European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/5905

27.9.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11728 – CVC / CD&R / EPICOR)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/5905)

1.   

Fl-20 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

CVC Escape Holdings (DE) LP (“CVC Escape”, l-Istati Uniti tal-Amerka), li fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata minn CVC Capital Partners plc (“CVC”, Jersey), u

—

Clayton, Dubilier & Rice Fund X (“CD &R Fund X”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn Clayton, Dubilier & Rice LLC (“CD&R”, l-Istati Uniti tal-Amerka), u

—

EPICOR, Inc. (“EPICOR”, l-Istati Uniti tal-Amerka), li bħalissa hija kkontrollata biss minn CD&R.

CVC u CD&R jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Epicor.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

CVC toffri konsulenza u/jew ġestjoni fondi ta’ investiment b’interessi f’għadd ta’ kumpaniji attivi f’diversi industriji globalment,

—

CD&R hija grupp ta’ investiment ta’ ekwità privata, ibbażata fl-Istati Uniti tal-Amerka, li joriġina, jistruttura u spiss jaġixxi bħala investitur ewlieni tal-ekwità f’akkwiżizzjonijiet maniġerjali, investiment strateġiku ta’ ekwità minoritarja u investimenti strateġiċi oħra, u

—

EPICOR hija fornitur globali ta’ software u servizzi ta’ applikazzjoni tal-intrapriżi ffukati fuq kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju fis-setturi tal-manifattura, tad-distribuzzjoni, tal-bejgħ bl-imnut, tal-karozzi u tal-provvista tal-bini.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11728 – CVC / CD&R / EPICOR

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5905/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)