<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑527/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CC0527</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:37">EU:C:2012:37</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET MAZÁK — KAWŻA C-527/10</P><P>ERSTE BANK HUNGARY</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Mazák</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20120126">26 ta’ Jannar 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P>Kawża C-527/10</P><P>ERSTE Bank Hungary Nyrt</P><P>vs</P><P>Ir-Repubblika tal-Ungerija,</P><P><HT TYPE="BOLD">BCL Trading GmbH</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">u</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">ERSTE Befektetési Zrt.</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Legfelsőbb Bíróság (l-Ungerija)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili</KEYWORD><KEYWORD>Proċeduri ta’ insolvenza</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni ratione temporis tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni internazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Azzjonijiet li jirriżultaw direttament mill-proċedura ta’ insolvenza u li jkunu marbuta mill-qrib magħha</KEYWORD><KEYWORD>Liġi applikabbli</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet ta’ terzi in rem</KEYWORD><KEYWORD>Inammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din it-talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mil-Legfelsőbb Bíróság (l-Ungerija), tirrigwarda l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-<DATE ISO="20000529">29 ta’ Mejju 2000</DATE>, dwar proċedimenti ta’ falliment (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Regolament<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191.</P></NOTE>. Essenzjalment għandu jiġi ddeterminat jekk l-Artikolu 5(1) tal-imsemmi regolament, dwar id-drittijiet ta’ terzi <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq l-assi tad-debitur li jkunu jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor li ma huwiex dak tal-post fejn infetħet il-proċedura ta’ insolvenza, huwiex ukoll applikabbli fil-każ li l-assi inkwistjoni tad-debitur ikunu jinsabu fit-territorju ta’ Stat li sar membru tal-Unjoni biss wara li nfetħet il-proċedura ta’ insolvenza.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>ĠU L 236, p. 33.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Mid-data ta’ l-adeżjoni, id-disposizzjonjiet tat-Trattati oriġinali u l-atti adottati mill-istituzzjonijiet u l-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-adeżjoni għandhom jorbtu l-Istati Membri l-ġodda u għandhom japplikaw f’dawk l-Istati Membri bil-kondizzjonijiet kif imniżżla f’dawk it-Trattati u f’dan l-Att.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Sabiex tiġi ddeterminata l-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni sabiex tiftaħ proċedura ta’ insolvenza, l-Artikolu 3(1) u (2) tar-Regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-qrati ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinstab iċ-ċentru ta’ l-interessi prinċipali tad-debitur għandu jkollu [għandu jkollhom] l-ġurisdizzjoni biex jiftaħ [jiftħu] il-proċedimenti ta’ falliment [insolvenza]. Fil-każ ta’ kumpannija jew persuna ġuridika, il-post ta’ l-uffiċju rreġistrat [iċ-ċentru tal-interessi prinċipali] għandu jkun meqjus li huwa ċ-ċentru ta’ l-interessi prinċipali [il-post tal-uffiċju rreġistrat] fin-nuqqas ta’ prova għal kuntrarju.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Meta ċ-ċentru ta’ l-interessi prinċipali ta’ debitur ikun jinstab fit-territorju ta’ Stat Membru, il-qrati ta’ Stati Membri oħra għandhom ikollhom il-ġurisdizzjoni li jiftħu proċedimenti ta’ falliment [insolvenza] kontra dak id-debitur fil-każ biss li dak ikollu stabbiliment fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor. L-effetti ta’ dawk il-proċedimenti għandu jkun ristrett għall-assi tad-debitur li jkunu jinstabu fit-territorju ta’ l-Istat Membru l-ieħor.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli għall-proċedura ta’ insolvenza, l-Artikolu 4(1) tar-Regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1. Ħlief fejn ipprovdut b’ mod ieħor f’dan ir-Regolament, il-liġi applikabbli għal proċedimenti ta’ falliment [insolvenza] u l-effetti tagħhom għandha tkun dik ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinfetaħ tali proċedura, minn hawn ’il quddiem imsemmija bħala l-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti [proċeduri]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/>.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-drittijiet ta’ terzi <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT>, l-Artikolu 5(1) tar-Regolament jiddikjara:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1. Il-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment [insolvenza] m’għandux jaffettwa d-drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> ta’ kredituri jew partijiet terzi rigward l-assi tanġibbli jew mhux tanġibbli, mobbli jew immobbli — it-tnejn assi speċifiċi u kollezzjonijiet ta’ assi indefiniti bħala massa li jinbidlu minn żmien għal żmien — li jappartieni għad-debitur li jkunu jinstabu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor fil-waqt tal-ftuħ tal-proċedimenti [proċeduri].<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 16(1) tar-Regolament, li jagħmel parti mill-Kapitolu II tiegħu intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Għarfien ta’ proċedimenti ta’ falliment [insolvenza]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1. Ġudizzju li jiftaħ il-proċedimenti ta’ falliment [insolvenza] mogħti minn qorti ta’ Stat Membru li jkollu l-ġurisdizzjoni bis-saħħa ta’ l-Artikolu 3 għandu jkun magħruf fl-Istati Membri kollha mill-waqt li jsir effettiv fl-Istat li jiftaħ il-proċedimenti [proċeduri].</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 43 tar-Regolament jinkludi dispożizzjonijiet dwar l-applikazzjoni fiż-żmien (<HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>) tiegħu u jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss għal proċedimenti ta’ falliment miftuħa wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. Atti magħmula minn debitur qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jibqgħu jiġu rregolati bil-liġi li tapplika għalihom fiż-żmien ta’ meta saru.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 47 tiegħu, ir-Regolament daħal fis-seħħ fil-<DATE ISO="20020531">31 ta’ Mejju 2002</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża, il-proċedura u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="19980508">8 ta’ Mejju 1998</DATE>, Postabank és Takarékpénztár Rt. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Postabank<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) tat żewġ krediti dokumentarji irrevokabbli, bi ħlas differit, għal ammont ta’ USD 6 000 000 u USD 6 120 000 rispettivament, lil BCL Trading GmbH li kellha l-uffiċċju rreġistrat tagħha stabbilit fi Vjenna (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>BCL Trading<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>BCL Trading ċediet il-kreditu pekunjarju tagħha kkonstatat bl-ittri ta’ kreditu lil diversi banek. Postabank sussegwentement irrifjutat li tħallas l-ammonti li kellha tħallas skont il-krediti dokumentarji, għar-raġuni li ċ-ċertifikati ta’ depożitu ppreżentati kienu foloz.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20030709">9 ta’ Lulju 2003</DATE>, BCL. Trading tat bħala garanzija l-azzjonijiet ta’ Postabank, li hija kellha fil-pussess tagħha, f’każ li Postabank tkun obbligata tħallas l-ammonti msemmija fl-ittri ta’ kreditu, li kienu jlaħħqu ammont massimu ta’ USD 12 120 000. L-imsemmija azzjonijiet kienu s-suġġett ta’ garanzija finanzjarja.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Wara dan, is-suċċessur legali ta’ Postabank, jiġifieri ERSTE Bank Hungary Nyrt. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>ERSTE Bank<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), ikkonkluda tranżazzjoni mal-banek ċessjonarji li abbażi tagħha huwa kellu jħallas lil dawn tal-aħħar ammont ta’ USD 7 850 000.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Fl-Awstrija nfetħet proċedura ta’ insolvenza kontra BCL Trading fil-<DATE ISO="20031205">5 ta’ Diċembru 2003</DATE> u ġiet ippubblikata fl-<DATE ISO="20040204">4 ta’ Frar 2004</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-azzjonijiet ta’ Postabank fil-pussess ta’ BCL Trading, issostitwiti bl-azzjonijiet ta’ ERSTE Bank bħala suċċessur legali ta’ Postabank, u mogħtija bħala garanzija, il-Legfelsőbb Bíróság, b’deċiżjoni parzjali tas-<DATE ISO="20051206">6 ta’ Diċembru 2005</DATE>, ordnat lill-Istat Ungeriż sabiex jixtrihom għal prezz ta’ HUF 1 516 450 200 minħabba li dan tal-aħħar kellu influwenza determinanti fuq Postabank, li, fid-dritt Ungeriż, inissel obbligu min-naħa tal-Istat Ungeriż li jixtri l-azzjonijiet ta’ Postabank offruti għall-bejgħ mill-azzjonisti ż-żgħar. L-Istat Ungeriż wettaq l-obbligu tiegħu billi xtara l-azzjonijiet ikkonċernati u ddepożita l-ammont iffissat mil-Legfelsőbb Bíróság taħt l-awtorità tal-qorti.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20060127">27 ta’ Jannar 2006</DATE>, ERSTE Bank ippreżenta rikors quddiem il-Fővárosi Bíróság (il-qorti ta’ Budapest) kontra l-Istat Ungeriż, l-ewwel konvenuta, BCL Trading, it-tieni konvenuta, u ERSTE Befektetési Zrt., it-tielet konvenuta, bil-għan li jikseb sentenza li tiddikjara garanzija finanzjarja fuq l-ammont iddepożitat taħt l-awtorità tal-qorti.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Il-Fővárosi Bíróság ħarġet digriet ta’ arkivjar tal-kawża, wara li kkonstatat li fl-Awstrija diġà kienet infetħet proċedura ta’ insolvenza kontra BCL Trading, u li l-liġi Awstrijaka dwar l-insolvenza kienet teskludi l-possibbiltà li jiġi ppreżentat rikors kontra operatur ekonomiku fi stat ta’ likwidazzjoni li jirrigwarda l-patrimonju tal-insolvenza, li jimplika li ma tista’ tinbeda l-ebda azzjoni legali.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fit-tieni istanza, wara l-appell ippreżentat minn ERSTE Bank, l-Ítélőtábla (il-qorti tal-appell reġjonali) ikkonfermat id-digriet mogħti fl-ewwel istanza, filwaqt li fakkret li, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament, huwa d-dritt Awstrijak li għandu jiġi applikat f’dan il-każ, li jeskludi tabilħaqq kull possibbiltà li jingħata bidu għal tali proċedura ġudizzjarja.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>ERSTE Bank ippreżenta appell ta’ kassazzjoni quddiem il-Legfelsőbb Bíróság. Din ikkunsidrat li hija kienet teħtieġ l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament sabiex tkun tista’ tagħti deċiżjoni f’din il-kawża. Konsegwentement, hija ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>L-Artikolu 5(1) tar-Regolament […] għandu jiġi applikat fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja ta’ dritt ċivili li tikkonċerna l-eżistenza ta’ dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> [f’dan il-każ, security deposits (óvadék)], fid-dawl tal-fatt li l-pajjiż fejn jinsabu l-beni li huma s-suġġett tal-bond, jiġifieri beni mobbli, u sussegwentement il-flus li ħadu posthom, kien għadu ma huwiex membru tal-Unjoni Ewropea meta bdiet, fi Stat Membru ieħor, il-proċedimenti ta’ falliment [insolvenza] attwali, iżda li kien Membru meta seħħet il-preżentata tar-rikors?<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jingħad ukoll li ERSTE Bank, minbarra l-imsemmi rikors sabiex jikseb sentenza li tiddikjara garanzija finanzjarja, ippreżenta rikors sabiex tinfetaħ proċedura oħra ta’ insolvenza fir-rigward tal-patrimonju ta’ BCL Trading li jinsab fl-Ungerija. Il-Legfelsőbb Bíróság ċaħdet it-talba minħabba li ERSTE Bank ma setax jistabbilixxi li BCL Trading kellha stabbiliment fl-Ungerija, wara li ammettiet l-applikabbiltà tar-Regolament f’dan il-każ.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Skont l-elementi pprovduti mid-deċiżjoni tar-rinviju jista’ jiġi dedott li l-qrati Ungeriżi wara li taw deċiżjonijiet fl-ewwel u fit-tieni istanzi ċaħdu rikors ta’ ERSTE Bank abbażi tad-dritt Awstrijak li huma applikaw skont l-Artikolu 4 tar-Regolament, li jistabbilixxi prinċipju ġenerali tal-applikazzjoni tal-liġi tal-Istat Membru li jkun fetaħ il-proċedura ta’ insolvenza (<HT TYPE="ITALIC">lex concursus</HT>) fir-rigward tal-proċedura ta’ insolvenza u tal-effetti tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Issa, il-qorti tar-rinviju, b’deċiżjoni dwar appell ta’ kassazzjoni, tipprevedi l-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament li jirrappreżenta, fis-sens tal-premessi 24 u 25 tal-imsemmi regolament, eċċezzjoni għall-imsemmi prinċipju ġenerali. Fil-fatt, din hija eċċezzjoni favur drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq assi li jappartjenu lid-debitur li jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor li ma huwiex dak fejn infetħet il-proċedura ta’ insolvenza.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju għandha xi dubji dwar jekk il-fatt li l-assi tad-debitur (f’dan il-każ, l-azzjonijiet ta’ ERSTE Bank fil-pussess ta’ BCL Trading u l-flus li ġew sostitwiti għalihom), li xi terzi għandhom dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> (jiġifieri, il-garanzija finanzjarja kkostitwita favur ERSTE Bank) fir-rigward tagħhom, jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor (f’dan il-każ, ir-Repubblika tal-Ungerija) li ma huwiex dak fejn infetħet il-proċedura ta’ insolvenza (f’dan il-każ, ir-Repubblika tal-Awstrija), filwaqt li l-Istat fejn jinsabu l-assi kkonċernati sar membru tal-Unjoni biss wara li nfetħet il-proċedura ta’ insolvenza kontra d-debitur, jipprekludix l-applikazzjoni tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Issa, dan il-fatt iqiegħed f’dubju mhux biss l-applikabbiltà tal-imsemmija dispożizzjoni tar-Regolament imma anki l-applikabbiltà <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tar-Regolament bħala tali fir-rigward ta’ din il-kawża. Konsegwentement, qabel ma tiġi ttrattata l-kwistjoni tal-applikabbiltà tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament għandhom jiġu ċċarati l-effetti <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tal-imsemmi regolament fl-Istati li saru membru tal-Unjoni wara li r-Regolament daħal fis-seħħ.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>L-applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tar-Regolament hija rregolata mill-Artikolu 43 tiegħu, li jipprovdi li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss għal proċeduri ta’ insolvenza miftuħa wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Id-data ta’ dan tal-aħħar tista’ tiġi identifikata faċilment għaliex hija prevista espressament mir-Regolament stess. L-Artikolu 47 tiegħu jiffissaha għall-<DATE ISO="20020531">31 ta’ Mejju 2002</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fl-Awstrija nfetħet proċedura ta’ insolvenza kontra BCL Trading fil-<DATE ISO="20031205">5 ta’ Diċembru 2003</DATE> u ġiet ippubblikata fl-<DATE ISO="20040204">4 ta’ Frar 2004</DATE>. B’hekk, huwa stabbilit li din il-proċedura nfetħet wara l-<DATE ISO="20020531">31 ta’ Mejju 2002</DATE>, u li, konsegwentement, ir-Regolament huwa għalkollox applikabbli fir-rigward tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Minkejja li dan ma jirriżultax espressament mill-informazzjoni inkluża fid-deċiżjoni tar-rinviju, peress li BCL Trading kellha l-uffiċċju rreġistrat tagħha stabbilit fi Vjenna, li jidher li jista’ jiġi preżunt, abbażi tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament, li l-proċedura ta’ insolvenza miftuħa fl-Awstrija kienet tikkostitwixxi proċedura prinċipali li, fis-sens tal-premessa 12 tar-Regolament, għandha portata universali u hija intiża sabiex tkopri l-assi kollha tad-debitur. F’dan ir-rigward, madankollu għandu jitfakkar li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>l-assi kollha tad-debitur<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> għandha neċessarjament tkun limitata biss għall-assi tad-debitur li jinsabu fil-grupp ta’ Stati Membri fejn huwa applikabbli r-Regolament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20060502">2 ta’ Mejju 2006</DATE>, Eurofood IFSC (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-341/04" PAGE.ECR="I-3813" YEAR="2006">C-341/04, Ġabra p. I-3813</REF.DOC.ECR>, punt 28); tal-<DATE ISO="20100121">21 ta’ Jannar 2010</DATE>, MG Probud Gdynia (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-444/07" PAGE.ECR="I-417" YEAR="2010">C-444/07, Ġabra p. I-417</REF.DOC.ECR>, punt 22), u tas-<DATE ISO="20111117">17 ta’ Novembru 2011</DATE>, Zaza Retail (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-112/10" PAGE.ECR="I-11525" YEAR="2011">C-112/10, Ġabra p. I-11525</REF.DOC.ECR>, punt 17).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Dan ifisser li l-assi ta’ BCL Trading li kienu jinsabu fl-Ungerija fiż-żmien meta l-imsemmi Stat kien għadu ma huwiex membru tal-Unjoni, ma kinux milquta mill-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza fl-Awstrija abbażi tar-Regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Madankollu, din is-sitwazzjoni nbidlet wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Ungerija mal-Unjoni, jiġifieri wara l-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>? Nikkunsidra li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għandha tkun fil-pożittiv, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16(1) kif ukoll tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament li sar applikabbli fl-Ungerija, skont l-Artikolu 2 tal-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni. Huma eżattament l-imsemmija dispożizzjonijiet tar-Regolament li jimplikaw l-integrazzjoni kontinwa tal-assi tad-debitur li jinsabu fit-territorju ta’ Stat li jkun se jissieħeb fl-Unjoni Ewropea mal-assi msemmija fil-proċedura prinċipali ta’ insolvenza.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>L-Artikolu 16(1) tar-Regolament jistabbilixxi li l-Istati Membri kollha għandhom jirrikonoxxu kull deċiżjoni li tiftaħ proċedura ta’ insolvenza mill-waqt li hija ssir effettiva fl-Istat tal-ftuħ tal-proċeduri, sakemm din tkun ittieħdet minn qorti ta’ Stat Membru li jkollha ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament. Jidher ċar li, fir-rigward tal-Istati li ssieħbu fl-Unjoni wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, l-imsemmi obbligu jista’ jitnissel biss, skont l-Artikolu 2 tal-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni, mid-data tal-adeżjoni tal-Istat ikkonċernat mal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kundizzjoni li tirrigwarda l-ġurisdizzjoni tal-qorti li tkun adottat id-deċiżjoni tal-ftuħ fid-dawl tal-Artikolu 3 tar-Regolament, għandu jiġi nnotat li ma tantx huwa importanti, f’dan ir-rigward, jekk l-Istat li fih għandha tiġi rrikonoxxuta deċiżjoni li tiftaħ proċedura ta’ insolvenza kienx diġà, jew le, membru tal-Unjoni fil-waqt li ġiet adottata d-deċiżjoni tal-ftuħ.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Issa, minn qari flimkien tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament u tal-Artikolu 2 tal-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni jirriżulta li l-Istat Membru li jkun issieħeb fl-Unjoni wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament huwa obbligat, mid-data tal-adeżjoni tiegħu mal-Unjoni, jirrikonoxxi kull deċiżjoni li tiftaħ proċedura ta’ insolvenza, jekk din tkun ittieħdet minn qorti li jkollha ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament. Konsegwentement, mid-data tal-adeżjoni ta’ Stat mal-Unjoni, id-deċiżjoni tal-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza adottata minn qorti ta’ Stat Membru li jkollha ġurisdizzjoni abbażi tal-Artikolu 3 tar-Regolament tipproduċi, skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament, l-effetti li tagħtiha l-liġi tal-Istat tal-ftuħ tal-proċeduri fl-Istat Membru l-ġdid ikkonċernat.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li, skont il-premessa 22 tar-Regolament, dan huwa rikonoxximent awtomatiku tad-deċiżjonijiet tal-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza. Kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddikjarat, huwa l-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka li ppermetta r-rinunzja tal-Istati Membri għar-regoli interni tagħhom ta’ rikonoxximent u eżekuzzjoni favur mekkaniżmu ssimplifikat ta’ rikonoxximent u eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet mogħtija fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ insolvenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Sentenza MG Probud Gdynia (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dan il-każ, għandu jerġa’ jingħad li rikors ta’ ERSTE Bank sabiex jikseb sentenza li tiddikjara garanzija finanzjarja fuq l-ammont iddepożitat taħt l-awtorità tal-qorti ġie ppreżentat quddiem qorti Ungeriża fis-<DATE ISO="20060127">27 ta’ Jannar 2006</DATE>, jiġifieri wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Ungerija mal-Unjoni. Minn dak li ngħad iktar ’il fuq jirriżulta li f’dik id-data ma setgħetx tiġi injorata l-eżistenza tal-proċedura ta’ insolvenza miftuħa kontra BCL Trading fl-Awstrija, abbażi tar-rikonoxximent awtomatiku tad-deċiżjoni li tiftaħ proċedura ta’ insolvenza previst fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament li sar applikabbli fl-Ungerija mid-data tal-adeżjoni ta’ dan il-pajjiż mal-Unjoni. Konsegwentement, skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament, id-deċiżjoni li tiftaħ proċedura ta’ insolvenza adottata minn qorti Awstrijaka fl-Ungerija tipproduċi l-effetti li tagħtiha l-liġi Awstrijaka.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Billi r-rikors ippreżentat minn ERSTE Bank kien jirrigwarda l-assi tal-persuna ġuridika li kontra tagħha kienet diġà nfetħet proċedura ta’ insolvenza fi Stat Membru ieħor u billi d-deċiżjoni tal-qorti Awstrijaka li tiftaħ proċedura ta’ insolvenza għandha tiġi rrikonoxxuta fl-Ungerija, għandhom ikunu l-qrati Ungeriżi li japplikaw ir-regoli proċedurali inklużi fir-Regolament. Dan ifisser li l-qorti li quddiemha ġie ppreżentat ir-rikors ta’ ERSTE Bank, għandha fl-ewwel lok tivverifika jekk għandhiex ġurisdizzjoni internazzjonali u, fit-tieni lok, tiddetermina l-liġi applikabbli abbażi tar-Regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-verifika tal-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qorti, il-qorti tar-rinviju, fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha, qalet li hija kienet teħtieġ l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament sabiex tiddetermina jekk il-qrati Ungeriżi kellhomx ġurisdizzjoni sabiex jagħtu deċiżjoni dwar ir-rikors ta’ ERSTE Bank.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Issa, l-Artikolu 5(1) tar-Regolament ma jirrigwardax il-ġurisdizzjoni tal-qorti. L-imsemmija dispożizzjoni ma tindirizzax il-konflitt bejn il-qrati li jista’ jirriżulta mill-proċedura ta’ insolvenza. Ir-regola stabbilita fl-imsemmi artikolu tikkostitwixxi regola dwar il-konflitt tal-liġijiet fil-forma ta’ eċċezzjoni għall-prinċipju ġenerali tal-applikazzjoni tal-liġi tal-Istat Membru tal-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza stabbilit fl-Artikolu 4(1) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>B’hekk, jidher ċar li l-Artikolu 5(1) tar-Regolament ma huwa ta’ ebda utilità sabiex jiġi vverifikat jekk il-qrati Ungeriżi li ntalbu jagħtu deċiżjoni dwar ir-rikors ta’ ERSTE Bank għandhomx ġurisdizzjoni internazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi ppreċiżat f’dan ir-rigward li l-qorti tar-rinviju ma għamlitx id-domanda preliminari sabiex tevalwa l-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qrati Ungeriżi. Anzi, jidher li hija telqet mill-ipoteżi li hija għandha tiddetermina l-liġi applikabbli sabiex tkun tista’ tivverifika jekk hija għandhiex ġurisdizzjoni ħalli teżamina r-rikors ippreżentat minn ERSTE Bank.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Issa, kif diġà ġie spjegat iktar ’il fuq, il-qorti li quddiemha jitressaq tali rikors għandha, qabelxejn, tivverifika jekk għandhiex ġurisdizzjoni internazzjonali. Biex tagħmel dan, l-imsemmija qorti għandha tibbaża ruħha fuq l-Artikolu 3(1) tar-Regolament, minkejja li din id-dispożizzjoni ssemmi espliċitament biss il-ġurisdizzjoni biex tinfetaħ proċedura ta’ insolvenza.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jsir riferiment għas-sentenza Seagon fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 3(1) tar-Regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jagħti wkoll ġurisdizzjoni internazzjonali lil dak l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu nfetħet il-proċedura ta’ insolvenza sabiex jiddeċiedi dwar azzjonijiet li jirriżultaw direttament mill-proċedura ta’ insolvenza u li jkunu marbuta mill-qrib magħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20090212">12 ta’ Frar 2009</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-339/07" PAGE.ECR="I-767" YEAR="2009">C-339/07, Ġabra p. I-767</REF.DOC.ECR>, punt 21). Il-Qorti tal-Ġustizzja rrepetiet din l-interpretazzjoni fi żmien iktar reċenti fis-sentenza tal-<DATE ISO="20111215">15 ta’ Diċembru 2011</DATE>, Rastelli Davide e C. (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-191/10" PAGE.ECR="I-13209" YEAR="2011">C-191/10, Ġabra p. I-13209</REF.DOC.ECR>, punt 20).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Jiena tal-fehma li dan huwa ġustament in-natura tar-rikors ippreżentat minn ERSTE Bank, peress li jirrigwarda parti mill-assi ta’ BCL Trading milquta mill-effetti tad-deċiżjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ insolvenza. Għal din ir-raġuni, l-imsemmi rikors jirriżulta direttament mill-proċedura ta’ insolvenza miftuħa kontra BCL Trading u għandu rabta mill-qrib magħha.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din in-natura tar-rikors inkwistjoni, il-ġurisdizzjoni internazzjonali għandha tiġi evalwata abbażi tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament li jindirizzana lejn il-qrati Awstrijaċi, dejjem jekk iċ-ċentru tal-interessi prinċipali ta’ BCL Trading jinsab fit-territorju Awstrijak. Dan, naturalment, ma jfissirx li din għandha bilfors tkun l-istess qorti li fetħet il-proċedura ta’ insolvenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara f’dan is-sens, is-sentenza Seagon (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punt 27).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jekk jiġi ammess, fl-ewwel lok, li d-deċiżjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ insolvenza li ġiet adottata minn qorti Awstrijaka fid-data tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Ungerija mal-Unjoni għandha tiġi awtomatikament rikonoxxuta fl-Ungerija mill-imsemmija data ta’ adeżjoni u li, fit-tieni lok, ir-rikors ippreżentat minn ERSTE Bank jirriżulta direttament minn din il-proċedura ta’ insolvenza u huwa marbut mill-qrib magħha, il-qrati Ungeriżi ma għandhomx ġurisdizzjoni internazzjonali biex jiddeċiedu l-imsemmi rikors. Minn dan isegwi li r-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għad-domanda preliminari ma hija ta’ ebda utilità għall-qorti tar-rinviju sabiex tieħu deċiżjoni dwar ir-rikors, billi din tal-aħħar ma għandha l-ebda ġurisdizzjoni internazzjonali f’dan ir-rigward u konsegwentement id-domanda preliminari għandha natura ipotetika.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Huwa tabilħaqq minnu li, skont ġurisprudenza stabbilita, fil-kuntest tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, hija l-qorti nazzjonali li quddiemha tressqet il-kawża, li hija l-unika li għandha għarfien dirett tal-fatti li wasslu għall-kawża u li għandha tassumi r-responsabbiltà tad-deċiżjoni ġudizzjarja li għandha tittieħed, li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, kemm il-ħtieġa ta’ deċiżjoni preliminari biex tkun f’pożizzjoni li tagħti d-deċiżjoni tagħha, kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja. Konsegwentement, sakemm id-domandi magħmula jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala prinċipju, marbuta li tiddeċiedi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Digriet tal-<DATE ISO="20110415">15 ta’ April 2011</DATE>, Debiasi, (C-613/10, punt 20 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja indikat ukoll li, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, hija għandha teżamina l-kundizzjonijiet li fihom hija tiġi adita mill-qorti nazzjonali bil-għan li tivverifika l-ġurisdizzjoni tagħha stess. Ir-rifjut li tingħata deċiżjoni dwar domanda preliminari magħmula minn qorti nazzjonali huwa possibbli biss meta jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju mitluba ma jkollha ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tal-kontroversja fil-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt jew ta’ liġi meħtieġa sabiex tagħti risposti utli għad-domandi li jkunu sarulha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="20110707">7 ta’ Lulju 2011</DATE>, Agafiţei <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-310/10" PAGE.ECR="I-5989" YEAR="2011">C-310/10, Ġabra p. I-5989</REF.DOC.ECR>, punt 27 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-ġurisprudenza mfakkra iktar ’il fuq kif ukoll tan-natura ipotetika tad-domanda preliminari, nikkunsidra li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni biex tagħti risposta għad-domanda preliminari.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Madankollu, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li hija għandha ġurisdizzjoni biex tagħti risposta għad-domanda preliminari, jiena tal-fehma li għandha tingħata risposta fin-negattiv għad-domanda magħmula, billi waħda mill-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament, jiġifieri dik tal-preżenza tal-assi tad-debitur fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor fil-waqt li tinfetaħ il-proċedura ta’ insolvenza, ma ġietx issodisfatta. Fil-fatt, l-imsemmija kundizzjoni ma tistax tiġi kkunsidrata bħala ssodisfatta jekk l-assi kkonċernati fil-waqt inkwistjoni kienu jinsabu fit-territorju ta’ Stat li sar membru tal-Unjoni biss sussegwentement.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara li hija ma għandhiex ġurisdizzjoni biex tagħti risposta għad-domanda preliminari magħmula mil-Legfelsőbb Bíróság.</TXT></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>