European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/4137

29.7.2026

Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(C/2026/4137)

Skont l-Artikolu 9(1), il-punt (a), tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emendati kif ġej:

fil-paġna 220, in-noti ta’ spjegazzjoni attwali tas-subintestaturi 4418 20 10 sa 4418 20 80 Bibien u x-xambrelli u s-sollijiet tagħhom huma sostitwiti bit-test li ġej:

“ 4418 21 10

Bibien u x-xambrelli u s-sollijiet tagħhom

sa

4418 29 80

Dawn is-subintestaturi jinkludu l-pannelli tal-injam mastizz laminat bil-qalba ħoxna, dment li dawn ikunu maħdumin ulterjorment sal-punt li jistgħu jiġu identifikati esklussivament bħala bibien (pereżempju li jkun fihom it-toqob għall-mankijiet, għas-serraturi jew għaċ-ċappetti).

Dawn is-subintestaturi ma jinkludux pannelli mhux maħdumin, ġieli magħrufin bħala ‘blanks tal-bibien bil-qalba solida’, anki jekk it-truf tagħhom ikunu miksijin bil-fuljetta (l-intestatura 4412 ).

In-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 3925 20 tapplika, mutatis mutandis.”

fil-paġna 312, tiddaħħal in-nota ta’ spjegazzjoni li ġejja bejn l-intestatura 7308 u s-subintestatura 7308 90 59 :

“ 7308 30 00

Bibien, twieqi u x-xambrelli tagħhom u sollijiet għall-bibien

In-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 3925 20 tapplika, mutatis mutandis.”

fil-paġna 319, tiżdied in-nota ta’ spjegazzjoni li ġejja wara l-intestatura 7608 :

“ 7610 10 00

Bibien, twieqi u x-xambrelli tagħhom u sollijiet għall-bibien

In-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 3925 20 tapplika, mutatis mutandis.”


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/2658/oj).

(2)   ĠU C 119, 29.3.2019, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4137/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)