31988R4064



Official Journal L 356 , 24/12/1988 P. 0058 - 0058
Finnish special edition: Chapter 1 Volume 2 P. 0101
Swedish special edition: Chapter 1 Volume 2 P. 0101


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEFA, KEE, EURATOM) Nru 4064/88

tal-21 ta' Diċembru 1988

li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet sabiex jiġi applikat Artikolu 46a tal-Kondizzjonijiet tax-Xogħol tal-Persunal tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib fil-Kundizzjonijiet tal-Għixien u tax-Xogħol

IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 1860/76 tad-29 ta' Ġunju 1976 li jistabbilixxi l-Kondizzjonijiet tax-Xogħol tal-persunal tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib fil-Kondizzjonijiet tal-Għixien u tax-Xogħol [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEFA, KEE) Nru 680/87 [2], u b'mod partikolari Artikolu 46a tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-Esperti li għaliha jipprovdi l-paragrafu 2 ta' dak Artikolu 46a,

Billi Artikolu 46a tal-Kondizzjonijiet tax-Xogħol tal-Persunal tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għixien u tax-Xogħol jistabbilixxi l-kondizzjonijiet sabiex tingħata għajnuna għall-qagħad lil dawk li qabel kienu impjegati u li issa jinsabu qiegħda wara t-temma tas-servizz tagħhom mal-Fondazzjoni;

Billi huwa għall-Kummissjoni li tistabbilixxi dawn id-dispożizzjonijiet kif jidhrilha meħtieġ sabiex tapplika l-paragrafu 2 ta' dan Artikolu 46a;

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEFA, KEE, Euratom) Nru 91/88 [3] jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet sabiex jiġi implimentat Artikolu 28a tal-Kondizzjonijiet tax-Xogħol ta' l-Impjegati l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej, li hu identiku ma’ Artikolu 46a tal-Kondizzjonijiet tax-Xogħol tal-Persunal tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għixien u tax-Xogħol,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 91/88, bl-eċċezzjoni ta' Artikolu 5 tiegħu, għandhom japplikaw b'analoġija għall-persunal tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għixien u tax-Xogħol.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Diċembru 1988.

Għall-Kummissjoni

Henning Christophersen

Viċi-President

[1] ĠU L 214, tas-6.8.1976, p. 24.

[2] ĠU L 72, ta' l-14.3.1987, p. 15, ĠU L 103, tal-15.4.1987, p. 46.

[3] ĠU L 11, tal-15.1.1988, p. 31.

--------------------------------------------------