European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2272

12.10.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/2272

tad-9 ta’ Ottubru 2026

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1720 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-14 ta’ Ottubru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1720 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/1720 tapplika sal-15 ta’ Ottubru 2026. Abbażi ta’ rieżami ta’ dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stipulati fiha jiġu estiżi sal-15 ta’ Ottubru 2027 u jenħtieġ li tiġi aġġornata d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal persuna fiżika waħda elenkata fl-Anness tagħha.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1720 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/1720 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu, id-data “15 ta’ Ottubru 2026” hija sostitwita bi “15 ta’ Ottubru 2027”;

(2)

l-Anness huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta’ Ottubru 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

S. HARRIS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1720 tal-14 ta’ Ottubru 2019 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa (ĠU L 262, 15.10.2019, p. 58, ELI:http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1720/oj).


ANNESS

Fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/1720, taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikoli 1(1) u 2(1)”, l-entrata 4 hija sostitwita b’dan li ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“4.

Néstor MONCADA LAU

Data tat-twelid: 2.3.1954

Sess: raġel

Konsulent personali tal-President tan-Nikaragwa dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà nazzjonali sal-2025. F’din il-kapaċità, minn April 2018 ’il quddiem kien involut direttament fit-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà nazzjonali u fl-istabbiliment ta’ politiki repressivi mwettqa mill-Istat tan-Nikaragwa kontra persuni li jipparteċipaw f’dimostrazzjonijiet, rappreżentanti tal-oppożizzjoni u ġurnalisti fin-Nikaragwa, u huwa responsabbli għalihom.

4.5.2020”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2272/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)