|
5.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 203/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 703/2009
tas-27 ta’ Lulju 2009
li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ vireg tal-wajer li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jtemm il-proċediment fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ vireg tal-wajer li joriġinaw fir-Repubblika tal-Moldova u fit-Turkija
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ir-Regolament bażiku) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Il-miżuri provviżorji
|
(1) |
Il-Kummissjoni, permezz tar-Regolament (KE) Nru 112/2009 (2) (ir-“Regolament provviżorju”) imponiet dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ vireg tal-wajer li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (RPĊ) u fir-Repubblika tal-Moldova (RM). |
|
(2) |
Ta’ min jinnota li l-proċediment inbeda wara li tressaq ilment minn Eurofer (il-kwerelant) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f’dan il-każ aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali tal-Komunità tal-vireg tal-wajer. |
2. Il-proċedura sussegwenti
|
(3) |
Wara li ġew żvelati l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, li fuq il-bażi tagħhom kien deċiż li jkunu imposti miżuri anti-dumping provviżorji (żvelar provviżorju), għadd ta’ partijiet interessati ressqu preżentazzjonijiet bil-miktub biex juru l-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet provviżorji. Il-partijiet li talbu dan, ingħataw l-opportunità li jinstemgħu. Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika t-tagħrif kollu li qieset meħtieġ għas-sejbiet definittivi tagħha. Għal dan il-għan saret żjara ta’ verifika oħra fil-kumpanija li ġejja: Produttur fil-Komunità:
|
|
(4) |
Il-Kummissjoni kompliet ukoll l-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-aspetti tal-interess tal-Komunità u wettqet analiżi tad-dejta li tinsab fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mogħtija minn xi utenti fil-Komunità. |
|
(5) |
Ta’ min ifakkar li, kif stabbilit fil-premessa (13) tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni ta’ dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2007 sal-31 ta’ Marzu 2008 (il-perjodu ta’ investigazzjoni jew PI). Fir-rigward tax-xejriet rilevanti għall-evalwazzjoni tal-ħsara, il-Kummissjoni analizzat id-dejta li tkopri l-perjodu mill-2004 sa tmiem il-PI (“il-perjodu meqjus”). |
|
(6) |
Xi partijiet interessati argumentaw li l-għażla tas-sena 2004 li tqieset fl-evalwazzjoni tal-ħsara kienet żbaljata għaliex allegatament is-sena 2004 kienet sena eċċezzjonalment tajba f’termini tad-domanda u l-marġnijiet ta’ profitt għoljin. Għaldaqstant, dawn iddikjaraw li s-sena 2004 għandha tkun eskluża mill-perjodu meqjus. |
|
(7) |
Ta’ min jinnota li skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku, il-perjodu tal-investigazzjoni għandu jkopri l-perjodu immedjatament qabel il-bidu tal-proċediment. Ta’ min ifakkar li l-investigazzjoni preżenti inbdiet fit-8 ta’ Mejju 2008. Fir-rigward tal-investigazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-evalwazzjoni tal-ħsara, din normalment tkopri tlieta jew erba’ snin qabel il-bidu, u tintemm flimkien mal-perjodu ta’ investigazzjoni tad-dumping. Fil-proċediment preżenti ġiet applikata din il-prassi. Għaldaqstant, jekk is-sena 2004, jew kull sena oħra li taqa’ fi ħdan il-perjodu meqjus, kinitx eċċezzjonali jew le ma tidhirx rilevanti għall-għażla ta’ dan il-perjodu. |
|
(8) |
Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tkun irrakkomandata l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ vireg tal-wajer li joriġinaw fir-RPĊ u l-ġbir definittiv tal-ammonti li ġew żgurati permezz tad-dazju provviżorju, u t-tmiem tal-proċediment dwar l-importazzjonijiet ta’ vireg tal-wajer li joriġinaw fir-RM u fit-Turkija. Dawn ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu appelli wara dan l-iżvelar. |
|
(9) |
Il-kummenti bil-fomm u bil-miktub ippreżentati mill-partijiet interessati tqiesu u, fejn xieraq, is-sejbiet provviżorji ġew immodifikati skont dan. |
B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
|
(10) |
Il-prodott ikkonċernat huwa staneg u vireg, imremblin bis-sħana, f’kojls imkebbin b’mod irregolari, tal-ħadid, tal-azzar mhux illigat jew azzar illigat li mhumiex tal-istainless steel li joriġinaw fir-RPĊ, fir-RM u fit-Turkija (“il-prodott ikkonċernat” jew virga tal-wajer), normalment iddikjarat fil-kodiċijiet NM 7213 10 00 , 7213 20 00 , 7213 91 10 , 7213 91 20 , 7213 91 41 , 7213 91 49 , 7213 91 70 , 7213 91 90 , 7213 99 10 , 7213 99 90 , 7227 10 00 , 7227 20 00 , 7227 90 10 , 7227 90 50 u 7227 90 95 . Il-prodott ikkonċernat ma jinkludix vireg tal-wajer tal-istainless steel. |
|
(11) |
Wara l-iżvelar provviżorju, waħda mill-partijiet interessati ddikjarat li l-vireg tal-wajer li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 7213 91 90 ma għandhomx jiġu inklużi fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat għax il-prokuri maħruġa lill-kwerelant u r-rappreżentant legali tiegħu ma kinux ikopru dan it-tip ta’ prodott speċifiku. |
|
(12) |
F’dan ir-rigward ta’ min jinnota, l-ewwel nett, li l-kwerelant inkluda l-kodiċi NM imsemmi hawn fuq. It-tieni, il-prodott ikkonċernat huwa definit, fil-bidu nett tal-investigazzjoni, primarjament fuq il-bażi tal-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi. Il-kodiċijiet NM rilevanti li taħthom jiġu ddikjarati l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat jiġu finalment determinati biss matul l-investigazzjoni, u b’mod partikolari meta jiġu imposti dazji finali. Dan jidher ċar ukoll mit-test tal-avviż ta’ bidu li jiddikjara li l-kodiċijiet NM rilevanti jingħataw biss għall-informazzjoni (3). Barra minn hekk, ġie konkluż li l-virga tal-wajer iddikjarata taħt il-kodiċi NM imsemmi hawn fuq għandha l-karatteristiċi bażiċi li jinsabu stabbiliti fl-avviż ta’ bidu, u li għalhekk din taqa’ fi ħdan l-ambitu tal-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant din it-talba ġiet miċħuda. |
|
(13) |
Wieħed mill-produtturi esportaturi u wieħed mill-utenti allegaw li tip speċifiku ta’ virga tal-wajer, jiġifieri “korda tat-tajers”, ikklassifikat taħt il-kodiċi NM 7213 91 20 , ikun ferm differenti minn tipi oħra ta’ vireg tal-wajer fir-rigward tal-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi, l-użu aħħari, l-interkambjabbiltà u l-perċezzjonijiet tal-konsumaturi. Għaldaqstant, dawn iddikjaraw li l-korda tat-tajers għandha tiġi eskluża mill-ambitu ta’ din l-investigazzjoni. |
|
(14) |
L-affermazzjoni msemmija hawn fuq u l-argumenti speċifiċi ġew analizzati fid-dettall. L-ewwel nett, ġie stabbilit li t-tipi differenti ta’ vireg tal-wajer, inkluża l-“korda tat-tajers”, inklużi fid-definizzjoni tal-prodott għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi, li jfisser li jagħmlu parti mill-istess kategorija tal-prodott. |
|
(15) |
It-tieni, anki jekk jista’ jiġi argumentat li l-korda tat-tajers hija tip relattivament aktar sofistikat u għali meta mqabbla ma’ tipi oħra ta’ vireg tal-wajer koperti fi ħdan l-ambitu tal-investigazzjoni attwali, ma jfissirx li l-kordi tat-tajers importati mir-RPĊ għandhom karatteristiċi li huma ferm differenti mill-kordi tat-tajers immanifatturati fil-Komunità. |
|
(16) |
Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li kien hemm importazzjonijiet ta’ kordi tat-tajers mill-pajjiż ikkonċernat matul il-perjodu meqjus. Għalkemm dawn l-importazzjonijiet saru fi kwantitajiet limitati, dan juri li l-produtturi esportaturi kkonċernati mill-investigazzjoni attwali kellhom il-kapaċità li jipproduċu dan it-tip ta’ vireg tal-wajer. |
|
(17) |
Għalhekk, fuq il-bażi tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, l-esklużjoni tal-korda tat-tajers mill-ambitu tal-investigazzjoni ma kinitx titqies iġġustifikata. Għalhekk it-talba kellha tiġi miċħuda. |
|
(18) |
Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra dwar il-prodott ikkonċernat jew il-prodott simili, il-premessi (13) sa (14) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
C. DUMPING
1. Trattament ta’ Ekonomija tas-Suq (TES)
1.1. RPĊ
|
(19) |
Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra fir-rigward tal-istatus tat-TES tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-konklużjonijiet tal-premessi (27) sa (31) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
1.2. RM
|
(20) |
Ta’ min ifakkar li l-uniku esportatur Moldovan li kkoopera ma rnexxielu jissodisfa l-ebda wieħed mill-ħames kriterji tat-TES. Wara l-iżvelar provviżorju, il-kumpanija tenniet il-kummenti preċedenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma jingħatalhiex it-TES, li diġà kienu ġew analizzati u indirizzati fit-TES u fl-iżvelar provviżorju. L-esportatur Moldovan ikkontesta s-sejbiet dwar il-kriterji kollha tat-TES, iżda ma pprovdiex evidenza b’sostenn għall-affermazzjonijiet tiegħu. |
|
(21) |
B’mod partikolari, l-esportatur iddikjara li l-Kummissjoni tikkontradixxi lilha nnfisha meta tqis li l-hekk imsejħa awtoritajiet tar-reġjun Transnistrijan tar-RM jitqiesu li jwettqu r-rwol tal-“Istat” fl-evalwazzjoni tal-kriterju 1, iżda mhux tal-kriterju 4. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-hekk imsejħa awtoritajiet tar-reġjun Transnistrijan tar-RM jinsabu biċ-ċar f’pożizzjoni li jindaħlu fl-immaniġġjar tal-kumpanija. Madankollu dan għandu impatt dirett fl-evalwazzjoni tal-kriterju 1. Min-naħa l-oħra, l-hekk imsejħa awtoritajiet tar-reġjun Transnistrijan tar-RM, billi mhumiex rikonoxxuti, ma jiżgurawx stabbiltà u ċertezza legali kif meħtieġ skont il-kriterju 4. Għalhekk din it-talba kellha tiġi miċħuda. |
|
(22) |
Fir-rigward tal-kriterju 1, l-esportatur argumenta, b’mod partikolari, li l-amministrazzjoni tiegħu hi magħmula minn persuni privati u li ma ġiet stabbilita l-ebda konnessjoni bejn l-ogħla amministrazzjoni tiegħu u l-hekk imsejħa awtoritajiet tar-reġjun Transnistrijan tar-RM. Madankollu, l-investigazzjoni żvelat li l-President u staff maniġerjali ieħor tal-kumpanija jipparteċipaw b’mod attiv fil-korpi leġiżlattivi tal-hekk imsejħa awtoritajiet tar-reġjun Transnistrijan tar-RM. Għalhekk din it-talba kellha tiġi miċħuda. |
|
(23) |
Fir-rigward tal-kriterju 2 il-kumpanija argumentat, b’mod partikolari, li l-opinjoni riżervata tar-rapport ta’ verifika dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-kumpanija kienet immaterjali. Madankollu, din l-opinjoni riżervata tirreferi għall-valur tal-assi fissi kollha u għalhekk ma tistax titqies bħala immaterjali. Matul il-verifika l-kumpanija ma kinitx kapaċi tikkjarifika din ir-riżerva. Ma ngħatat l-ebda evidenza addizzjonali f’dan ir-rigward. Għalhekk din it-talba kellha tiġi miċħuda. |
|
(24) |
Fir-rigward tal-kriterju 3, il-kumpanija tenniet l-argument tagħha li, wara l-privatizzazzjoni tagħha, ġiet sussegwentement mibjugħa mill-ġdid lis-sidien attwali tagħha, b’mod indipendenti u għalhekk kull tfixkil preċedenti kien tneħħa. Madankollu ma ngħatat l-ebda evidenza li ssostni din l-affermazzjoni u l-konklużjoni fil-premessa (45) tar-Regolament provviżorju hi għalhekk ikkonfermata. |
|
(25) |
Fir-rigward tal-kriterju 5, il-kumpanija ddikjarat b’mod partikolari li l-fatt li d-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha huma f’dollari Amerikani, u mhux fl-hekk imsejħa valuta tar-rublu Transnistrijan (rublu tar-RMT) jagħmel il-kwistjoni irrilevanti. Madankollu, jibqa’ l-fatt li r-rublu tar-RMT jintuża f’għadd ta’ operazzjonijiet li l-kumpanija twettaq ta’ kuljum, u għalhekk ir-rata tal-kambju tar-rublu tar-RMT f’valuti oħra mhijiex irrilevanti għall-evalwazzjoni skont dan il-kriterju. Għalhekk din it-talba kellha tiġi miċħuda. |
|
(26) |
Għaldaqstant dawn l-affermazzjonijiet ma bidlux il-konklużjonijiet provviżorji li ma jingħatax TES lill-produttur esportatur Moldovan li kkoopera, u l-konklużjonijiet tal-premessi (32) sa (49) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
2. It-trattament individwali (“TI”)
|
(27) |
Fin-nuqqas ta’ xi kummenti dwar it-TI, il-premessi (50) sa (53) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
3. Il-valur normali
3.1. It-Turkija
|
(28) |
Wieħed mill-produtturi esportaturi osserva li d-dejta riveduta u vverifikata dwar il-bejgħ domestiku tiegħu ma ġietx ikkunsidrata biex jiġi stabbilit il-valur normali. Produttur esportatur ieħor argumenta li l-valur normali kompost ġie kkalkulat ħażin minħabba żball klerikali. Dawn l-affermazzjonijiet ġew ivverifikati u fejn xieraq, saru t-tiswijiet. |
|
(29) |
Produttur esportatur ieħor argumenta li l-bejgħ tal-esportazzjoni tiegħu kkonsista biss f’tip “mhux standard” tal-prodott ikkonċernat, filwaqt li l-bejgħ domestiku kien taħlita ta’ tipi “standard” u “mhux standard”. Dan iddikjara li din il-metodoloġija rriżultat f’paragun inġust u li l-valur normali għandu jiġi kkalkulat billi jitqabblu biss il-prezzijiet tal-esportazzjoni “mhux standard” u dawk tal-bejgħ domestiku. |
|
(30) |
L-investigazzjoni, madankollu, ma setgħetx turi differenzi biżżejjed bejn prodotti “standard” u “mhux standard”, kif iddikjarat mill-produttur esportatur, li jistgħu jaffettwaw il-komparabbiltà tagħhom. Iż-żewġ kategoriji, it-tnejn huma konformi mad-deskrizzjoni tal-prodott simili. Barra minn hekk l-investigazzjoni żvelat li ż-żewġ tipi nbiegħu mill-kumpanija bl-istess prezz. Għaldaqstant, din it-talba kellha titwarrab. |
|
(31) |
Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra fir-rigward tal-metodoloġija għall-kalkolu tal-valur normali għat-Turkija, il-konklużjonijiet provviżorji kif imfissra fil-premessi (54) sa (63) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
3.2. Ir-RPĊ u r-RM
|
(32) |
Ma wasal l-ebda kumment li jikkonċerna l-valur normali għar-RPĊ u r-RM stabbilit kif deskritt fil-premessa (64) tar-Regolament provviżorju. Għaldaqstant, il-konklużjonijiet provviżorji huma kkonfermati. |
4. Il-pajjiż analogu
|
(33) |
It-Turkija ntgħażlet provviżorjament bħala pajjiż analogu għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (65) sa (74) tar-Regolament provviżorju. Wara l-iżvelar provviżorju, il-kwerelant, argumenta kontra l-użu tat-Turkija bħala pajjiż analogu, minflok il-Brażil kif kien previst fil-bidu. Il-kwerelant tenna l-argumenti ppreżentati fi stadju provviżorju billi (a) afferma li hemm kompetizzjoni biżżejjed fis-suq Brażiljan u (b) allega li minħabba s-sussidjar tal-industrija tal-azzar Torka, din ma titqiesx xierqa għall-iffissar tal-valur normali. Barra minn hekk, il-kwerelant argumenta li billi l-investigazzjoni stabbilixxiet l-eżistenza tad-dumping għat-Turkija, skont il-prassi tal-Kummissjoni din ma għandhiex titqies bħala pajjiż analogu. |
|
(34) |
Ta’ min ifakkar li l-prezzijiet domestiċi fil-Brażil instab li kienu ogħla mill-prezzijiet globali ppubblikati. Barra minn hekk, il-livell ta’ profitti tal-produttur Brażiljan fis-suq domestiku nstab li kien ferm ogħli meta mqabbel, b’mod partikolari, mal-livell ta’ profitt meqjus raġjonevoli għall-industrija Komunitarja. Kif iddikjarat fir-Regolament provviżorju, dan jitqies bħala indikazzjoni tal-livell insuffiċjenti ta’ kompetizzjoni fis-suq Brażiljan. |
|
(35) |
Fir-rigward tat-Turkija, jidher biċ-ċar li hemm kompetizzjoni akbar fis-suq domestiku milli fil-każ tal-Brażil. Il-fatt li l-esportaturi Torok instabu li kienu qed iwettqu dumping ma jfissirx neċessarjament li l-valur normali stabbilit għal dak il-pajjiż mhuwiex affidabbli. |
|
(36) |
Il-kwerelant argumenta wkoll li billi l-kumpaniji Torok huma allegatament sussidjati, it-Turkija ma tkunx għażla xierqa bħala pajjiż analogu. Madankollu, ma ngħatat l-ebda evidenza biex issostni din l-allegazzjoni. |
|
(37) |
Fid-dawl ta’ dan kollu, il-konklużjonijiet tal-premessi (65) sa (74) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati, u t-Turkija ntużat bħala pajjiż analogu għall-iskop ta’ dan il-proċediment, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. |
5. Il-Prezz tal-Esportazzjoni
|
(38) |
Wieħed mill-produtturi esportaturi argumenta li l-prezz tal-esportazzjoni ma kellux jiġi kkalkolat kif stabbilit fil-premessa (76) tar-Regolament provviżorju. Wara li ġiet eżaminata din l-affermazzjoni, instab li kienet iġġustifikata b’mod partikolari għax il-funzjonijiet tal-kumpanija, li għandha l-operazzjonijiet tagħha barra mill-Komunità, ma kinux jiġġustifikaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. |
|
(39) |
Produttur esportatur ieħor iddikjara li t-tnaqqis għal kummissjonijiet li saru għall-bejgħ permezz ta’ kumpanija relatata ma kienx iġġustifikat. Wara li ġiet eżaminata din l-affermazzjoni, instab li kienet iġġustifikata billi l-kumpanija relatata ma wettqitx funzjonijiet simili għal dawk ta’ aġent. Il-prezzijiet tal-esportazzjoni ġew għalhekk ikkoreġuti skont dan. |
|
(40) |
Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra fir-rigward tal-metodoloġija biex jiġu stabbiliti l-prezzijiet tal-esportazzjoni, il-konklużjonijiet provviżorji kif imfissra fil-premessa (75) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
6. It-tqabbil
|
(41) |
It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni sar fuq bażi ex fabbrika. Biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. |
|
(42) |
Kif deskritt fil-premessa (79) tar-Regolament provviżorju, ingħataw konċessjonijiet għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, l-ispejjeż għat-trasport tal-merkanzija u l-assigurazzjoni, it-tariffi bankarji, l-ispejjeż tal-ippakkjar, l-ispejjeż ta’ kreditu u l-kummissjonijiet, fejn kien applikabbli u ġġustifikat. |
|
(43) |
Bosta esportaturi kkontestaw il-kalkolu tal-aġġustamenti għat-trasport intern, l-ispejjeż għat-trasport tal-merkanzija, it-tariffi bankarji, l-ispejjeż ta’ kreditu u l-kummissjonijiet u l-kalkoli alternattivi proposti. Fid-dawl tal-evidenza mogħtija fit-tweġibiet għall-kwestjonarju u t-tagħrif u l-evidenza miġbura matul iż-żjarat ta’ verifika, il-biċċa l-kbira ta’ dawn it-talbiet ma kinux iġġustifikati u għalhekk inżammu l-aġġustamenti kif ikkalkolati fl-istadju provviżorju. Madankollu, xi wħud mit-talbiet intlaqgħu, fejn iġġustifikati, u saru korrezzjonijiet għall-aġġustamenti li jikkorrispondu għall-ispejjeż ta’ kreditu, il-kummissjonijiet u t-tariffi doganali fuq il-bejgħ tal-esportazzjoni. |
7. Il-marġnijiet ta’ dumping
|
(44) |
Il-medja differenzjata tal-valur normali tqabblet mal-medja differenzjata tal-prezz tal-esportazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
7.1. RPĊ
|
(45) |
Wara l-korrezzjonijiet tal-valuri normali fil-pajjiż analogu, il-marġnijiet ta’ dumping definittivi għall-produtturi esportaturi Ċiniżi huma kif ġej:
|
7.2. RM
|
(46) |
Wara l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji, tqies li l-użu tad-dejta ta’ esportazzjoni disponibbli kollha għar-RM jagħti stampa aktar preċiża tad-dumping ipprattikat minn dak il-pajjiż. Għaldaqstant, il-marġni ta’ dumping definittiv mal-pajjiż kollu ġie kkalkolat fuq il-bażi tal-prezzijiet ta’ esportazzjoni tal-produtturi magħrufa kollha. |
|
(47) |
Wara l-korrezzjonijiet tal-valuri normali tal-pajjiż analogu, tal-prezzijiet tal-esportazzjoni u tal-aġġustamenti kif deskritti hawn fuq, il-marġni ta’ dumping definittiv mal-pajjiż kollu għar-RM ġie stabbilit għal 16,2 %. |
7.3. Il-produtturi esportaturi Torok
|
(48) |
Fid-dawl ta’ dan kollu, il-marġnijiet ta’ dumping definittivi għall-produtturi esportaturi Torok huma kif ġej:
|
D. ĦSARA
1. Il-produzzjoni Komunitarja
|
(49) |
Fin-nuqqas ta’ xi kummenti dwar il-produzzjoni Komunitarja jew il-kooperazzjoni min-naħa tal-produtturi siekta kif imsemmi fil-premessa (91) tar-Regolament provviżorju, il-premessi (89) sa (92) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
2. Id-definizzjoni tal-industrija Komunitarja
|
(50) |
Fin-nuqqas ta’ xi kummenti dwar id-definizzjoni tal-industrija Komunitarja, il-premessa (93) tar-Regolament provviżorju hija b’dan ikkonfermata. |
|
(51) |
Ta’ min ifakkar li ma ġie applikat l-ebda teħid ta’ kampjuni għall-analiżi tal-ħsara, billi l-20 produttur li kkooperaw kienu jikkonsistu f’erba’ gruppi ta’ kumpaniji u żewġ produtturi indipendenti. Wara l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji, kif imsemmi fil-premessa (3) hawn fuq, twettqet verfika fuq il-post fil-bini ta’ produttur Komunitarju ieħor addizzjonali, biex tkun verifikata d-dejta mogħtija fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju. |
3. Il-konsum Komunitarju
|
(52) |
Ta’ min ifakkar li l-konsum Komunitarju kien stabbilit fuq il-bażi tal-importazzjonijiet totali, miksuba minn Eurostat, u l-bejgħ totali fis-suq Komunitarju tal-industrija Komunitarja u tal-produtturi Komunitarji l-oħra, inkluża stima tal-bejgħ tal-produtturi siekta msejsa fuq id-dejta mogħtija fl-ilment. |
|
(53) |
Parti waħda interessata kkontestat il-metodu użat biex jiġi determinat il-konsum Komunitarju, u ddikjarat li l-produzzjoni mill-industrija Komunitarja prevista għall-użu intern u l-bejgħ intern għandha tiġi inkluża fil-konsum Komunitarju u fl-evalwazzjoni tal-ħsara, billi l-użu intern u dan il-bejgħ intern kienu f’kompetizzjoni diretta mal-bejgħ fis-suq ħieles, inklużi l-importazzjonijiet. |
|
(54) |
Ta’ min jinnota li kif spjegat fil-premessi (119) sa (143) tar-Regolament provviżorju, il-produzzjoni interna tal-industrija Komunitarja ġiet analizzata fl-evalwazzjoni tal-ħsara. Madankollu, skont il-prassi konsistenti tal-Kummissjoni, l-użu intern, jiġifieri t-trasferimenti interni tal-prodott simili fost il-produtturi Komunitarji integrati għal aktar ipproċessar, ma ġiex inkluż fiċ-ċifra tal-konsum Komunitarju, għax dawn it-trasferimenti interni mhumiex f’kompetizzjoni mal-bejgħ minn fornituri indipendenti fis-suq ħieles. |
|
(55) |
Fir-rigward tat-talba għall-inklużjoni tal-bejgħ intern, jiġifieri l-bejgħ lil kumpaniji relatati, fiċ-ċifra tal-konsum Komunitarju, instab li din iċ-ċifra kienet iġġustifikata, billi skont id-dejta miġbura matul l-investigazzjoni, il-kumpaniji relatati tal-produtturi Komunitarji kienu ħielsa li jixtru vireg tal-wajer minn sorsi oħra wkoll. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-bejgħ medji tal-produtturi Komunitarji lil partijiet relatati nstabu li huma konformi mal-prezzijiet tal-bejgħ medji lil partijiet mhux relatati. |
|
(56) |
Wara l-verifika tad-dejta pprovduta minn produttur Komunitarju ieħor addizzjonali, kif imsemmi fil-premessi (3) u (51) hawn fuq, il-bejgħ totali fis-suq Komunitarju tal-industrija Komunitarja ġie kemmxejn rivedut. B’riżultat ta’ dan, iċ-ċifri tal-konsum Komunitarju mogħtija fit-tabella 1 tar-Regolament provviżorju ġew aġġustati kif ġej: Tabella 1
|
||||||||||||||||||||||||
|
(57) |
B’mod ġenerali, il-konsum Komunitarju żdied b’5 % matul il-perjodu meqjus. Iż-żieda bdiet fl-2006, wara tnaqqis temporanju ta’ 5 % fl-2005. Wara dan, il-konsum irkupra u żdied sal-2007, segwit minn tnaqqis żgħir matul il-PI. It-tnaqqis fil-konsum fl-2005 kien prinċipalment riżultat ta’ domanda aktar baxxa fl-industrija tal-bini. |
4. L-importazzjonijiet fil-Komunità mir-RPĊ, mir-RM u mit-Turkija
4.1. Akkumulazzjoni
|
(58) |
Sabiex issir l-evalwazzjoni definittiva tal-kundizzjonijiet għall-akkumulazzjoni tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, l-istess metodoloġija kif spjegat fil-premessa (99) tar-Regolament provviżorju ġiet applikata fid-dawl tal-kummenti li waslu mill-partijiet wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji. Għar-RM tqies ukoll il-fatt li, kif spjegat fil-premessa (46) hawn fuq, produtturi Moldovani oħra kienu qed jesportaw il-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità. |
|
(59) |
Kif spjegat fil-premessa (101) tar-Regolament provviżorju, l-importazzjonijiet mit-Turkija ma ġewx akkumulati mal-importazzjonijiet mir-RPĊ u r-RM billi tqies li l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi Torok u operaturi rilevanti oħra ma kinux simili, b’mod partikolari fir-rigward tal-imġiba tal-prezz. Tabilħaqq, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi kollha li kkooperaw fit-Turkija ma kinux inqas mill-prezzijiet tal-industrija Komunitarja u kienu relattivament għoljin meta mqabbla ma’ operaturi oħra fis-suq Komunitarju. |
|
(60) |
Waħda mill-partijiet interessati ddikjarat li l-argumenti mressqa fil-premessa (101) tar-Regolament provviżorju ma kinux konsistenti mar-Regolament bażiku. Din argumentat li kien biżżejjed li l-marġni ta’ dumping tal-importazzjonijiet Torok kienu ferm ogħla mil-limitu de minimis u li l-volum tal-importazzjonijiet ma kienx negliġibbli biex jakkumula dawk l-importazzjonijiet ma’ importazzjonijiet oħra li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RM u mir-RPĊ. Iddikjarat ukoll li n-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri jista’ jwassal għal żieda ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mit-Turkija lejn is-suq Komunitarju. |
|
(61) |
Ta’ min jenfasizza li l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku jirrikjedi b’mod speċifiku li l-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni bejn l-operaturi rilevanti fis-suq Komunitarju għandhom jiġu eżaminati bir-reqqa fil-kuntest ta’ evalwazzjoni akkumulattiva tal-importazzjonijiet minn pajjiżi kkonċernati minn investigazzjoni anti-dumping. Barra minn hekk, il-livell tal-prezzijiet tal-operaturi Torok kien fil-każijiet kollha ogħla mill-prezzijiet li mhumiex ta’ ħsara, stabbiliti skont il-metodoloġija deskritta fil-premessa (179) tar-Regolament provviżorju. Għaldaqstant, ma kien hemm l-ebda raġuni biex issir evalwazzjoni akkumulattiva tal-importazzjonijiet Torok mal-importazzjonijiet mir-RPĊ u mir-RM jew biex jiġu imposti miżuri anti-dumping għall-prevenzjoni ta’ kull żieda allegata ta’ importazzjonijiet minn dak il-pajjiż. Fuq din il-bażi t-talbiet kellhom jiġu miċħuda. |
|
(62) |
Parti oħra interessata kkontestat is-sejba provviżorja li l-importazzjonijiet mir-RM ġew akkumulati ma’ dawk tal-PRĊ billi argumentat li, għall-kuntrarju tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, il-volumi ta’ importazzjonijiet mir-RM kienu baxxi ħafna u bażikament ma kinux qed iraħħsu l-prezzijiet tal-industrija Komunitarja matul il-PI. |
|
(63) |
Wara l-iżvelar provviżorju, wasal aktar tagħrif fir-rigward tal-esportazzjonijiet Moldovani lejn il-Komunità li rriżulta f’kalkoli riveduti tal-marġnijiet ta’ ħsara u ta’ traħħis għar-RM kif spjegat f’aktar dettall fil-premessi (71) u (107) hawn taħt. |
|
(64) |
Il-kalkoli riveduti wrew li l-importazzjonijiet mir-RM ma waqqgħux il-prezzijiet tal-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju fil-PI. Barra minn hekk, il-marġni ta’ ħsara nstab li huwa aktar baxx mil-limitu ta’ ħsara de minimis applikat b’analoġija għall-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku. Fid-dawl ta’ dan kollu, ġie konkluż li l-importazzjonijiet tal-vireg tal-wajer li joriġinaw fir-RM għandhom jiġu evalwati b’mod separat. |
4.2. L-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ
|
(65) |
Ta’ min ifakkar li billi ċ-ċifri ta’ konsum ġew kemmxejn adattati kif spjegat fil-premessa (56) hawn fuq, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ ġie rivedut skont dan. Għaldaqstant, l-importazzjonijiet mir-RPĊ żviluppaw kif ġej matul il-perjodu meqjus. Tabella 2
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(66) |
L-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ żdiedu b’mod sinifikanti minn madwar 0,07 miljun tunnellata fl-2004 sa 1,1 miljun tunnellata fil-PI, jiġifieri bi kważi 17-il darba. Dawn l-importazzjonijiet laħqu l-quċċata fl-2007, u wara dan urew tendenza li jonqsu ftit b’konformità mal-evoluzzjoni tal-konsum Komunitarju. |
|
(67) |
Għalkemm il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ żdiedu bi 12 % matul il-perjodu meqjus, instab li kienu qegħdin iwaqqgħu lil dawk tal-industrija Komunitarja, b’mod partikolari matul il-PI. B’riżultat ta’ dan, is-sehem mis-suq żdied konsiderevolment minn 0,3 % fl-2004 għal 5,0 % fil-PI, u jikkorrispondi għal żieda ta’ 4,7 punti perċentwali. |
4.3. It-traħħis tal-prezzijiet
|
(68) |
Il-metodoloġija deskritta fil-premessa (106) tar-Regolament provviżorju biex ikun stabbilit it-traħħis tal-prezzijiet hija kkonfermata. Madankollu, wara ż-żjara ta’ verifika fil-bini ta’ wieħed mill-produtturi Komunitarji kif imsemmi fil-premessa (3), il-prezz medju tal-industrija Komunitarja ġie evalwat mill-ġdid biex iqis id-dejta vverifikata miksuba minn dan il-produttur Komunitarju. |
|
(69) |
Parti waħda ddikjarat li billi l-ebda produttur fir-RM ma ngħata MET jew IT, il-Kummissjoni għandha tikkalkola t-traħħis u l-livell ta’ tneħħija tal-ħsara għar-RM bl-użu tad-dejta tal-Eurostat minflok tad-dejta miksuba minn produtturi esportaturi fir-RM. |
|
(70) |
Fl-investigazzjoni anti-dumping u b’mod partikolari għall-eżerċizzju ta’ tqabbil tal-prezzijiet, hija l-prassi tal-istituzzjoni li tintuża l-aktar dejta affidabbli li hi disponibbli, li ġeneralment hija d-dejta miġbura u vverifikata fil-bini tal-partijiet li kkooperaw. F’dan il-każ, id-dejta tal-prezzijiet miġbura fil-bini tal-produttur li kkoopera fir-RM kienet disponibbli u ntużat biex tistabbilixxi l-marġni provviżorju ta’ traħħis tal-prezzijiet għall-produttur li kkoopera fir-RM. It-talba għall-użu ta’ dejta tal-Eurostat hi għalhekk miċħuda. |
|
(71) |
Madankollu tqies li d-dejta tal-prezzijiet disponibbli għall-importazzjonijiet kollha mir-RM lill-Komunità, inklużi l-importazzjonijiet ta’ produtturi Moldovani oħra kif imsemmija fil-premessa (46) hawn fuq, għandhom jitqiesu fil-kalkolu tal-marġni ta’ traħħis definittiv għar-RM. Għaldaqstant, intużat id-dejta kollha tal-prezzijiet disponibbli, aġġustata kif xieraq biex tirrifletti l-medja differenzjata tal-prezzijiet tal-esportazzjoni lill-ewwel klijent indipendenti, fuq bażi ta’ cif. Fuq din il-bażi nstab li l-importazzjonijiet mir-RM ma kinux qed iraħħsu l-prezzijiet tal-industrija Komunitarja; tabilħaqq il-marġni definittiv ta’ traħħis tal-prezzijiet huwa wieħed negattiv, jiġifieri -1,2 % bħala medja għar-RM. |
|
(72) |
Fir-rigward tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, ta’ min ifakkar li produttur esportatur Ċiniż wieħed biss ikkoopera fl-investigazzjoni. Fuq il-bażi tal-istess metodoloġija u aġġustamenti tad-dejta tal-industrija Komunitarja kif deskritt hawn fuq u fuq il-bażi tat-tipi ta’ prodotti komparabbli, instab marġni ta’ traħħis tal-prezz medju ta’ 4,2 % għall-uniku esportatur Ċiniż li kkoopera. Għall-produtturi l-oħra kollha fir-RPĊ, it-traħħis tal-prezzijiet ġie stabbilit kif spjegat fil-premessa (108) tar-Regolament provviżorju. Fuq din il-bażi, instab marġni ta’ traħħis tal-prezz medju ta’ 7.3 % għall-importazzjonijiet Ċiniżi. |
5. Il-qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja
|
(73) |
Wara l-konklużjoni li l-importazzjonijiet mir-RM ma għandhomx jiġu akkumulati mal-importazzjonijiet mir-RPĊ u għandhom jiġu evalwati separatament, kif deskritt fil-premessa (64), l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fuq il-qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja, jirreferi għall-importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ. |
|
(74) |
Kif imsemmi fil-premessa (3), produttur Komunitarju ieħor addizzjonali ġie vverifikat fuq il-post. B’riżultat ta’ dan, xi indikaturi ta’ ħsara ġew aġġustati kif xieraq. Dawn jikkonċernaw il-volumi ta’ bejgħ lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq Komunitarju, il-prezzijiet ta’ bejgħ medji ex fabbrika tal-industrija Komunitarja lill-klijenti mhux realtati, iċ-ċifri li jirrigwardaw il-ħażniet, il-kapaċità ta’ profitt, il-likwidità, ir-redditu mill-investiment u l-impjiegi. |
|
(75) |
It-tabella 3 hawn taħt turi l-volum rivedut mibjugħ lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq Komunitarju. Ta’ min jinnota li, minkejja ċ-ċifri riveduti, ix-xejra hija simili għal dik mogħtija fir-Regolament provviżorju. Tabella 3
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(76) |
Wara dak li ntqal hawn fuq, il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ unità medji tal-industrija Komunitarja lill-klijenti mhux relatati fis-suq Komunitarju ġew riveduti skont dan. B’riżultat ta’ dan, il-prezzijiet tal-bejgħ medji għas-snin 2006 sal-PI ġew riveduti b’mod marġinali meta mqabbla maċ-ċifri mogħtija fir-Regolament provviżorju. Tabella 4
|
||||||||||||||||||||||||
|
(77) |
Fir-rigward taċ-ċifri li jirrigwardaw il-ħażniet, ta’ min jinnota li r-reviżjonijiet minuri magħmula fid-dejta tal-industrija Komunitarja għas-snin 2006 sal-PI ma biddlux l-analiżi tat-tendenzi kif stipulat fil-premessa (119) tar-Regolament provviżorju. Tabella 5
|
||||||||||||||||||||||||
|
(78) |
Wara r-Regolament provviżorju, iċ-ċifri tal-impjiegi wkoll ġew kemmxejn emendati għas-snin 2004 sal-PI. Fin-nuqqas ta’ kull kumment ulterjuri min-naħa tal-partijiet interessati, il-premessi (120) sa (122) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. Tabella 6
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(79) |
Il-kapaċità ta’ profitt tal-industrija Komunitarja ġiet stabbilita billi ntużat l-istess metodoloġija kif spjegat fil-premessa (123) tar-Regolament provviżorju. Wara r-reviżjonijiet magħmula għad-dejta tal-industrija Komunitarja wara l-verifika fuq il-post ta’ produttur Komunitarju ieħor addizzjonali, kif deskritt fil-premessa (3), dawn iċ-ċifri ġew ukoll kemmxejn riveduti. Matul il-perjodu meqjus, il-kapaċità ta’ profitt tal-industrija Komunitarja naqset minn 14.2 % fl-2004 għal 7.3 % fil-PI. Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra, il-premessi (124) sa (126) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. Tabella 7
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
5.1. It-tkabbir
|
(80) |
Wara dak li ntqal hawn fuq, jista’ jitqies li l-volum ta’ bejgħ tal-industrija Komunitarja staġna bejn l-2004 u l-PI, u b’hekk waqqaf lill-industrija Komunitarja milli tieħu vantaġġ mill-espansjoni tal-konsum Komunitarju li żdied minn 5 % bejn l-2004 u l-PI. Għaldaqstant, is-sehem tagħha mis-suq naqas bi 1,6 punti perċentwali matul l-istess perjodu. |
5.2. Id-daqs tal-marġni reali tad-dumping
|
(81) |
Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra, il-premessa (128) tar-Regolament proviżorju hija b’dan ikkonfermata. |
6. Il-konklużjoni dwar il-ħsara
|
(82) |
Jista’ jiġi konkluż li r-reviżjonijiet minuri magħmula f’xi wħud mill-indikaturi ta’ ħsara wara verifika fuq il-post ta’ produttur Komunitarju ieħor addizzjonali, kif jidher fit-tabelli 2 sa 7, ma biddlux il-konklużjoni li saret fil-premessa (132) tar-Regolament provviżorju. |
|
(83) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, jista’ jiġi konkluż li l-industrija Komunitarja ġarrbet ħsara materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
E. KAWŻALITÀ
1. L-effett tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mir-RPĊ
|
(84) |
Ġie eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw fir-RPĊ ikkawżawx ħsara lill-industrija Komunitarja sa tali punt li tista’ titqies materjali. |
|
(85) |
L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ żdiedu b’mod sinfikanti, bi kważi 17-il darba, matul il-perjodu meqjus, u żdiedu b’1,1 miljun tunnellata bejn l-2004 u l-PI. Din iż-żieda spikkat b’mod partikolari bejn l-2006 u l-PI. F’termini tas-sehem mis-suq, l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ żiedu s-sehem tagħhom mis-suq Komunitarju minn 0,3 % fl-2004 għal 5,0 % fil-PI. Fil-prattika dan kien jikkorrispondi għaż-żieda totali fil-konsum Komunitarju li sar matul il-perjodu meqjus. |
|
(86) |
Matul l-istess perjodu, għalkemm il-volum tal-bejgħ tagħha fis-suq Komunitarju baqa’ stabbli, l-industrija Komunitarja tilfet sehem mis-suq ta’ 33,4 % fl-2004 għal 31,8 % fil-PI, jiġifieri 1,6 punti perċentwali. |
|
(87) |
Fir-rigward tal-prezzijiet, minkejja l-fatt li l-prezzijiet tal-importazzjoni li huma l-oġġett ta’ dumping żdiedu bi 12 % matul il-perjodu meqjus b’konformità maż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima, dawn xorta kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju. Għaldaqstant, l-industrija Komunitarja ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha biex tkopri ż-żieda sħiħa fil-prezzijiet tal-materja prima. Għalhekk, il-kapaċità ta’ profitt tal-bejgħ tal-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju naqset minn 14,2 % fl-2004 għal 7,3 % matul il-PI. |
|
(88) |
Jitqies li l-pressjoni kontinwa eżerċitata minn importazzjonijiet bi prezz baxx u li huma oġġett ta’ dumping mir-RPĊ fis-suq Komunitarju, żammet lill-industrija Komunitarja milli taddatta l-prezzijiet ta’ bejgħ tagħha skont iż-żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni. Hu għalhekk ikkonfermat li ż-żieda ta’ importazzjonijiet bi prezz baxx u li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ kellha impatt negattiv konsiderevoli fuq il-qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja. |
2. L-effett ta’ fatturi oħra
|
(89) |
Fin-nuqqas ta’ xi kummenti dwar l-iżvilupp tad-domanda, il-bejgħ intern, il-bejgħ ta’ prodotti ta’ kwalità għolja, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u produtturi oħra fil-Komunità, il-premessi (139), (143) sa (149) u (151) sa (155) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
|
(90) |
Waħda mill-partijiet iddikjarat li l-evalwazzjoni taż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima msemmija fil-premessa (142) tar-Regolament provviżorju ma kinitx korretta. Din argumentat li hu diffiċli li ż-żidiet fl-ispejjeż jiġu mgħoddija kompletament lill-klijenti. Barra minn hekk, hi ddikjarat li r-rendiment negattiv tal-esportazzjoni tal-industrija Komunitarja jista’ jispjega d-deterjorament tal-qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja. |
|
(91) |
Fir-rigward tal-impatt tal-prezzijiet tal-materja prima, ta’ min ifakkar li l-investigazzjoni wriet żieda ta’ 25 % fl-ispiża tal-produzzjoni għall-industrija Komunitarja biex tipproduċi l-vireg tal-wajer. Din għandha titqies b’rabta maż-żieda ta’ 15 % biss tal-prezzijiet tal-bejgħ medji tal-industrija Komunitarja. Tabilħaqq, minkejja li jista’ jkun diffiċli f’xi swieq biex iż-żieda fl-ispejjeż tiġi mgħoddija kompletament lill-klijenti, l-investigazzjoni attwali ma wriet l-ebda evidenza li dan kien il-każ fis-suq tal-vireg tal-wajer. Għall-kuntrarju, is-suq tal-vireg tal-wajer jista’ jitqies bħala prodott ta’ komodità mibjugħ f’suq trasparenti fejn l-operaturi kollha huma konxji dwar il-livell tal-prezzijiet. Għalhekk il-kundizzjonijiet kummerċjali effettivi għandhom jippermettu li ż-żidiet fil-prezz tal-produzzjoni jkunu riflessi fil-prezz tal-bejgħ tal-vireg tal-wajer. Għaldaqstant, jitiqes li l-konklużjoni li saret fil-premessa (142) hija valida u għalhekk din it-talba kellha tiġi miċħuda. |
|
(92) |
Fir-rigward tar-rendiment tal-esportazzjoni, kien hemm tabilħaqq xejra ta’ tnaqqis fil-bejgħ tal-esportazzjoni tal-industrija Komunitarja għar-raġunijiet mogħtija fil-premessa (150) tar-Regolament provviżorju. Minħabba l-fatt li s-sehem tal-bejgħ tal-esportazzjoni b’rabta mal-bejgħ lill-klijenti fi ħdan il-Komunità huwa relattivament baxx u, barra minn hekk, il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ dawn tal-aħħar kienu relattivament aktar baxxi, jitqies li t-tnaqqis fil-volum tal-esportazzjoni ma jistax jiġġustifika l-livell tal-ħsara mġarrba. Ma ngħatat l-ebda evidenza ssostanzjata li tinvalida din il-konklużjoni u għalhekk il-konklużjonijiet li saru fil-premessa (150) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
|
(93) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq u fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra, il-premessi (156) sa (159) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
3. L-importazzjonijiet mit-Turkija
|
(94) |
Wara l-premessi (60) u (61) u fin-nuqqas ta’ aktar kummenti dwar l-importazzjonijiet mit-Turkija, il-konklużjonijiet li saru fil-premessi (160) sa (162) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
4. L-importazzjonijiet mir-RM
|
(95) |
Wara r-reviżjonijiet tad-dejta tal-industrija Komunitarja, fuq il-bażi tal-verifika tat-tweġiba ta’ produttur Komunitarju ieħor addizzjonali u meta tqies il-bejgħ kollu tal-importazzjonijiet li joriġinaw fir-RM, instab li l-importazzjonijiet mir-RM ma waqqgħux il-prezzijiet tal-industrija Komunitarja fil-PI. Barra minn hekk, f’konformità mal-premessa (64) imsemmija hawn fuq, it-tqabbil tal-prezz tal-esportazzjoni Moldovan mal-prezz li mhuwiex ta’ ħsara tal-industrija Komunitarja wera marġni ta’ ħsara de minimis. |
|
(96) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq ġie konkluż li m’hemm l-ebda rabta kawżali ċara bejn l-importazzjonijiet mir-RM u l-ħsara mġarrba mill-industrija Komunitarja. |
F. INTERESS KOMUNITARJU
1. Kumment preliminari
|
(97) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, ta’ min jinnota li ġie evalwat biss l-impatt tal-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ, għall-analiżi tal-interess Komunitarju. |
2. L-industrija Komunitarja
|
(98) |
Wara r-Regolament provviżorju, ġie evalwat mill-ġdid jekk l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping għall-importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ tkunx fl-interess tal-industrija Komunitarja. |
|
(99) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq u fin-nuqqas ta’ xi kummenti dwar l-interess tal-industrija Komunitarja, il-premessi (164) sa (167) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
3. L-importaturi
|
(100) |
Fin-nuqqas ta’ xi kummenti dwar l-importaturi, il-premessi (168) u (169) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
4. L-utenti
|
(101) |
Waħda mill-partijiet interessati staqsiet jekk l-importazzjonijiet kollha lejn is-suq Komunitarju mill-pajjiżi suġġetti għal din l-investigazzjoni ġewx ikkunsidrati fil-perċentwali mogħtija fil-premessa (171) tar-Regolament provviżorju li tirrappreżenta l-importazzjonijiet ta’ vireg tal-wajer minn ċerti utenti. Barra minn hekk, xi partijiet interessati argumentaw li ma jkun hemm l-ebda sors alternattiv disponibbli jekk jiġu imposti miżuri anti-dumping u li dan iwassal għal nuqqas fil-provvista. |
|
(102) |
B’żieda mal-affermazzjoni dwar l-importazzjonijiet totali, saret evalwazzjoni mill-ġdid fir-rigward tal-importazzjonijiet totali tal-vireg tal-wajer. Tabilħaqq, l-analiżi wriet li l-ammont reali ta’ importazzjonijiet ta’ vireg tal-wajer ikkonsmati mill-utenti li kkooperaw huwa ogħla minn kif ġie evalwat qabel fl-istadju provviżorju. B’riżultat ta’ dan, l-importazzjonijiet totali tal-utenti msemmija fil-premessa (171) tar-Regolament provviżorju żdiedu bi 30 %. Għaldaqstant, wieħed jista’ jikkonkludi li matul il-PI, l-utenti msemmija fil-premessa (171) tar-Regolament provviżorju flimkien kienu jirrappreżentaw madwar 20 % tal-importazzjonijiet kollha ta’ vireg tal-wajer mir-RPĊ. |
|
(103) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni li ma jkun hemm l-ebda sors alternattiv ta’ provvista fil-każ ta’ impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping, l-investigazzjoni wriet tabilħaqq xi irregolaritajiet fil-provvisti mill-produtturi Komunitarji lil ċerti utenti. Madankollu, l-analiżi ma wriet l-ebda evidenza li dawn l-irregolaritajiet kienu fuq bażi kontinwa. Barra minn hekk, ta’ min jinnota li jeżistu sorsi oħra ta’ provvista, jekk wieħed iqis pajjiżi terzi oħra li mhumiex suġġetti għall-miżuri. Għalhekk din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(104) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq u fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra, il-premessi (173) sa (175) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
5. Il-konklużjoni dwar l-interess Komunitarju
|
(105) |
Skont dan ta’ hawn fuq, wieħed jikkonkludi li ma hemm l-ebda raġuni konvinċenti kontra l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping kontra l-importazzjonijiet ta’ vireg tal-wajer li joriġinaw fir-RPĊ fil-każ preżenti. |
G. MIŻURI ANTI-DUMPING DEFINITTIVI
1. Il-Livell ta’ Tneħħija ta’ Ħsara
|
(106) |
Fin-nuqqas ta’ xi kummenti, il-metodoloġija msemmija fil-premessa (179) tar-Regolament provviżorju użata biex jinkisbu prezzijiet li mhumiex ta’ ħsara tal-industrija Komunitarja ġiet ikkonfermata. Madankollu, l-istess reviżjonijiet bħal dawk deskritti fil-premessi (68) u (72) hawn fuq ġew applikati għall-evalwazzjoni definittiva tal-livelli ta’ tneħħija ta’ ħsara. Barra minn hekk, il-marġni ta’ profitt użat fil-kalkoli tal-marġni ta’ ħsara ġie stabbilit fil-livell ex fabbrika biex jinkisbu prezzijiet li mhumiex ta’ ħsara tal-industrija Komunitarja fil-livell ex fabbrika matul il-PI. |
|
(107) |
Fir-rigward tar-RM, b’konformità mal-kontenuti tal-premessa (71) hawn fuq, tqies xieraq li tintuża dejta tal-prezzijiet disponibbli għall-esportazzjonijiet kollha mir-RM lejn il-Komunità, fil-kalkolu tal-livell definittiv ta’ tneħħija ta’ ħsara. Għaldaqstant, intużat id-dejta kollha tal-prezzijiet disponibbli, aġġustata kif xieraq biex tirrifletti l-medja differenzjata tal-prezzijiet tal-esportazzjoni lill-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità. Fuq dik il-bażi l-livell definittiv ta’ tneħħija ta’ ħsara għall-importazzjonijiet mir-RM instab li kien taħt il-limitu de minimis kif imsemmi fil-premessa (64) hawn fuq. |
|
(108) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaħqu fir-rigward tad-dumping, il-ħsara, il-kawżalità u l-interess Komunitarju, għandhom jiġu imposti miżuri anti-dumping definittivi kontra importazzjonijiet mir-RPĊ biex jiġi evitat li ssir aktar ħsara lill-industrija Komunitarja. |
|
(109) |
Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien hemm ħsieb li tiġi rrakkomandata l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping definittivi. Dawn ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu appelli wara dan l-iżvelar. Il-kummenti mressqa mill-partijiet tqiesu sewwa, u fejn xieraq, is-sejbiet inbidlu skont dan. |
2. Il-miżuri definittivi
|
(110) |
Fid-dawl ta’ dan kollu, jitqies li, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, miżuri anti-dumping definittivi għandhom jiġu imposti fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ fil-livell tal-marġnijiet ta’ ħsara u ta’ dumping aktar baxxi, skont ir-regola ta’ inqas dazju. F’dan il-każ, ir-rati kollha tad-dazju għandhom jiġu stabbiliti skont il-livell tal-marġnijiet ta’ ħsara misjuba. B’analoġija mal-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku, billi l-marġni ta’ ħsara għar-RM u għar-Turkija huwa taħt il-livell de minimis, l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-pajjiżi għandha tintemm. |
|
(111) |
Ma għandu jiġi impost l-ebda dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw fir-RM u fit-Turkija. |
|
(112) |
Id-dazji anti-dumping proposti huma dawn li ġejjin:
|
3. Il-ġbir definittiv ta’ dazji provviżorji
|
(113) |
Minħabba l-kobor tal-marġnijiet ta’ dumping li nstabu u fid-dawl tal-livell ta’ ħsara kkaġunata lill-industrija Komunitarja, jitqies neċessarju li l-ammonti li nġabru permezz tad-dazju anti-dumping provviżorju, impost mir-Regolament provviżorju, għandhom jinġabru b’mod definittiv sal-ammont tad-dazji definittivi imposti. Fejn id-dazji definittivi jkunu aktar baxxi mid-dazji provviżorji, l-ammonti miġbura b’mod provviżorju li jkunu ogħla mir-rata definittiva ta’ dazji anti-dumping għandhom jinħelsu. Fejn id-dazji definittivi huma ogħla mid-dazji provviżorji, għandhom jinġabru b’mod definittiv biss l-ammonti miġbura fil-livell tad-dazji provviżorji. |
H. IT-TMIEM TAL-PROĊEDIMENT
|
(114) |
Fid-dawl tas-sejbiet dwar l-importazzjonijiet li joriġinaw fir-RM u fit-Turkija, il-proċediment fir-rigward ta’ dawn iż-żewġ pajjiżi għandhom jintemmu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju anti-dumping definittiv hu b’dan impost fuq l-importazzjonijiet ta’ staneg u vireg, irrumblati bis-sħana, f’koljaturi mkebbin b’mod irregolari, tal-ħadid, tal-azzar mhux illigat jew tal-azzar illigat li mhumiex tal-istainless steel, li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet NM 7213 10 00 , 7213 20 00 , 7213 91 10 , 7213 91 20 , 7213 91 41 , 7213 91 49 , 7213 91 70 , 7213 91 90 , 7213 99 10 , 7213 99 90 , 7227 10 00 , 7227 20 00 , 7227 90 10 , 7227 90 50 u 7227 90 95 .
2. Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett u ħieles mal-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt għandha tkun kif ġej:
|
Il-pajjiż |
Il-kumpanija |
Id-dazju |
Kodiċijiet addizzjonali TARIC |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Valin Group |
7,9 % |
A930 |
|
|
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
24,0 % |
A999 |
3. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali għandhom japplikaw.
Artikolu 2
Il-proċediment anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ta’ vireg tal-wajer li joriġinaw fir-Repubblika tal-Moldova u fit-Turkija qiegħed b’dan jintemm.
Artikolu 3
L-ammonti miġbura permezz tad-dazju anti-dumping provviżorju skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 112/2009 fuq importazzjonijiet ta’ vireg tal-wajer li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għandhom jinġabru b’mod definittiv bir-rata tad-dazju definittiv impost skont l-Artikolu 1. L-ammonti miġbura li jkunu ogħla mir-rati definittivi tad-dazju anti-dumping għandhom jinħelsu. L-ammonti miġbura permezz tad-dazju anti-dumping provviżorju skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 112/2009 fuq importazzjonijiet ta’ vireg tal-wajer li joriġinaw fir-Repubblika tal-Moldova għandhom jinħelsu.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
C. BILDT
(2) ĠU L 38, 7.2.2009, p. 3. (Mhux disponibbli bil-Malti)