|
8.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 109/66 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/573
tas-7 ta’ April 2022
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/538 b’appoġġ għall-attivitajiet tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-1 ta’ April 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/538 (1) b’appoġġ għall-attivitajiet tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva. |
|
(2) |
Fid-9 ta’ Frar 2022, l-OPCW, li hija responsabbli għall-implimentazzjoni teknika tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/538, talbet estensjoni ta’ tnax-il xahar sat-30 ta’ April 2023 tal-perijodu ta’ implimentazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni. L-estensjoni mitluba ser tippermetti lill-OPCW ittaffi l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-implimentazzjoni ta’ attivitajiet speċifiċi tal-proġett. |
|
(3) |
It-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/538 ma għandha ebda implikazzjoni fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji sat-30 ta’ April 2023. |
|
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2019/538 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/538, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fit-30 ta’ April 2023.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-7 ta’ April 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. DENORMANDIE
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/538 tal-1 ta’ April 2019 b’appoġġ għall-attivitajiet tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda (ĠU L 93, 2.4.2019, p. 3).