|
11.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/47 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 148/2009
tal-4 ta’ Diċembru 2009
li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 101/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/73/KE tas-17 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2007/589/KE fir-rigward tal-inklużjoni ta’ linji gwida għall-monitoraġġ u r-rapportaġġ tal-emissjonijiet tal-ossidu nitruż (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/339/KE tas-16 ta’ April 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2007/589/KE fir-rigward tal-inklużjoni ta’ linji gwida dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet u data dwar it-tunnellati-kilometru mill-attivitajiet tal-avjazzjoni (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(4) |
Il-pjani ta’ monitoraġġ ippreżentati minn operaturi ta’ ajruplani lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA u approvati minn dawn tal-aħħar skont l-obbligi stipulati fid-Deċiżjoni 2009/339/KE se jitqiesu bħala approvati skont id-dispożizzjonijiet ta’ Sezzjoni 6 tal-Anness XIV u s-Sezzjoni 3 tal-Anness XV tad-Deċiżjoni 2009/339/KE, u magħrufa bħala tali fl-implimentazzjoni tal-EU ETS għal attivitajiet tal-avjazzjoni. |
|
(5) |
L-inkorprazzjoni tad-Deċiżjoni 2009/339/KE qabel l-inkorporazzjoni tad-Direttiva 2008/101/KE hija bla ħsara għall-proċeduri simili ta’ inkorporazzjoni fil-futur u bla ħsara għal xi negozjati dwar adattamenti għad-Direttiva 2008/101/KE, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 21am (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/589/KE) fl-Anness XX mal-Ftehim:
“, kif emendat minn:
|
— |
32009 D 0073: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/73/KE tas-17 ta’ Diċembru 2008 (ĠU L 24, 28.1.2009, p. 18), |
|
— |
32009 D 0339: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/339/KE tas-16 ta’ April 2009 (ĠU L 103, 23.4.2009, p. 10).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjonijiet 2009/73/KE u 2009/339/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Diċembru 2009 jew fil-ġurnata wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*1), liema data tkun l-aktar tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(1) ĠU L 304, 19.11.2009, p. 18.
(2) ĠU L 24, 28.1.2009, p. 18.
(3) ĠU L 103, 23.4.2009, p. 10.
(*1) Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.