, tikkonsisti fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin:

INBEJJED ĦOMOR U ROŻÈ

Id-département ta’ Rhône: Anse, Bagnols, Blacé, Le Bois-d’Oingt, Le Breuil, Charnay, Châtillon, Chessy, Cogny, Corcelles-en-Beaujolais, Denicé, Frontenas, Gleizé, Jarnioux, Lacenas, Lachassagne, Lancié, Légny, Liergues, Lucenay, Marcy, Moiré, Morancé, Nuelles, Oingt, Pommiers, Pouilly-le-Monial, Rivolet, Saint-Germain-sur-l’Arbresle, Saint-Jean-des-Vignes, Saint-Julien, Saint-Laurent-d’Oingt, Theizé, Ville-sur-Jarnioux.

Żona fil-viċinanza immedjata (inbejjed bojod)

Qafas ġuridiku:

Il-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Iż-żona tal-prossimità immedjata, definita b’deroga għall-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed, tikkonsisti fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin:

INBEJJED BOJOD

—

Id-département ta’ Rhône:

Cercié, Chénas, Chiroubles, Emeringes, Fleurie, Juliénas, Jullié, Lantignié, Odenas, Quincié-en-Beaujolais, Régnié-Durette, Saint-Etienne-la-Varenne, Saint-Lager, Villié-Morgon;

—

Id-département ta’ Saône-et-Loire:

La-Chapelle-de-Guinchay, Pruzilly, Romanèche-Thorins.

Qafas ġuridiku:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

a)

– L-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jista’ jiġi segwit bl-indikazzjoni “clairet” għall-inbejjed li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-produzzjoni stabbiliti għal din l-indikazzjoni.

b)

– L-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jista’ jiġi segwit bid-denominazzjonijiet ġeografiċi addizzjonali li ġejjin, għall-inbejjed li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-produzzjoni stabbiliti għal dawn id-denominazzjonijiet ġeografiċi addizzjonali:

—

“Chitry”;

—

“Côte Chalonnaise”;

—

“Côtes d’Auxerre”;

—

“Côtes du Couchois”;

—

“Côte Saint-Jacques”;

—

“Coulanges-la-Vineuse”;

—

“Epineuil”;

—

“Hautes Côtes de Beaune”;

—

“Hautes Côtes de Nuits”;

—

“La Chapelle Notre-Dame”;

—

“Le Chapitre”;

—

“Montrecul” jew “Montre-Cul” jew “En Montre-Cul”;

—

“Tonnerre”;

—

“Vézelay”.

Dawn id-denominazzjonijiet ġeografiċi addizzjonali jitniżżlu wara l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jew eżatt taħt l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata u jiġu stampati b’ittri li d-daqs tagħhom, kemm fil-wisa’ kif ukoll fl-għoli, ma jaqbiżx dak tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata.

c)

– Meta l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jiġi ssupplimentat bl-indikazzjoni tal-varjetà ewlenija tad-dwieli, dan jinkiteb immedjatament taħt u jiġi stampat b’ittri li d-daqs tagħhom, kemm fil-wisa’ kif ukoll fl-għoli, ma jaqbiżx żewġ terzi tal-karattri tal-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata.

d)

– L-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata irid jiġi segwit mill-indikazzjoni “gamay” għall-inbejjed li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-produzzjoni stabbiliti.

L-indikazzjoni “gamay” għandha tinkiteb immedjatament taħt l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata b’ittri li d-daqs tagħhom, kemm fil-wisa’ kif ukoll fl-għoli, ikun daqs dak tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata.

e)

– It-tikkettar tal-inbejjed li jibbenefikaw mid-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jista’ jispeċifika l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar, bil-kundizzjoni li:

—

ikun l-isem ta’ post irreġistrat;

—

dak il-post ikun fuq id-dikjarazzjoni tal-ħsad.

L-isem tal-post irreġistrat għandu jkun stampat b’ittri li d-daqs tagħhom ma jkunx akbar, kemm mill-għoli kif ukoll mill-wisa’, min-nofs id-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata.

f)

– L-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jistgħu jispeċifikaw fuq it-tikketti tagħhom l-unità ġeografika usa’ ta’ “Vin de Bourgogne”.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-8ef8ee69-ebd9-41ce-b171-0c93f2b1b6f7


(1)   ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2984/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)