<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-125/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0125</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:707">EU:C:2017:707</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20170921">21.9.2017</DATE> – KAWŻA C-125/16</P><P>MALTA DENTAL TECHNOLOGISTS ASSOCIATION U REYNAUD</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20170921">21 ta’ Settembru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Malti.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2005/36/KE</KEYWORD><KEYWORD>Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali</KEYWORD><KEYWORD>Tekniki dentali</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju tal-professjoni fl-Istat Membru ospitanti</KEYWORD><KEYWORD>Rekwiżit li tabib dentist ikun obbligatorjament intermedjarju</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni ta’ dan ir-rekwiżit fir-rigward tat-tekniki dentali kliniċi li jeżerċitaw il-professjoni tagħhom fl-Istat Membru ta’ oriġini</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 49 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Libertà ta’ stabbiliment</KEYWORD><KEYWORD>Restrizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Ġustifikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Għan ta’ interess ġenerali li tiġi żgurata l-protezzjoni tas-saħħa pubblika</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑125/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili (Malta), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160223">23 ta’ Frar 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20160229">29 ta’ Frar 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Malta Dental Technologists Association,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">John Salomone Reynaud</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Superintendent tas-Saħħa Pubblika,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Kunsill tal-Professjonijiet Kumplimentari għall-Mediċina,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, M. Vilaras, J. Malenovský, M. Safjan (Relatur) u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali : P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: R. Schiano, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20170302">2 ta’ Marzu 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Malta Dental Technologists Association u għal J. S. Reynaud, minn T. Azzopardi, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kunsill tal-Professjonijiet Kumplimentari għall-Mediċina, minn S. Bailey u V. Cuschieri, avukati,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Malti, minn A. Buhagiar, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn J. Vláčil u M. Smolek, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn A. Rubio González u A. Gavela Llopis, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn M. Russo, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn G. Eberhard, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn H. Støvlbæk u J. Aquilina, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20170601">1 ta’ Ġunju 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 49, 52 u 56 TFUE, kif ukoll tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20050907">7 ta’ Settembru 2005</DATE>, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="255" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, L 255, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva 2013/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20131120">20 ta’ Novembru 2013</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="354" PAGE.FIRST="132" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 354, p. 132</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva 2005/36<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn, minn naħa, il-Malta Dental Technologists Association (Assoċjazzjoni Maltija tat-tekniki dentali, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>MDTA<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u John Salomone Reynaud u, min-naħa l-oħra, is-Superintendent tas-Saħħa Pubblika (Malta) (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Superintendent<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u l-Kunsill tal-Professjonijiet Kumplimentari għall-Mediċina (Malta) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>KPKM<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) dwar it-talba għar-rikonoxximent f’Malta tal-kwalifiki professjonali tat-tekniki dentali kliniċi (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>TDK<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-dritt tal-Unjoni</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 3 tad-Direttiva 2005/36 tiddikjara:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Il-garanzija mogħtija minn din id-Direttiva lil persuni li kisbu l-kwalifiki professjonali tagħhom fi Stat Membru sabiex ikollhom aċċess għall-istess professjoni u jeżerċitawha fi Stat Membru ieħor bl-istess drittijiet bħal ċittadini hija bla ħsara għall-konformità mill-professjonist li jkun emigra ma’ kondizzjonijiet mhux diskriminatorji ta’ eżerċizzju li jistgħu jkunu stabbiliti mill-Istat Membru ta’ l-aħħar, kemm-il darba dawn ikunu oġġettivament ġustifikati u proporzjonati.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Għan<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli skond liema Stat Membru li jissoġġetta l-aċċess jew l-eżerċizzju ta’ professjoni regolata fit-territorju tiegħu għall-kondizzjoni ta’ pussess ta’ kwalifiki professjonali speċifiċi (minn hawn il quddiem imsejħa <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>l-Istat Membru ospitanti<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/>) għandu jirrikonoxxi kwalifiki professjonali<?PAGE NO="3"?> miksuba fi Stat Membru jew aktar (minn hawn ’il quddiem imsejħa <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>l-Istat Membru ta’ l-oriġini<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/>) u li jippermettu li persuna li jkollha dawk il-kwalifiki teżerċita l-istess professjoni hemmhekk, għal aċċess għal u eżerċizzju ta’ dik il-professjoni.</ALINEA><ALINEA>Din id-Direttiva tistabbilixxi wkoll ir-regoli li jikkonċernaw l-aċċess parzjali għal professjoni regolata u r-rikonoxximent ta’ dan it-taħriġ prattiku professjonali li jsir fi Stat Membru ieħor.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA>“Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</ALINEA><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>‘professjoni regolata’: attività professjonali jew grupp ta’ attivitajiet professjonali, li l-aċċess għalihom, l-eżerċizzju tagħhom, jew wieħed mill-modi ta’ l-eżerċizzju tagħhom huma soġġetti, direttament jew indirettament, permezz ta’ dispożizzjonijiet leġislattivi, regolamentari jew amministrattivi, għall-pussess ta’ kwalifiki professjonali speċifiċi [...];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>kwalifiki professjonali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/>: kwalifiki attestati minn prova ta’ kwalifiki formali, attestazzjoni ta’ kompetenza kif imsemmija fis-subparagrafu (i) tal-punt (a) ta’ l-Artikolu 11 u/jew esperjenza professjonali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>prova ta’ kwalifiki formali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/>: diplomi, ċertifikati u provi oħra maħruġa minn awtorità fi Stat Membru nominata skond dispożizzjonijiet leġislattivi, regolamentari jew amminstrattivi ta’ dak l-Istat Membru u li jiċċertifikaw it-temma b’suċċess ta’ taħriġ professjonali miksub prinċiparjament fil-Komunità. Fejn l-ewwel sentenza ta’ din id-definizzjoni ma tapplikax, prova ta’ kwalifiki formali msemmija fil-paragrafu 3 għandha tiġi ttrattata bħala prova ta’ kwalifiki formali;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>‘edukazzjoni u taħriġ regolat’: kull taħriġ li huwa speċifikatament intiż għall-eżerċizzju ta’ professjoni speċifika u li jkun fih kors jew korsijiet komplimentati, fejn jixraq, b’taħriġ professjonali, jew bi prattika bi prova jew professjonali;</TXT><P>[...]”</P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Effetti tar-rikonoxximent<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali mill-Istat Membru ospitanti għandu jippermetti lill-benefiċjarji sabiex, f’dak l-Istat Membru, jaċċedu għall-istess professjoni bħal dik li huma kkwalifikati għaliha fl-Istat Membru ta’ oriġini u sabiex jeżerċitaw din il-professjoni fl-Istat Membru ospitanti bl-istess kondizzjonijiet bħaċ-ċittadini tiegħu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, il-professjoni li l-applikant jixtieq li jeżerċita fl-Istat Membru ospitanti hija l-istess bħal dik li huwa kwalifikat fiha fl-Istat Membru ta’ l-oriġini jekk l-attivitajiet koperti huma paragunabbli.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>B’deroga mill-paragrafu 1, aċċess parzjali għal professjoni fl-Istat Membru ospitanti għandu jingħata skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4f.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4f tad-Direttiva 2005/36, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Aċċess parzjali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tagħti aċċess parzjali, abbażi ta’ kull każ għalih, għal attività professjonali fit-territorju tagħha biss fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:</ALINEA><?PAGE NO="4"?><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-professjonist ikun kompletament ikkwalifikat biex jeżerċita fl-Istat Membru ta’ oriġini l-attività professjonali li għaliha jitlob aċċess parzjali fl-Istat Membru ospitanti;</TXT><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-Kapitolu I tat-Titolu III ta’ din id-direttiva huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta’ provi ta’ taħriġ<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. Dan il-kapitolu jinkludi l-Artikoli 10 sa 14 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Dan il-Kapitolu japplika għall-professjonijiet kollha li ma jaqgħux taħt il-Kapitoli II u III ta’ dan it-Titolu [...]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tad-Direttiva 2005/36, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Livelli ta’ kwalifika<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, jiġbor il-kwalifiki għall-finijiet tal-Artikolu 13 u tal-Artikolu 14(6) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Kondizzjonijiet għar-rikonoxximent<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, jipprovdi, fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Jekk l-aċċess għal professjoni regolata jew it-twettiq tagħha fi Stat Membru ospitanti jkunu kontinġenti fuq il-pussess ta’ kwalifiki professjonali speċifiċi, l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandha tippermetti lill-applikanti jkollhom aċċess għal dik il-professjoni u jwettquha, bl-istess kondizzjonijiet li japplikaw għaċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru, jekk għandhom attestazzjoni ta’ livell ta’ kompetenza jew prova ta’ kwalifiki formali msemmija fl-Artikolu 11, meħtieġa minn Stat Membru ieħor sabiex jiksbu aċċess għal dik il-professjoni [dik l-istess professjoni] jew għat-twettiq tagħha fit-territorju tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-Kapitolu III tat-Titolu III tad-Direttiva 2005/36 huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Rikonoxximent abbażi ta’ kordinazzjoni ta’ kondizzjonijiet minimi ta’ taħriġ<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>. Dan il-kapitolu jinkludi l-Artikoli 21 sa 49 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 34 tad-Direttiva 2005/36, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Taħriġ bażiku fid-dentistrija<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="034.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-ammissjoni għat-taħriġ bażiku fid-dentistrija jippresupponi l-pussess ta’ diploma jew ta’ ċertifikat li jagħtu aċċess, għall-istudji in kwistjoni, għal universitajiet jew istituti superjuri ta’ livell rikonoxxut bħala ekwivalenti, fi Stat Membru.</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="034.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Taħriġ bażiku fid-dentistrija għandu jipprovdi assigurazzjoni li l-persuna konċernata kisbet l-għarfien u l-ħiliet li ġejjin:</ALINEA><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>għarfien adegwat tax-xjenzi li fuqhom hi bbażata d-dentistrija u fehma tajba tal-metodi xjentifiċi, inklużi l-prinċipji tal-kejl tal-funzjonijiet bijoloġiċi, l-istima ta’ fatti stabbiliti xjentifikament u l-analiżi ta’ data;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>għarfien xieraq tal-kostituzzjoni, il-fiżjoloġija u l-imġieba ta’ persuni b’saħħithom u morda kif ukoll l-influwenza ta’ l-ambjent naturali u soċjali fuq l-istat tas-saħħa tal-bniedem, sa fejn dawn il-fatturi jolqtu id-dentistrija;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>għarfien adegwat ta’ l-istruttura u l-funzjoni tas-snien, il-ħalq, ix-xedaq u t-tessuti assoċjati, kemm b’saħħithom kif ukoll morda, u r-relazzjoni tagħhom ma’ l-istat ġenerali tas-saħħa u l-benessri fiżiku u soċjali tal-pazjent;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>għarfien adegwat tad-dixxiplini u l-metodi kliniċi, li jipprovdu d-dentist bi stampa koerenti ta’ anomaliji, leżjonijiet u mard tas-snien, tal-ħalq, tax-xedaq u tat-tessuti assoċjati u tad-dentistrija preventiva, dijanjostika u terapewtika;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>esperjenza klinika xierqa taħt superviżjoni xierqa.</TXT><P>Dan it-taħriġ għandu jipprovdih bil-ħiliet neċessarji għall-eżerċizzju ta’ l-attivitajiet kollha li jinvolvu l-prevenzjoni, id-dijanjosi u t-trattament ta’ l-anomaliji u l-mard tas-snien, tal-ħalq, tax-xedaq u tat-tessuti assoċjati.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 36 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>L-eżerċizzju ta’ l-attivitajiet professjonali bħala tobba dentisti<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="036.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-attivitajiet professjonali bħala tobba dentisti huma l-attivitajiet definiti fil-paragrafu 3 u eżerċitati taħt il-kwalifiki professjonali elenkati fl-Anness V, punt 5.3.2.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="036.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-professjoni ta’ tabib dentist għandha tkun ibbażata fuq taħriġ fid-dentistrija msemmi fl-Artikolu 34 u għandu jikkostitwixxi professjoni speċifika li hija distinta minn professjonijiet oħrajn mediċi ġenerali jew speċjalizzati. L-eżerċizzju ta’ l-attivitajiet professjonali bħala tabib dentist jirrikjedi l-pussess tal-kwalifiki formali msemmija fl-Anness V, punt 5.3.2. [...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="036.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jassiguraw li tobba dentisti huma kapaċi ġeneralment li jiksbu aċċess u jwettqu attivitajiet ta’ prevenzjoni, dijanjosi u trattament ta’ l-anomaliji u l-mard tas-snien, tal-ħalq, tax-xedaq u tat-tessuti assoċjati, b’kont dovut tad-dispożizzjonijiet regolamentari u r-regoli ta’ l-etika professjonali dwar id-dati ta’ referenza msemmija fl-Anness V, punt 5.3.2.<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-dritt Malti</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa (Kapitolu 464 tal-Liġijiet ta’ Malta), jiddefinixxi l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>professjonist komplimentari għall-mediċina<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>professjonist fil-kura medika li jkollu ismu mniżżel fir-Reġistri ta’Professjonijiet Komplimentari għall-Mediċina msemmija fl-artikolu 28<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 25(1) ta’ dan l-att:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>Ħadd ma għandu jeżerċita xi professjonijiet komplimentari għall-mediċina kemm-il darba ismu ma jkunx imniżżel fir-reġistru rispettiv miżmum mill-[KPKM], skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att.<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 28(1) tal-imsemmi att jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>Il-[KPKM] għandu jżomm reġistri separati, dwar kull waħda mill-professjonijiet komplimentar[i] għall-Mediċina elenkati fit-Tielet Skeda, [...] li fihom, wara li ssir applikazzjoni għaldaqstant mill-persuna involuta, għandu jitniżżel l-isem ta’ kull ċittadin ta’ Malta jew ta’ Stat Membru, li jkollu -</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(<HT TYPE="ITALIC">a</HT>)</NO.P><TXT>dik il-kwalifika, kif jista’ jiġi preskritt, miksuba mill-Università ta’ Malta, jew minn istituzzjoni ta’ taħriġ, jew wara li tkun għamlet kors ta’ taħriġ organizzat mid-Dipartiment tas-Saħħa, fi professjoni li dwarha jinżamm Reġistru separat; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(<HT TYPE="ITALIC">b</HT>)</NO.P><TXT>kwalifika miksuba minn Stat Membru u rikonoxxuta skont l-Att dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kawlifiki, jew kull regolament magħmul taħt dak l-Att; jew</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>(<HT TYPE="ITALIC">c</HT>)</NO.P><TXT>kwalifika f’dik il-professjoni miksuba minn xi università oħra, kulleġġ jew skola rikonoxxuti mill-[KPKM]:</TXT><P>Iżda, għall-finijiet ta’ dik il-kwalifika, l-[KPKM] jista’ jeħtieġ li l-persuna involuta tagħmel u tgħaddi minn eżami ta’ profiċjenza professjonali u lingwistika.<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></P></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>It-Tielet Skeda tal-Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa (Kapitolu 464 tal-Liġijiet ta’ Malta), li telenka l-professjonijiet komplementari għall-mediċina, issemmi l-professjoni ta’ tekniku dentali, iżda mhux il-professjoni ta’ TDK.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-MDTA u J. S. Reynaud ressqu talba quddiem il-qorti tar-rinviju intiża li jiksbu r-rikonoxximent f’Malta tal-kwalifiki professjonali ta’ TDK. Permezz tar-rikors tagħhom, huma talbu li s-Superintendent u l-KPKM jiġu ordnati jirreġistraw f’Malta lit-TDK irrikonoxxuti fi Stati Membri oħra u jippermettu lil dawn it-tekniki jeżerċitaw il-professjoni tagħhom f’dan l-Istat Membru. Barra minn hekk, il-MDTA u J. S. Reynaud ipprovaw jiksbu dikjarazzjoni fis-sens li t-TDK jistgħu jeżerċitaw il-professjoni tagħhom mingħajr ma jkun meħtieġ li pazjent jintbagħat għandhom minn tabib dentist.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>It-TDK huma esperti fil-qasam tal-apparat dentali, inklużi l-manifattura ta’ dentieri u ta’ snien foloz, li jwettqu wkoll tiswijiet jew alterazzjonijiet tad-dentieri u tal-proteżi dentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-MDTA u J. S. Reynaud jispeċifikaw li, għall-pazjenti, l-attività tat-TDK ma toħloqx riskju ta’ ħsara irreversibbli sa fejn, jekk l-apparat dentali jkun difettuż, l-uniku konsegwenza ta’ dan tkun li dan l-apparat ikollu jiġi aġġustat jew issostitwit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li t-TDK ma humiex irrikonoxxuti f’Malta u li għalhekk huma ma jistgħux jeżerċitaw il-professjoni tagħhom hemmhekk, filwaqt li huma biss it-tekniki dentali li huma rrikonoxxuti u rreġistrati f’dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-MDTA u J. S. Reynaud ma humiex qegħdin jitolbu li l-professjoni tat-TDK tiġi rrikonoxxuta bħala professjoni tas-saħħa distinta minn dik tal-professjoni ta’ tekniku dentali, iżda li t-TDK jiġu inklużi fir-reġistru tat-tekniki dentali ġestit mill-KPKM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tosserva li t-talba tal-MDTA u ta’ J. S. Reynaud tikkonċerna l-eżerċizzju transkonfinali tal-professjoni ta’ TDK mill-persuni li jkunu jixtiequ jistabbilixxu ruħhom f’Malta. Hija żżid li f’dan ir-rigward il-leġiżlazzjoni Maltija ma tagħmel ebda diskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini Maltin u ċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra sa fejn il-professjoni ta’ TDK ma hijiex irrikonoxxuta fuq livell ġenerali, mingħajr distinzjoni abbażi tan-nazzjonalità tal-persuni kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Peress li qieset li s-soluzzjoni għat-tilwima fil-kawża prinċipali tiddependi mill-interpretazzjoni tal-Artikoli 49, 52 u 56 TFUE kif ukoll tad-Direttiva 2005/36, il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili (Malta) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>1)</NO.P><TXT>Jekk il-projbizzjoni tal-awtoritajiet tas-saħħa f’Malta, ossia r-rifjut tagħhom li jagħtu għarfien lill-professjoni ta’ [TDK] minnkejja li ma hemmx diskriminazzjoni fil-liġi iżda fil-prattika, applikanti minn Stati Membri oħra qed jiġu projbiti li jistabbilixxu l-professjoni tagħhom f’Malta hijiex inkompatibbli mal-prinċipji u d-dispożizzjonijiet tal-ħolqien tas-Single Market, partikolarment kif jemanaw mill-Artikoli 49 TFEU, 52 TFEU u 56 TFEU meta ma hemmx periklu għas-saħħa pubblika.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="7"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk id-Direttiva 2005/36 [...] għandhiex tiġi applikata fir-rigward ta’ [TDK] peress illi jekk dentiera tkun difettuża, l-unika konsegwenza tkun li dik id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>dental appliance<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> difettuża tkun trid tiġi aġġustata jew mibdula, mingħajr l-ebda periklu għall-pazjent.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Jekk il-projbizzjoni tal-awtoritajiet tas-saħħa f’Malta li qiegħda tiġi kkontestata ma tistax isservi biex tassigura l-objettiv li jkun hawn livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa pubblika peress li kull dentiera difettuża tista’ tiġi mibdula mingħajr l-ebda periklu għall-pazjent.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Jekk hux qed jiġi vvjolat il-prinċipju tal-proporzjonalità minħabba l-mod kif [is-Superintendent] qed jinterpreta u jenforza d-Direttiva 2005/36 [...] fir-rigward ta’ [TDK] li japplikaw għal rikonoxximent mill-istess awtoritajiet tas-saħħa f’Malta.<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Gvern Malti jsostni, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, li d-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju huma inammissibbli sa fejn, fl-ewwel lok, ġew ifformulati fi stadju bikri wisq tal-proċedura nazzjonali, fejn il-partijiet ma kellhomx il-possibbiltà li jippreżentaw il-provi tagħhom, fit-tieni lok, huma bbażati fuq l-ipoteżi żbaljata li l-attivitajiet tat-TDK ma jirrappreżentawx riskju għas-saħħa tal-bniedem u, fit-tielet lok, huma bbażati fuq il-konstatazzjoni żbaljata li għat-TDK minn Stati Membri oħra huwa impossibbli li jeżerċitaw l-attivitajiet professjonali tagħhom f’Malta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, il-Gvern Awstrijak iqajjem dubju dwar il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula sa fejn it-tilwima fil-kawża prinċipali ma tinkludi ebda element transkonfinali minħabba li l-MDTA, li ppreżentat ir-rikors quddiem il-qorti tar-rinviju, hija assoċjazzjoni Maltija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li d-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest regolamentari u fattwali li hija tiddefinixxi taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, u li ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tivverifika l-eżattezza tiegħu, igawdu minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Ir-rifjut mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ talba mressqa minn qorti nazzjonali huwa possibbli biss jekk jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma jkollha ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi meħtieġa sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160906">6 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Petruhhin</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑182/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:630">EU:C:2016:630</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hija l-qorti nazzjonali li tiddeċiedi f’liema stadju tal-proċedura jkun hemm lok, għal dik il-qorti, li tagħmel domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070417">17 ta’ April 2007</DATE>, <NAME.CASE>AGM-COS.MET</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑470/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:213">EU:C:2007:213</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-allegata assenza, fil-fehma tal-Gvern Awstrijak, ta’ element transkonfinali fit-tilwima fil-kawża prinċipali, għandu jiġi osservat li, minbarra l-fatt li d-domandi ma jikkonċernawx biss id-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE iżda wkoll id-Direttiva 2005/36, il-qorti tar-rinviju ressqet it-talba tagħha quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ proċedura, mibdija minn assoċjazzjoni ta’ tekniki dentali, jiġifieri l-MDTA, dwar il-legalità ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li ma japplikawx biss għaċ-ċittadini Maltin iżda wkoll għaċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra. Għaldaqstant, id-deċiżjoni li dik il-qorti ser tadotta sussegwentement għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ser tipproduċi effetti anki fir-rigward ta’ dawn iċ-ċittadini tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130508">8 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Libert <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑197/11 u C‑203/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:288">EU:C:2013:288</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161115">15 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Ullens de Schooten</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑268/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:874">EU:C:2016:874</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-talba għal deċiżjoni preliminari hija ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq il-mertu</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk id-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il-libertajiet fundamentali u d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/36 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li l-attivitajiet ta’ tekniku dentali għandhom jiġu eżerċitati b’kollaborazzjoni ma’ tabib dentist, sa fejn dan ir-rekwiżit japplika, konformement mal-imsemmija leġiżlazzjoni, fir-rigward ta’ TDK li kisbu l-kwalifiki professjonali tagħhom fi Stat Membru ieħor u li jixtiequ jeżerċitaw il-professjoni tagħhom f’dan l-ewwel Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi osservat li, skont l-Artikolu 1 tagħha, id-Direttiva 2005/36 tistabbilixxi r-regoli li bihom Stat Membru, jiġifieri l-Istat Membru ospitanti, li jissuġġetta l-aċċess għal professjoni rregolata jew l-eżerċizzju tagħha, fit-territorju tiegħu, għall-pussess ta’ kwalifiki professjonali speċifiċi, għandu jirrikonoxxi, fir-rigward tal-aċċess għal din il-professjoni u tal-eżerċizzju tagħha, il-kwalifiki professjonali miksuba fi Stat Membru ieħor jew f’diversi Stati Membri oħra, jiġifieri l-Istat Membru jew l-Istati Membri ta’ oriġini, u li jippermettu lill-persuna li jkollha dawn il-kwalifiki teżerċita l-istess professjoni hemmhekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1)(a) ta’ din id-direttiva, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>professjoni regolata<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> tfisser attività jew grupp ta’ attivitajiet professjonali li l-aċċess għalihom, l-eżerċizzju tagħhom jew wieħed mill-modi tal-eżerċizzju tagħhom huma suġġetti, direttament jew indirettament, permezz ta’ liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi, għall-pussess ta’ kwalifiki professjonali speċifiċi. Għaldaqstant, id-definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>professjoni regolata<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, fis-sens tal-imsemmija direttiva, taqa’ taħt id-dritt tal-Unjoni (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Brouillard</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑298/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:652">EU:C:2015:652</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 3(1)(b), (ċ) u (e) tad-Direttiva 2005/36 jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>kwalifiki professjonali speċifiċi<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, li jinsab fl-Artikolu 3(1)(a) ta’ din id-direttiva, ikopri kull kwalifika li tikkorrispondi għal prova ta’ kwalifika formali maħsuba speċifikament sabiex tħejji lill-persuni li jkollhom din il-kwalifika għall-eżerċizzju ta’ professjoni partikolari (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Brouillard</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑298/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:652">EU:C:2015:652</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, il-kwalifika universitarja, meħtieġa fl-Artikolu 28 tal-Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa (Kapitolu 464 tal-Liġijiet ta’ Malta) sabiex wieħed ikun jista’ jkollu aċċess għall-professjonijiet komplementari għall-mediċina, hija intiża speċifikament li tħejji lill-persuni li jkollhom din il-kwalifika sabiex jeżerċitaw tali professjonijiet. Issa, it-Tielet Skeda tal-imsemmi att tinkludi, fost il-professjonijiet komplementari għall-mediċina, il-professjoni ta’ tekniku dentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għaldaqstant, bla ħsara għall-istħarriġ mill-qorti tar-rinviju tal-osservanza tal-Artikolu 3(1)(b), (ċ) u (e) tad-Direttiva 2005/36 fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ kwalifika professjonali tat-tekniki dentali, previsti fid-dritt Malti, għandu jiġi kkonstatat li l-professjoni ta’ tekniku dentali tikkostitwixxi, f’Malta, professjoni rregolata fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Peress li ma hijiex koperta mid-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli II u III tat-Titolu III tad-Direttiva 2005/36, il-professjoni ta’ tekniku dentali hija għalhekk suġġetta għas-sistema ġenerali ta’ rikonoxximent ta’ provi ta’ kwalifika formali, prevista fil-Kapitolu I ta’ dan it-titolu u b’mod partikolari fl-Artikoli 10 sa 14 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tal-imsemmija direttiva, meta, fi Stat Membru ospitanti, l-aċċess għal professjoni rregolata jew l-eżerċizzju tagħha jkunu suġġetti għall-pussess ta’ kwalifiki professjonali speċifiċi, l-awtorità kompetenti ta’ dan l-Istat Membru għandha tippermetti li l-applikanti jkollhom aċċess għal din il-professjoni u li jeżerċitawha, fl-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għaċ-ċittadini tiegħu, jekk ikollhom attestazzjoni ta’ kompetenzi jew prova ta’ kwalifika formali<?PAGE NO="9"?> msemmija fl-Artikolu 11 tal-istess direttiva, li jkunu meħtieġa minn Stat Membru ieħor sabiex wieħed ikun jista’ jkollu aċċess għal dik l-istess professjoni fit-territorju tiegħu jew sabiex ikun jista’ jeżerċitaha hemmhekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>L-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>dik il-professjoni [dik l-istess professjoni]<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, li tinsab fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2005/36, għandha tinftiehem fis-sens li tkopri l-professjonijiet li, fl-Istat Membru ta’ oriġini u f’dak ospitanti, ikunu jew identiċi, jew analogi, jew, f’ċerti każijiet, sempliċement ekwivalenti, f’termini ta’ attivitajiet koperti minnhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060119">19 ta’ Jannar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Colegio de Ingenieros de Caminos, Canales y Puertos</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑330/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:45">EU:C:2006:45</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju għandha tieħu inkunsiderazzjoni kull waħda mill-attivitajiet koperti mill-professjoni inkwistjoni fiż-żewġ Stati Membri kkonċernati, jiġifieri l-professjoni ta’ tekniku dentali f’Malta u l-professjoni ta’ TDK fi Stat Membru ieħor, sabiex tiddetermina jekk effettivament hijiex involuta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>l-istess professjoni<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2005/36 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060119">19 ta’ Jannar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Colegio de Ingenieros de Caminos, Canales y Puertos</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑330/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:45">EU:C:2006:45</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, fil-kawża prinċipali, l-awtoritajiet Maltin kompetenti ma humiex jirrifjutaw lit-TDK aċċess għall-professjoni ta’ tekniku dentali u jqisu li l-attivitajiet ta’ TDK u l-kwalifiki professjonali tagħhom jikkorrispondu għal dawk ta’ tekniki dentali f’Malta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, u bla ħsara għall-verifika li għandha twettaq il-qorti tar-rinviju skont il-kriterji msemmija fil-punt 41 ta’ din is-sentenza, ma jistax jiġi eskluż li l-professjoni ta’ tekniku dentali u dik ta’ TDK jitqiesu li huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>l-istess professjoni<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2005/36.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt, osservat fid-deċiżjoni tar-rinviju, li l-kwalifiki ta’ TDK meħtieġa minn Stat Membru ta’ oriġini jmorru lil hinn mill-kwalifiki meħtieġa għal tekniku dentali li l-professjoni tiegħu hija rregolata fl-Istat Membru ospitanti ma huwiex rilevanti f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>B’dan premess, għandu jiġi eżaminat ir-rekwiżit, kif stabbilit fil-leġiżlazzjoni Maltija, li l-attivitajiet tat-tekniki dentali f’Malta għandhom jiġu eżerċitati b’kollaborazzjoni ma’ tabib dentist, fejn dawn it-tekniki ma humiex awtorizzati jaħdmu f’kuntatt dirett mal-pazjenti mingħajr ma jkun hemm tali tabib dentist bħala intermedjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju tal-professjoni ta’ tekniku dentali jew ta’ dik ta’ TDK ma humiex, bħala tali, armonizzati permezz tad-Direttiva 2005/36.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif essenzjalment qies l-Avukat Ġenerali fil-punt 13 tal-konklużjonijiet tiegħu, mill-Artikolu 4 tad-Direttiva 2005/36, kif interpretat fid-dawl tal-premessa 3 tagħha, jirriżulta li huwa l-Istat Membru ospitanti li għandu jiddetermina l-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju ta’ professjoni rregolata, b’osservanza tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għaldaqstant, persuna li teżerċita l-professjoni ta’ TDK fl-Istat Membru ta’ oriġini tagħha ma tistax tinvoka d-Direttiva 2005/36 sabiex toġġezzjona għal rekwiżit li l-professjoni ta’ tekniku dentali tiġi eżerċitata b’kollaborazzjoni ma’ tabib dentist, bħar-rekwiżit inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Kif osserva essenzjalment l-Avukat Ġenerali fil-punt 13 tal-konklużjonijiet tiegħu, soluzzjoni kuntrarja twassal sabiex Stat Membru jkun imġiegħel jimmudella l-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju ta’ professjoni fuq dawk applikabbli fi Stati Membri oħra u sabiex din id-direttiva tintuża bħala strument li jservi sabiex jiġu evitati l-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju tal-professjonijiet irregolati li madankollu ma kinux is-suġġett ta’ armonizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Għalkemm huwa minnu li ċerti attivitajiet tat-TDK jistgħu jaqgħu fost l-attivitajiet tal-professjoni tat-tabib dentist u għalkemm huwa minnu li l-Artikolu 4f tad-Direttiva 2005/36 jipprevedi, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-aċċess parzjali għal attività professjonali, għandu fi kwalunkwe każ jitfakkar li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali qatt ma talbu, konformement mal-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, aċċess parzjali għall-professjoni ta’ tabib dentist.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>B’hekk, mingħajr ma huwa meħtieġ li tingħata deċiżjoni dwar il-kwistjoni ta’ jekk tali aċċess parzjali huwiex, f’dan il-każ, legalment possibbli, għandu jiġi kkonstatat li, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, l-Artikolu 4f tad-Direttiva 2005/36 ma huwiex applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi evalwat jekk, fir-rigward tal-aspetti tal-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju tal-professjoni ta’ tabib dentist jew tal-professjoni ta’ TDK li ma humiex armonizzati permezz tad-Direttiva 2005/36, ir-rekwiżit li l-professjoni ta’ tekniku dentali tiġi eżerċitata b’kollaborazzjoni ma’ tabib dentist huwiex konformi mat-Trattat FUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Istati Membri għandhom jeżerċitaw il-kompetenzi tagħhom sabiex jiddeterminaw il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt preċedenti b’osservanza tal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat FUE (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130627">27 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Nasiopoulos</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑575/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:430">EU:C:2013:430</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Huwa minnu li, konformement mal-Artikolu 168(7) TFUE, kif interpretat mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-dritt tal-Unjoni ma jippreġudikax il-kompetenza tal-Istati Membri li jadottaw dispożizzjonijiet intiżi li jorganizzaw is-servizzi tas-saħħa. Madankollu, fl-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza, l-Istati Membri għandhom josservaw id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il-libertà ta’ stabbiliment, li jinkludu l-projbizzjoni għall-Istati Membri li jintroduċu jew li jżommu fis-seħħ restrizzjonijiet mhux ġustifikati fir-rigward tal-eżerċizzju ta’ din il-libertà fil-qasam tal-kura tas-saħħa (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130926">26 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Ottica New Line</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑539/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:591">EU:C:2013:591</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, sa fejn it-TDK huma awtorizzati, fl-Istat Membru ta’ oriġini, jaħdmu f’kuntatt dirett mal-pazjenti mingħajr ma jkun hemm tabib dentist bħala intermedjarju obbligatorju, ir-rekwiżit ta’ tali intermedjarju, prevista fil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ospitanti fir-rigward tat-tekniki dentali, jista’ jagħmel inqas attraenti l-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment tagħhom, iggarantita fl-Artikolu 49 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, ir-restrizzjonijiet għal-libertà ta’ stabbiliment, li huma applikabbli mingħajr diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità, jistgħu jkunu ġġustifikati permezz ta’ raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, bil-kundizzjoni li jkunu ta’ natura adegwata sabiex jiżguraw li jintlaħaq l-għan segwit u bil-kundizzjoni li ma jmorrux lil hinn minn dak li jkun meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130926">26 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Ottica New Line</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑539/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:591">EU:C:2013:591</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, ir-rekwiżit tal-imsemmi intermedjarju obbligatorju huwa bbażat fuq il-premessa li huma biss il-persuni li jkunu segwew it-taħriġ ta’ tabib dentist imsemmi fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2005/36, u li jkollhom il-prova ta’ kwalifika formali bażika ta’ tabib dentist, li huma suffiċjentement ikkwalifikati sabiex jeżerċitaw l-attivitajiet, elenkati fl-Artikolu 36(3) ta’ din id-direttiva, ta’ prevenzjoni, ta’ djanjosi u ta’ trattament tal-anomaliji u tal-mard tas-snien, tal-ħalq, tax-xedaq u tat-tessuti assoċjati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-parteċipazzjoni obbligatorja ta’ tabib dentist fit-trattament ta’ pazjent li lilu jipprovdi s-servizzi tiegħu ta’ tekniku dentali hija maħsuba sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-saħħa pubblika, li hija raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tista’ tiġġustifika restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi vverifikat jekk il-projbizzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali hijiex adegwata sabiex jintlaħaq l-għan segwit u jekk tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal dan l-iskop.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex tiġi evalwata l-osservanza minn Stat Membru tal-prinċipju ta’ proporzjonalità fil-qasam tas-saħħa pubblika, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li s-saħħa u l-ħajja tal-persuni jokkupaw l-ewwel post fost l-għanijiet u l-interessi protetti mit-Trattat FUE u li huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu f’liema livell huma beħsiebhom jiżguraw il-protezzjoni tas-saħħa pubblika u l-mod kif dan il-livell għandu jintlaħaq. Peress li dan il-livell jista’ jvarja minn Stat Membru għal ieħor, għandu jiġi rrikonoxxut li l-Istati Membri għandhom marġni ta’ diskrezzjoni f’dan il-qasam (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161019">19 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Parkinson Vereinigung</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑148/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:776">EU:C:2016:776</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fl-istess ħin, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-miżuri nazzjonali intiżi li jipproteġuha, is-saħħa pubblika tirrikjedi viġilanza partikolari (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130627">27 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Nasiopoulos</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑575/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:430">EU:C:2013:430</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-riskju għas-saħħa tal-pazjent li huwa inerenti fl-attivitajiet kollha msemmija fil-punt 57 ta’ din is-sentenza, fid-dawl tal-importanza tal-għan tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika kif ukoll fid-dawl tal-marġni ta’ diskrezzjoni, imfakkar fil-punt 60 ta’ din is-sentenza, li għandhom l-Istati Membri fl-implementazzjoni ta’ dan l-għan, għandu jiġi kkonstatat li, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punti 26 sa 30 tal-konklużjonijiet tiegħu, ir-rekwiżit li tabib dentist ikun intermedjarju obbligatorju huwa adegwat sabiex jintlaħaq l-imsemmi għan u ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal dan l-iskop.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi magħmula hija li l-Artikolu 49 TFUE, l-Artikolu 4(1) kif ukoll l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2005/36 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li l-attivitajiet ta’ tekniku dentali għandhom jiġu eżerċitati b’kollaborazzjoni ma’ tabib dentist, sa fejn dan ir-rekwiżit japplika, konformement mal-imsemmija leġiżlazzjoni, fir-rigward ta’ TDK li kisbu l-kwalifiki professjonali tagħhom fi Stat Membru ieħor u li jixtiequ jeżerċitaw il-professjoni tagħhom f’dan l-ewwel Stat Membru.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 49 TFUE, l-Artikolu 4(1) kif ukoll l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20050907">7 ta’ Settembru 2005</DATE>, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali, kif emendata bid-Direttiva 2013/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20131120">20 ta’ Novembru 2013</DATE>, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li l-attivitajiet ta’ tekniku dentali għandhom jiġu eżerċitati b’kollaborazzjoni ma’ tabib dentist, sa fejn dan ir-rekwiżit japplika, konformement mal-imsemmija leġiżlazzjoni, fir-rigward ta’ tekniki dentali kliniki li kisbu l-kwalifiki professjonali tagħhom fi Stat Membru ieħor u li jixtiequ jeżerċitaw il-professjoni tagħhom f’dan l-ewwel Stat Membru.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><?PAGE NO="12"?><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Bay Larsen</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Vilaras</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Malenovský</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Safjan</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Šváby</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fil-<DATE ISO="20170921">21 ta’ Settembru 2017</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Reġistratur</P><P>A. Calot Escobar</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>President tal-Awla</P><P>L. Bay Larsen</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>