22.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/53


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1580

tad-19 ta' Ottubru 2018

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2197 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' muniti kkorrelatati mill-qrib skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 354(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex ikun żgurat li l-muniti akkoppjati msemmija fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2197 (2) ikomplu jirriflettu l-korrelazzjoni reali bejn il-muniti rilevanti, huwa neċessarju li l-lista ta' muniti korrelatati mill-qrib tiġi aġġornata.

(2)

Il-lista tuża l-31 ta' Marzu 2017 bħala d-data tat-tmiem għall-fini ta' komputazzjoni tas-serje ta' tliet u ħames snin meħtieġa biex tivvaluta l-muniti akkoppjati skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(3)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni ppreżentati mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) lill-Kummissjoni.

(4)

Peress li l-emendi neċessarji għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2197 ma jinvolvux tibdil sinifikanti f'termini sostantivi, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-EBA ma wettqitx konsultazzjoni pubblika miftuħa, wara li kkunsidrat li jkun sproporzjonat fir-rigwrad mal-iskop u l-impatt tal-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni kkonċernati.

(5)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2197 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2197 jinbidel bit-test kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2197 tas-27 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' muniti kkorrelatati mill-qrib skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 313, 28.11.2015, p. 30).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


ANNESS

Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib

Parti 1 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mal-Euro (EUR)

Il-Lek Albaniż (ALL), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev Bulgaru (BGN), il-Koruna Ċeka (CZK), il-Kuna Kroata (HRK), il-Forint Ungeriż (HUF), id-Dirham Marokkin (MAD), il-Leu Rumen (RON), id-Dinar Serb (RSD).

Parti 2 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mad-Dirham tal-Emirati Għarab (AED)

Il-Yuan Ċiniż (CNY), id-Dollaru ta' Hong Kong (HKD), il-Lira Libaniża (LBP), il-Pataka tal-Makaw (MOP), il-Peso Filippin (PHP), id-Dollaru Singaporjan (SGD), il-Baht tat-Tajlandja (THB), id-Dollaru tat-Tajwan (TWD), id-Dollaru Amerikan (USD).

Parti 3 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mal-Lek Albaniż (ALL)

Il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev Bulgaru (BGN), il-Koruna Ċeka (CZK), il-Krone Daniż (DKK), il-Kuna Kroata (HRK), id-Dirham Marokkin (MAD), il-Leu Rumen (RON), id-Dinar Serb (RSD), l-Euro (EUR).

Parti 4 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mal-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM)

Il-Lek Albaniż (ALL), il-Lev Bulgaru (BGN), il-Koruna Ċeka (CZK), il-Krone Daniż (DKK), il-Kuna Kroata (HRK), il-Forint Ungeriż (HUF), id-Dirham Marokkin (MAD), il-Leu Rumen (RON), id-Dinar Serb (RSD), l-Euro (EUR).

Parti 5 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mal-Lev Bulgaru (BGN)

Il-Lek Albaniż (ALL), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Koruna Ċeka (CZK), il-Krone Daniż (DKK), il-Kuna Kroata (HRK), il-Forint Ungeriż (HUF), id-Dirham Marokkin (MAD), il-Leu Rumen (RON), id-Dinar Serb (RSD), l-Euro (EUR).

Parti 6 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mal-Yuan Ċiniż (CNY)

Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), id-Dollaru ta' Hong Kong (HKD), il-Lira Libaniża (LBP), il-Pataka tal-Makaw (MOP), il-Peso Filippin (PHP), id-Dollaru Singaporjan (SGD), il-Baht tat-Tajlandja (THB), id-Dollaru tat-Tajwan (TWD), id-Dollaru Amerikan (USD).

Parti 7 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mal-Koruna Ċeka (CZK)

Il-Lek Albaniż (ALL), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev Bulgaru (BGN), il-Krone Daniż (DKK), il-Kuna Kroata (HRK), id-Dirham Marokkin (MAD), id-Denar tal-FYROM (MKD), il-Leu Rumen (RON), id-Dinar Serb (RSD), l-Euro (EUR).

Parti 8 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mal-Krone Daniż (DKK)

Il-Lek Albaniż (ALL), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev Bulgaru (BGN), il-Koruna Ċeka (CZK), il-Kuna Kroata (HRK), il-Forint Ungeriż (HUF), id-Dirham Marokkin (MAD), il-Leu Rumen (RON), id-Dinar Serb (RSD).

Parti 9 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mad-Dollaru ta' Hong Kong (HKD)

Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-Yuan Ċiniż (CNY), il-Lira Libaniża (LBP), il-Pataka tal-Makaw (MOP), il-Peso Filippin (PHP), id-Dollaru Singaporjan (SGD), il-Baht tat-Tajlandja (THB), id-Dollaru tat-Tajwan (TWD), id-Dollaru Amerikan (USD).

Parti 10 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mal-Kuna Kroata (HRK)

Il-Lek Albaniż (ALL), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev Bulgaru (BGN) il-Koruna Ċeka (CZK), il-Krone Daniż (DKK), il-Forint Ungeriż (HUF), id-Dirham Marokkin (MAD), il-Leu Rumen (RON), id-Dinar Serb (RSD), l-Euro (EUR).

Parti 11 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mal-Forint Ungeriż (HUF)

Il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev Bulgaru (BGN), il-Krone Daniż (DKK), il-Kuna Kroata (HRK), id-Dirham Marokkin (MAD), iż-Żloti Pollakk (PLN), il-Leu Rumen (RON), id-Dinar Serb (RSD), l-Euro (EUR).

Parti 12 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib max-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael (ILS)

Id-Dirham Marokkin (MAD), il-Baht tat-Tajlandja (THB).

Parti 13 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mar-Rupi Indjan (INR)

Il-Baht tat-Tajlandja (THB).

Parti 14 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mal-Won tal-Korea t'Isfel (KRW)

Id-Dollaru Singaporjan (SGD).

Parti 15 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mal-Lira Libaniża (LBP)

Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-Yuan Ċiniż (CNY), id-Dollaru ta' Hong Kong (HKD), il-Pataka tal-Makaw (MOP), il-Peso Filippin (PHP), id-Dollaru Singaporjan (SGD), il-Baht tat-Tajlandja (THB), id-Dollaru tat-Tajwan (TWD), id-Dollaru Amerikan (USD).

Parti 16 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mad-Dirham Marokkin (MAD)

Il-Lek Albaniż (ALL), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev Bulgaru (BGN), il-Koruna Ċeka (CZK), il-Krone Daniż (DKK), il-Kuna Kroata (HRK), il-Forint Ungeriż (HUF), ix-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael (ILS), il-Leu Rumen (RON), id-Dinar Serb (RSD), id-Dollaru Singaporjan (SGD), l-Euro (EUR).

Parti 17 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mad-Denar tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (MKD)

Kuruna Ċeka (CZK).

Parti 18 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mal-Pataca tal-Makaw (MOP)

Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-Yuan Ċiniż (CNY), id-Dollaru ta' Hong Kong (HKD), il-Lira Libaniża (LBP), il-Peso Filippin (PHP), id-Dollaru Singaporjan (SGD), il-Baht tat-Tajlandja (THB), id-Dollaru tat-Tajwan (TWD), id-Dollaru Amerikan (USD).

Parti 19 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mal-Peso Filippin (PHP)

Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-Yuan Ċiniż (CNY), id-Dollaru ta' Hong Kong (HKD), il-Lira Libaniża (LBP), il-Pataka tal-Makaw (MOP), id-Dollaru Singaporjan (SGD), il-Baht tat-Tajlandja (THB), id-Dollaru tat-Tajwan (TWD), id-Dollaru Amerikan (USD).

Parti 20 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib maż-Zloty Pollakk (PLN)

Il-Forint Ungeriż (HUF).

Parti 21 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mal-Leu Rumen (RON)

Il-Lek Albaniż (ALL), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev Bulgaru (BGN), il-Koruna Ċeka (CZK), il-Krone Daniż (DKK), il-Kuna Kroata (HRK), il-Forint Ungeriż (HUF), id-Dirham Marokkin (MAD), id-Dinar Serb (RSD), l-Euro (EUR).

Parti 22 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mad-Dinar Serb (RSD)

Il-Lek Albaniż (ALL), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev Bulgaru (BGN), il-Koruna Ċeka (CZK), il-Krone Daniż (DKK), il-Kuna Kroata (HRK), il-Forint Ungeriż (HUF), id-Dirham Marokkin (MAD), il-Leu Rumen (RON), l-Euro (EUR).

Parti 23 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mad-Dollaru ta' Singapor (SGD)

Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-Yuan Ċiniż (CNY), id-Dollaru ta' Hong Kong (HKD), il-Won tal-Korea t'Isfel (KRW), il-Lira Libaniża (LBP), id-Dirham Marokkin (MAD), il-Pataka tal-Makaw (MOP), il-Peso Filippin (PHP), il-Baht tat-Tajlandja (THB), id-Dollaru tat-Tajwan (TWD), id-Dollaru Amerikan (USD).

Parti 24 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mal-Baht tat-Tajlandja (THB)

Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-Yuan Ċiniż (CNY), id-Dollaru ta' Hong Kong (HKD), ix-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael (ILS), ir-Rupi Indjan (INR), il-Lira Libaniża (LBP), il-Pataka tal-Makaw (MOP), il-Peso Filippin (PHP), id-Dollaru Singaporjan (SGD), id-Dollaru tat-Tajwan (TWD), id-Dollaru Amerikan (USD).

Parti 25 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mad-Dollaru tat-Tajwan (TWD)

Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-Yuan Ċiniż (CNY), id-Dollaru ta' Hong Kong (HKD), il-Lira Libaniża (LBP), il-Pataka tal-Makaw (MOP), il-Peso Filippin (PHP), id-Dollaru Singaporjan (SGD), il-Baht tat-Tajlandja (THB), id-Dollaru Amerikan (USD).

Parti 26 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mad-Dollaru Amerikan (USD)

Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-Yuan Ċiniż (CNY), id-Dollaru ta' Hong Kong (HKD), il-Lira Libaniża (LBP), il-Pataka tal-Makaw (MOP), il-Peso Filippin (PHP), id-Dollaru Singaporjan (SGD), il-Baht tat-Tajlandja (THB), id-Dollaru tat-Tajwan (TWD).