<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTC.1001058901.case.xml"><NO.CASE>C-508/08</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62008CC0508</NO.CELEX><NO.SEQ>0035.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-10592</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-10608</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET SHARPSTON — KAWŻA C-508/08</LEFT><RIGHT>IL-KUMMISSJONI vs MALTA</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Sharpston</HT></P><P>ippreżentati fl-<DATE ISO="20100701">1 ta’ Lulju 2010</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni qiegħda titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara li, billi ffirmat, mingħajr ma saret sejħa għal offerti minn qabel, kuntratt esklużiv ta’ servizz pubbliku ma’ Gozo Channel Company Ltd. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>GCCL<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) fis-<DATE ISO="20040416">16 ta’ April 2004</DATE>, ir-Repubblika ta’ Malta naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/1992<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92, tas-<DATE ISO="19921207">7 ta’ Diċembru 1992</DATE>, li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 2, p. 10; iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Regolament<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</P></NOTE>, b’mod partikolari taħt l-Artikoli l u 4 tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-argument prinċipali li Malta tqajjem fid-difiża tagħha huwa li, fid-data inkwistjoni, ir-Regolament ma kienx japplika fir-rigward tagħha. Kien biss fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE> li Malta saret Membru tal-Unjoni Ewropea, minkejja li t-Trattat ta’ Adeżjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Britannja u l-Irlanda ta’ Fuq (Stati Membri tal-Unjoni Ewropea) u r-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, [u] ir-Repubblika Slovakka, li jirrigwarda l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="236" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2003">ĠU L 236, p. 17</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Trattat ta’ Adeżjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</P></NOTE> kien iffirmat fis-<DATE ISO="20030416">16 ta’ April 2003</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Wara mistoqsija mill-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni enfasizzat l-obbligu ta’ Stat li josserva t-termini ta’ trattat <HT TYPE="ITALIC">in bone fide</HT> u, sakemm jidħol fis-seħħ, li ma jaġixxix b’mod li jġib fix-xejn l-għan u l-iskop tiegħu – prinċipji dawn tad-dritt internazzjonali espressi fl-Artikoli 18 u 26 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Konkluża fi Vjenna fit-<DATE ISO="19690523">23 ta’ Mejju 1969</DATE>; daħlet fis-seħħ fis-<DATE ISO="19800127">27 ta’ Jannar 1980</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">United Nations Treaty Series</HT>, Vol. 1155, p. 331; iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Konvenzjoni ta’ Vjenna<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10593"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Konvenzjoni ta’ Vjenna</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-Konvenzjoni ta’ Vjenna prinċipalment tikkonsolida d-dritt internazzjonali dwar it-trattati. Skont l-Artikolu 1 tagħha, hija tapplika għal trattati bejn Stati (u għalhekk tinkludi t-Trattat ta’ Adeżjoni) u, skont l-Artikolu 5 tagħha, għal kull trattat li huwa l-istrument kostitwenti ta’ organizzazzjoni internazzjonali (u għalhekk tinkludi d-diversi Trattati tal-Komunità u tal-Unjoni Ewropea)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Madankollu, fost l-Istati Membri attwali, Franza, Malta u r-Rumanija ma humiex firmatarji tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna u, għalkemm l-Istati Membri l-oħra kollha rratifikawha, aderixxew magħha jew saru partijiet permezz ta’ suċċessjoni, kien biss bejn l-iffirmar u d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Adeżjoni li l-Lussemburgu u l-Portugall għamlu dan, filwaqt li l-Irlanda għamlet dan wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan it-trattat [ara s-sit internet tal-United Nations Treaty Collection (Ġabra ta’ Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti) fuq http://treaties.un.org].</P></NOTE>. Numru mid-dispożizzjonijiet tagħha jirriflettu regoli tad-dritt konswetudinarju internazzjonali li, bħala tali, jagħmel parti mis-sistema legali Komunitarja<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ara, l-iktar reċenti, is-sentenza tal-<DATE ISO="20100225">25 ta’ Frar 2010</DATE>, Brita, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-386/08" PAGE.ECR="I-1289" YEAR="2010">C-386/08, Ġabra p. I-1289</REF.DOC.ECR>, punti 40 sa 42) u l-ġurisprudenza hemm iċċitata.</P></NOTE>. L-Artikolu 18 (li jistabbilixxi l-obbligu msejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>interim<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) u l-Artikolu 26 (li jistabbilixxi r-rekwiżit ta’ <HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT>) huma ġeneralment ikkunsidrati fost dawn id-dispożizzjonijiet<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Madankollu, mhux is-sorsi awtorevoli kollha jaqblu fuq kemm jista’ jingħad li l-Artikolu 18 jikkostitwixxi sempliċement kodifikazzjoni, u mhux żvilupp, tad-dritt konswetudinarju internazzjonali: ara, pereżempju, I. Sinclair, <HT TYPE="ITALIC">The Vienna Convention on the Law of Treaties</HT>, Manchester University Press, 1973, p. 22; għal kummentarju dwar uħud mill-formulazzjonijiet tar-regola konswetudinarja, li jvarjaw minn dik użata fil-Konvenzjoni ta’ Vjenna, ara wkoll J. Klabbers, <HT TYPE="ITALIC">How to defeat a treaty’s object and purpose pending entry into force: toward manifest intent</HT>, 34 Vanderbilt Journal of Transnational Law, p. 283, Marzu 2001.</P></NOTE>. Minkejja li dawn l-artikoli ma humiex, bħala tali, vinkolanti fir-rigward ta’ Malta<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 5 iktar ’il fuq.</P></NOTE>, ikun tajjeb jekk nippreżentahom bħala formulazzjoni ta’ dak li Malta taċċetta bħala r-regoli tad-dritt konswetudinarju internazzjonali li japplikaw għaliha.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 18, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>L-obbligu li ma jinġibux fix-xejn l-għan u l-iskop ta’ trattat qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Stat huwa obbligat joqgħod lura milli jadotta atti li jġibu fix-xejn l-għan u l-iskop ta’ trattat meta:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ikun iffirma t-trattat jew ikun ipparteċipa fi skambju ta’ strumenti li jikkostitwixxu t-trattat, suġġett għar-rattifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni, sakemm ma jimmanifestax l-intenzjoni tiegħu li ma jsirx parti kontraenti tat-trattat; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>ikun esprima l-kunsens tiegħu li jkun marbut mit-trattat, fil-perijodu qabel id-dħul fis-seħħ tat-trattat u bil-kundizzjoni li ma jkunx hemm dewmien mhux neċessarju qabel id-dħul fis-seħħ.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-10594"?><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 26, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/><HT TYPE="ITALIC">Pacta sunt servanda</HT><QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Kull trattat li jkun fis-seħħ jorbot lill-partijiet kontraenti u għandu jiġi eżegwit minnhom <HT TYPE="ITALIC">in bona fide</HT>.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">It-Trattat KE</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 226 KE (li sar l-Artikolu 258 TFUE) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li Stat Membru jkun naqas li jwettaq xi obbligu tiegħu skond [dan it-Trattat/it-Trattati], hija għandha toħroġ opinjoni motivata dwar il-materja wara li tagħti lill-Istat interessat l-opportunità li jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu.</P><P>Jekk l-Istat in kwistjoni ma jikkonformax ruħu ma’ dik l-opinjoni fil-perjodu stabbilit mill-Kummissjoni, din ta’ l-aħħar tista’ ġġib il-materja quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja [tal-Komunità/Unjoni Ewropea].<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 249 KE (li sar l-Artikolu 288 TFUE):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Regolament għandu jkollu applikazzjoni ġenerali. Ikun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 254(1) u (2) KE (li sar, wara emenda, l-Artikolu 297 TFUE), regolamenti jidħlu fis-seħħ fid-data indikata fihom jew, meta din ma tkunx imniżżla, fl-għoxrin jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">It-Trattat ta’ Adeżjoni u l-Att ta’ Adeżjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1) tat-Trattat ta’ Adeżjoni, 10 Stati ġodda, inkluża Malta, saru <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>membri ta’ l-Unjoni Ewropea u Partijiet għat-Trattati li fuqhom hija mibnija l-Unjoni kif emendati jew supplementati<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>. L-Artikolu 1(2) jispeċifika:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Il-kondizzjonijiet tad-dħul u l-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom hija mibnija l-Unjoni, li saru meħtieġa b’din l-adeżjoni, huma stabbiliti fl-Att anness ma’ dan it-Trattat. [<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="236" PAGE.FIRST="33" DATE.PUB="2003">ĠU L 236, p. 33</REF.DOC.OJ>; iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Att ta’ Adeżjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/>).</P></NOTE>] Id-disposizzjonijiet ta’ dak l-Att għandhom jagħmlu parti integrali minn dan it-Trattat.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-10595"?><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(2), it-Trattat ta’ Adeżjoni, li kien iffirmat f’Ateni fis-<DATE ISO="20030416">16 ta’ April 2003</DATE>, daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-Att ta’ Adeżjoni jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Mid-data ta’ l-adeżjoni, id-disposizzjonjiet tat-Trattati oriġinali u l-atti adottati mill-istituzzjonijiet u l-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-adeżjoni għandhom jorbtu l-Istati Membri l-ġodda u għandhom japplikaw f’dawk l-Istati Membri bil-kondizzjonijiet kif imniżżla f’dawk it-Trattati u f’dan l-Att<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Ma ġew inklużi ebda kundizzjonijiet dwar l-applikazzjoni tar-Regolament fir-rigward ta’ Malta.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Malta ppreżentat l-istrument tar-ratifika tat-Trattat ta’ Adeżjoni tagħha lill-Gvern Taljan fit-<DATE ISO="20030730">30 ta’ Lulju 2003</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 3577/92</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Ir-Regolament ġie adottat mill-Kunsill fis-<DATE ISO="19921207">7 ta’ Diċembru 1992</DATE> u ġie ppubblikat fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> fit-<DATE ISO="19921212">12 ta’ Diċembru 1992</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Sa mill-<DATE ISO="19930101">1 ta’ Jannar 1993</DATE>, il-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi ta’ trasport marittimu ġewwa Stat Membru (kabotaġġ marittimu) għandu japplika [għandha tapplika] għal proprjetarji ta’ vapuri tal-Komunità li jkollhom il-vapuri tagħhom irreġistrati fi, u jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru, sakemm dawn il-vapuri jkunu konformi mal-kundizzjonijiet kollha biex jagħmlu kabotaġġ f’dak l-Istat Membru, inklużi vapuri rreġistrati f’Euros, ladarba dak ir-Reġistru jkun approvat mill-Kunsill.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>servizzi ta’ trasport marittimu ġewwa Stat Membru (kabotaġġ marittimu)<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> tfisser <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>servizzi normalment ipprovduti għal remunerazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, inkluż, b’mod partikolari, taħt it-tieni inċiż tal-Artikolu 2(1)(ċ) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>kabotaġġ tal-gżejjer: il-ġarr ta’ passiġġieri jew oġġetti bil-baħar bejn [...] portijiet li jinstabu fuq il-gżejjer ta’ l-istess Stat Membru<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(4) jiddefinixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>obbligazzjonijiet ta’ servizz pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>obbligazzjonijiet li l-proprjetarju ta’ vapur tal-Komunità f’dak il-każ, jekk ikun qiegħed jikkonsidra l-interessi kummerċjali tiegħu, ma jassumix jew ma jassumix sa l-istess grad jew taħt l-istess kundizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10596"?><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Stat Membru jista’ jagħmel kuntratti ta’ servizz pubbliku ma’ jew jimponi obbligazzjonijiet ta’ servizz pubbliku bħala kundizzjoni għall-għoti ta’ servizzi ta’ kabotaġġ, fuq kumpanniji ta’ ġarr marittimu li jipparteċipaw f’servizzi regolari lejn, minn u bejn gżejjer.</P><P>Kull meta Stat Membru jagħmel kuntratti ta’ servizz pubbliku jew jimponi obbligazzjonijiet ta’ servizz pubbliku, dan għandu jagħmel hekk fuq bażi mhux diskriminatorja għar-rigward ta’ proprjetarji ta’ vapuri tal-Komunità.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Meta jiġu imposti obbligazzjonijiet ta’ servizz pubbliku, Stati Membri għandhom ikunu llimitati għal ħtiġijiet dwar portijiet li jkunu servuti, regolarità, kontinwità, frekwenza, kapaċità li jipprovdu s-servizz, rati li għandhom jiġu mitluba u l-persunal tal-vapur.</P><P>Meta jkun applikabbli, kull kumpens għal obbligazzjonijiet ta’ servizz pubbliku għandu jkun disponibbli lill-proprjetarji kollha tal-vapuri tal-Komunità.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Kuntratti eżistenti ta’ servizz pubbliku jistgħu jibqgħu fis-seħħ sad-data ta’ l-iskadenza tal-kuntratt rilevanti.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 11, ir-Regolament daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="19930101">1 ta’ Jannar 1993</DATE>. Madankollu, skont l-Artikolu 6, diversi servizzi ta’ kabotaġġ – ġewwa l-Mediterran, madwar il-kosta ta’ Spanja, il-Portugall u Franza u fir-rigward ta’ ċerti gżejjer qrib il-kosta u ta’ gżejjer u territorji barra mill-Ewropa li jappartjenu lil Spanja, lill-Portugall u lil Franza – kienu eżentati mill-implementazzjoni tar-Regolament sa dati differenti bejn l-<DATE ISO="19950101">1 ta’ Jannar 1995</DATE> u l-<DATE ISO="20040101">1 ta’ Jannar 2004</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest fattwali u proċedurali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Matul in-negozjati li saru qabel il-konklużjoni tat-Trattat ta’ Adeżjoni, tqajmet u ġiet diskussa diversi drabi l-kwistjoni ta’ kif Malta kellha progressivament tikkonforma ruħha mal-<HT TYPE="ITALIC">acquis</HT> fil-qasam, b’mod partikolari, tat-trasport marittimu.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, Pożizzjoni Komuni tas-<DATE ISO="20011026">26 ta’ Ottubru 2001</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Konferenza dwar l-Adeżjoni mal-Unjoni Ewropea – Malta – doc. 20766/01 CONF-M 80/01.</P></NOTE> stabbiliet: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>[...] l-UE tirrimarka li Malta għandha l-intenzjoni tikkonkludi kuntratti speċifiċi ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku kemm ma’ Sea Malta Co. Ltd kif ukoll ma’ [GCCL] għal perijodu ta’ ħames snin kull wieħed, qabel it-<DATE ISO="20020630">30 ta’ Ġunju 2002</DATE>, u li fl-iskadenza ta’ dawn il-kuntratti ser japplikaw proċeduri ta’<?PAGE NO="I-10597"?> sejħa għal offerti inkonformità mal-<HT TYPE="ITALIC">acquis</HT> rilevanti<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Fil-Pożizzjoni Komuni, l-UE rrimarkat ukoll li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>f’dan l-istadju, dan il-kapitolu ma jeħtieġx iżjed negozjati<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> iżda indikat li, fid-dawl tas-sorveljanza tal-<HT TYPE="ITALIC">acquis</HT>, hija setgħet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>tmur lura għal dan il-kapitolu fil-mument opportun<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-kuntratt ma’ GCCL<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Mit-trattazzjoni jirriżulta li kien ġie konkluż kuntratt anki ma’ Sea Malta Co. Ltd iżda jirriżulta wkoll li din il-kumpannija ġiet sussegwentement stralċjata.</P></NOTE> għall-provvista ta’ servizz regolari u rapidu bejn il-gżejjer ta’ Malta u Għawdex ma ġiex iffirmat qabel is-<DATE ISO="20040416">16 ta’ April 2004</DATE> (sena wara l-firma tat-Trattat ta’ Adeżjoni u madwar ħmistax qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu), u ġie konkluż għal perijodu li ma setax jiġġedded ta’ sitt snin, u mhux għal ħames snin.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Huwa paċifiku li l-kuntratt ingħata mingħajr ma l-proprjetarji ta’ vapuri Komunitarji ngħataw l-opportunità jagħmlu offerta.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Wara proċedura amministrattiva skont l-Artikolu 226 KE, il-Kummissjoni qiegħda titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara li, billi ffirmat, mingħajr ma saret sejħa għal offerti minn qabel, kuntratt esklużiv ta’ servizz pubbliku ma’ GCCL fis-<DATE ISO="20040416">16 ta’ April 2004</DATE>, ir-Repubblika ta’ Malta naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt ir-Regolament, b’mod partikolari taħt l-Artikoli l u 4 tiegħu, u tikkundanna lir-Repubblika ta’ Malta għall-ispejjeż.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Malta titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara li r-Regolament ma kienx u ma huwiex applikabbli għall-kuntratt inkwistjoni, tiċħad ir-rikors bħala infondat u tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>L-argument li Malta tqajjem fid-difiża tagħha huwa, prinċipalment, li r-Regolament ma kienx japplika għaliha fiż-żmien rilevanti. Sussidjarjament, hija tissottometti li l-għoti tal-kuntratt inkwistjoni kien, essenzjalment, awtorizzat matul l-iżvolġiment tan-negozjati ta’ adeżjoni (minkejja li kien hemm dewmien minħabba raġunijiet ġustifikabbli), u/jew kien, fi kwalunkwe każ, iġġustifikat minn ħtieġa reali, u kien proporzjonat mal-għanijiet mixtieqa.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>F’dawn il-konklużjonijiet, ser nindirizza biss l-argument prinċipali li, fil-fehma tiegħu, jipprovdi bażi suffiċjenti sabiex jiġi miċħud ir-rikors tal-Kummissjoni mingħajr ma jkun meħtieġ li jiġu eżaminati l-argumenti l-oħra li Malta tqajjem fid-difiża tagħha.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10598"?><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>L-ostakolu prinċipali għar-rikors tal-Kummissjoni huwa sempliċi. Dikjarazzjoni tat-tip mitluba tista’ tikkonċerna biss nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu taħt it-Trattati, li jinkludi l-obbligu ta’ konformità ma’ regolament adottat skont it-Trattati. Tali obbligu jista’ jeżisti biss meta l-Istat Membru inkwistjoni jkun marbut mit-Trattati, u għalhekk minn kull regolament adottat skont dawn it-trattati. Madankollu, id-dikjarazzjoni mitluba f’din il-kawża hija li Malta naqset milli tikkonforma ruħha mar-Regolament billi ħadet ċerta azzjoni fi żmien qabel ma hija kienet marbuta mit-Trattat KE.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi l-Kummissjoni ma għelbitx dan l-ostakolu.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Madankollu, hemm żewġ oġġezzjonijiet possibbli għal din il-fehma li għandhom jiġu indirizzati. Id-dikjarazzjoni mitluba tista’ tinftiehem fis-sens li ma tirreferix għall-għoti tal-kuntratt innifsu fis-<DATE ISO="20040416">16 ta’ April 2004</DATE> iżda għaż-żamma fis-seħħ tiegħu wara l-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>? U Malta setgħet titqies li kienet obbligata tikkonforma ruħha mar-Regolament qabel dik id-data?</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Qabel neżamina dawn id-domandi, tajjeb li nfakkar ċerti aspetti tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar proċeduri għal nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ġurisprudenza dwar proċeduri għal nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, kif indikat il-Qorti tal-Ġustizzja, l-għan tal-proċedura prekontenzjuża fil-proċeduri għal nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu huwa kemm li l-Istat Membru jingħata opportunità jikkonforma ruħu mal-obbligi tiegħu taħt id-dritt tal-UE u kif ukoll li jkun jista’ jiddefendi ruħu kontra l-akkużi mressqa mill-Kummissjoni. Għaldaqstant, (a) il-limiti tas-suġġett tal-proċeduri huma stabbiliti mill-proċedura prekontenzjuża u (b) kemm l-opinjoni motivata u kif ukoll ir-rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja għandhom jindikaw l-ilmenti tal-Kummissjoni b’mod preċiż, mhux ambigwu u fid-dettall, b’tali mod li l-Istat Membru u l-Qorti tal-Ġustizzja jkunu jistgħu jevalwaw eżattament b’liema mod dan l-Istat Membru allegatament naqas milli jwettaq wieħed mill-obbligi tiegħu taħt it-Trattat, u b’tali mod li l-Qorti tal-Ġustizzja ma tiddeċidix <HT TYPE="ITALIC">ultra petita</HT> jew inkella tonqos milli tiddeċiedi dwar ilment<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara, minn fost ħafna eżempji oħra, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20041014">14 ta’ Ottubru 2004</DATE>, Il-Kummissjoni vs Franza (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-340/02" PAGE.ECR="I-9845" YEAR="2004">C-340/02, Ġabra p. I-9845</REF.DOC.ECR>, punti 25 sa 27); tat-<DATE ISO="20070628">28 ta’ Ġunju 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-235/04" PAGE.ECR="I-5415" YEAR="2007">C-235/04, Ġabra p. I-5415</REF.DOC.ECR>, punt 48), u tal-<DATE ISO="20090910">10 ta’ Settembru 2009</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-457/07" PAGE.ECR="I-8091" YEAR="2009">C-457/07, Ġabra p. I-8091</REF.DOC.ECR>, punti 67 u 68), flimkien mal-ġurisprudenza ċċitata f’dawk is-sentenzi.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-kwistjoni ta’ jekk Stat Membru naqasx milli jwettaq l-obbligi tiegħu għandha tiġi ddeterminata billi jsir riferiment għas-sitwazzjoni eżistenti fl-Istat Membru fi tmiem il-perijodu previst fl-opinjoni motivata<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza Il-Kummissjoni vs Spanja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 52.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10599"?><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, hija l-Kummissjoni li għandha l-oneru tipprova l-allegazzjoni li l-obbligu ma twettaqx u tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja l-informazzjoni li din teħtieġ sabiex tiddetermina dan. Il-Kummissjoni ma tistax sempliċement tallega, fir-rikors tagħha, li Stat Membru, billi ħa azzjoni partikolari, naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt dispożizzjoni ta’ regolament, u għalhekk tislet, minn din id-dispożizzjoni, konsegwenzi legali li mhux neċessarjament joħorġu minnha. Sabiex tistabbilixxi l-allegazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tipprova li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni huma fil-fatt sodisfatti fil-kawża inkwistjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20010503">3 ta’ Mejju 2001</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-347/98" PAGE.ECR="I-3327" YEAR="2001">C-347/98, Ġabra p. I-3327</REF.DOC.ECR>, punti 38 u 39).</P></NOTE>.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>L-għoti tal-kuntratt jew iż-żamma fis-seħħ tiegħu?</P></TI></TITLE><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Id-dikjarazzjoni li qiegħda titlob il-Kummissjoni hija, mingħajr ebda ambigwità, li Malta naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt ir-Regolament billi kkonkludiet kuntratt partikolari fis-<DATE ISO="20040416">16 ta’ April 2004</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni motivata tagħha tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, il-Kummissjoni użat prattikament formulazzjoni identika fir-rigward tal-allegazzjoni ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. F’dan id-dokument, madankollu, hija stiednet ukoll lil Malta tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mal-opinjoni motivata fi żmien xahrejn mid-data li rċevietha.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Malta, b’mod ċar, ma setgħetx tkun mistennija tmur lura fiż-żmien sabiex <HT TYPE="ITALIC">ma tikkonkludix</HT> il-kuntratt ikkontestat fis-<DATE ISO="20040416">16 ta’ April 2004</DATE>. Il-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mal-opinjoni motivata setgħu jkunu biss dawk li kienu ser iwasslu għax-xoljiment tal-kuntratt jew għal għoti ġdid wara proċedura ta’ sejħa għal offerti ħielsa minn diskriminazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Sitwazzjoni bħal din ma hijiex rari fi proċeduri għal nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu dwar, pereżempju, l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi speċifiċi bi ksur tar-regoli tal-UE dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi. Fid-dawl tal-Artikolu 258 TFUE u tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-Kummissjoni tikkunsidra li tali kuntratt ingħata b’mod illegali, hija għandha, wara li tagħti lill-Istat Membru kkonċernat l-opportunità jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu, l-ewwel tistieden lil dan l-Istat Membru sabiex jirrimedja l-illegalità (b’kull mezz li jkun disponibbli f’dak l-istadju) sa data partikolari u mbagħad hija tista’, jekk l-Istat Membru ma jkunx għamel dan, tressaq proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li tiddeċiedi fid-dawl ta’ jekk is-sitwazzjoni illegali kinitx għadha eżistenti fid-data stabbilita mill-Kummissjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10600"?><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Dan għalhekk jimplika li l-Qorti tal-Ġustizzja jew tikkonstata li l-Istat Membru naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu jekk l-illegalità ma tkunx ġiet irrimedjata sa dik id-data jew tiċħad ir-rikors tal-Kummissjoni jekk kienet irrimedjata<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Eżempju ta’ dan it-tip tal-aħħar (għalkemm inkonnessjoni mal-adozzjoni u ż-żamma fis-seħħ ta’ digriet b’applikabbiltà iktar wiesgħa u mhux inkonnessjoni mal-għoti ta’ kuntratt speċifiku) jista’ jinsab fis-sentenza tas-<DATE ISO="20051027">27 ta’ Ottubru 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-525/03" PAGE.ECR="I-9405" YEAR="2005">C-525/03, Ġabra p. I-9405</REF.DOC.ECR>, punt 16).</P></NOTE>. Fl-ewwel każ, iżda, id-dikjarazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja xorta tkun marbuta mal-illegalità inizjali tal-għoti, u mhux man-nuqqas li tiġi rrimedjata<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Eżempju jista’ jinsab fis-sentenza tal-<DATE ISO="20001005">5 ta’ Ottubru 2000</DATE>, Il-Kummissjoni vs Franza (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-16/98" PAGE.ECR="I-8315" YEAR="2000">C-16/98, Ġabra p. I-8315</REF.DOC.ECR>, punti 1, 12 sa 22 u 113). Bħala kuntrast wieħed jista’ jirreferi għas-sitwazzjoni fi proċeduri dwar għajnuna mill-Istat taħt l-Artikolu 88(2) KE [li sar l-Artikolu 108(2) TFUE u li qabel kien l-Artikolu 93(2) tat-Trattat KE], fejn l-unika kwistjoni hija l-obbligu, impost mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tiġi rrimedjata l-illegalità; ara, pereżempju, is-sentenza tat-<DATE ISO="19880202">2 ta’ Frar 1988</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="213/85" PAGE.ECR="281" YEAR="1988">213/85, Ġabra p. 281</REF.DOC.ECR>, punti 7 u 8).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, anki jekk b’mod globali dawn il-proċeduri għal nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu huma intiżi li titwaqqaf is-sitwazzjoni allegatament illegali fid-dawl tar-Regolament, jew li Malta tiġi kkundannata talli ma waqqfitx din is-sitwazzjoni fil-perijodu mogħti għal dan il-għan, is-suċċess tagħhom jiddependi neċessarjament fuq konstatazzjoni li l-għoti tal-kuntratt kien illegali fid-data meta ġie konkluż, jew minn tal-inqas sar illegali f’data sussegwenti.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Id-dikjarazzjoni mitluba hawnhekk tallega nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi taħt ir-Regolament, u mhux taħt xi strument ieħor. Għalhekk, sabiex ir-rikors ikollu suċċess, l-għoti tal-kuntratt kellu jkun ipprojbit mir-Regolament – jew fis-<DATE ISO="20040416">16 ta’ April 2004</DATE> meta ġie konkluż (l-ewwel ipoteżi), jew fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, meta r-Regolament sar vinkolanti fil-konfront ta’ Malta skont l-Artikolu 2(2) tat-Trattat ta’ Adeżjoni u skont l-Artikolu 2 tal-Att ta’ Adeżjoni (it-tieni ipoteżi).</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>It-tieni ipoteżi tista’ tiġi miċħuda b’mod pjuttost sommarju.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Il-kuntratt ikkontestat kien diġà jeżisti qabel l-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE> u l-Artikolu 4(3) tar-Regolament espliċitament jippermetti li kuntratti eżistenti ta’ servizz pubbliku jinżammu fis-seħħ sad-dati tal-iskadenza tagħhom<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Jista’ jingħad ukoll li ma hemm ebda dispożizzjoni tat-Trattat li għandha, fir-rigward ta’ kuntratti ma’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-istess effett bħalma għandu l-Artikolu 307 KE (li sar l-Artikolu 351 TFUE) fir-rigward ta’ ftehim internazzjonali. Din id-dispożizzjoni tobbliga lill-Istati Membri l-ġodda jeliminaw in-nuqqas ta’ kompatibbiltà bejn ftehim internazzjonali konklużi qabel l-adeżjoni u t-Trattati.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Ma nistax naċċetta s-suġġeriment tal-Kummissjoni, magħmul matul is-seduta, li l-Artikolu 4(3) jikkonċerna biss kuntratti eżistenti fl-<DATE ISO="19930101">1 ta’ Jannar 1993</DATE>, u dan anki fil-konfront ta’ Stati li saru Membri tal-Unjoni iktar minn għaxar snin wara. Din id-dispożizzjoni tirreferi għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>kuntratti eżistenti<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> u mhux għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>kuntratti eżistenti fl-<DATE ISO="19930101">1 ta’ Jannar<?PAGE NO="I-10601"?> 1993</DATE><QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>. Sabiex jissodisfa r-rekwiżiti ta’ ċertezza legali, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>eżistenti<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> hawnhekk jista’ jfisser biss <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>eżistenti fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara wkoll il-punti 58 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> iktar ’il quddiem.</P></NOTE>. Fir-rigward ta’ Stati li saru Membri tal-Unjoni wara l-<DATE ISO="19930101">1 ta’ Jannar 1993</DATE>, din id-data hija d-data tal-adeżjoni tagħhom – punt dan li anki l-Kummissjoni taqbel miegħu. Fil-fatt, meta aċċettaw, fil-Pożizzjoni Komuni tas-<DATE ISO="20011026">26 ta’ Ottubru 2001</DATE>, li kuntratt konkluż minn Ġunju 2002 sa Ġunju 2007 kien ser ikun kompatibbli mal-obbligi futuri ta’ Malta, mingħajr ma kien meħtieġ li jiġu stabbiliti xi kundizzjonijiet fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament għal Malta, in-negozjaturi tal-UE impliċitament irrikonoxxew li l-Artikolu 4(3) kien ser japplika għal tali kuntratt.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Għalhekk, ma jistax jintalqa’ l-argument imressaq mill-Kummissjoni fit-tweġiba tagħha li jgħid li kien sa mill-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE> li Malta ma kinitx konformi mal-obbligi tagħha taħt ir-Regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, konstatazzjoni fis-sens li Malta kienet naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt ir-Regolament sa mill-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE> tkun kontradittorja fil-konfront tal-forma ta’ dikjarazzjoni mitluba mill-Kummissjoni stess – u l-Kummissjoni ma tistax sussegwentement tipprova tibdel jew tinterpreta mill-ġdid din il-forma ta’ dikjarazzjoni, kif dehret li ppruvat tagħmel waqt is-seduta.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Għalhekk ser ngħaddi issa sabiex neżamina l-ewwel ipoteżi. Din l-ipoteżi tinvolvi l-eżistenza ta’ obbligu għal Malta li ma tikkonkludix il-kuntratt fil-perijodu li kellu jwassal għall-adeżjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Obbligu qabel l-adeżjoni?</P></TI></TITLE><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Ma hemm xejn fit-Trattat ta’ Adeżjoni jew fl-Att ta’ Adeżjoni – li Malta ffirmat fis-<DATE ISO="20030416">16 ta’ April 2003</DATE>, filwaqt li ppreżentat l-istrument ta’ ratifika tagħha fit-<DATE ISO="20030730">30 ta’ Lulju 2003</DATE> – li espliċitament jagħmel ir-Regolament vinkolanti għal Malta qabel daħal fis-seħħ dan it-trattat. Għall-kuntrarju, jidher li l-konklużjoni inevitabbli li toħroġ mill-Artikolu 2 tal-Att ta’ Adeżjoni hija li r-Regolament sar vinkolanti għal Malta biss f’dik id-data – l-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Madankollu, jidher li matul il-fażi tan-negozjati Malta indikat li kellha l-intenzjoni tikkonkludi kuntratt ta’ ħames snin ma’ GCCL qabel it-<DATE ISO="20020630">30 ta’ Ġunju 2002</DATE> u li tali kuntratt kien aċċettabbli għan-negozjaturi tal-UE bħala kompatibbli mal-adeżjoni; jidher ukoll iżda li Malta fil-fatt ikkonkludiet il-kuntratt inkwistjoni għal sitt snin fis-<DATE ISO="20040416">16 ta’ April 2004</DATE>, eventwalità li la kienet aċċettata minn u lanqas biss ippreżentata lin-negozjaturi tal-UE.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10602"?><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>L-ewwel ħaġa li għandha tiġi nnotata hija li l-Kummissjoni fl-ebda punt tar-rikors tagħha quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, jew fir-replika tagħha għall-eċċezzjoni ta’ Malta li tqajjem espliċitament il-kwistjoni tal-applikabbiltà tar-Regolament għal Malta fiż-żmien rilevanti, ma argumentat li r-rikors tagħha kien b’xi mod jew ieħor ibbażat fuq obbligu li seta’ kellha Malta qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Adeżjoni. Għall-kuntrarju, fir-replika tagħha hija tiddikjara b’mod ċar li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>kien eżatt minn dik id-data, jiġifieri mid-data tas-sħubija, li r-Repubblika ta’ Malta ma kienitx konformi ma l-obbligazzjonjiet tagħha skond it-termini tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 3577/1992<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni tkun qiegħda tonqos b’mod ċar mill-obbligu tagħha, bħala rikorrenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li tindika l-elementi kollha neċessarji sabiex tipprova l-każ tagħha jekk sussegwentement tinvoka l-eżistenza ta’ obbligu preċedenti. Fil-fatt, tali sitwazzjoni tmur kontra l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, li jipprovdi: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>Ebda raġuni ġdida ma tista’ tiġi ppreżentata matul il-kawża sakemm din ir-raġuni ma tkunx ibbażata fuq elementi ta’ fatt u ta’ dritt li joħorġu matul il-proċedura<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara s-sentenza tas-<DATE ISO="19921117">17 ta’ Novembru 1992</DATE>, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-279/89" PAGE.ECR="I-5785" YEAR="1992">C-279/89, Ġabra p. I-5785</REF.DOC.ECR>, punti 14 sa 17).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Madankollu, kienet il-Qorti tal-Ġustizzja stess li stiednet lill-partijiet jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom, fir-rigward tal-applikabbiltà <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tar-Regolament fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, dwar x’importanza għandha tingħata lill-obbligu li wieħed jaġixxi <HT TYPE="ITALIC">in bona fide</HT> matul il-perijodu qabel id-dħul fis-seħħ ta’ trattat.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Wieħed jista’ jistaqsi jekk, fl-eventwalità li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li kien hemm nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu minħabba obbligu li ma kienx invokat mill-Kummissjoni fir-rikors jew fir-replika tagħha, dan jammontax għall-invokazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> ta’ motiv min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, motivi li jinvolvu kwistjonijiet ta’ ordni pubbliku jistgħu, u saħansitra għandhom, jitqajmu <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-Qorti tal-Ġustizzja meta dawn ma jitqajmux mill-partijiet. Madankollu, minn naħa, ma jidhirx li l-Qorti tal-Ġustizzja qatt għamlet dan sabiex testendi l-portata tal-allegazzjonijiet tal-Kummissjoni fil-kuntest ta’ proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra Stat Membru u, min-naħa l-oħra, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>kwistjonijiet ta’ ordni pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> imqajma mill-ġudikatura tal-UE fuq din il-bażi jikkonċernaw rekwiżiti proċedurali sostanzjali u mhux argumenti legali materjali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Għalhekk, pereżempju, in-nuqqas li tiġi osservata l-proċedura prekontenzjuża meħtieġa [li hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>garanzija essenzjali<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> meħtieġa mit-Trattat – ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20080410">10 ta’ April 2008</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-442/06" PAGE.ECR="I-2413" YEAR="2008">C-442/06, Ġabra p. I-2413</REF.DOC.ECR>, punt 22 u l-ġurisprudenza hemm iċċitata)] jista’ jiġi invokat <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-Qorti tal-Ġustizzja, anki jekk l-Istat Membru stess ma jkunx espliċitament għamel dan. Għad-distinzjoni magħmula fil-kuntest ta’ appell ara s-sentenza tat-<DATE ISO="19980402">2 ta’ April 1998</DATE>, Il-Kummissjoni vs Sytraval and Brink’s France (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-367/95 P" PAGE.ECR="I-1719" YEAR="1998">C-367/95 P, Ġabra p. I-1719</REF.DOC.ECR>, punt 67).</P></NOTE>. Fi kwalunkwe każ, ikun pass ġdid<?PAGE NO="I-10603"?> għall-Qorti tal-Ġustizzja li tissupplimenta l-argumenti tal-Kummissjoni kontra Stat Membru fi proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. Fil-fehma tiegħi, dan il-pass ma jkunx konsistenti man-natura akkużatorja, kważi penali ta’ dawn il-proċeduri.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, bi tweġiba għall-mistoqsija tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni espremiet il-fehma (a) li bħala Stat Membru futur, Malta kellha l-obbligu li taġixxi <HT TYPE="ITALIC">in bona fide</HT> sa mid-data tal-Pożizzjoni Komuni tas-<DATE ISO="20011026">26 ta’ Ottubru 2001</DATE>; u (b) li Malta kienet mingħajr ebda dubju obbligata toqgħod lura milli taġixxi bi ksur tad-dritt tal-UE sa mid-data ta’ meta ffirmat it-Trattat ta’ Adeżjoni fis-<DATE ISO="20030416">16 ta’ April 2003</DATE>. Madankollu, il-Kummissjoni żżid li Malta effettivament ikkonkludiet il-kuntratt inkwistjoni f’ċirkustanzi li jindikaw <HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT>. F’dan ir-rigward hija tikkunsidra li r-rekwiżit ta’ <HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT>, li jsib l-espressjoni tiegħu fl-Artikoli 18 u 26 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna, għandhom importanza primordjali.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Madankollu, fil-fehma tiegħi, sabiex tagħmel id-dikjarazzjoni mitluba, il-Qorti tal-Ġustizzja jkollha mhux biss tikkonstata li l-obbligu ta’ Malta li ma tikkonkludix il-kuntratt inkwistjoni fis-<DATE ISO="20040416">16 ta’ April 2004</DATE> kien jirriżulta mill-istatus tagħha ta’ Stat Membru futur li kien iffirma u rratifika t-Trattat ta’ Adeżjoni iżda wkoll – u bħala kwistjoni li tieħu prijorità – li r-Regolament stess seta’ jimponi obbligi fuq Stati Membri qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Il-perijodu qabel ma regolament li jagħmel parti mill-<HT TYPE="ITALIC">acquis</HT> jidħol fis-seħħ fi Stat Membru mal-adeżjoni jista’ jitqabbel mal-perijodu bejn l-adozzjoni jew il-pubblikazzjoni tiegħu u d-dħul fis-seħħ tiegħu fir-rigward ta’ Stat Membru eżistenti. Ikunu xi jkunu l-obbligi ta’ Stat Membru futur matul il-perijodu ta’ qabel l-adeżjoni, dawn ma jistgħux ikunu ikbar minn dawk ta’ Stat Membru eżistenti matul il-perijodu komparabbli qabel dħul fis-seħħ ordinarju. Għaldaqstant, huwa biss jekk wieħed mit-12-il Stat li kienu Membri dak iż-żmien kien kiser l-obbligi tiegħu taħt ir-Regolament li kieku kkonkluda kuntratt ekwivalenti bejn l-adozzjoni jew il-pubblikazzjoni tar-Regolament, fis-7 jew fit-<DATE ISO="19921212">12 ta’ Diċembru 1992</DATE> rispettivament, u d-dħul fis-seħħ tiegħu, fl-<DATE ISO="19930101">1 ta’ Jannar 1993</DATE>, li jkun jista’ jiġi kkunsidrat jekk Malta kisritx l-obbligi tagħha matul il-perijodu immedjatament qabel saret Stat Membru.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward huwa ċar li regolament jorbot fl-intier tiegħu (u <HT TYPE="ITALIC">erga omnes</HT>, fir-rigward ta’ Stati Membri, istituzzjonijiet jew individwi) mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu, iżda mhux qabel – sakemm, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, id-dispożizzjonijiet tiegħu<?PAGE NO="I-10604"?> ma jkollhomx effett retroattiv espliċitu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara, għal eżempju ta’ tali ċirkustanzi eċċezzjonali, is-sentenza tad-<DATE ISO="19900109">9 ta’ Jannar 1990</DATE>, SAFA (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="337/88" PAGE.ECR="I-1" YEAR="1990">337/88, Ġabra p. I-1</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Ir-regola fl-Artikolu 254(1) u (2) KE (li sar l-Artikolu 297 TFUE), li tiżgura li kull regolament ikollu data ta’ dħul fis-seħħ li tkun tista’ tiġi identifikata b’mod ċar, hija espressjoni essenzjali tal-prinċipju ta’ ċertezza legali. Jekk regolamenti jipproduċu l-effetti tagħhom qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom, din id-data ma jkollha ebda sinjifikat.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, ir-Regolament ma fih ebda dispożizzjoni espliċitament retroattiva. Għall-kuntrarju, apparti li l-Artikolu 11 jispeċifika li d-data tad-dħul fis-seħħ hija l-<DATE ISO="19930101">1 ta’ Jannar 1993</DATE>, l-Artikolu 1(1) espliċitament jipprovdi li l-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta’ trasport marittimu għandha tapplika <HT TYPE="ITALIC">sa mill-<DATE ISO="19930101">1 ta’ Jannar 1993</DATE></HT>, u l-Artikolu 4(3) espliċitament jipprovdi li kuntratti <HT TYPE="ITALIC">eżistenti</HT> ta’ servizz pubbliku jistgħu jibqgħu fis-seħħ sad-data tal-iskadenza tagħhom. F’dan il-kuntest (fir-rigward tat-12-il Stat li kienu Membri dak iż-żmien<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara wkoll il-punt 45 iktar ’il fuq.</P></NOTE>), kuntratti eżistenti jistgħu jfissru biss dawk eżistenti jew fl-<DATE ISO="19930101">1 ta’ Jannar 1993</DATE> (jew, possibbilment, fir-rigward tas-servizzi temporanjament eżentati mill-implementazzjoni tar-Regolament taħt l-Artikolu 6, fid-data li fiha ntemmet l-eżenzjoni temporanja rilevanti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara l-punt 20 iktar ’il fuq. Dan il-punt ma ġiex deċiż mill-Qorti tal-Ġustizzja iżda hemm indikazzjonijiet, fis-sentenza reċenti tagħha tat-<DATE ISO="20100422">22 ta’ April 2010</DATE>, Enosi Efopliston Aktoploïas <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-122/09" PAGE.ECR="I-3667" YEAR="2010">C-122/09, Ġabra p. I-3667</REF.DOC.ECR>, punti 15 u 17), u fid-digriet tagħha tat-<DATE ISO="20060928">28 ta’ Settembre 2006</DATE>, Enosi Efopliston Aktoploïa <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C-285/05, iċċitat fil-punt 10 tas-sentenza fil-Kawża C-122/09, punt 19), li Stat Membru jista’ jkun obbligat ma jiħux azzjoni li tista’ tikkomprometti serjament l-applikazzjoni tar-Regolament wara t-tmiem tal-perijodu ta’ eżenzjoni temporanja. Ara wkoll il-punti 63 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> iktar ’il quddiem, b’mod partikolari l-punt 65 u n-nota ta’ qiegħ il-paġna 25.</P></NOTE>).</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fil-fehma tiegħi, li kieku Stat Membru, lejn l-aħħar ta’ Diċembru 1992, ikkonkluda kuntratt ta’ servizz pubbliku mingħajr sejħa għal offerti Komunitarja adegwata, dan l-Istat Membru ma kienx ikun jista’ jiġi kkundannat talli naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu <HT TYPE="ITALIC">taħt l-Artikoli 1 u 4 tar-Regolament.</HT></TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Huwa minnu li Stati Membri għandhom ukoll obbligu iktar ġenerali ta’ kooperazzjoni leali, li issa jinsab espress fl-Artikolu 4(3) TUE (li qabel kien l-Artikolu 10 KE, u preċedentement l-Artikolu 5 tat-Trattat KE) u li jimplika li għandhom jieħdu l-miżuri adegwati kollha sabiex jiżguraw it-twettiq ta’ obbligi li jirriżultaw mit-Trattati jew minn azzjoni meħuda mill-istituzzjonijiet, li għandhom jiffaċilitaw it-twettiq tal-funzjonijiet tal-Komunità (jew tal-Unjoni) u li għandhom joqogħdu lura minn miżuri li jistgħu jipperikolaw il-kisba tal-għanijiet tat-Trattati.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Kien fuq il-bażi ta’ dan l-aħħar obbligu li l-Qorti tal-Ġustizzja bbażat id-deċiżjoni<?PAGE NO="I-10605"?> tagħha fis-sentenza Inter-Environment Wallonie<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="19971218">18 ta’ Diċembru 1997</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-129/96" PAGE.ECR="I-7411" YEAR="1997">C-129/96, Ġabra p. I-7411</REF.DOC.ECR>, punt 45 tas-sentenza u punt 2 tad-dispożittiv). Ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jacobs, b’mod partikolari l-punt 33 u l-punti 39 <HT TYPE="ITALIC">et seq.</HT></P></NOTE> li Stati Membri li lilhom tkun indirizzata direttiva għandhom joqogħdu lura, matul il-perijodu indikat għall-implementazzjoni tagħha, milli jadottaw miżuri li jistgħu jikkompromettu serjament ir-riżultat li jkun irid jinkiseb.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Madankollu, ma naħsibx li ġurisprudenza sa issa stabbilita tista’ sempliċement tiġi trasposta minn direttivi għal regolamenti. Direttiva tipikament tispeċifika data li fiha tidħol fis-seħħ u data sa meta l-Istati Membri għandhom jimplementawha. Huwa fil-perijodu bejn dawn id-dati li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja teħtieġ li l-Istati Membri joqogħdu lura milli jadottaw miżuri li jistgħu jikkompromettu serjament ir-riżultat li jkun irid jinkiseb. Il-Qorti tal-Ġustizzja qatt ma ddeċidiet li tali obbligu jeżisti wkoll matul il-perijodu preċedenti bejn l-adozzjoni u/jew il-pubblikazzjoni ta’ direttiva u d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha. Fil-fehma tiegħi, jekk jiġi deċiż hekk, id-data tad-dħul fis-seħħ titħalla, għal darba oħra, mingħajr sinjifikat.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ regolamenti, ma hemmx perijodu tranżitorju għal implementazzjoni iżda hemm biss perijodu bejn l-adozzjoni u/jew il-pubblikazzjoni u d-dħul fis-seħħ, meta r-regolament isir vinkolanti fl-intier tiegħu. Għaldaqstant, il-perijodu li tirreferi għalih is-sentenza Inter-Environnement Wallonie ma jeżistix fil-każ ta’ regolamenti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Nista’ naċċetta l-possibbiltà – li għadha ma ġietx ikkonfermata – li deroga jew eżenzjoni temporanji mill-applikazzjoni ta’ regolament (u, b’mod partikolari, tar-Regolament ineżami) jistgħu jimplikaw obbligu ekwivalenti għal dak fis-sentenza Inter-Environnement Wallonie (ara l-punt 60 u n-nota ta’ qiegħ il-paġna 23 iktar ’il fuq), iżda din il-kawża tikkonċerna sitwazzjoni fejn ma kien hemm ebda deroga jew eżenzjoni meta r-Regolament daħal fis-seħħ fl-Istat Membru inkwistjoni.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>M’iniex ser immur fl-estrem li nissuġġerixxi li qatt ma jista’ jkun hemm ċirkustanzi fejn Stat Membru jista’ jonqos milli jikkonforma mal-obbligu tiegħu ta’ kooperazzjoni leali minħabba azzjoni meħuda fi żmien meta direttiva jew regolament kienu eżistenti iżda kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ. Madankollu, fil-fehma tiegħi, f’tali każ, il-kriterju ta’ azzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>li tista’ tikkomprometti serjament<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> l-effettività tal-miżura inkwistjoni jkollu jiġi interpretat b’mod partikolarment strett. Possibbilment, tkun tikkostitwixxi nuqqas ta’ konformità mal-obbligu ta’ kooperazzjoni leali f’tali ċirkustanzi dik l-azzjoni biss li ma tkunx tista’ tiġi rrimedjata qabel it-terminu għat-traspożizzjoni ta’ direttiva, jew li b’xi mod tipprekludi lir-regolament milli jiġi applikat b’tali mod li jintlaħaq l-għan tiegħu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jacobs fil-kawża Inter-Environnement Wallonie, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 24 iktar ’il fuq, punti 42 <HT TYPE="ITALIC">et seq.</HT></P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Għalkemm huwa minnu li ma hemm ebda regola ta’ <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> fir-rigward ta’<?PAGE NO="I-10606"?> proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu taħt it-Trattat<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza tas-<DATE ISO="19840207">7 ta’ Frar 1984</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="166/82" PAGE.ECR="459" YEAR="1984">166/82, Ġabra p. 459</REF.DOC.ECR>, punt 24); tal-<DATE ISO="20000615">15 ta’ Ġunju 2000</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-348/97" PAGE.ECR="I-4429" YEAR="2000">C-348/97, Ġabra p. I-4429</REF.DOC.ECR>, punt 62), jew tal-<DATE ISO="20050414">14 ta’ April 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-157/03" PAGE.ECR="I-2911" YEAR="2005">C-157/03, Ġabra p. I-2911</REF.DOC.ECR>, punt 44).</P></NOTE> – jiġifieri, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu irrispettivament minn kemm il-ksur ikun żgħir jew iżolat – f’każijiet fejn il-ksur ikun allegatament seħħ permezz ta’ azzjoni meħuda qabel ma l-miżura inkwistjoni daħlet fis-seħħ ikun iktar adegwat, fil-fehma tiegħi, standard differenti.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-Regolament inkwistjoni f’din il-kawża, seta’ kien neċessarju għall-Kummissjoni li tistabbilixxi li, pereżempju, l-azzjoni inkwistjoni pprekludiet kull possibbiltà ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tiegħu għal perijodu kunsiderevoli wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, jew kienet tikkonsisti f’sensiela ta’ passi li kumulattivament u sistematikament ippreġudikaw l-implementazzjoni tiegħu, jew ittieħdet bl-intenzjoni deliberata u/jew espressa li ma jiġux osservati d-dispożizzjonijiet tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, il-konklużjoni ta’ kuntratt wieħed, irrispettivament minn kemm ir-Regolament, la darba dan ikun daħal fis-seħħ, kien jipprojbixxih b’mod ċar, ma għandhiex tiġi kkunsidrata, fil-fehma tiegħi, bħala suffiċjenti – waħedha, u fin-nuqqas ta’ ċirkustanzi aggravanti addizzjonali – sabiex tiġġustifika l-konstatazzjoni li Stat Membru naqas milli jwettaq l-obbligu ta’ kooperazzjoni leali tiegħu, u dan <HT TYPE="ITALIC">jekk il-kuntratt kien ġie konkluż qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament</HT>. Jekk tittieħed pożizzjoni differenti, kemm is-sinjifikat tad-data tad-dħul fis-seħħ u kif ukoll id-dispożizzjoni espressa li tinsab fl-Artikolu 4(3) jinġabu fix-xejn.</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-fehma tiegħi, f’kawża bħal din il-Kummissjoni kien imissha, qabel kollox, talbet dikjarazzjoni li tikkonferma ksur tal-obbligu ta’ kooperazzjoni leali u mhux dikjarazzjoni li tikkonferma ksur tal-Artikoli 1 u 4 tar-Regolament, li ma kinux fis-seħħ meta ġie konkluż il-kuntratt. Huwa minnu li kien hemm numru ta’ okkażjonijiet fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li Stat Membru naqas milli jwettaq dan l-obbligu ġenerali meta ma kienx jidher li ntalbet tali dikjarazzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza tat-<DATE ISO="20070712">12 ta’ Lulju 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Awstrija (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-507/04" PAGE.ECR="I-5939" YEAR="2007">C-507/04, Ġabra p. I-5939</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> iżda dan, sa fejn naf jien, mhux bħala alternattiva għall-konstatazzjoni ta’ ksur ta’ dispożizzjoni iktar speċifika li kien ġie allegat iżda mhux stabbilit jew f’każ fejn tali dispożizzjoni kienet għadha ma hijiex fis-seħħ fiż-żmien tal-att li wassal għall-ksur.</TXT></NP><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Jekk il-pożizzjoni li b’hekk wasalt għaliha fir-rigward ta’ każ ipotetiku ta’ Stat Membru li jikkonkludi kuntratt komparabbli lejn l-aħħar ta’ Diċembru 1992 hija korretta, dan x’jimplika għall-każ ta’ Stat Membru bħal Malta, li jkun ikkonkluda l-kuntratt inkwistjoni fil-perijodu li jiġi qabel mhux biss ma r-Regolament sar<?PAGE NO="I-10607"?> applikabbli fit-territorju tiegħu iżda anki qabel ma daħlu fis-seħħ it-Trattati u qabel ma sar Stat Membru tal-Unjoni?</TXT></NP><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Minn tal-inqas, f’April 2004 Malta ma setax ikollha obbligu ikbar minn dak li kien jinkombi fuq l-Istat Membru ipotetiku f’Diċembru 1992. Jekk xejn dan l-obbligu jista’ jkun biss iżgħar. L-obbligu interim taħt id-dritt internazzjonali tat-trattati, għalkemm ma hemmx qbil komplet dwar it-tifsira preċiża tiegħu, ma jistax jeżiġi konformità ma’ trattat qabel ma jidħol fis-seħħ f’termini preċiżament identiċi bħal wara li jkun daħal fis-seħħ – għaliex inkella, għal darba oħra, id-data tad-dħul fis-seħħ ma jkollhiex sinjifikat.</TXT></NP><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>Għalkemm, kif diġà indikajt, il-kliem tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna ma humiex, bħala tali, vinkolanti għal Malta, u għalkemm il-formulazzjoni tar-regola kienet fluwida matul is-snin u varjat minn sors awtorevoli għal ieħor<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Klabbers (iċċitat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 7 iktar ’il fuq) jikkwota diversi sorsi li jesprimu l-obbligu bħala l-obbligu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>li ma titteħidx azzjoni li tagħmel impossibbli jew iktar diffiċli l-eżekuzzjoni minn waħda mill-partijiet tal-obbligi stipulati<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>li bejn il-firma u r-ratifika ma jsir xejn li jġib fix-xejn l-għan tat-trattat<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>ma jsir xejn li jfixkel kwalunkwe azzjoni li tista’ tittieħed mill-parti l-oħra jekk u meta t-trattat jidħol fis-seħħ<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>qabel ir-ratifika, ma titteħidx azzjoni essenzjalment intiża li tnaqqas il-valur tal-impenn li fir-rigward tiegħu tkun saret il-firma<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, jew li ma titteħidx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>azzjoni <HT TYPE="ITALIC">in mala fide</HT> intiża deliberatament li l-parti l-oħra tiġi mċaħħda mill-benefiċċji li hija leġittimament kienet qiegħda tistenna li tikseb mit-trattat u li tkun tathom kunsiderazzjoni adegwata<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>.</P></NOTE>, jidher ċar li l-obbligu interim ma jipprekludix lil Stat firmatarju milli jieħu kwalunkwe azzjoni li kienet tkun inkompatibbli mat-trattat li kieku dan kien diġà fis-seħħ iżda jipprekludih milli jieħu azzjoni li b’xi mod timmina element prinċipali tat-trattat.</TXT></NP><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward ma kontx nargumenta li l-obbligu interim li għandu Stat li jkun iffirma u rratifika trattat ta’ adeżjoni mal-Unjoni Ewropea huwa sempliċement l-obbligu li dan l-Istat joqgħod lura minn azzjoni tali li tista’ ġġib fix-xejn l-għan u l-iskop sħiħ tat-Trattati tal-UE, jew tat-Trattat ta’ Adeżjoni – azzjoni li tkun tista’ tagħmel dan irid verament ikollha konsegwenzi sostanzjali – iżda nikkunsidra li okkażjoni waħda ta’ aġir li ma jkunx kompletament kompatibbli ma’ wieħed mill-obbligi futuri ta’ sħubija fl-Unjoni ma tkunx normalment ta’ natura li tesponi lill-Istat għal proċeduri sussegwenti għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu taħt it-Trattat.</TXT></NP><NP><NO.P>75.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, f’din il-kawża, mingħajr ma lanqas biss ikun meħtieġ li jiġu eżaminati l-ġustifikazzjonijiet imressqa minn Malta sabiex tispjega d-diskrepanza bejn id-dati msemmija fil-Pożizzjoni Komuni tal-2001 u d-dati meta beda u spiċċa l-kuntratt kif eventwalment konkluż<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Essenzjalment, Malta ssostni li (i) kellha tistenna t-tlestija ta’ proċess ta’ ristrutturazzjoni fi ħdan GCCL u l-kunsinna ta’ tliet bastimenti ġodda qabel ma kienet f’pożizzjoni li fiha setgħet tevalwa b’mod korrett il-livell ta’ sussidju meħtieġ għar-rotta u (ii) meta stabbiliet it-tul tal-kuntratt hija segwiet il-linji gwida tal-Kummissjoni (COM (2003) 595 finali), li jikkunsidraw li t-tul ta’ kuntratt ikun sproporzjonat biss jekk jaqbeż sitt snin. F’dan ir-rigward ser ngħid biss li tali ġustifikazzjoni, jekk dan il-punt jiġi eżaminat, ma tistax, fil-fehma tiegħi, titwarrab malajr.</P></NOTE>, il-Qorti<?PAGE NO="I-10608"?> tal-Ġustizzja ma għandhiex tagħmel id-dikjarazzjoni mitluba mill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>76.</NO.P><TXT>Il-kawża tikkonċerna kuntratt wieħed. L-intenzjoni ta’ Malta li tikkonkludi dan il-kuntratt, għal perijodu li jestendi madwar tliet snin, jew iktar, wara d-data tal-adeżjoni ta’ Malta mal-Unjoni, kienet indikata b’mod ċar matul in-negozjati qabel l-adeżjoni. Dak iż-żmien il-Kummissjoni ma oġġezzjonatx għal din l-intenzjoni u għandha tiġi preżunta – peress li la insistiet li tiġi inkluża kundizzjoni fl-Att ta’ Adeżjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament għal Malta u lanqas ma marret lura għall-kapitolu matul in-negozjati – li aċċettat li tali kuntratt seta’ jiġi kkonċiljat mar-Regolament. Issa l-Kummissjoni qiegħda toġġezzjona għall-fatt li l-perijodu tal-kuntratt kif fil-fatt konkluż kien jestendi (minflok għal inqas minn tliet snin) għal iktar minn kif ikkontemplat fil-Pożizzjoni Komuni tas-<DATE ISO="20011026">26 ta’ Ottubru 2001</DATE>. Għalhekk, hawnhekk ma huwiex involut att li jista’ jikkomprometti serjament l-applikazzjoni ġenerali tar-Regolament f’Malta fuq perijodu twil iżda att li jeżenta servizz partikolari ta’ kabotaġġ bejn gżejjer mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu għal perijodu limitat (minkejja li għal perijodu itwal minn dak inizjalment imħabbar u aċċettat).</TXT></NP><NP><NO.P>77.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, dan ma jikkostitwixxix aġir li, <HT TYPE="ITALIC">peress li la r-Regolament u lanqas it-Trattati ma kienu fis-seħħ f’Malta fiż-żmien rilevanti,</HT> jista’ jiġġustifika dikjarazzjoni li Malta naqset milli twettaq l-obbligi tagħha <HT TYPE="ITALIC">taħt ir-Regolament</HT>, minħabba xi obbligu li hija seta’ kellha, bħala Stat Membru futur, li ma ġġibx fix-xejn l-iskop u l-għanijiet tat-Trattati jew l-applikazzjoni futura tar-Regolament.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>78.</NO.P><TXT>Minħabba r-raġunijiet spjegati iktar ’il fuq, nikkunsidra li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiċħad ir-rikors u, kif mitluba minn Malta u skont l-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċeura tal-Qorti tal-Ġustizzja, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</TXT></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>