3.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 332/18


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9450 — PPG/TIL/JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 332/08)

1.   

Fis-26 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Peel Ports Group Limited (ir-Renju Unit, “PPG”),

—

Terminal Investments Limited S.a.r.l (l-Isvizzera, “TIL”), ikkontrollata b’mod konġunt minn MSC Mediterranean Shipping Company S.A. (l-Isvizzera) u minn ċerti fondi ta’ ekwità ġestiti minn Global Infrastructure Management, LLC (l-Istati Uniti tal-Amerika),

—

The Mersey Docks and Harbour Company (L2) Limited (ir-Renju Unit, “MDHCL2”), li tappartjeni għall-grupp PPG.

PPG u TIL jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ MDHCL2.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

l-impriża PPG: grupp tal-portijiet li jipprovdi servizzi ta’ appoġġ għall-portijiet, it-tbaħħir u l-marittimu. PPG taħdem f’diversi lokalitajiet fir-Renju Unit, l-Irlanda, in-Netherlands u l-Awstralja.

—

l-impriża TIL: tinvesti, tiżviluppa u tiġġestixxi terminals tal-containers f’diversi partijiet tad-dinja, inkluż fix-Xlokk tal-Asja, il-Lvant Nofsani u l-Amerki.

—

l-impriża MDHCL2: entità mwaqqfa ġdida li bħalissa ma għandhiex attivitajiet kummerċjali li qed jaħdmu. Wata t-tranżazzjoni hija se tkun responsabbli għat-tħaddim ta’ L2 Terminal fil-Port ta’ Liverpool.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9450 — PPG/TIL/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).