<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-684/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0684</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:519">EU:C:2020:519</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20200702">2.7.2020</DATE> – Kawża C‑684/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">mk advokaten</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20200702">2 ta’ Lulju 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Trade marks</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2008/95/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 5(1)</KEYWORD><KEYWORD>Użu fil-kummerċ ta’ sinjal identiku jew simili għal trade mark ta’ ħaddieħor għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili għal dawk li għalihom din it-trade mark hija rreġistrata</KEYWORD><KEYWORD>Portata tal-kelma <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>jużaw<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Reklam imqiegħed online fuq sit internet fuq ordni ta’ persuna li topera fil-kummerċ u wara riprodott fuq siti internet oħra</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑684/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20190909">9 ta’ Settembru 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑<DATE ISO="20190917">17 ta’ Settembru 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">mk advokaten GbR</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">MBK Rechtsanwälte GbR,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn I. Jarukaitis, President tal-Awla, M. Ilešič (Relatur) u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal MBK Rechtsanwälte GbR, minn M. Boden, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller, M. Hellmann u U. Bartl, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn É. Gippini Fournier u W. Mölls, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20081022">22 ta’ Ottubru 2008</DATE> biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="25" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 299, p. 25</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn mk advokaten GbR u MBK Rechtsanwälte GbR, dwar projbizzjoni imposta fuq mk advokaten milli tuża il-grupp ta’ ittri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>mbk<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> fil-kummerċ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/95:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>It-<HT TYPE="ITALIC">trade mark</HT> reġistrata għandha tagħti lill-proprjetarju drittijiet esklussivi fuqha. Il-proprjetarju għandu jkollu d-dritt li jimpedixxi lit-terzi persuni kollha li ma jkollhomx il-kunsens tiegħu milli jużaw fl-eżerċizzju tal-kummerċ:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>kwalunkwe sinjal li jkun identiku għat-trade mark relattivament għall-merkanzija jew servizzi li huma identiċi għal dawk li għalihom it-trade mark tkun reġistrata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>kwalunkwe sinjal fejn, minħabba l-identità, jew similarità, tiegħu għat-<HT TYPE="ITALIC">trade mark</HT> u l-identità jew similarità tal-merkanzija jew servizzi koperti mit-trade mark u s-sinjal, teżisti l-possibbiltà ta’ konfużjoni min-naħa tal-pubbliku; il-possibbiltà ta’ konfużjoni tinkludi l-possibbiltà ta’ assoċjazzjoni bejn is-sinjal u t-trade mark.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Kwalunkwe Stat Membru jista’ wkoll jistipula li l-proprjetarju għandu jkollu d-dritt li jimpedixxi lit-terzi persuni kollha li ma jkollhomx il-kunsens tiegħu milli jużaw fl-eżerċizzju tal-kummerċ kwalunkwe sinjal li jkun identiku, jew simili, għat-<HT TYPE="ITALIC">trade mark</HT> relattivament għall-merkanzija jew servizzi li ma jkunux simili għal dawk li għalihom it-trade mark tkun reġistrata, fejn ta’ l-aħħar ikollha reputazzjoni fl-Istat Membru u fejn l-użu ta’ dak is-sinjal mingħajr raġuni valida jieħu vantaġġ żleali minn, jew jippreġudika, il-karattru distintiv jew ir-reputazzjoni tat-trade mark.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Is-segwenti, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, jistgħu jkunu projbiti taħt il-paragrafi 1 u 2:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>li jitwaħħal is-sinjal mal-merkanzija jew ma’ l-imballaġġ ta’ dan;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>li l-merkanzija tiġi offerta, jew li titqiegħed fis-suq jew li tinħażen għal dawn l-għanijiet taħt dak is-sinjal, jew li jiġu offerti jew provduti servizzi taħtu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>l-importazzjoni jew esportazzjoni tal-merkanzija taħt is-sinjal;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>l-użu tas-sinjal fuq karti tal-kummerċ u fir-reklamar.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2008/95 tħassret u ġiet issostitwita, b’effett mill‑<DATE ISO="20190115">15 ta’ Jannar 2019</DATE>, bid-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20151216">16 ta’ Diċembru 2015</DATE> biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="336" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 336, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="110" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 110, p. 5</REF.DOC.OJ>). Il-kontenut tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/95 issa jinsab, essenzjalment, flimkien ma’ emendi, fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2015/2436. Madankollu, fid-dawl tad-data tal-fatti li wasslu għall-kawża prinċipali, dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari għandu jiġi eżaminat fid-dawl tad-Direttiva 2008/95.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-kumpannija ta’ avukati MBK Rechtsanwälte, stabbilita f’Mönchengladbach (il-Ġermanja), hija proprjetarja ta’ trade mark Ġermaniża kkostitwita mill-isem tagħha <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>MBK Rechtsanwälte<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>. Din it-trade mark hija rreġistrata għal servizzi legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>mk advokaten, stabbilita fi Kleve (il-Ġermanja), hija wkoll kumpannija ta’ avukati. Inizjalment, hija kienet teżerċita l-attivitajiet tagħha taħt l-isem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>mbk rechtsanwälte<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> u bl-isem korrispondenti fil-lingwa Olandiża <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>mbk advokaten<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>. Madankollu, wara azzjoni ta’ ksur imressqa minn MBK Rechtsanwälte, il-Landgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20161017">17 ta’ Ottubru 2016</DATE>, ipprojbixxiet lil mk advokaten, taħt piena ta’ multa, milli tuża fil-kummerċ il-grupp ta’ ittri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>mbk<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> għal servizzi legali. Din id-deċiżjoni saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Sussegwentement, irriżulta li, fil-każ ta’ użu tal-mutur ta’ tfittxija operat mill-kumpannija Google, tiftixa bil-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>mbk Rechtsanwälte<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> kienet twassal għal diversi siti internet ta’ riferiment għal impriżi, bħas-sit internet www.kleve-niederrhein-stadtbranchenbuch.com, li kienu juru reklam għas-servizzi legali ta’ mk advokaten.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Peress li qieset li b’dan il-mod kien intwera li l-projbizzjoni stabbilita mil-Landgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali ta’ Düsseldorf) ma kinitx ġiet osservata, MBK Rechtsanwälte talbet lil dik il-qorti timponi multa fuq mk advokaten.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fid-difiża tagħha, mk advokaten sostniet li, fir-rigward ta’ reklami fuq l-internet, l-unika inizjattiva meħuda minnha kienet tikkonsisti f’li tirreġistra lilha nnifisha fid-direttorju online <HT TYPE="ITALIC">Das Örtliche</HT> u li, wara d-deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20161017">17 ta’ Ottubru 2016</DATE> tal-Landgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali ta’ Düsseldorf), hija kienet irtirat din ir-reġistrazzjoni għal kull sinjal li kien fih il-grupp ta’ ittri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>mbk<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>. Fil-fehma tagħha, hija ma kellha ebda obbligu ieħor, peress li hija qatt ma kienet talbet li tidher fuq siti internet oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Landgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali ta’ Düsseldorf) laqgħet it-talba ta’ MBK Rechtsanwälte. Dik il-qorti kkonstatat li r-reklam imqiegħed online fuq is-siti internet inkwistjoni kien jibbenefika lil mk advokaten u kien ibbażat fuq dak li din tal-aħħar kienet qiegħdet fid-direttorju <HT TYPE="ITALIC">Das Örtliche</HT>. Hija imponiet multa fuq mk advokaten, peress li din kienet illimitat ruħha, wara d-deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20161017">17 ta’ Ottubru 2016</DATE>, li tħassar ir-reklam li deher f’dan id-direttorju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>mk advokaten ippreżentat appell kontra din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju, l-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Dik il-qorti tqis li r-riżoluzzjoni tat-tilwima li biha hija adita tiddependi mill-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/95.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Hija tesponi li minn ġurisprudenza Ġermaniża stabbilita sew jirriżulta li, meta reklam imqiegħed online fuq sit internet jippreġudika dritt ta’ ħaddieħor, il-persuna li tkun ordnat dan ir-reklam għandha mhux biss tħassru minn dan is-sit iżda wkoll tivverifika, bl-għajnuna ta’ muturi ta’ tfittxija normali, li operaturi ta’ siti internet oħra ma jkunux irriproduċew l-imsemmi reklam u, jekk dan ikun il-każ, tagħmel tentattiv serju sabiex tħassar dawn ir-referenzi sussegwenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Din il-ġurisprudenza hija bbażata fuq il-kunsiderazzjoni li kull wirja tar-reklam tibbenefika lill-persuna li l-prodotti jew is-servizzi tagħha huma promossi b’dan il-mod. Konsegwentement, hija din il-persuna li għandha twettaq, fil-każ li jiġi ppreġudikat dritt ta’ ħaddieħor, il-passi neċessarji sabiex l-okkorrenzi kollha tar-reklam ikkonċernat fuq l-internet jitħassru.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar il-konformità ta’ din il-ġurisprudenza Ġermaniża mal-prinċipji li jirriżultaw mis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160303">3 ta’ Marzu 2016</DATE>, <NAME.CASE>Daimler</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑179/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:134">EU:C:2016:134</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), peress li l-Qorti tal-Ġustizzja segwiet approċċ ieħor fir-rigward ta’ reklami li jippreġudikaw trade mark ta’ ħaddieħor. Dan l-approċċ jista’ jiġi traspost għall-kawża li tressqet quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Huwa minnu li, fil-kawża li tat lok għal din is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-reklam li kien is-suġġett ta’ dik il-kawża kellu, inizjalment, natura legali, filwaqt li, f’din il-kawża, ir-reklam li tiegħu mk advokaten ordnat it-tqegħid online ppreġudika mill-bidu trade mark ta’ ħaddieħor. Madankollu, ir-rilevanza ta’ din id-differenza għall-interpretazzjoni tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>jużaw<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, fis-sens tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/95, ma tirriżultax b’mod ċar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Düsseldorf) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Terz li jkun sar riferiment għalih fuq sit tal-internet f’entrata li tinkludi sinjal identiku għal trade mark ikun qiegħed jagħmel użu mill-imsemmija trade mark fis-sens tal-Artikolu 5(1) tad-[Direttiva 2008/95] jekk ma kienx hu li għamel din l-entrata iżda l-operatur tas-sit li ħadha minn entrata oħra li t-terz kien ippubblika bi ksur tad-dritt tat-trade mark?<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/95 għandux jiġi interpretat fis-sens li persuna li topera fil-kummerċ u li qiegħdet fuq sit internet reklam li jippreġudika trade mark ta’ ħaddieħor tkun qiegħda tuża sinjal identiku għal din it-trade mark meta l-operaturi ta’ siti internet oħra jirriproduċu dan ir-reklam billi jqegħduh online fuq dawn is-siti l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, qabelxejn, li l-fatt li jiġu offruti għall-bejgħ prodotti jew servizzi taħt sinjal identiku jew simili għal trade mark ta’ ħaddieħor u li jsir reklamar għal dawn il-prodotti jew dawn is-servizzi taħt dan is-sinjal, jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>użu<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> ta’ dan tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100323">23 ta’ Marzu 2010</DATE>, <NAME.CASE>Google France u Google</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑236/08 sa C‑238/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:159">EU:C:2010:159</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita, jeżisti tali użu tas-sinjal identiku jew simili għat-trade mark ta’ ħaddieħor meta dan is-sinjal, magħżul minn min jirreklama bħala kelma prinċipali fil-kuntest ta’ servizz ta’ riferiment fuq l-internet, ikun il-mezz li huwa juża sabiex jikkawża l-wiri tar-reklam tiegħu, anki meta l-imsemmi sinjal ma jkunx jidher fir-reklam innifsu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110922">22 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Interflora u Interflora British Unit</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑323/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:604">EU:C:2011:604</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Għaldaqstant, meta persuna li topera fil-kummerċ tordna mingħand l-operatur ta’ sit internet ta’ riferiment il-pubblikazzjoni ta’ reklam li l-wiri tiegħu jkun fih jew ikun kkawżat minn sinjal identiku jew simili għal trade mark ta’ ħaddieħor, din il-persuna għandha titqies li tkun qiegħda tuża dan is-sinjal, fis-sens tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/95 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160303">3 ta’ Marzu 2016</DATE>, <NAME.CASE>Daimler</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑179/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:134">EU:C:2016:134</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, mill-perspettiva tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/95, ma jistgħux jiġu imputati lill-imsemmija persuna atti awtonomi ta’ operaturi ekonomiċi oħra, bħal dawk ta’ operaturi ta’ siti internet ta’ riferiment li magħhom hija ma għandha ebda relazzjoni diretta jew indiretta u li jaġixxu mhux fuq l-ordni tagħha u għan-nom tagħha, iżda fuq inizjattiva tagħhom stess u f’isimhom stess (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160303">3 ta’ Marzu 2016</DATE>, <NAME.CASE>Daimler</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑179/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:134">EU:C:2016:134</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>jużaw<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> li tinsab fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/95 timplika mġiba attiva u kontroll, dirett jew indirett, tal-att li jikkostitwixxi l-użu. Dan ma jkunx il-każ jekk dan l-att jitwettaq minn operatur indipendenti mingħajr il-kunsens ta’ min jirreklama (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160303">3 ta’ Marzu 2016</DATE>, <NAME.CASE>Daimler</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑179/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:134">EU:C:2016:134</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni ma tistax għalhekk tiġi interpretata fis-sens li persuna tista’, indipendentement mill-aġir tagħha, titqies li hija l-awtur tal-użu ta’ sinjal identiku jew simili għat-trade mark ta’ ħaddieħor għar-raġuni biss li dan l-użu jista’ jagħtiha vantaġġ ekonomiku (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160303">3 ta’ Marzu 2016</DATE>, <NAME.CASE>Daimler</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑179/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:134">EU:C:2016:134</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont din il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina, f’dan il-każ, jekk jirriżultax minn aġir ta’ mk advokaten, fil-kuntest ta’ relazzjoni diretta jew indiretta bejn din tal-aħħar u l-operaturi tas-siti internet inkwistjoni, li dawn l-operaturi kienu qiegħdu r-reklam online fuq l-ordni ta’ u f’isem mk advokaten. Fin-nuqqas ta’ tali aġir, hemm lok li jiġi konkluż li MBK Rechtsanwälte ma għandhiex dritt, skont id-dritt esklużiv previst fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/95, li taġixxi kontra mk advokaten minħabba t-tqegħid online tar-reklam fuq is-siti internet għajr dak tad-direttorju <HT TYPE="ITALIC">Das Örtliche</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Dan ma jaffettwax il-possibbiltà għal MBK Rechtsanwälte li titlob, jekk ikun il-każ, mingħand mk advokaten il-ħlas lura ta’ vantaġġi ekonomiċi abbażi tad-dritt nazzjonali u lanqas il-possibbiltà li taġixxi kontra l-operaturi tas-siti tal-internet inkwistjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160303">3 ta’ Marzu 2016</DATE>, <NAME.CASE>Daimler</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑179/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:134">EU:C:2016:134</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ din tal-aħħar, għandu jiġi osservat li, fil-każ ta’ riproduzzjoni, mill-operaturi ta’ siti internet, ta’ reklam fuq l-inizjattiva tagħhom stess u f’isimhom stess, ma jistax jitqies li l-operatur ekonomiku li l-prodotti jew is-servizzi tiegħu huma promossi b’dan il-mod huwa l-klijent tagħhom. Konsegwentement, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tgħid li l-operatur ta’ sit internet ta’ riferiment ma jkunx qiegħed juża huwa stess sinjali identiċi jew simili għat-trade marks ta’ ħaddieħor li jinsabu fir-reklami tal-klijenti tiegħu jew li jikkawżaw il-wiri ta’ dawn ir-reklami (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100323">23 ta’ Marzu 2010</DATE>, <NAME.CASE>Google France u Google</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑236/08 sa C‑238/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:159">EU:C:2010:159</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200402">2 ta’ April 2020</DATE>, <NAME.CASE>Coty Germany</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑567/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:267">EU:C:2020:267</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), ma tapplikax f’tali każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’każ bħal dan, dawn l-operaturi ta’ siti internet ikunu qegħdin jużaw, fis-sens tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/95, sinjali identiċi jew simili għat-trade marks ta’ ħaddieħor li jinsabu fl-offerti għall-bejgħ jew fir-reklami li huma juru jew li jikkawżaw il-wiri ta’ dawn ir-reklami (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200402">2 ta’ April 2020</DATE>, <NAME.CASE>Coty Germany</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑567/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:267">EU:C:2020:267</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Il-proprjetarji ta’ dawn it-trade marks jistgħu, għaldaqstant, jaġixxu kontra dawn l-operaturi skont id-dritt esklużiv previst fl-imsemmi Artikolu 5(1), meta dawn l-offerti jew reklami jippromwovu prodotti jew servizzi identiċi jew simili għal dawk li għalihom l-imsemmija trade marks huma rreġistrati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni hija konformi mal-għan tagħha, li jikkonsisti fil-provvista lill-proprjetarju ta’ trade mark ta’ strument legali li jippermettilu li jipprojbixxi, u għalhekk li jwaqqaf, kull użu tat-trade mark tiegħu li jsir minn terz mingħajr il-kunsens tiegħu (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200402">2 ta’ April 2020</DATE>, <NAME.CASE>Coty Germany</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑567/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:267">EU:C:2020:267</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għal dak li jirrigwarda l-fatt, imfakkar fid-deċiżjoni tar-rinviju, li, fil-kawża li tat lok għas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160303">3 ta’ Marzu 2016</DATE>, <NAME.CASE>Daimler</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑179/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:134">EU:C:2016:134</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ir-reklam li kkawża preġudizzju għal trade mark ta’ ħaddieħor kien inizjalment leċitu, filwaqt li r-reklam inkwistjoni fil-kawża prinċipali ppreġudika mill-bidu trade mark ta’ ħaddieħor, huwa biżżejjed li jiġi osservat li dan il-fatt huwa irrilevanti fir-rigward tal-unika kwistjoni eżaminata fil-kuntest ta’ dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari, li hija dwar min huwa, fil-każ ta’ riproduzzjoni ta’ reklam li jippreġudika trade mark ta’ ħaddieħor, l-awtur tal-użu tas-sinjal identiku jew simili għal din it-trade mark.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula hija li l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li topera fil-kummerċ u li qiegħdet fuq sit internet reklam li jippreġudika trade mark ta’ ħaddieħor, ma tkunx qiegħda tuża s-sinjal identiku għal din it-trade mark meta l-operaturi ta’ siti internet oħra jirriproduċu dan ir-reklam billi jqegħduh, fuq l-inizjattiva tagħhom u f’isimhom stess, online fuq dawn is-siti l-oħra.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20081022">22 ta’ Ottubru 2008</DATE> biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li topera fil-kummerċ u li qiegħdet fuq sit internet reklam li jippreġudika trade mark ta’ ħaddieħor ma tkunx qiegħda tuża s-sinjal identiku għal din it-trade mark meta l-operaturi ta’ siti internet oħra jirriproduċu dan ir-reklam billi jqegħduh, fuq l-inizjattiva tagħhom u f’isimhom stess, online fuq dawn is-siti l-oħra.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>