2.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 291/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9798 — BorgWarner/Delphi Technologies)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 291/06)

1.   

Fis-26 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

BorgWarner Inc. (“BorgWarner”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Delphi Technologies PLC (“Delphi”, GBR).

BorgWarner takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll eklużiv ta’ Delphi kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

BorgWarner: il-produzzjoni ta’ prodotti li jgħinu fit-titjib tal-prestazzjoni tal-vetturi, l-effiċjenza tal-propulsjoni, l-istabbiltà u l-kwalità tal-arja. BorgWarner topera permezz ta’ żewġ segmenti kummerċjali: magni u sistemi tal-mototrażmissjoni,

—

Delphi: l-iżvilupp, id-disinn u l-manifattura ta’ sistemi ta’ propulsjoni tal-vetturi li jottimizzaw il-prestazzjoni tal-magni, iżidu l-effiċjenza tal-vetturi, inaqqsu l-emissjonijiet, itejbu l-prestazzjoni tas-sewqan, u jappoġġaw l-elettrifikazzjoni li tiżdied tal-vetturi. In-negozju ta’ Delphi jopera f’erba’ segmenti: sistemi ta’ injezzjoni tal-fjuwil, prodotti ta’ sistemi tal-propulsjoni, elettrifikazzjoni u elettronika, u suq ta’ wara l-bejgħ.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9798 — BorgWarner/Delphi Technologies

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).