European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/4237

28.7.2025

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1532, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1547 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1529, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1548 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u għal gruppi u entitajiet armati fil-Lvant Nofsani u fir-reġjun tal-Baħar l-Aħmar

(C/2025/4237)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1532 (1) kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1547 (2), u fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1529 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1548 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u għal gruppi u entitajiet armati fil-Lvant Nofsani u fir-reġjun tal-Baħar l-Aħmar.

L-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2023/1529 jeħtieġ li dawk il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi elenkati jridu jirrapportaw, fi żmien sitt ġimgħat mid-data tal-elenkar fl-Anness III, fondi jew riżorsi ekonomiċi fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru li jappartjenu lilhom, huma proprjetà tagħhom, jinżammu jew huma kkontrollati minnhom, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu dawk il-fondi jew riżorsi ekonomiċi. Huma jridu jikkooperaw mal-awtorità kompetenti nazzjonali fi kwalunkwe verifika ta' tali informazzjoni. In-nuqqas ta' konformità ma' dawn l-obbligi ser titqies bħala ċirkomvenzjoni tal-miżuri dwar l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi.

L-informazzjoni li trid tiġi rrapportata trid tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti permezz tas-sit web tagħha kif indikat fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/1529 (5).


(1)   ĠU L 186, 25.7.2023, p. 20.

(2)   ĠU L, 2025/1547, 25.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1547/oj.

(3)   ĠU L 186, 25.7.2023, p. 1.

(4)   ĠU L, 2025/1548, 25.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1548/oj.

(5)  L-aħħar verżjoni konsolidata hija disponibbli fuq EUR-Lex - 02023R1529-20241118 - MT - EUR-Lex


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4237/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)