<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?>
<JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTA.0400281501.case.xml"><NO.CASE>C-91/08</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62008CJ0091</NO.CELEX><NO.SEQ>0002.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-2858</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-2884</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>27</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20100413">13.4.2010</DATE> — KAWŻA C-91/08</LEFT><RIGHT>WALL</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20100413">13 ta’ April 2010</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-91/08,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20080128">28 ta’ Jannar 2008</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20080228">28 ta’ Frar 2008</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Wall AG</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Stadt Frankfurt am Main</HT>,</P><P><HT TYPE="BOLD">Frankfurter Entsorgungs- und Service (FES) GmbH,</HT></P></DEFENDANTS><?PAGE NO="I-2859"?><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta’:</PRESENCE.INIT><P><HT TYPE="BOLD">Deutsche Städte Medien (DSM) GmbH,</HT></P></PRESENCE></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn V. Skouris, President, A. Tizzano, J. N. Cunha Rodrigues (Relatur), K. Lenaerts, J.-C. Bonichot, R. Silva de Lapuerta u C. Toader, Presidenti ta’ Awla, C. W. A. Timmermans, A. Rosas, K. Schiemann, J. Malenovský, A. Arabadjiev u J.-J. Kasel, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20090609">9 ta’ Ġunju 2009</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Wall AG, minn H.-J. Otto, avukat, kif ukoll minn C. Friese u R. von zur Mühlen, Justitiare,</P></ITEM><ITEM><P>għall-iStadt Frankfurt am Main, minn L. Horn u J. Sommer, avukati, kif ukoll minn B. Weiß, Justitiar,</P></ITEM><?PAGE NO="I-2860"?><ITEM><P>għal Frankfurter Entsorgungs- und Service (FES) GmbH, minn H. Höfler, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal Deutsche Städte Medien (DSM) GmbH, minn F. Hausmann u A. Mutschler-Siebert, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn M. Lumma u J. Möller, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Daniż, minn B. Weis Fogh, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn C. Wissels u Y. de Vries, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn M. Fruhmann, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Finlandiż, minn A. Guimaraes-Purokoski, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn S. Ossowski, bħala aġent, assistit minn J. Coppel, barrister,</P></ITEM><?PAGE NO="I-2861"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn D. Kukovec, B. Schima u C. Zadra, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, minn N. Fenger u B. Alterskjær, kif ukoll minn L. Armati, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20091027">27 ta’ Ottubru 2009</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Artikoli 12 KE, 43 KE u 49 KE, tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni minħabba ċittadinanza, kif ukoll tal-obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta minnhom, fil-konfront tal-għoti ta’ konċessjonijiet ta’ servizzi.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Wall AG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001" />Wall<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0001" REF.START="QS0001" />) u l-iStadt Frankfurt am Main (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002" />iStadt Frankfurt<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0002" REF.START="QS0002" /> dwar l-għoti ta’ konċessjoni ta’ servizzi marbuta mal-esplojtazzjoni u l-manutenzjoni ta’ ċerti latrini pubbliċi fit-territorju ta’ din il-belt.</TXT></NP><?PAGE NO="I-2862"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/723/KEE, tal-<DATE ISO="19800625">25 ta’ Ġunju 1980</DATE>, fuq it-trasparenza fir-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll fuq it-trasparenza finanzjarja f’ċerti impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 20), kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/52/KE, tas-<DATE ISO="20000726">26 ta’ Lulju 2000</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 11), tipprovdi, fl-Artikolu 2 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003" />1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-iskop ta’ din id-Direttiva:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004" />impriża pubblika<QUOT.END CODE="2019" ID="QE0004" REF.START="QS0004" /> tfisser kull impriża li fiha l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jeżerċitaw direttament jew indirettament influwenza dominanti bis-saħħa tal-pussess li għandhom fiha, il-parteċipazzjoni finanzjarja tagħhom fiha, jew ir-regoli li jirregolawha;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Influenza dominanti mill-parti ta’ l-awtoritajiet pubbliċi tkun meqjusa meta dawn l-awtoritajiet, direttament jew indirettament rigward impriżi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ikollhom il-biċċa l-kbira tal-kapital sottoskritt ta’ l-impriżi; jew</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-2863"?><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jikkontrollaw il-maġġoranza tal-voti marbutin ma’ l-azzjonijiet maħruġa mill-impriżi; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>jistgħu jaħtru iktar minn nofs il-membri tal-korp amministrattiv, tat-tmexxija jew tas-superviżuri ta’ l-impriżi.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0003" REF.START="QS0003" /></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-<DATE ISO="19920618">18 ta’ Ġunju 1992</DATE>, relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku [kuntratti pubbliċi għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 322), kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/78/KE, tat-<DATE ISO="20010913">13 ta’ Settembru 2001</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 94, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005" />Direttiva 92/50<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0005" REF.START="QS0005" />):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006" />b)</NO.P><TXT>l-awtoritajiet kontraenti għandhom ifissru l-Istat, l-awtoritajiet reġjonali jew lokali, korpi rregolati mil-liġi pubblika, assoċjazzjonijiet iffurmati minn waħda jew iktar minn dawn l-awtoritajiet jew korpi regolati mil-liġi pubblika.</TXT><P><HT TYPE="ITALIC">Korp irregolat mil-liġi pubblika</HT> jfisser kwalunkwe korp:</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>stabbilit għall-iskop speċifiku li jissodisfa bżonnijiet fl-interess ġenerali, li m’għandux karattru industrijali jew kummerċjali,</P><P>u</P></ITEM><ITEM><P>li jkollu personalità ġuridika</P><P>u</P></ITEM><?PAGE NO="I-2864"?><ITEM><P>iffinanzjat, fil-parti l-kbira, mill-Istat, jew awtoritajiet reġjonali jew lokali, jew korpi oħrajn irregolati mil-liġi pubblika; jew soġġett għal sorveljanza ta’ amministrazzjoni minn dawk il-korpi; jew li jkollu bord amministrattiv, ta’ tmexxija jew ta’ sorveljanza, li iktar minn nofs il-membri tiegħu jkunu maħtura mill-Istat, mill-awtoritajiet reġjonali jew lokali jew minn korpi oħrajn irregolati mil-liġi pubblika.</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0006" REF.START="QS0006" /></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 17 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, provvisti u servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007" />Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 3, din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet ta’ servizz kif definit fl-Artikolu 1(4).<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0007" REF.START="QS0007" /></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 80(1) tad-Direttiva 2004/18 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008" />L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-<DATE ISO="20060131">31 ta’ Jannar 2006</DATE>. Huma għandhom minnufih jinfurmaw il-Kummissjoni tagħhom [dwarhom].<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0008" REF.START="QS0008" /></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-2865"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 82 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009" />Id-Direttiva 92/50/KEE, ħlief għall-Artikolu 41 tagħha, u d-Direttivi 93/36/KEE u 93/37/KEE għandhom jiġu mibdula b’effett mid-data esibita fl-Artikolu 80, mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw l-iskadenzi għat-trasposizzjoni u l-applikazzjoni ddikjarati fl-Anness XI.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0009" REF.START="QS0009" /></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Wall tiġġestixxi spazji pubbliċitarji fit-toroq u f’postijiet pubbliċi u, għal dan il-għan, hija twettaq attivitajiet, b’mod partikolari, ta’ produzzjoni, installazzjoni, manutenzjoni u tindif ta’ latrini pubbliċi.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Frankfurter Entsorgungs- und Service GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010" />FES<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0010" REF.START="QS0010" />) hija kumpannija b’responsabbiltà limitata, persuna ġuridika taħt id-dritt privat, li skont l-istatut tagħha l-attivitajiet tagħha jikkonċernaw ir-rimi u l-ġestjoni tal-iskart, it-tindif urban kif ukoll is-sigurtà taċ-ċirkolazzjoni, attivitajiet li hija twettaq f’isem awtoritajiet pubbliċi u persuni privati. L-iStadt Frankfurt għandha sehem ta’ 51 % f’FES, filwaqt li d-49 % l-oħra huma miżmuma minn impriża privata. Id-deċiżjonijiet ta’ FES huma adottati mil-laqgħa ġenerali b’maġġoranza ta’ tliet kwarti mill-voti f’din il-laqgħa. Minn fost is-sittax-il membru tal-bord ta’ superviżjoni ta’ FES, nofshom huma maħtura mid-detenturi tal-ishma. L-impjegati jaħtru tmien membri u kull wieħed miż-żewġ detenturi msemmija jaħtar erba’ membri. L-iStadt Frankfurt għandha d-dritt tipproponi kandidat għall-pożizzjoni ta’ president tal-bord ta’ superviżjoni, li l-vot tiegħu jkun vot deċiżiv fil-każ li n-numru ta’ voti jkunu ndaqs. FES timpjega madwar <FT TYPE="NUMBER">1400</FT> impjegat, u madwar 800 minnhom huma assenjati għal attivitajiet li jikkonċernaw l-iStadt Frankfurt.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>FES għandha dħul mill-bejgħ nett ta’ EUR 92 miljun minn attivitajiet marbuta mal-iStadt Frankfurt u ta’ EUR 52 miljun minn attivitajiet marbuta ma’ persuni oħra<?PAGE NO="I-2866"?> rregolati mid-dritt pubbliku u mid-dritt privat. Id-dħul mill-bejgħ nett miksub minn FES minn attivitajiet marbuta mal-iStadt Frankurt fl-2005, EUR 51.3 miljun kienu minn rimi ta’ skart u EUR 36.2 miljun mit-tindif urban.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20021218">18 ta’ Diċembru 2002</DATE>, l-iStadt Frankfurt nediet sejħa, permezz ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011" />pubblikazzjoni volontarja fuq livell tal-Unjoni Ewropea<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0011" REF.START="QS0011" /> li dehret fil-ġurnal uffiċjali ta’ din il-belt, għal kandidaturi għal kompetizzjoni dwar kuntratt ta’ konċessjoni ta’ servizzi marbut mal-esplojtazzjoni, il-manutenzjoni, il-manutenzjoni ta’ kuljum u t-tindif ta’ ħdax-il lattrina pubblika urbana għal perijodu ta’ sittax-il sena. Tnejn minn dawn il-ħdax-il lattrina, jiġifieri dawk li jinsabu fl-istazzjonijiet ferrovjarji ta’ Rödelheim u ta’ Galluswarte, kellhom jinbnew mill-ġdid. Il-korrispettiv għal dawn is-servizzi kien limitat għad-dritt li jintalab ħlas għall-użu ta’ dawn il-faċilitajiet kif ukoll għad-dritt li jiġu esplojtati, matul il-perijodu tal-kuntratt, l-ispazji pubbliċitarji li jinsabu fuq u ġewwa l-lattrini kif ukoll f’postijiet pubbliċi oħra fit-territorju tal-iStadt Frankfurt.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20030704">4 ta’ Lulju 2003</DATE>, l-iStadt Frankfurt stiednet lill-impriżi interessati sabiex jagħmlu offerta. Ma’ din l-istedina kien anness abbozz ta’ kuntratt ta’ konċessjoni ta’ servizzi, li l-Artikoli 18(2) u 30(4) tiegħu kienu jipprovdu li bidla ta’ subappaltatur kienet awtorizzata biss bil-kunsens ta’ din il-belt.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Wall, FES u tliet impriżi oħra, li wkoll huma stabbiliti fil-Ġermanja, ippreżentaw offerti.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, fl-abbozz imħejji minn FES għall-offerta tagħha, din l-impriża tat l-indikazzjonijiet segwenti: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012" />Punti preliminari — [...] Is-sejħa għal offerta [tal-iStadt Frankfurt] tagħti lil FES il-possibbiltà li ġġedded, permezz ta’ soċju kapaċi u ta’ esperjenza bħal [Wall], kemm il-materjal kif ukoll in-netwerk ta’ provvista tal-latrini pubbliċi, kif ukoll li tippreżenta finanzjament mill-ġdid realista u responsabbli fil-konfront tal-impjegati [...]. Galluswarte — [...] Bi ftehim mal-awtoritajiet, City-WC kompletament awtomatizzat ta’ [Wall] ser jiġi integrat fil-pont tat-trenn suburban [...]. Stazzjoni ta’ Rödelheim — Peress li l-latrini tal-istazzjonijiet ferrovjarji ta’ Rödelheim ser jiġu distrutti fil-kuntest tal-arranġament mill-ġdid tal-lokal, City-WC kompletament awtomatizzat ta’ [Wall] ser jiġi integrat, inkonformità mal-pjanti eżistenti [...]. Proġett fil-qasam tas-sigurtà — [...] Is-City-WCs għandhom<?PAGE NO="I-2867"?> mekkaniżmu ta’ tindif kompletament awtomatiku. Proġett fil-qasam pubbliċitarju — [...] Il-kummerċjalizzazzjoni tal-ispazji pubbliċitarji hija operata permezz ta’ soċju ta’ FES, [Wall], speċjalist fil-qasam pubbliċitarju li għandu ħafna esperjenza u li huwa attiv mad-dinja kollha [...]. Mezzi pubbliċitarji użati — Ser jintużaw il-prodotti moderni u estetiċi ta’ [Wall] [...]<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0012" REF.START="QS0012" /></TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Wall hija proprjetarja ta’ diversi privattivi li jikkonċernaw il-funzjonament tas-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013" />City-WC<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0013" REF.START="QS0013" />.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20040318">18 ta’ Marzu 2004</DATE>, Wall ġiet eskluża mill-proċedura għall-għoti, u l-offerta tagħha ġiet miċħuda.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20040609">9 ta’ Ġunju 2004</DATE>, il-konċessjoni ngħatat lil FES. Kuntratt korrispondenti ġie konkluż bejn din tal-aħħar u l-iStadt Frankfurt fl-20 u t-<DATE ISO="20040722">22 ta’ Lulju 2004</DATE>, u huwa validu sal-<DATE ISO="20191231">31 ta’ Diċembru 2019</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014" />kuntratt ta’ konċessjoni<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0014" REF.START="QS0014" />). Skont id-deċiżjoni tar-rinviju, il-proġetti ta’ FES li rriżultaw min-negozjati kienu s-suġġett ta’ ftehim integrat f’dan il-kuntratt. Madankollu, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, l-iStadt Frankfurt issostni li l-informazzjoni inkluża fil-proġett ta’ FES ma ġietx integrata fil-kontenut tal-kuntratt ta’ konċessjoni. L-unika ħaġa li ġiet integrata kienet l-indikazzjoni ta’ Wall fost is-subappaltaturi ta’ FES.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Mill-eżami tat-test tal-kuntratt ta’ konċessjoni, li ġie ppreżentat flimkien mal-proċess nazzjonali, jirriżulta li Wall hija identifikata bħala subappaltatur mingħajr ma ġew inklużi dettalji oħra dwar il-prodotti jew is-servizzi tagħha f’dan il-kuntratt.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 18(2) tal-kuntratt ta’ konċessjoni jipprovdi li FES għandha twettaq ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni tal-latrini pubbliċi permezz tar-riżorsi tagħha stess u/jew permezz ta’ subappaltaturi, li fosthom tissemma Wall. Din id-dispożizzjoni tipprovdi li bidla ta’ subappaltatur tista’ ssir biss fuq awtorizzazzjoni bil-miktub mill-iStadt Frankfurt.</TXT></NP><?PAGE NO="I-2868"?><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Artikolu 30(4) tal-istess kuntratt jippreċiża li Wall hija s-subappaltatur ta’ FES għas-servizzi pubbliċitarji koperti mill-konċessjoni kkonċernata. Skont din id-dispożizzjoni, bidla ta’ subappaltatur hija permessa biss fuq awtorizzazzjoni bil-miktub mill-iStadt Frankfurt.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20050105">5 ta’ Jannar 2005</DATE>, Wall ġiet mistiedna minn FES sabiex tippreżenta offerta għas-servizzi pubbliċitarji li kienu s-suġġett tal-konċessjoni mogħtija lil din tal-aħħar. FES stiednet ukoll lill-impriża Deutsche Städte Medien GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015" />DSM<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0015" REF.START="QS0015" />) sabiex tissottometti tali offerta.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20050615">15 ta’ Ġunju 2005</DATE>, FES għalhekk talbet lill-iStadt Frankfurt tagħti l-kunsens tagħha għal bidla ta’ subappaltatur favur DSM fir-rigward tal-użu tal-materjal pubbliċitarju. Din il-belt tat il-kunsens tagħha għal din il-bidla ta’ subappaltatur fil-<DATE ISO="20050621">21 ta’ Ġunju 2005</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>FES attribwiet is-servizzi msemmija lil DSM u, fil-<DATE ISO="20050621">21 ta’ Ġunju 2005</DATE>, hija kkonkludiet ma’ din tal-aħħar kuntratt li kien jipprevedi l-ħlas, minn DSM lil FES, ta’ remunerazzjoni annwali ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">786206</FT>.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20050728">28 ta’ Lulju 2005</DATE>, FES talbet offerta dwar il-provvista ta’ żewġ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016" />Wall-City-WC<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0016" REF.START="QS0016" />. Wall issottomettiet offerta, iżda fis-<DATE ISO="20050907">7 ta’ Settembru 2005</DATE>, hija ġiet informata minn FES li din tal-aħħar kienet irċeviet offerta iktar kompetittiva u li, għaldaqstant, FES ma setgħatx tieħu inkunsiderazzjoni l-offerta ta’ Wall.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20051010">10 ta’ Ottubru 2005</DATE>, FES talbet lill-iStadt Frankfurt tagħti l-kunsens tagħha għal bidla ta’ subappaltatur, inkonformità mal-kuntratt ta’ konċessjoni, sabiex dawn il-latrini pubbliċi ma jiġux pprovduti minn Wall iżda minn kumpanniji oħra.</TXT></NP><?PAGE NO="I-2869"?><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20051219">19 ta’ Diċembru 2005</DATE>, l-iStadt Frankfurt wieġbet lil FES li ma kienx meħtieġ li l-kwistjoni tal-bidla tal-appaltatur għal-latrini pubbliċi titressaq quddiemha peress li fil-fehma tagħha FES xtaqet li, minn dak il-mument, twettaq ix-xogħlijiet permezz tar-riżorsi tagħha stess u taħt ir-responsabbiltà tagħha biss. L-iStadt Frankfurt ħadet din l-opportunità sabiex tippreċiża li hija kienet qiegħda tikkunsidra li r-rekwiżiti deskritti fid-dokumenti kuntrattwali kienu ser jiġu osservati.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Wall ippreżentat rikors quddiem il-qorti tar-rinviju fejn talbet li dik il-qorti tordna lil FES tastjeni, minn naħa, milli teżegwixxi l-kuntratt fir-rigward tas-servizzi pubbliċitarji konkluż ma’ DSM u, min-naħa l-oħra, milli tikkonkludi ma’ terzi u/jew milli teżegwixxi kuntratt dwar il-bini ta’ żewġ latrini pubbliċi li kellhom jinbnew mill-ġdid. Wall talbet ukoll li l-iStadt Frankfurt tiġi ordnata tastjeni milli tagħti l-kunsens tagħha għall-konklużjoni ta’ kuntratt bejn FES u parti li ma tkunx Wall stess fir-rigward tal-bini ta’ dawn iż-żewġ lattrini pubbliċi. Sussidjarjament, Wall talbet li l-iStadt Frankfurt u FES jiġu kkundannati, <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>, iħallsuha s-somma ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">1038682.12</FT>, bl-interessi.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Landgericht Frankfurt am Main iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017" />1)</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ trattament ugwali u l-prinċipju Komunitarju ta’ non-diskriminazzjoni fuq il-bażi taċ-ċittadinanza, stabbiliti mill-Artikoli 12, 43 u 49 KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dmirijiet ta’ trasparenza li jirriżultaw minnhom għall-awtoritajiet pubbliċi u li jikkonsistu fil-ftuħ, għall-għoti tal-konċessjonijiet ta’ servizzi, tal-kompetizzjoni b’livell ta’ reklamar xieraq u li jippermetti l-kontroll ta’ l-imparzjalità tal-proċedura ta’ għoti (ara s-sentenzi tas-<DATE ISO="20001207">7 ta’ Diċembru 2000</DATE>, Telaustria u Telefonadress, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-324/98" PAGE.ECR="I-10745" YEAR="2000">C-324/98, Ġabra p. I-10745</REF.DOC.ECR>, punti 60 sa 62; tal-<DATE ISO="20050721">21 ta’ Lulju 2005</DATE>, Coname, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-231/03" PAGE.ECR="I-7287" YEAR="2005">C-231/03, Ġabra p. I-7287</REF.DOC.ECR>, punti 17 sa 22; tat-<DATE ISO="20051013">13 ta’ Ottubru 2005</DATE>, Parking Brixen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-458/03" PAGE.ECR="I-8585" YEAR="2005">C-458/03, Ġabra p. I-8585</REF.DOC.ECR>, punti 46 sa 50; tas-<DATE ISO="20060406">6 ta’ April 2006</DATE>, ANAV, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-410/04" PAGE.ECR="I-3303" YEAR="2006">C-410/04, Ġabra p. I-3303</REF.DOC.ECR>, punt 21; u tat-<DATE ISO="20070913">13 ta’ Settembru 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-260/04" PAGE.ECR="I-7083" YEAR="2007">C-260/04</REF.DOC.ECR>, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra [Ġabra p. I-7083], punt 24) jeżiġu li d-dritt nazzjonali għandu jagħti lill-offerent li l-offerta tiegħu ma tintlaqax id-dritt li jikseb inġunzjoni [ordni] sabiex jipprevjeni ksur imminenti ta’ dawn id-dmirijiet u/jew sabiex tali ksur jiġi mitmum?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-2870"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda preliminari: id-dmirijiet ta' trasparenza fuq imsemmija jirriżultaw mid-dritt konswetudinarju tal-Komunitajiet Ewropej fis-sens li huma diġà applikati b’mod kostanti u kontinwu, uniformi u ġeneriku, u rikonoxxuti bħala regoli vinkolanti mis-suġġetti għad-dritt ikkonċernati?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Id-dmirijiet ta’ trasparenza msemmija fl-ewwel domanda preliminari jimponu wkoll, meta hija prevista emenda għal kuntratt ta’ konċessjoni ta’ servizzi - inkluż meta din l-emenda hija intiża għall-bdil ta’ sub-kuntrattur [subappaltatur] speċifiku, li kien hemm enfażi fuqu matul il-proċedura ta’ l-għoti tal-kuntratt -, li n-negozjati jinfetħu mill-ġdid għall-kompetizzjoni bil-garanzija ta’ livell ta’ reklamar xieraq u, jekk ikun il-każ, skond liema metodi għandu jiġi mwettaq tali ftuħ għall-kompetizzjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Il-prinċipji u d-dmirijiet ta’ trasparenza msemmija fl-ewwel domanda preliminari għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta’ nuqqas fir-rigward tal-konċessjoni ta’ servizzi, il-kuntratt konkluż wara dan in-nuqqas u li huwa intiż sabiex joħloq jew jemenda obbligu ta’ teriminu mhux definit għandu jiġi xolt?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>Il-prinċipji u d-dmirijiet ta’ trasparenza msemmija fl-ewwel domanda preliminari u l-Artikolu 86(1) KE, meħuda flimkien, jekk ikun il-każ ma’ l-Artikolu 2(1)(b) u (2) tad-Direttiva tal-Kummissjoni [80/723] u l-Artikolu 1(9) tad-Direttiva [2004/18] għandhom jiġu interpretati fis-sens li impriża, inkwantu impriża pubblika jew awtorità aġġudikatriċi [kontraenti], hija suġġetta għal dawn id-dmirijiet ta’ trasparenza meta:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>hija ġiet stabbilita minn awtorità reġjonali [jew lokali] għar-rimi ta’ l-iskart u għat-tindif tat-toroq, iżda li hija wkoll attiva fis-suq liberu;</P></ITEM><?PAGE NO="I-2871"?><ITEM><P>hija l-propjetà ta’ din l-awtorità reġjonali [jew lokali] għal 51 %, iżda d-deċiżjonijiet ta’ tmexxija jistgħu jiġu adottati biss b’maġġoranza ta’ tliet kwarti;</P></ITEM><ITEM><P>din l-awtorità reġjonali [jew lokali] taħtar biss kwart tal-membri tal-kunsill [bord] ta’ superviżjoni ta’ l-impriża in kwistjoni, inkluż il-president tal-kunsill [bord] ta’ superviżjoni; u meta</P></ITEM><ITEM><P>iktar min-nofs id-dħul mill-bejgħ tagħha ġej minn kuntratti bilaterali dwar r-rimi ta’ l-iskart u t-tindif tat-toroq fuq it-territorju ta’ din l-awtorità reġjonali [jew lokali], li tiffinanzjahom permezz tat-taxxi lokali mħallsa mir-residenti tagħha?<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0017" REF.START="QS0017" /></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjoni preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-proċeduri fil-kawża prinċipali jikkonċernaw żewġ avvenimenti, jiġifieri, minn naħa, id-deċiżjoni li permezz tagħha FES bidlet subappaltatur għas-servizzi pubbliċitarji li kienu s-suġġett tal-konċessjoni mogħtija lil din tal-aħħar mill-iStadt Frankfurt, bil-kuntratt li kkonferma din il-bidla konkluż, bil-ftehim ta’ din tal-aħħar, fil-<DATE ISO="20050621">21 ta’ Ġunju 2005</DATE>, u, min-naħa l-oħra, l-intenzjoni ta’ FES li tattribwixxi l-bini mill-ġdid ta’ żewġ latrini pubbliċi lil operatur ieħor minflok lil Wall. Din l-intenzjoni ntweriet f’ittra tal-<DATE ISO="20051010">10 ta’ Ottubru 2005</DATE> li permezz tagħha FES talbet lill-iStadt Frankfurt tagħti l-kunsens tagħha għal bidla ta’ subappaltatur għal dan is-servizz. Permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20051219">19 ta’ Diċembru 2005</DATE>, din il-belt wieġbet lil FES u informatha li ma kienx meħtieġ li l-kwistjoni tal-bidla tal-appaltatur għal-latrini pubbliċi titressaq quddiemha peress li fil-fehma tagħha FES xtaqet li, minn dak il-mument, twettaq ix-xogħlijiet permezz tar-riżorsi tagħha stess u taħt ir-responsabbiltà tagħha biss. Fid-deċiżjoni tar-rinviju<?PAGE NO="I-2872"?> din it-tweġiba hija interpretata fis-sens li l-iStadt Frankfurt tat il-kunsens tagħha għall-bidla ta’ subappaltatur għall-provvista ta’ żewġ latrini pubbliċi. Fid-dawl ta’ din l-interpretazzjoni, għall-finijiet tal-eżami tat-talba għal deċiżjoni preliminari, id-data li għandha tittieħed bħala d-data ta’ referenza hija d-<DATE ISO="20051219">19 ta’ Diċembru 2005</DATE>, id-data tal-ittra li permezz tagħha l-iStadt Frankfurt hija meqjusa li tat il-kunsens tagħha għall-bidla ta’ subappaltatur mitluba minn FES.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, li għandha tiġi kkunsidrata fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni minħabba ċittadinanza, stabbiliti fl-Artikoli 12 KE, 43 KE u 49 KE, kif ukoll l-obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta minnhom, jeżiġux, meta tkun prevista emenda għal kuntratt ta’ konċessjoni ta’ servizzi — inkluż meta din l-emenda hija intiża għall-bdil ta’ subappaltatur speċifiku, li kien hemm enfażi fuqu matul il-proċedura għall-għoti tal-kuntratt —, li n-negozjati jinfetħu mill-ġdid għall-kompetizzjoni bil-garanzija ta’ livell ta’ pubblikazzjoni xieraq u, jekk ikun il-każ, skont liema metodi għandu jitwettaq tali ftuħ għall-kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Din id-domanda tikkonċerna l-applikazzjoni tar-regoli u l-prinċipji msemmija fil-punt preċedenti għal sitwazzjoni fejn, fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta’ kuntratt ta’ konċessjoni ta’ servizzi, ikun ippjanat li jinbidel wieħed mis-subappaltaturi tal-parti li tkun ingħatat il-konċessjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Peress li l-Artikoli 43 KE u 49 KE jikkostitwixxu applikazzjonijiet speċifiċi tal-projbizzjoni ġenerali ta’ diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza stabbilita fl-Artikolu 12 KE, sabiex tingħata risposta għal din id-domanda ma huwiex meħtieġ li jsir riferiment għal dan l-artikolu tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20010308">8 ta’ Marzu 2001</DATE>, Metallgesellschaft <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-397/98+C-410/98" PAGE.ECR="I-1727" YEAR="2001">C-397/98 u C-410/98, Ġabra p. I-1727</REF.DOC.ECR>, punti 38 u 39, kif ukoll tas-<DATE ISO="20080117">17 ta’ Jannar 2008</DATE>, Lammers &amp; Van Cleeff, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-105/07" PAGE.ECR="I-173" YEAR="2008">C-105/07, Ġabra p. I-173</REF.DOC.ECR>, punt 14).</TXT></NP><?PAGE NO="I-2873"?><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, il-kuntratti ta’ konċessjoni ta’ servizzi ma huma rregolati minn ebda waħda mid-direttivi li permezz tagħhom il-leġiżlatur tal-Unjoni rregola l-qasam tal-kuntratti pubbliċi (ara s-sentenzi Coname, punt 16 iktar ’il fuq, u tas-<DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, ASM Brescia, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-347/06" PAGE.ECR="I-5641" YEAR="2008">C-347/06, Ġabra p. I-5641</REF.DOC.ECR>, punt 57). Madankollu, l-awtoritajiet pubbliċi li jikkonkludu tali kuntratti huma obbligati jirrispettaw ir-regoli fundamentali tat-Trattat KE, b’mod partikolari l-Artikoli 43 KE u 49 KE, kif ukoll l-obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta minnhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, Telaustria u Telefonadress, punti 60 sa 62; Coname, punti 16 sa 19, u Parking Brixen, punti 46 sa 49).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Dan l-obbligu ta’ trasparenza japplika fl-eventwalità li l-konċessjoni ta’ servizzi kkonċernata tista’ tinteressa lil impriża li tinsab fi Stat Membru differenti minn dak li fih tingħata din il-konċessjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Coname, punt 17 iktar ’il fuq; ara wkoll, b’analoġija, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20071113">13 ta’ Novembru 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-507/03" PAGE.ECR="I-9777" YEAR="2007">C-507/03, Ġabra p. I-9777</REF.DOC.ECR>, punt 29, u tal-<DATE ISO="20080221">21 ta’ Frar 2008</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-412/04" PAGE.ECR="I-619" YEAR="2008">C-412/04, Ġabra p. I-619</REF.DOC.ECR>, punt 66).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-fatt li, fil-kawża prinċipali, il-konċessjoni ta’ servizzi tista’ tinteressa lil impriżi li jinsabu fi Stat Membru differenti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju sa fejn il-qorti nazzjonali tikkonstata li s-sejħa għal kandidaturi tħabbret fil-ġurnal uffiċjali tal-iStadt Frankfurt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018" />fuq livell tal-Unjoni Ewropea<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0018" REF.START="QS0018" /> u sa fejn il-qorti msemmija tikkunsidra li ksur tal-obbligu ta’ trasparenza jista’ jikkostitwixxi diskriminazzjoni magħmula, minn tal-inqas potenzjalment, għad-detriment tal-impriżi tal-Istati Membri l-oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>L-obbligu ta’ trasparenza li għandhom l-awtoritajiet pubbliċi li jikkonkludu kuntratt ta’ konċessjoni ta’ servizzi jimplika li jiġi ggarantit, favur kull offerent potenzjali, livell ta’ pubblikazzjoni xieraq li jippermetti l-ftuħ tal-konċessjoni ta’ servizzi għall-kompetizzjoni kif ukoll l-istħarriġ tal-imparzjalità tal-proċeduri għall-għoti (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Telaustria u Telefonadress, punti 60 sa 62; Parking Brixen, punti 46 sa 49, u ANAV, punt 21).</TXT></NP><?PAGE NO="I-2874"?><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Bil-għan li jiġu żgurati t-trasparenza tal-proċeduri u t-trattament ugwali tal-offerenti, emendi sostanzjali fid-dispożizzjonijiet essenzjali ta’ kuntratt ta’ konċessjoni ta’ servizzi jistgħu jammontaw, f’ċerti sitwazzjonijiet, għall-għoti ta’ kuntratt ta’ konċessjoni ġdid meta jkollhom karatteristiċi sostanzjalment differenti minn dawk tal-kuntratt ta’ konċessjoni inizjali u jkunu, għaldaqstant, ta’ natura li juru r-rieda tal-partijiet li jinnegozjaw mill-ġdid it-termini essenzjali ta’ dan il-kuntratt (ara, b’analoġija mal-kuntratti pubbliċi, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20001005">5 ta’ Ottubru 2000</DATE>, Il-Kummissjoni vs Franza, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-337/98" PAGE.ECR="I-8377" YEAR="2000">C-337/98, Ġabra p. I-8377</REF.DOC.ECR>, punti 44 u 46, kif ukoll tad-<DATE ISO="20080619">19 ta’ Ġunju 2008</DATE>, pressetext Nachrichtenagentur, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-454/06" PAGE.ECR="I-4401" YEAR="2008">C-454/06, Ġabra p. I-4401</REF.DOC.ECR>, punt 34).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>L-emenda ta’ kuntratt ta’ konċessjoni ta’ servizzi matul il-perijodu ta’ validità tiegħu tista’ titqies bħala sostanzjali meta tintroduċi kundizzjonijiet li, li kieku kienu preżenti fil-proċedura għall-għoti inizjali, kienu jippermettu l-ammissjoni ta’ offerenti differenti minn dawk inizjalment ammessi jew kienu jippermettu li tintlaqa’ offerta differenti minn dik inizjalment magħżula (ara, b’analoġija, is-sentenza pressetext Nachrichtenagentur, punt 35 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Bidla ta’ subappaltatur, anki meta l-possibbiltà ta’ tali bidla tkun prevista fil-kuntratt, tista’, f’każijiet eċċezzjonali, tikkostitwixxi tali emenda ta’ wieħed mill-elementi essenzjali tal-kuntratt ta’ konċessjoni meta l-użu ta’ subappaltatur minflok ieħor kien, fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi tal-prestazzjoni inkwistjoni, element determinanti tal-konklużjoni tal-kuntratt, ħaġa din li fi kwalunkwe każ għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tosserva li, fl-abbozz mehmuż mal-offerta sottomessa lill-iStadt Frankfurt minn FES, din tal-aħħar indikat li hija kienet ser tuża s-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019" />City-WC<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0019" REF.START="QS0019" /> ta’ Wall. Skont dik il-qorti, huwa probabbli li, f’tali każ, il-konċessjoni ngħatat lil FES minħabba l-identità tas-subappaltatur li FES kienet ippreżentat.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Hija l-qorti nazzjonali li għandha tistabbilixxi jekk jeżistux is-sitwazzjonijiet deskritti fil-punti 37 sa 39 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP><?PAGE NO="I-2875"?><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Jekk, fil-kuntest ta’ din l-evalwazzjoni, il-qorti tar-rinviju tikkonkludi li kien hemm emenda ta’ wieħed mill-elementi essenzjali tal-kuntratt ta’ konċessjoni, ikun hemm lok li jiġu adottati, skont is-sistema legali interna tal-Istat Membru kkonċernat, il-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid it-trasparenza fil-proċedura, inkluż proċedura għall-għoti ġdida. Jekk ikun il-każ, il-proċedura għall-għoti ġdida għandha tiġi organizzata skont modalitajiet aġġustati għall-karatteristiċi speċifiċi tal-konċessjoni ta’ servizzi inkwistjoni u għandha tippermetti li impriża stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru jkun jista’ jkollha aċċess għal informazzjoni adegwata dwar din il-konċessjoni qabel ma din tingħata.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għat-tielet domanda għandha tkun li, meta emendi fid-dispożizzjonijiet ta’ kuntratt ta’ konċessjoni ta’ servizzi jkollhom karatteristiċi sostanzjalment differenti minn dawk li kienu ġġustifikaw l-għoti tal-kuntratt ta’ konċessjoni inizjali u jkunu, għaldaqstant, ta’ natura li juru r-rieda tal-partijiet li jinnegozjaw mill-ġdid it-termini essenzjali ta’ dan il-kuntratt, ikun hemm lok li jiġu adottati, skont is-sistema legali interna tal-Istat Membru kkonċernat, il-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid it-trasparenza fil-proċedura, inkluż proċedura għall-għoti ġdida. Jekk ikun il-każ, il-proċedura għall-għoti ġdida għandha tiġi organizzata skont modalitajiet aġġustati għall-karatteristiċi speċifiċi tal-konċessjoni ta’ servizzi inkwistjoni u għandha tippermetti li impriża stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru jkun jista’ jkollha aċċess għal informazzjoni adegwata dwar din il-konċessjoni qabel ma din tingħata.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames domanda tagħha, li għandha tiġi kkunsidrata fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk, fid-dawl tal-Artikolu 86(1) KE, ikkunsidrat flimkien, jekk ikun il-każ, mal-Artikolu 2(1)(b) u (2) tad-Direttiva 80/723 u mal-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18, impriża li tingħata konċessjoni u li jkollha karatteristiċi bħal dawk ta’ FES hijiex marbuta mill-obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta mill-Artikoli 43 KE u 49 KE kif ukoll mill-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni minħabba ċittadinanza meta tikkonkludi kuntratt dwar servizzi li jaqgħu fil-portata tal-konċessjoni li tkun ingħatatilha mill-awtorità pubblika.</TXT></NP><?PAGE NO="I-2876"?><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>B’mod iktar preċiż, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk l-Artikolu 86(1) KE huwiex rilevanti sabiex jiġi ddefinit il-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi obbligu ta’ trasparenza.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 86(1) KE, huwa biżżejjed li jiġi mfakkar li din id-dispożizzjoni hija indirizzata lill-Istati Membru u mhux direttament lill-impriżi.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Sabiex jiġi stabbilit jekk entità li jkollha karatteristiċi bħal dawk ta’ FES tistax tiġi ekwiparata għal awtorità pubblika marbuta mill-obbligu ta’ trasparenza, għandu jsir riferiment għal ċerti aspetti tad-definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020" />awtorità kontraenti<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0020" REF.START="QS0020" /> li tinsab fl-Artikolu 1(b) tad-Direttiva 92/50, dwar il-kuntratti pubbliċi għal servizzi, sa fejn dawn l-aspetti jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti mill-applikazzjoni tal-obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta mill-Artikoli 43 KE u 49 KE għall-konċessjonijiet ta’ servizzi.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Fil-fatt, dawn l-artikoli tal-aħħar u l-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni minħabba ċittadinanza, kif ukoll l-obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta minnhom, għandhom għanijiet identiċi għal dawk tad-direttiva msemmija, b’mod partikolari fir-rigward tal-moviment liberu tas-servizzi u l-ftuħ għal kompetizzjoni mingħajr distorsjoni fl-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jiġi vverifikat jekk humiex sodisfatti żewġ kundizzjonijiet, jiġifieri, minn naħa, li l-impriża kkonċernata hija effettivament ikkontrollata mill-Istat jew minn awtorità pubblika oħra u, min-naħa l-oħra, li din l-impriża ma toperax f’sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni fis-suq.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel waħda minn dawn iż-żewġ kundizzjonijiet, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, minkejja li l-iStadt Frankfurt iżżomm 51 % mill-kapital ta’ FES, dan is-sehem ma jippermettilhiex tikkontrolla effettivament l-amministrazzjoni ta’<?PAGE NO="I-2877"?> din l-impriża. Fil-fatt, maġġoranza ta’ tliet kwarti mill-voti fil-laqgħa ġenerali hija meħtieġa għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Barra minn hekk, is-sehem rimanenti ta’ 49 % mill-kapital ta’ FES ma huwiex miżmum minn awtorità jew awtoritajiet pubbliċi oħra iżda minn impriża privata li, bħala tali, tfittex li taqdi kunsiderazzjonijiet marbuta ma’ interessi privati u għandha għanijiet differenti mill-interess pubbliku (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20050111">11 ta’ Jannar 2005</DATE>, Stadt Halle u RPL Lochau, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-26/03" PAGE.ECR="I-1" YEAR="2005">C-26/03, Ġabra p. I-1</REF.DOC.ECR>, punt 50).</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fi ħdan il-bord ta’ superviżjoni ta’ FES, l-iStadt Frankfurt għandha biss kwart tal-voti. Il-fatt li din tal-aħħar għandha d-dritt tipproponi kandidat għall-pożizzjoni ta’ president tal-bord ta’ superviżjoni ta’ din l-impriża, li l-vot tiegħu jkun vot deċiżiv fil-każ li n-numru ta’ voti jkunu ndaqs, ma huwiex biżżejjed sabiex din tkun tista’ teżerċita influwenza determinanti fuq FES.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>F’tali ċirkustanzi, il-kundizzjoni dwar il-kontroll effettiv mill-Istat jew minn awtorità pubblika oħra ma hijiex sodisfatta.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni kundizzjoni msemmija fil-punt 49 ta’ din is-sentenza, il-qorti tar-rinviju tosserva li iktar min-nofs tad-dħul mill-bejgħ ta’ FES jirriżulta minn kuntratti sinallagmatiċi dwar ir-rimi tal-iskart u t-tindif tat-toroq fit-territorju tal-iStadt Frankfurt.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Tali rabta għandha tiġi ekwiparata għal dik li teżisti fir-relazzjonijiet kummerċjali normali li jiżviluppaw fil-kuntest ta’ kuntratti ta’ natura sinallagmatika li jkunu ġew innegozjati b’mod liberu bejn diversi kontraenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20001003">3 ta’ Ottubru 2000</DATE>, University of Cambridge, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-380/98" PAGE.ECR="I-8035" YEAR="2000">C-380/98, Ġabra p. I-8035</REF.DOC.ECR>, punt 25).</TXT></NP><?PAGE NO="I-2878"?><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mid-deċiżjoni tar-rinviju jista’ jiġi dedott li FES teżerċita l-attivitajiet tagħha f’sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni fis-suq, kif jirriżulta, minn naħa, mill-fatt li tikseb parti sostanzjali mid-dħul tagħha minn attivitajiet ma’ awtoritajiet pubbliċi differenti mill-iStadt Frankfurt u ma’ impriżi privati li joperaw fis-suq u, min-naħa l-oħra, mill-fatt li hija kellha tikkompeti ma’ impriżi oħra sabiex tikseb il-konċessjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>F’tali ċirkustanzi, lanqas it-tieni kundizzjoni meħtieġa sabiex impriża tiġi ekwiparata għal awtorità pubblika ma hija sodisfatta.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-eventwali applikabbiltà tad-Direttiva 80/723.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Sa fejn tkopri t-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi, din id-direttiva, bħala tali, ma tapplikax għas-suġġett tal-ħames domanda.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għall-ħames domanda għandha tkun li meta impriża li tkun ingħatat konċessjoni tikkonkludi kuntratt dwar servizzi li jaqgħu fil-portata tal-konċessjoni mogħtija lilha minn awtorità reġjonali jew lokali, l-obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta mill-Artikoli 43 KE u 49 KE, kif ukoll mill-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni minħabba ċittadinanza, ma japplikax jekk din l-impriża:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>kienet ġiet inkorporata minn din l-awtorità reġjonali jew lokali għall-finijiet tar-rimi tal-iskart u tat-tindif tat-toroq iżda topera wkoll fis-suq;</P></ITEM><?PAGE NO="I-2879"?><ITEM><P>hija miżmuma, sa livell ta’ 51 %, mill-imsemmija awtorità reġjonali jew lokali iżda d-deċiżjonijiet amministrattivi ma jistgħux jiġu adottati mingħajr maġġoranza ta’ tliet kwarti tal-voti tal-laqgħa ġenerali ta’ din l-impriża;</P></ITEM><ITEM><P>ikollha biss kwart mill-membri tal-bord ta’ superviżjoni, inkluż il-president ta’ dan il-bord, maħtura minn din l-istess awtorità reġjonali jew lokali, u</P></ITEM><ITEM><P>takkwista iktar min-nofs id-dħul mill-bejgħ tagħha minn kuntratti sinallagmatiċi dwar ir-rimi tal-iskart u t-tindif tat-toroq fit-territorju tal-imsemmija awtorità reġjonali jew lokali, kuntratti li din tal-aħħar tiffinanzja permezz tat-taxxi lokali mħallsa mir-residenti fit-territorju tagħha.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel, it-tieni u r-raba’ domandi</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel, it-tieni u r-raba’ domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk il-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni minħabba ċittadinanza, stabbiliti fl-Artikoli 43 KE u 49 KE, kif ukoll l-obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta minnhom, jobbligawx, minn naħa, lill-awtoritajiet nazzjonali jxolju kuntratt konkluż bi ksur tal-imsemmi obbligu ta’ trasparenza u, min-naħa l-oħra, lill-qrati nazzjonali jagħtu lill-offerent li l-offerta tiegħu ma ntlaqgħatx id-dritt li jikseb ordni sabiex jiġi evitat ksur imminenti jew sabiex jitwaqqaf ksur li diġà seħħ ta’ dan l-obbligu. Il-qorti nazzjonali qiegħda tistaqsi wkoll jekk dan l-obbligu jistax jitqies li jagħmel parti mid-dritt konswetudinarju tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Kif diġà ġie enfasizzat fil-punt 33 ta’ din is-sentenza, fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, il-kuntratti ta’ konċessjoni ta’ servizzi ma huma rregolati b’ebda waħda mid-direttivi li jirregolaw il-qasam tal-kuntratti pubbliċi.</TXT></NP><?PAGE NO="I-2880"?><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni, hija s-sistema legali interna ta’ kull Stat Membru li għandha tirregola r-rimedji legali maħsuba sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet li l-individwi jgawdu taħt id-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20070313">13 ta’ Marzu 2007</DATE>, Unibet, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-432/05" PAGE.ECR="I-2271" YEAR="2007">C-432/05, Ġabra p. I-2271</REF.DOC.ECR>, punt 39 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Tali rimedji ma għandhomx ikunu inqas favorevoli mir-rimedji simili ta’ natura interna (prinċipju tal-ekwivalenza) u ma għandhomx jagħmlu l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mis-sistema legali tal-Unjoni prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli (prinċipju ta’ effettività) (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Unibet, iċċitata iktar ’il fuq, punt 43, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni minħabba ċittadinanza, stabbiliti fl-Artikoli 43 KE u 49 KE, kif ukoll l-obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta minnhom, ma jobbligawx lill-awtoritajiet nazzjonali jxolju kuntratt u lanqas lill-qrati nazzjonali jagħtu ordni f’kull każ ta’ allegat ksur ta’ dan l-obbligu fl-għoti ta’ konċessjonijiet ta’ servizzi. Hija s-sistema legali interna li għandha tirregola r-rimedji legali maħsuba sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet li l-individwi jgawdu taħt dan l-obbligu, b’tali mod li dawn ir-rimedji ma jkunux inqas favorevoli mir-rimedji legali simili ta’ natura interna u lanqas ma jagħmlu l-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqajjem, fl-aħħar nett, domanda oħra. Skont din il-qorti, żvilupp tad-dritt mill-qrati biss ma jistax jikkostitwixxi liġi ta’ protezzjoni li tkun il-bażi ta’ responsabbiltà taħt il-Kodiċi Ċivili Ġermaniż (Bürgerliches Gesetzbuch). Id-dritt konswetudinarju biss jista’ jikkostitwixxi dispożizzjoni legali fis-sens ta’ dan il-kodiċi. Filwaqt li tirreferi għall-ġurisprudenza tal-Bundesverfassungsgericht (Qorti kostituzzjonali), il-qorti tar-rinviju ssostni li r-rikonoxximent tad-dritt konswetudinarju jeħtieġ użu fit-tul, kontinwu, kostanti, uniformi u ġenerali, kif ukoll l-aċċettazzjoni tiegħu bħala regola vinkolanti mill-individwi kkonċernati.</TXT></NP><?PAGE NO="I-2881"?><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Madankollu, għall-qorti nazzjonali, l-obbligu ta’ trasparenza fformulat fis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa tant reċenti li ma jistax jiġi kkunsidrat li għandu l-istatus ta’ dritt konswetudinarju, kif iddefinit fil-punt preċedenti.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-obbligu ta’ trasparenza jirriżulta mid-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, mill-Artikoli 43 KE u 49 KE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Coname, punti 17 sa 19 iktar ’il fuq). Dawn id-dispożizzjonijiet, li l-Qorti tal-Ġustizzja tiżgura l-osservanza tagħha, għandhom effett dirett fis-sistema legali interna tal-Istati Membri u għandhom preċedenza fuq kull dispożizzjoni kuntrarja tad-dritt nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Skont, b’mod partikolari, l-Artikolu 4(3) TUE, huma l-awtoritajiet kollha tal-Istati Membri li għandhom jiżguraw l-osservanza tad-dispożizzjonijiet legali tal-Unjoni fil-kuntest tal-kompetenzi tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, Kempter, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-2/06" PAGE.ECR="I-411" YEAR="2008">C-2/06, Ġabra p. I-411</REF.DOC.ECR>, punt 34 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Hija l-qorti nazzjonali li għandha tagħti lil-liġi nazzjonali li hija għandha tapplika, sa fejn ikun possibbli, interpretazzjoni konformi mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni u li tippermetti, b’mod partikolari, li tiġi żgurata l-osservanza tal-obbligu ta’ trasparenza (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="20030227">27 ta’ Frar 2003</DATE>, Santex, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-327/00" PAGE.ECR="I-1877" YEAR="2003">C-327/00, Ġabra p. I-1877</REF.DOC.ECR>, punt 63 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel, it-tieni u r-raba’ domandi hija li l-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni minħabba ċittadinanza, stabbiliti fl-Artikolu 43 KE u 49 KE, kif ukoll l-obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta minnhom, ma jobbligawx lill-awtoritajiet nazzjonali jxolju kuntratt u lanqas lill-qrati nazzjonali jagħtu ordni f’kull każ ta’ allegat ksur ta’ dan l-obbligu fl-għoti ta’ konċessjonijiet ta’ servizzi. Hija s-sistema legali interna li għandha tirregola r-rimedji legali maħsuba sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet li l-individwi jgawdu taħt dan l-obbligu, b’tali mod li dawn ir-rimedji ma jkunux inqas favorevoli mir-rimedji legali simili ta’ natura interna u lanqas ma<?PAGE NO="I-2882"?> jagħmlu l-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli. L-obbligu ta’ trasparenza jirriżulta direttament mill-Artikoli 43 KE u 49 KE, li għandhom effett dirett fis-sistemi legali interni tal-Istati Membri u għandhom preċedenza fuq kull dispożizzjoni kuntrarja tad-dritt nazzjonali.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Meta emendi fid-dispożizzjonijiet ta’ kuntratt ta’ konċessjoni ta’ servizzi jkollhom karatteristiċi sostanzjalment differenti minn dawk li kienu ġġustifikaw l-għoti tal-kuntratt ta’ konċessjoni inizjali u jkunu, għaldaqstant, ta’ natura li juru r-rieda tal-partijiet li jinnegozjaw mill-ġdid it-termini essenzjali ta’ dan il-kuntratt, ikun hemm lok li jiġu adottati, skont is-sistema legali interna tal-Istat Membru kkonċernat, il-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid it-trasparenza fil-proċedura, inkluż proċedura għall-għoti ġdida. Jekk ikun il-każ, il-proċedura għall-għoti ġdida għandha tiġi organizzata skont modalitajiet aġġustati għall-karatteristiċi speċifiċi tal-konċessjoni ta’ servizzi inkwistjoni u għandha tippermetti li impriża stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru jkun jista’ jkollha aċċess għal informazzjoni adegwata dwar din il-konċessjoni qabel ma din tingħata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Meta impriża li tkun ingħatat konċessjoni tikkonkludi kuntratt dwar servizzi li jaqgħu fil-portata tal-konċessjoni mogħtija lilha minn awtorità reġjonali jew lokali, l-obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta mill-Artikoli 43 KE u 49 KE,<?PAGE NO="I-2883"?> kif ukoll mill-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni minħabba ċittadinanza ma japplikax jekk din l-impriża:</HT></TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">kienet ġiet inkorporata minn din l-awtorità reġjonali jew lokali għall-finijiet tar-rimi tal-iskart u tat-tindif tat-toroq iżda topera wkoll fis-suq;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">hija miżmuma, sa livell ta’ 51 %, mill-imsemmija awtorità reġjonali jew lokali iżda d-deċiżjonijiet amministrattivi ma jistgħux jiġu adottati mingħajr maġġoranza ta’ tliet kwarti tal-voti tal-laqgħa ġenerali ta’ din l-impriża;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">ikollha biss kwart mill-membri tal-bord ta’ superviżjoni, inkluż il-president ta’ dan il-bord, maħtura minn din l-istess awtorità reġjonali jew lokali, u</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">takkwista iktar min-nofs id-dħul mill-bejgħ tagħha minn kuntratti sinallagmatiċi dwar ir-rimi tal-iskart u t-tindif tat-toroq fit-territorju tal-imsemmija awtorità reġjonali jew lokali, kuntratti li din tal-aħħar tiffinanzja permezz tat-taxxi lokali mħallsa mir-residenti fit-territorju tagħha.</HT></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni minħabba ċittadinanza, stabbiliti fl-Artikolu 43 KE u 49 KE, kif ukoll l-obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta minnhom, ma jobbligawx lill-awtoritajiet nazzjonali jxolju kuntratt u lanqas lill-qrati nazzjonali jagħtu ordni f’kull każ ta’ allegat ksur ta’ dan l-obbligu fl-għoti ta’ konċessjonijiet ta’ servizzi. Hija s-sistema legali interna li għandha tirregola r-rimedji legali maħsuba sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet li l-individwi jgawdu taħt dan l-obbligu,<?PAGE NO="I-2884"?> b’tali mod li dawn ir-rimedji ma jkunux inqas favorevoli mir-rimedji legali simili ta’ natura interna u lanqas ma jagħmlu l-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli. L-obbligu ta’ trasparenza jirriżulta direttament mill-Artikoli 43 KE u 49 KE, li għandhom effett dirett fis-sistemi legali interni tal-Istati Membri u għandhom preċedenza fuq kull dispożizzjoni kuntrarja tad-dritt nazzjonali.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>
