Official Journal L 263 , 09/10/1999 P. 0006 - 0006
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 1999 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar l-għarfien reċiproku tal-prinċipji ta' l-OECD dwar il-prattika tajba tal-laboratorju (GLP) u l-ħarsien tal-programmi ta' sorveljanza bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta' l-Iżrael (1999/662/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 133, flimkien ma l-ewwel sentenza ta'l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta'l-Artikolu 300(3) u l-Artikolu 300(4) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) Il-Ftehim dwar l-għarfien reċiproku tal-prinċipji tal-OECD dwar il-prinċipji tal-prattika tajba tal-laboratorju u l-ħarsien tal-programmi ta' sorveljanza, mibdijin fi Brussel fis-16 ta' Jannar 1997, kien negozjat mill-Kummissjoni skond il-linji ta' gwida għan-negozjati u għandhom jiġu approvati; (2) Ċerti aspetti tat-tħaddim ġew assenjati lill-Kumitat Konġunt mwaqqaf mill-Ftehim, u b' mod partikolari l-poter li jemeda ċerti partijiet taż-żewġ l-Annessi; (3) Huwa neċessarju li jitwaqqfu proċeduri interni li huma meħtieġa sabiex il-Ftehim jaħdem kif suppost; il-Kummissjoni għandha jkolla l-poter li tagħmel ċerti tibdiliet tekniċi fil-Ftehim u li tieħu ċerti deċiżjonijiet dwar dan it-tħaddim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim dwar l-għarfien reċiproku tal-prinċipji tal-OECD dwar il-prattika tajba tal-laoratorju (PTL) u l-ħarsien tal-programmi tas-sorveljanza bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta' l-Iżrajel qiegħed jiġi hawn approvat għan-nom tal-Komunità. It-test tal-Ftehim u l-Minuti miftiehema huma annessi ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill, għan-nom tal-Komunità, għandu jittrasmetti n-nota li hemm provduta fl-Artikolu 16 tal-Ftehim [1]. Artikolu 3 1. Il-Kummissjoni megħjuna mill-Kumitat Speċjali maħtur mill-kunsill, għandha tirappreżenta lill-Komunità fil-Kumitat Konġunt li hemm pprovdut fl-Artikolu 10 tal-Ftehim. Wara li tikkonsulta mal-Kumitat Speċjail, l-kummissjoni għandha tagħmel in-notifiki, konsultazzjonijiet u skambji ta' informazzjoni, għandha tagħmel it-talbiet għall-ispezzjonijiet u għall-parteċipazzjoni fl-ispezzjonijiet, u jekk, ikun hemm bżonn tirrispondi lit-talbiet, skond l-Artikoli 3(2), 5(2), 6, 7, 9 u 12 tal-Ftehim u l-Anness II tiegħu u tadotta d-Deċiżjoni li hemm pprovduta fl-Artikolu 11(2) u (3) u t-tieni sentenza ta'l-Artikolu 12. 2. Il-posizzjoni tal-Komunità fil-kumitat Konġunt, fejn jidħlu l-emendi ta'l-ewwel l-Anness li ġew deċiżi skond it-tieni sentenza ta'l-Artikolu 4 tal-Ftehim u l-emendi tat-tieni l-Anness li ġew deċiżi skond l-Artikolu 5 tal-Ftehim, għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni wara li hija tikkonsulta mal-Kumitat Speċjali msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. 3. Id-Deċiżjonijiet l-oħra kollha għandhom jittieħdu mill-Kunsill, b' maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni. Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Lulju 1999. Għall-Kunsill Il-President T. Halonen [1] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tiġi ppublikata fil-ġurnal Uffiċjali tal-Kommunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. --------------------------------------------------