|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1540 |
7.7.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1540
tas-6 ta’ Lulju 2026
li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tajers pnewmatiċi ġodda, tal-lastiku, tat-tip użat fuq karozzi bil-mutur, karozzi tal-linja jew trakkijiet b’indiċi tat-tagħbija li ma jaqbiżx il-121 (“tajers”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Bidu
|
(1) |
Fil-21 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ tajers pnewmatiċi ġodda, tal-lastiku, tat-tip użat fuq karozzi bil-mutur, karozzi tal-linja jew trakkijiet b’indiċi tat-tagħbija li ma jaqbiżx il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat” jew “iċ-Ċina” jew “ir-RPĊ”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika tal-Bidu”). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fis-7 ta’ April 2025 mill-Koalizzjoni kontra l-Importazzjonijiet Inġusti tat-Tajers (“l-ilmentatur”). L-ilment sar f’isem l-industrija tal-Unjoni tat-tajers tal-karozzi tal-passiġġieri u tat-trakkijiet ħfief fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta li kienet biżżejjed sabiex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni. |
1.2. Reġistrazzjoni
|
(3) |
Il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għar-reġistrazzjoni bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1538 (“ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni”) (3). |
1.3. Partijiet interessati
|
(4) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni informat speċifikament lill-ilmentaturi, lil produtturi magħrufin oħra tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufin u lill-awtoritajiet Ċiniżi, lill-importaturi, lill-fornituri u lill-utenti magħrufin, lin-negozjanti, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet li kien magħruf li kienu kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni, u stednithom jieħdu sehem. |
|
(5) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-ftuħ tal-investigazzjoni u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. |
|
(6) |
Saru seduti ma’ 4M Pro&Invest Sp. z o.o. (“4M Pro&Invest”) negozjant mhux relatat tal-prodott taħt investigazzjoni, kif ukoll mal-Koalizzjoni tal-Importaturi tal-karozzi tal-passiġġieri u tat-trakkijiet ħfief (il-“Koalizzjoni tal-Importaturi tal-PC-LL”), li jirrappreżentaw żewġ importaturi mhux relatati tal-prodott taħt investigazzjoni, Deldo Autobanden NV (“Deldo”) u Interpneu Handelsgesellschaft mbH (‘Interpneu’). |
1.4. Talba għall-anonimità
|
(7) |
Diversi produtturi tal-Unjoni (ilmentaturi jew dawk li appoġġaw l-ilment) talbu li jibqgħu anonimi waqt l-investigazzjoni kollha filwaqt li ddikjaraw riskju ta’ effett avvers sinifikanti fil-forma ta’ azzjoni ta’ ritaljazzjoni. Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-partijiet urew raġuni valida skont it-tifsira tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament bażiku u tat lil dawk il-kumpaniji trattament kunfidenzjali tal-identità tagħhom. |
|
(8) |
Produtturi oħra tal-Unjoni li ppreżentaw ruħhom ma talbux l-anonimità. Madankollu, fid-dawl tar-riskju li l-produtturi tal-Unjoni li ngħataw l-anonimità jiġu identifikati permezz ta’ deduzzjoni, l-anonimità kellha tiġi estiża għall-produtturi tal-Unjoni li ppreżentaw ruħhom iżda ma talbux l-anonimità. |
1.5. Kummenti dwar il-bidu
|
(9) |
Bosta partijiet ippreżentaw kummenti dwar l-ilment u l-bidu tal-każ. |
|
(10) |
Żewġ importaturi mhux relatati, Deldo u Interpneu sostnew li l-verżjoni miftuħa tal-ilment kienet redatta żżejjed u ma ppermettitx lill-partijiet iwettqu valutazzjoni sħiħa tad-dannu allegat mill-ilmentaturi. F’dan ir-rigward, huma talbu li l-verżjoni miftuħa tal-ilment tinkludi meded minbarra l-indiċijiet kif ukoll il-perċentwal tas-sehem tal-bejgħ u l-profitti totali tal-UE għal kull grad. Iċ-China Rubber Industry Association (“CRIA”) sostniet li t-trattament ta’ kunfidenzjalità eċċessiv tad-data tal-industrija tal-Unjoni, b’mod partikolari l-makroindikaturi (il-produzzjoni, il-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-Unjoni) ma ppermettilhiex teżerċita bis-sħiħ id-drittijiet tad-difiża tagħha. |
|
(11) |
CRIA, Deldo, Interpneu u Giti Tyre Fujian Company Ltd. (“il-Grupp GITI”), produttur esportatur, ikkontestaw li l-ilment wera b’mod suffiċjenti d-dannu tal-industrija tal-Unjoni. Dawk il-partijiet interessati affermaw li d-dannu ma kienx jeżisti fil-gradi 1 u 2, fejn il-biċċa l-kbira tal-indikaturi, bħall-volumi tal-bejgħ tal-Unjoni, is-sehem mis-suq u l-profittabbiltà, baqgħu stabbli jew saħansitra tjiebu fi tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, minħabba li prattikament ma kien hemm l-ebda importazzjoni ta’ prodotti tal-gradi 1 u 2 miċ-Ċina, dawk l-erba’ partijiet interessati affermaw li d-dannu, jekk kien hemm, ma setax ikun ikkawżat mill-importazzjonijiet Ċiniżi. |
|
(12) |
CRIA u l-Grupp GITI argumentaw ukoll li ma kien hemm l-ebda interkambjabbiltà / kompetizzjoni bejn il-gradi u għalhekk l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-grad 3 ma kinux qed jeżerċitaw pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet tal-gradi ogħla. |
|
(13) |
Fir-rigward tal-informazzjoni disponibbli fil-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment, il-Kummissjoni qieset li ċ-ċifri indiċizzati wrew ix-xejriet tad-data pprovduta fuq bażi kunfidenzjali u għalhekk issodisfaw il-kriterju ta’ sommarju sinifikanti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li l-ilment kien fih biżżejjed evidenza kemm tad-dannu kif ukoll tal-kawżalità sabiex tinbeda investigazzjoni li tkopri t-tliet gradi. F’dan ir-rigward, l-ilment wera li l-volum tal-produzzjoni, il-kapaċità u l-użu tal-kapaċità kif ukoll il-volum tal-bejgħ lil klijenti mhux relatati tal-ilmentaturi naqsu f’kull grad, u l-grad 3 esperjenza l-akbar tnaqqis. Minkejja li l-prezzijiet tal-bejgħ żdiedu, din iż-żieda kienet taħt ir-rata ta’ żieda fil-kost tal-produzzjoni, u għalhekk il-profittabbiltà naqset f’kull wieħed mit-tliet gradi. Barra minn hekk, l-ilment wera wkoll li dan id-deterjorament sinifikanti tas-sitwazzjoni ekonomika tal-ilmentaturi kien jikkoinċidi ma’ żieda sinifikanti fil-volumi tal-importazzjonijiet Ċiniżi li l-prezzijiet tagħhom waqqgħu l-prezzijiet tal-ilmentaturi kemm fil-kamp ta’ applikazzjoni sħiħ tal-prodott kif ukoll fil-grad 3 separatament, fejn kienu kkonċentrati l-biċċa l-kbira tal-importazzjonijiet Ċiniżi. L-ilment spjega wkoll kif seħħet il-kompetizzjoni bejn il-gradi u kif il-gradi ogħla ġew affettwati mill-importazzjonijiet u mill-prezzijiet tal-gradi aktar baxxi. L-evidenza ta’ hawn fuq tqieset suffiċjenti fl-istadju tal-bidu u ġiet ikkonfermata fil-biċċa l-kbira mill-investigazzjoni. Dawn l-affermazzjonijiet ġew għalhekk miċħuda. |
|
(14) |
Barra minn hekk, CRIA, Deldo, Interpneu, Hankook Group u l-Grupp GITI ikkummentaw ulterjorment fuq diversi indikaturi ta’ dannu, in-nuqqas ta’ kawżalità u l-interess tal-Unjoni. Dawn huma dettaljati u indirizzati fit-taqsimiet 4.6, 5 u 7 rispettivament. |
1.6. Kampjunar
|
(15) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(16) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet kampjun tal-produtturi tal-Unjoni b’mod proviżorju. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tar-rappreżentattività f’termini ta’ volum ta’ produzzjoni fl-Unjoni għal kull segment tas-suq (il-gradi 1, 2 u 3) fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2024 kif ukoll abbażi tal-postijiet ġeografiċi. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun irrappreżentaw aktar minn 14,5 % tal-volum totali stmat tal-produzzjoni tal-prodott simili fl-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. |
|
(17) |
Ma wasal l-ebda kumment u, għaldaqstant, il-kampjun proviżorju ġie kkonfermat. Il-kampjun kien rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
Kampjunar ta’ importaturi mhux relatati
|
(18) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx neċessarju u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. |
|
(19) |
Erba’ importaturi mhux relatati (Deldo, Delticon, AG (“Decticon”), Interpneu u 4M Pro&Invest) ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ żewġ importaturi mhux relatati (Deldo u Delticon) abbażi tal-akbar volum ta’ importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, l-importaturi kollha magħrufa kkonċernati ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. |
|
(20) |
Produttur esportatur wieħed, Triangle Tyre Co., Ltd. (“Triangle Tyre”) u 4M Pro&Invest ipprovdew kummenti dwar il-kampjun propost. Iż-żewġ partijiet argumentaw li ż-żewġ kumpaniji inklużi fil-kampjun ma kinux rappreżentattivi tal-popolazzjoni usa’ tal-importaturi peress li t-tnejn kienu importaturi fuq skala kbira li joperaw b’marġnijiet relattivament aktar baxxi peress li jistgħu jibbenefikaw minn saħħa ta’ negozjar aktar b’saħħitha kif ukoll minn ekonomiji ta’ skala. Barra minn hekk, għat-tnejn li huma, it-tikketti privati kienu jikkostitwixxu parti importanti mill-portafoll tal-bejgħ tagħhom. Triangle qalet ukoll li l-kampjun ma kienx rappreżentattiv peress li wieħed mill-importaturi kien primarjament distributur online. 4M Pro&Invest qalu wkoll li ż-żewġ importaturi kienu jinsabu fl-Ewropa tal-Punent, fiż-żona tal-euro, u għalhekk ma kinux jirriflettu b’mod adegwat ir-realtà ekonomika tas-suq divers tal-Unjoni. 4M Pro&Invest argumentat ulterjorment li kellha tiġi inkluża fil-kampjun peress li kienet kumpanija żgħira u ta’ daqs medju mill-Ewropa tal-Lvant u kienet involuta fl-importazzjonijiet ta’ “tajers niċċa”. |
|
(21) |
Bi tweġiba għal dawn l-affermazzjonijiet, il-Kummissjoni qieset li setgħet tagħżel biss kampjun mill-grupp disponibbli ta’ importaturi mhux relatati li pprovdew tweġiba ta’ kampjunar, li kienu kollha (bl-eċċezzjoni ta’ 4M Pro&Invest) pjuttost simili, jiġifieri importaturi kbar b’portafoll wiesa’ ta’ prodotti inklużi tikketti privati, li joperaw fl-Ewropa tal-Punent. Iż-żewġ importaturi bl-akbar volumi ta’ importazzjonijiet ġew inklużi fil-kampjun peress li tqiesu bħala l-aktar rappreżentattivi f’termini ta’ volum. Fir-rigward tat-talba ta’ 4M Pro&Invest biex jiġu inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni qieset li minħabba l-portafoll speċifiku tal-prodotti importati minn din il-kumpanija li jikkonsisti kważi esklużivament minn “tajers niċċa” kif ukoll il-volum ġenerali limitat ħafna ta’ importazzjonijiet (li jikkorrispondi għal inqas minn 0,01 % tal-volumi ta’ importazzjonijiet Ċiniżi fl-2024), l-inklużjoni tagħhom ma ttejjibx sostanzjalment ir-rappreżentattività tal-kampjun u fi kwalunkwe każ ma jkollha l-ebda impatt (piż) sinifikanti fuq is-sejbiet rigward importaturi mhux relatati. |
|
(22) |
Wara n-notifika li rċeviet mingħand Delticon li ma kinitx se tipprovdi tweġiba għall-kwestjonarju, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet li kienet iddeċidiet li tissostitwixxi dan l-importatur bl-akbar importatur li jmiss f’termini ta’ volum ta’ importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, Interpneu. Sussegwentement, kemm Deldo kif ukoll Interpneu infurmaw lill-Kummissjoni li ma kinux se jipprovdu tweġiba għall-kwestjonarju. |
|
(23) |
Kif imsemmi fil-premessa (21), 4M Pro&Invest ma tqiesx bħala importatur rappreżentattiv. Għalhekk, il-Kummissjoni ma talbitx lill-kumpanija biex tipprovdi tweġiba għall-kwestjonarju. |
Kampjunar tal-produtturi esportaturi
|
(24) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(25) |
Total ta’ 51 produttur esportatur/grupp ta’ produtturi fil-pajjiż ikkonċernat ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ żewġ gruppi abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kollha kkonċernati, u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. |
|
(26) |
Il-kampjun kien magħmul minn Shandong Yongsheng Rubber Group Co., Ltd (“Shandong Yongsheng”) u Hankook Group, li jirrappreżentaw 21,7 % tal-kwantità totali stmata tal-esportazzjonijiet ta’ tajers lejn l-Unjoni mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina fil-perjodu ta’ investigazzjoni, abbażi tal-informazzjoni riċevuta fl-istadju tal-kampjunar. Waslu kummenti dwar il-kampjun mingħand l-ilmentatur, CRIA, u sitt produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi esportaturi – il-kumpaniji Cheng Shin Tire and Rubber Co., Ltd. u Cheng Shin Rubber Ind., Ltd. (“Cheng Shin Group”), il-Grupp GITI, Hankook Group, Kumho Tire Co., Inc (“Kumho”), Qingdao Nexen Tire Corporation (“Nexen”) u Triangle Tyre. |
|
(27) |
Il-partijiet interessati kkummentaw l-aktar fuq ir-rappreżentattività tal-kampjun fir-rigward tad-diviżjoni tas-suq f’segmenti differenti (4)(“gradi”), u ħames gruppi ta’ produtturi esportaturi/produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun talbu li jiżdiedu mal-kampjun jew li jingħataw eżami individwali. |
|
(28) |
L-ilmentatur sostna li aktar minn 90 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni kienu tajers tal-grad 3 (segment ta’ tajers irħas), u li inqas minn 10 % biss kienu tajers tal-grad 1 jew 2 prodotti minn Hankook Group (5). Huwa argumenta li peress li l-piż ta’ Hankook fil-kampjun kien bejn 50 % u 60 %, l-importazzjonijiet fil-gradi 1 jew 2 kienu għalhekk irrappreżentati żżejjed u għalhekk il-kampjun ma kienx rappreżentattiv tal-importazzjonijiet ġenerali miċ-Ċina f’termini ta’ segmenti tas-suq u prezz medju. L-ilmentatur argumenta wkoll li skont is-sentenza tal-Qorti fil-kawża Fliesen-Zentrum, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni għal kull tip ta’ prodott iridu jkunu kemm jista’ jkun qrib il-prezz medju tal-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodott ikkonċernat u li l-importazzjonijiet jenħtieġ li jirriflettu kemm jista’ jkun mill-qrib il-pressjoni fuq il-prezzijiet imġarrba mill-industrija tal-Unjoni (6). Huwa sostna li l-marġnijiet tad-dannu u tad-dumping ibbażati fuq il-kampjun kurrenti ma jeliminawx id-dannu lill-industrija tal-Unjoni. Huwa talab li Hankook Group jitneħħa mill-kampjun u jiġi sostitwit minn produttur ieħor. Barra minn hekk, l-ilmentatur sab li d-data rrapportata dwar il-volum, il-produzzjoni u l-bejgħ domestiku tal-importazzjonijiet ta’ Shandong Yongsheng setgħet ġiet irrapportata b’mod żbaljat u jekk dan kien il-każ, il-Kummissjoni jenħtieġ li teskludi lill-kumpanija mill-kampjun. |
|
(29) |
CRIA sostniet li fid-dawl tad-diversità tat-tajers manifatturati u esportati mill-produtturi Ċiniżi, il-kanali tal-bejgħ distinti, u s-segmentazzjoni tas-suq, kampjun ta’ żewġ kumpaniji biss minn 56 produttur esportatur Ċiniż li ppreżentaw formoli ta’ kampjunar ma kienx rappreżentattiv. Hija argumentat li kampjun li jirrappreżenta biss 21,7 % tal-kwantità totali tal-esportazzjonijiet ma kienx rappreżentattiv biżżejjed tas-sitwazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u li l-Kummissjoni jenħtieġ li twessa’ l-kampjun billi żżid żewġ kumpaniji. Hija sostniet li l-Kummissjoni kellha biżżejjed żmien biex tkabbar il-kampjun, u li jenħtieġ li tikkunsidra u taċċetta wkoll l-applikazzjonijiet għal marġni individwali ta’ dumping. |
|
(30) |
Iċ-Cheng Shin Group ikkunsidra li kampjun li jirrappreżenta 21,7 % tal-volum totali stmat tal-esportazzjonijiet kien baxx wisq, sproporzjonat u mhux rappreżentattiv tal-importazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni. Huwa argumenta li, fil-fehma tiegħu, l-inklużjoni taċ-Cheng Shin Group f’dak l-istadju tal-proċediment, meta kien hemm żmien u manodopera adegwati li jippermettu li tiġi eżaminata kumpanija addizzjonali, iżżid ir-rappreżentattività tal-kampjun. Għall-kuntrarju tal-biċċa l-kbira tal-produtturi Ċiniżi, huwa (i) ipproduċa taħt il-marki tiegħu stess (Maxxis u CST), (ii) forna lis-suq tat-tagħmir oriġinali (“OEM”), inklużi kumpaniji bħal BMW, Volkswagen u PSA, (iii) investa riżorsi konsiderevoli fir-riċerka u l-iżvilupp (“R & Ż”), u (iv) xtara l-lastiku naturali u sintetiku direttament minn sorsi barra miċ-Ċina, u għalhekk, l-inputs tal-produzzjoni tiegħu ma kinux affettwati minn distorsjonijiet. Huwa argumenta wkoll li l-inklużjoni tagħhom fil-kampjun kienet ittejjeb il-kopertura tas-segment peress li pproduċa tajers li kienu rikonoxxuti b’mod wiesa’ li jappartjenu għal segment ta’ grad ogħla. |
|
(31) |
Il-Grupp GITI qies li, bħala wieħed mill-akbar, jekk mhux l-akbar produttur tal-grad 2 fiċ-Ċina, kellu jiġi inkluż fil-kampjun tal-produtturi esportaturi. Huwa serva kemm is-segmenti tal-OEM kif ukoll dawk tas-suq ta’ wara l-bejgħ (ta’ sostituzzjoni), ġab porzjon sostanzjali tal-materjal tal-input tiegħu minn swieq internazzjonali, ikkonforma mar-regolament dwar id-deforestazzjoni, u kien diġà kkoopera f’ċerti tajers għal karozzi tal-linja jew trakkijiet (7) , li jiffaċilita l-amministrazzjoni kurrenti u jimminimizza l-piż amministrattiv tal-Kummissjoni. Il-Grupp GITI rrefera wkoll għall-kawża Fliesen-Zentrum, fejn argumenta li l-Kummissjoni jenħtieġ li tagħżel kampjun li jiżgura li l-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet għal kull tip ta’ prodott ikunu kemm jista’ jkun qrib il-medja reali, u li f’dan il-każ, il-kampjun ma kienx fih kumpaniji tal-grad 2. Irrefera wkoll għall-investigazzjoni dwar il-Pannelli Solari (8) fejn il-Kummissjoni inkludiet b’mod espliċitu fil-kampjun tal-esportaturi l-akbar produtturi ta’ kull tip tal-prodott ikkonċernat u għall-Bijodiżil (9) , fejn il-Kummissjoni inkludiet kumpanija addizzjonali biex ittejjeb ir-rappreżentattività tal-importazzjonijiet Ċiniżi fir-rigward tat-taħlita tal-prodotti tal-industrija tal-Unjoni u biex tiffaċilita t-tqabbil bejn il-prezzijiet tal-importazzjonijiet u dawk tal-Unjoni. Il-Grupp GITI argumenta wkoll li billi eskludiet kumpaniji tal-grad 2, il-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi twaqqigħ tal-prezz u bejgħ bi prezz aktar baxx għal kull segment tas-suq, u peress li madwar 25 % tal-industrija tal-Unjoni kienet fil-grad 2, kwalunkwe sejba rigward l-istat tal-industrija tal-Unjoni u l-impatt tal-importazzjonijiet Ċiniżi tkun imminata fatalment. |
|
(32) |
Il-Hankook Group qies li l-kampjun kien jirrifletti kif suppost is-segmentazzjoni tas-suq. Ma qabilx mal-argumenti tal-ilmentatur li jenħtieġ li jiġi eskluż mill-kampjun. Huwa argumenta li r-Regolament bażiku kien jirrikjedi li l-kampjun, meħud kollu kemm hu, jirrifletti l-kundizzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali tal-produtturi esportaturi iżda mhux li kull kumpanija individwali jenħtieġ li tirrifletti b’mod akkurat ir-realtà tas-suq tal-esportaturi tat-tajers tal-PC-LL miċ-Ċina. Għalhekk, l-inklużjoni ta’ Hankook Group fil-kampjun kienet tirrifletti b’mod preċiż ir-realtà tas-suq. It-tieni, peress li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott kien jinkludi l-gradi 1, 2 u 3, Hankook Group sab li kien ġustifikat li l-Kummissjoni għażlet produtturi li kienu qed ibigħu tajers f’segmenti oħra għajr il-grad 3, inkella l-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott kien ikun limitat għal grad 3. It-tielet, Hankook Group qies li Kumho u l-Grupp GITI kienu jesportaw lejn l-Unjoni tajers tal-grad 2 u għalhekk, li s-sehem tal-grad 2 kien aktar minn 20 % tal-importazzjonijiet totali. Barra minn hekk, Hankook Group sostna li d-dikjarazzjoni tal-Qorti fi “Fliesen-Zentrum”, li l-kampjun jenħtieġ li “jirrifletti kemm jista’ jkun possibbli l-pressjoni fuq il-prezzijiet subiti mill-industrija tal-Unjoni” ma kinitx tfisser li jenħtieġ li jintgħażlu biss il-kumpaniji bl-aktar prezzijiet baxxi, kif sostna l-ilmentatur – billi jiġu esklużi prezzijiet ogħla, il-pressjoni fuq il-prezzijiet tiżdied b’mod artifiċjali. Għalhekk, Hankook Group sostna li jenħtieġ li jibqa’ fil-kampjun. |
|
(33) |
Kumho sostniet li l-kampjun ma kienx jirrappreżenta l-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli, u lanqas il-karatteristiċi tas-suq tat-tajers, li kien frammentat. Fil-fehma tagħha, il-kampjun irid b’mod partikolari jqis is-segmenti tas-suq (gradi) u d-differenza fil-prezzijiet. Kumho indikat li f’ċerti tajers għall-karozzi tal-linja u għat-trakkijiet, il-kampjun kien jirrappreżenta 37 % tal-esportazzjonijiet. Hija qieset ukoll li s-sehem ta’ 21,7 % tal-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun seta’ jiġi sopravalutat peress li l-kumpaniji inklużi fil-kampjun setgħu esaġeraw l-esportazzjonijiet tagħhom. B’referenza għas-sentenza fi Fliesen-Zentrum, argumentat li l-kampjun definittiv jenħtieġ li jinkludi importazzjonijiet bi prezzijiet li jirriflettu l-prezzijiet medji tal-importazzjoni. Għalhekk, il-kampjun jenħtieġ li jitkabbar biex jirrifletti r-realtajiet tas-suq, u biex jiġi stabbilit b’mod akkurat id-dazju anti-dumping tal-“oħrajn kollha”. Kumho kkunsidrat ulterjorment li kienet kumpanija xierqa biex tiżdied mal-kampjun li jirrappreżenta l-grad 2, peress li l-politika tal-ipprezzar tagħha kienet differenti kemm minn dik ta’ Hankook Group kif ukoll minn dik ta’ Shandong Yongsheng. Hija qieset li l-inklużjoni tagħha fil-kampjun iżżid ir-rappreżentattività u ma tinvolvix piż addizzjonali meta wieħed iqis l-istruttura korporattiva sempliċi ta’ Kumho. |
|
(34) |
Nexen sostniet li l-kampjun propost ma kienx jirrifletti biżżejjed id-diviżjoni tas-suq fi gradi, u li kien hemm differenzi importanti bejn is-segmenti f’termini tal-iżvilupp tal-prodott, il-proċessi tal-manifattura, il-kontroll tal-kwalità, l-istrateġiji tal-kummerċjalizzazzjoni, u l-prezzijiet. Hija argumentat li jenħtieġ li tiġi inkluża fil-kampjun għaliex kienet waħda mill-aqwa 20 manifattur globali tat-tajers u kienet isservi kemm lis-suq tal-OEM kif ukoll lis-suq tat-tagħmir ta’ sostituzzjoni. Bħala membru tal-European Tyre & Rubber Manufacturers Association (“ETRMA”), u minħabba li kellha faċilitajiet ta’ produzzjoni fl-Unjoni, ma kellha l-ebda inċentiv biex taġixxi kontra l-interess tal-Unjoni u kienet tirrieżamina b’mod konsistenti l-istrateġija tal-ipprezzar tagħha biex tiżgura li ma kienx hemm distorsjonijiet tas-suq jew dumping. |
|
(35) |
Triangle Tyre sostniet li kull waħda mill-kumpaniji fil-kampjun kellha mudell ta’ negozju differenti, u li f’investigazzjonijiet oħra, il-Kummissjoni ħadet kampjun ta’ tliet kumpaniji. Triangle qalet ukoll li s-suq tal-prodott ikkonċernat kien suq uniku b’segmenti (gradi) ta’ swieq differenti, u peress li l-mudell ta’ negozju tagħha kien distint minn dak tal-kumpaniji fil-kampjun, u biex il-kampjun ikun aktar rappreżentattiv, din jenħtieġ li tiżdied mal-kampjun. |
|
(36) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat il-kummenti kollha ppreżentati mill-partijiet differenti. |
|
(37) |
L-ewwel, il-Kummissjoni fakkret li kif imħabbar lill-partijiet fin-nota tat-3 ta’ Ġunju 2025, il-kriterju biex jintgħażel il-kampjun kien id-daqs tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. Billi ttieħdu kampjuni taż-żewġ kumpaniji bl-akbar esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, Hankook Group u Shandong Yongsheng, il-kampjun madankollu kopra żewġ segmenti tas-suq peress li Hankook Group huwa preżenti kemm fil-grad 2 kif ukoll fil-grad 3. Peress li, abbażi tal-informazzjoni fl-ilment u kif ikkonfermat matul l-investigazzjoni, ma kien hemm l-ebda importazzjoni ta’ tajers tal-Grad 1 lejn l-Unjoni, il-kampjun għalhekk kopra kemm jista’ jkun il-gradi differenti. |
|
(38) |
It-tieni, iż-żewġ kumpaniji, li waħda minnhom kienet grupp kbir, irrappreżentaw għadd massimu ta’ kumpaniji li l-Kummissjoni setgħet tinvestiga fiż-żmien disponibbli. Għalhekk, il-Kummissjoni tenniet li l-kriterji użati għall-għażla tal-kampjun kienu bbażati fuq l-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 17 1 tar-Regolament bażiku. |
|
(39) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni fakkret li d-deċiżjoni finali dwar l-għażla tal-għadd ta’ kumpaniji li għandhom jiġu investigati u l-kopertura tat-tipi ta’ prodotti baqgħet fid-diskrezzjoni tal-Kummissjoni, skont iċ-ċirkostanzi ta’ kull każ. Għalhekk, il-fatt li ttieħed kampjun akbar f’investigazzjonijiet oħra ma kienx ta’ rilevanza fil-każ kurrenti. |
|
(40) |
Abbażi tal-informazzjoni li tinsab fl-ilment, l-industrija tal-Unjoni hija preżenti fil-gradi kollha, b’aktar bejgħ fil-grad 1 milli fil-grad 2 u fil-grad 3 flimkien. Il-kampjun propost kopra ż-żewġ gradi, prodotti u esportati miċ-Ċina lejn l-Unjoni u b’hekk qies sa fejn huwa possibbli l-importazzjonijiet li kienu f’kompetizzjoni mill-qrib mat-tajers prodotti u mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kampjun kien jirrifletti biżżejjed it-tipi ta’ prodotti differenti esportati lejn l-Unjoni u s-segmentazzjoni tas-suq fil-gradi. |
|
(41) |
Fir-rigward tar-referenza għal Fliesen-Zentrum u l-argumenti li l-kampjun irid jirrifletti l-prezz medju tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni, il-Kummissjoni fakkret li, l-ewwel, ir-referenza għall-prezzijiet medji kienet relatata mat-tqabbil tal-prezzijiet medji tal-istess tip ta’ prodotti u mhux ma’ medja bejn il-prodotti (u l-gradi, f’dan il-każ). Dan ifisser li kwalunkwe tqabbil għall-fini tal-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz jirrifletti t-tip ta’ prodott u l-grad. Madankollu, abbażi tal-informazzjoni ppreżentata fit-tweġibiet għall-kampjunar, il-prezzijiet medji tal-kumpaniji fil-kampjun kienu qrib il-prezz medju tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni. |
|
(42) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni fakkret li d-deċiżjoni dwar jekk kienx hemm biżżejjed żmien biex jiġi inkluż produttur esportatur ieħor fil-kampjun kellha tiġi vvalutata fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull investigazzjoni. F’dan il-każ, waħda miż-żewġ kumpaniji inklużi fil-kampjun – Hankook Group – kienet grupp magħmul minn tliet entitajiet produtturi u minn għadd kbir ta’ partijiet relatati. Għalhekk, fid-dawl tad-daqs tal-kumpaniji u l-għadd ta’ partijiet relatati li kellhom jiġu investigati, ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jiġi inkluż produttur esportatur jew grupp ta’ produtturi esportaturi ieħor fil-kampjun. Billi, abbażi tal-informazzjoni fl-istadju tal-kampjunar, il-kampjun kopra 21,7 % tal-volum tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni, il-kampjun kopra volum rappreżentattiv tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li ż-żieda ta’ kumpanija terza mal-kampjun ma kinitx meħtieġa. |
|
(43) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjonijiet u kkonfermat il-kampjun propost. |
1.7. Eżami individwali
|
(44) |
Sitt (gruppi ta’) produtturi esportaturi fir-RPĊ talbu li jsir eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qieset it-talbiet, u kkonkludiet li ma setgħux jiġu aċċettati – l-eżami waħdu taż-żewġ kumpaniji inklużi fil-kampjun diġà kien jinkludi valutazzjoni/verifiki ta’ erba’ entitajiet produtturi u ta’ aktar minn ħmistax-il kumpanija relatata fl-Unjoni. Peress li xi wħud minn dawn il-produtturi jew gruppi ta’ produtturi addizzjonali huma magħmula minn diversi produtturi u minn għadd kbir ta’ partijiet relatati involuti fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat, l-għadd ta’ kumpaniji li għandhom jiġu vverifikati jilħaq madwar it-30 kumpanija. Għalhekk, l-inklużjoni tas-sitt (gruppi ta’) kumpaniji li qed jitolbu eżami individwali ma kinitx tkun fattibbli fiż-żmien disponibbli. Għalhekk, it-talbiet ma setgħux jiġu akkomodati. |
|
(45) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, Cheng Shin Group sostna li l-Kummissjoni kellha biżżejjed żmien bejn id-divulgazzjoni tan-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji u d-divulgazzjoni definittiva biex teżamina l-kumpaniji li talbu eżami individwali. Il-Kummissjoni kkonfermat li, fid-dawl tal-elementi mfakkra fil-premessa (44), li ma ġewx ikkontestati minn Cheng Shin Group, u l-ammont konsiderevoli ta’ xogħol investigattiv li seħħ bejn id-divulgazzjoni tan-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji u d-divulgazzjoni definittiva, l-eżami individwali tal-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun ikun ta’ piż bla bżonn u jipprevjeni t-tlestija tal-investigazzjoni fi żmien xieraq. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
1.8. Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta’ verifika
|
(46) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”). |
|
(47) |
Barra minn hekk, fl-ilment, l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza ta’ distorsjonijiet tal-materja prima fir-RPĊ fir-rigward tal-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, kif tħabbar fin-Notifika tal-Bidu, l-investigazzjoni kopriet dawk id-distorsjonijiet fil-materja prima biex tiddetermina jekk għandhomx jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2a) u 7(2b) tar-Regolament bażiku fir-rigward tar-RPĊ. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji addizzjonali f’dan ir-rigward lill-GTĊ. |
|
(48) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji liż-żewġ gruppi ta’ / produtturi esportaturi / inklużi fil-kampjun u lit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Dawn il-kwestjonarji kollha saru disponibbli online (10) fil-jum tat-tnedija. Diversi utenti ppreżentaw ruħhom fl-investigazzjoni, iżda wieħed minnhom biss, Hyundai Motor Manufacturing Czech s.r.o (“Hyundai”) għamel sottomissjoni bil-miktub. L-ebda utent jew importatur ma pprovda tweġiba għall-kwestjonarju. |
|
(49) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset neċessarja għad-determinazzjoni tad-dumping, tad-dannu li jirriżulta u tal-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin: Produtturi tal-Unjoni:
Produtturi esportaturi fir-RPĊ:
|
1.9. Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu kkunsidrat
|
(50) |
L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2024 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”). |
1.10. Nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji
|
(51) |
Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, id-data ta’ skadenza għall-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji kienet l-20 ta’ Jannar 2026. Fit-18 ta’ Diċembru 2025, f’konformità mal-Artikolu 19a(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li ma timponix miżuri proviżorji. |
1.11. Proċedura sussegwenti
|
(52) |
Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset bħala neċessarja għas-sejbiet finali tagħha. |
|
(53) |
Fis-27 ta’ April 2026 il-Kummissjoni għarrfet lill-partijiet kollha interessati dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien biħsiebha timponi dazju anti-dumping definittiv (“id-divulgazzjoni definittiva”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni finali. |
|
(54) |
Fit-30 ta’ April 2026, is-CRIA talbet l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta biex tingħata estensjoni tal-iskadenza biex tipprovdi kummenti dwar id-Dokument ta’ Divulgazzjoni Ġenerali. L-uffiċjal tas-Seduta eżamina t-talba minnufih u informa lis-CRIA bid-deċiżjoni tiegħu li jirrifjuta t-talba. L-uffiċjal tas-Seduta kkunsidra l-iskadenzi statutorji biex titlesta din l-investigazzjoni u qies il-passi li għadhom meħtieġa biex tiġi konkluża l-investigazzjoni u l-elementi l-oħra kollha mqajma mis-CRIA, li ma kinux jammontaw għal ċirkostanzi eċċezzjonali jew għal kawża ġusta. |
|
(55) |
Peress li xi wħud mill-kummenti li waslu wara d-divulgazzjoni definittiva rriżultaw f’korrezzjoni ta’ żbalji klerikali fil-kalkolu tal-prezzijiet CIF u tad-data dwar il-kostijiet tal-produtturi tal-Unjoni, u peress li l-Kummissjoni rrevediet ir-rata tal-kostijiet SG & A biex tiddetermina l-kostijiet SG & A u l-profitti raġonevoli u mingħajr distorsjoni li jaffettwaw id-dumping, it-twaqqigħ tal-prezz u l-marġnijiet tad-dannu, fis-26 ta’ Mejju 2026 il-Kummissjoni bagħtet divulgazzjoni finali addizzjonali (“divulgazzjoni finali addizzjonali”) lill-partijiet interessati kollha. |
|
(56) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, waslu kummenti mingħand Cheng Shin Group, CRIA, il-Grupp GITI, Hankook Group, Kumho, Shandong Yongsheng, l-ilmentatur, mingħand l-importaturi/id-distributuri: Vannetukku Oy (“Vannetukku”), Otto Just Gmbh & Co (“Otto Just”), il-Koalizzjoni tal-Importaturi tal-PC-LL, Mileage Tyres, u l-Asociacion Nacional de Distribuidores e Importadores de Neumaticos (“Adine”), assoċjazzjoni ta’ importaturi u distributuri tat-tajers fi Spanja, u Hyundai. Wara d-divulgazzjoni finali addizzjonali, waslu kummenti mingħand Hankook Group, Kumho, Shandong Yongsheng, u l-ilmentatur. Il-kummenti ġew indirizzati fit-taqsimiet rilevanti hawn taħt. |
|
(57) |
Il-Kummissjoni organizzat seduti ta’ smigħ mas-CRIA, mal-ilmentatur, mal-Grupp GITI, mal-Hankook Group, ma’ Kumho, ma’ Shandong Yongsheng, u ma’ Vannetukku. Wara d-divulgazzjoni finali addizzjonali, saret seduta ta’ smigħ ma’ Shandong Yongsheng. |
|
(58) |
Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni definittiva, is-CRIA sostniet li l-iskadenza mogħtija għall-kummenti dwar is-sejbiet definittivi ma kinitx biżżejjed biex jiġu ppreżentati kummenti sinifikanti. Il-Kummissjoni rreferiet għall-konklużjonijiet tal-Uffiċjal tas-Seduta dwar dan u fakkret li minħabba l-iskeda ta’ żmien tal-proċediment, ma setgħet tingħata l-ebda estensjoni. L-iskadenza ta’ 10 ijiem ikkonformat ukoll mal-Artikolu 20(5) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, hija ċaħdet din l-affermazzjoni. |
|
(59) |
Fil-kummenti tagħha wara d-divulgazzjoni finali addizzjonali, Shandong Yongsheng argumentat li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 20(5) tar-Regolament bażiku u d-dritt tad-difiża tagħha, peress li l-Kummissjoni ma indirizzatx il-kummenti kollha mill-partijiet interessati wara d-divulgazzjoni definittiva. Matul is-seduta ta’ smigħ, Shandong Yongsheng żiedet li l-Kummissjoni kellha toħroġ divulgazzjoni addizzjonali ġdida li tindirizza l-analiżi tal-kawżalità, l-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv u l-iperinflazzjoni Torka. Il-Kummissjoni fakkret li d-divulgazzjoni finali addizzjonali kienet tikkonċerna biss bidliet li kellhom impatt fuq il-kalkoli tad-dumping u tad-dannu, iżda li kif spjegat fid-dettall fit-taqsimiet rispettivi hawn taħt, il-kummenti kollha ppreżentati wara d-divulgazzjoni finali definittiva u addizzjonali ġew ikkunsidrati u indirizzati kif xieraq mill-Kummissjoni fil-kunsiderazzjonijiet finali tagħha. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
2. PRODOTT TAĦT INVESTIGAZZJONI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott taħt investigazzjoni
|
(60) |
Il-prodott investigat huwa tajers pnewmatiċi ġodda, tal-lastiku, tat-tip użat: fuq karozzi bil-mutur (inklużi station wagons u karozzi tat-tlielaq) u fuq karozzi tal-linja jew trakkijiet b’indiċi tat-tagħbija li ma jaqbiżx il-121 li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 4011 10 00 u 4011 20 10 (“il-prodott taħt investigazzjoni”). Dawn il-prodotti komunement jissejħu tajers tal-karozzi tal-passiġġieri u tat-trakkijiet ħfief, rispettivament. |
|
(61) |
It-tajers tal-karozzi tal-passiġġieri u tat-trakkijiet ħfief (“PC-LL”) jiġu prodotti mill-istess materjali bażiċi, jiġifieri: lastiku naturali u sintetiku, iswed tal-karbonju, żejt estensur, diversi sustanzi kimiċi (antiossidanti, aċċelleraturi), azzar (għaċ-ċinturini u l-kurduni tax-xoffa) u tessuti (fibri tar-rejon, tan-naylon, tal-poliester u tal-aramidi). |
|
(62) |
Il-passi ewlenin tal-proċess tal-manifattura jinvolvu: (i) it-taħlit tal-materja prima ewlenija; (ii) l-estrużjoni u l-mogħdija; (iii) il-bini ekoloġiku tat-tajers; (iv) it-twebbis (vulkanizzazzjoni); u (v) l-ispezzjoni finali (kejl, ittestjar). |
|
(63) |
Il-prodott taħt investigazzjoni jinkludi varjetà kbira ta’ tajers f’termini ta’ tipi u daqsijiet, li kollha għandhom indiċi tat-tagħbija taħt il-121. Normalment dawn jiġu mmuntati fuq vetturi żgħar bħal karozzi tal-passiġġieri u trakkijiet ħfief jew trejlers. |
2.2. Prodott ikkonċernat
|
(64) |
Il-prodott ikkonċernat huwa l-prodott taħt investigazzjoni li joriġina miċ-Ċina, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 4011 10 00 and 4011 20 10 . |
2.3. Prodott simili
|
(65) |
L-investigazzjoni wriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(66) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li dawk il-prodotti huma, għalhekk, prodotti simili skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
2.4. Dikjarazzjonijiet dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott
|
(67) |
Bosta partijiet għamlu sottomissjonijiet li jitolbu l-esklużjoni ta’ diversi tipi ta’ tajers. |
|
(68) |
4M Pro&Invest argumentat li t-tajers temporanji (imsejħa wkoll tajers li jiffrankaw l-ispazju jew tajers kompatti) u t-tajers tat-trejlers jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott peress li għandhom differenzi fundamentali kemm fil-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi tagħhom kif ukoll fl-użu maħsub tagħhom meta mqabbla mat-tajers standard tal-karozzi tal-passiġġieri u tat-trakkijiet ħfief. B’mod partikolari, 4M Pro&Invest iddikjarat li t-tajers temporanji jaqgħu taħt rekwiżiti ta’ tikkettar differenti, kienu iżgħar fid-daqs b’wisa’ aktar limitat u bi tread aktar baxx u spiss kellhom limitazzjonijiet massimi fuq id-distanza u l-veloċità (normalment 80 km/h). Fir-rigward tat-tajers tat-trejlers, hija sostniet li, għall-kuntrarju tal-prodott taħt investigazzjoni, it-tajers tat-trejlers kellhom dijametru tar-rimm iżgħar (inqas minn 15-il pulzier), kellhom fond u disinn tat-tread differenti kif ukoll marki speċifiċi, il-klassifikazzjonijiet tal-veloċità (massimu ta’ 140 km/h jew li jvarjaw bejn 80-100 km/h) u l-pressjoni tal-infiħ. 4M Pro&Invest sostniet ukoll li dawn id-differenzi jservu skopijiet speċifiċi u, għalhekk, kemm it-tajers temporanji kif ukoll dawk tat-trejlers ma kinux interkambjabbli mat-tajers standard tal-PC-LL. Barra minn hekk, 4M Pro&Invest żiedet tgħid ukoll li dawn it-tajers ma kinux prodotti mill-industrija tal-Unjoni jew għall-inqas mhux fil-kwantitajiet meħtieġa, speċjalment fis-suq tat-tagħmir ta’ sostituzzjoni. Fl-aħħar nett, 4M Pro&Invest żiedet ukoll li fir-roti tat-triq (11), dawk taħt is-16-il pulzier u mhux prodotti mill-industrija tal-Unjoni ġew esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott. |
|
(69) |
Hyundai talbet li t-tajers temporanji prodotti b’teknoloġija bias jitneħħew mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott. Skont Hyundai, dawn ma kinux prodotti mill-industrija tal-Unjoni u għalhekk ma setgħux jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, id-dazji jagħmlu ħsara bla bżonn lill-manifatturi tal-karozzi u lill-utenti finali. |
|
(70) |
Hankook Group argumenta wkoll favur l-esklużjoni ta’ tajers temporanji minħabba li dawk it-tajers kienu viżibbilment differenti minn tajers standard (iżgħar, eħfef, għandhom trazzjoni limitata, disinn tat-tread aktar sempliċi, limiti ta’ veloċità aktar baxxi (massimu ta’ 30–50 mph) u maħsuba għal distanzi qosra (bejn 50 u 100 mil). Hankook Group żied jgħid li dawk it-tajers kellhom inċiżjonijiet differenti u l-kost tal-produzzjoni tagħhom kien ġeneralment aktar baxx minn dak tat-tajers standard tal-karozzi tal-passiġġieri u tat-trakkijiet ħfief. Abbażi ta’ dawk il-karatteristiċi, Hankook Group sostna li t-tajers temporanji ma kinux interkambjabbli ma’ tajers standard tal-karozzi tal-passiġġieri u tat-trakkijiet ħfief. |
|
(71) |
Otto Just GmbH & Co (“Otto Just”), Otto Just GmbH & Co (“Otto Just”), importatur mhux relatat li jispeċjalizza fil-forniment lil manifatturi ta’ tagħmir oriġinali fl-industrija tat-trejlers, sostna li t-tajers tat-trejlers jenħtieġ li jiġu esklużi. Otto Just innota li t-tajers tat-trejlers ġeneralment kienu iżgħar (ivarjaw minn 8 sa 15-il pulzier) u kellhom indiċi tat-tagħbija għoli u l-industrija tal-Unjoni ma kellhiex biżżejjed kapaċità biex tissodisfa dan is-segment tas-suq. Għalhekk, il-miżuri anti-dumping joħolqu nuqqas ta’ provvista u jagħmlu ħsara lill-manifatturi tat-trejlers, li fil-biċċa l-kbira kienu intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. |
|
(72) |
Vannetukku sostniet li t-“tajers bil-whitewall” (immuntati fuq karozzi qodma (oġġetti ta’ kollezzjoni) irreġistrati għall-ewwel darba qabel l-1980) b’wisa’ ta’ mill-inqas 40 mm jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott. Skont Vannetukku, dawn kienu aktar għaljin minn tajers standard tal-karozzi tal-passiġġieri u tat-trakkijiet ħfief u mhux manifatturati mill-industrija tal-Unjoni u, għalhekk, ma setgħu jikkawżaw ebda dannu lill-industrija tal-Unjoni. Vannetukku sostniet wkoll li, għall-kuntrarju tal-allegazzjoni mill-produtturi tal-Unjoni, dawn it-tajers kienu differenti mit-tajers għall-vetturi antiki. |
|
(73) |
Barra minn hekk, bosta partijiet interessati (B.I.S. Srl, Baltityre Group, Bronson Wheels AB, Edison, Gummistrada B.V, Maxxis Hellas, Pneurama Lda u VA-PA Toute Oy) talbu l-esklużjoni ta’ diversi tipi ta’ prodotti speċifiċi u ta’ prodotti niċċa, bħal tajers off-road, tajers bias, tajers għal karozzi qodma, marki speċifiċi għal vetturi vintage, tajers għal trejlers b’veloċità għolja u tajers semi-slick għall-kompetizzjoni użati għad-drifting fil-motorsport). Dawn is-sottomissjonijiet kollha sostnew li d-dazji kienu se jagħmlu ħsara lill-klijenti filwaqt li l-industrija tal-Unjoni ma pproduċietx dawk it-tipi jew ipproduċiethom biss sa ċertu punt limitat ħafna u għalhekk ma ġarrbitx dannu kkawżat mill-importazzjonijiet tagħhom. |
|
(74) |
CRIA sostniet li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni kien wiesa’ żżejjed u ambigwu u kopra firxa wiesgħa ta’ gruppi ta’ prodotti li ma kellhomx proprjetajiet, speċifikazzjonijiet u applikazzjonijiet ta’ użu finali simili. Bl-istess mod bħall-partijiet imsemmija hawn fuq, CRIA sostniet li xi wħud minn dawn it-tajers ma kinux f’relazzjoni kompetittiva mat-tajers tal-karozzi tal-passiġġieri u tat-trakkijiet ħfief u ma kienx hemm biżżejjed produzzjoni fl-Unjoni. CRIA qalet ukoll li investigazzjoni anti-dumping imwettqa mill-Istati Uniti eskludiet tajers ta’ riżerva tat-tip T għal użu temporanju, tajers għal veloċità baxxa u tajers tat-trejlers (12). Barra minn hekk, CRIA indikat li l-ilment innifsu rrefera għar-Regolament (UE) 2020/740 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) meta ddefinixxa l-prodott taħt investigazzjoni minkejja li dak ir-Regolament espliċitament ma japplikax għal ċerti tajers (14). Għalhekk, CRIA talbet li l-Kummissjoni tispeċifika għal kull waħda mill-kategoriji esklużi mir-Regolament (UE) 2020/740 jekk kinux koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni. F’sottomissjoni aktar tard, CRIA ffokat fuq l-użu temporanju ta’ tajers ta’ riżerva, tajers ta’ trejlers u tajers professjonali off-road. CRIA tenniet li t-tajers temporanji u t-tajers professjonali off-road kienu eżentati mir-rekwiżiti tat-tikkettar tat-tajers stipulati fir-Regolament (UE) 2020/740 u peress li l-ilment innifsu enfasizza r-rilevanza tar-rekwiżiti obbligatorji tat-tikkettar (ir-Reġistru Ewropew tal-Prodotti għat-Tikkettar tal-Enerġija (“EPREL”)), CRIA kkunsidrat li jenħtieġ li t-tajers li kienu espressament eżentati minn dawk, loġikament jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni. Għat-tajers tat-trejlers, CRIA ddikjarat li dawk ukoll jaqgħu taħt qafas regolatorju differenti skont ir-Regolament Nru 54 tal-UN/ECE (15), li ddefinihom bħala Free Rolling Tyres u pprojbixxa l-użu tagħhom fuq il-fusien direzzjonali ta’ quddiem u l-fusien motorizzati. CRIA tenniet l-argumenti li dawk it-tliet tipi ta’ tajers ma kinux interkambjabbli mat-tajers standard tal-PC-LL u li kollha kienu faċilment identifikabbli minħabba l-marki tal-ġenb tagħhom, li ġew miżjuda matul il-proċess ta’ vulkanizzazzjoni u kienu karatteristiċi permanenti u li ma jistgħux jitneħħew tat-tajer. |
|
(75) |
Il-Kummissjoni analizzat bir-reqqa dawn l-affermazzjonijiet u għamlet id-determinazzjoni li ġejja. |
|
(76) |
L-ewwel nett, fir-rigward tat-talba għal kjarifika mressqa minn CRIA, il-Kummissjoni tenfasizza li t-tajers kollha li jikkonformaw mad-definizzjoni tal-prodott fit-taqsima 2 tan-Notifika tal-Bidu u fit-taqsima 2.1 ta’ hawn fuq jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott tal-investigazzjoni, sakemm ma jkunux speċifikament esklużi. Il-kopertura tal-prodott ta’ diversi Regolamenti tal-UE jew tan-NU dwar it-tikkettar tal-prodotti jew il-klassifikazzjonijiet tal-vetturi ma hijiex rilevanti għad-determinazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott sakemm ma tkunx imsemmija fid-definizzjoni tal-prodott, peress li l-ilment innifsu, li l-parti rreferiet għalih, jindika dan (16). Barra minn hekk, ma hemm l-ebda rekwiżit ta’ interkambjabbiltà fost diversi tipi ta’ prodotti fi ħdan il-prodott ikkonċernat u ma huwiex meħtieġ li kull tajer ikun jista’ jintuża f’kull vettura/pożizzjoni. Dawn l-elementi jirreferu, minflok, għad-definizzjoni tal-prodott simili u huma importanti għall-analiżi tad-dannu u meħtieġa għat-tqabbil tal-prodott. Bl-istess mod, id-definizzjoni tal-prodott ta’ investigazzjonijiet imwettqa minn amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi oħra ma hijiex fattur rilevanti. |
|
(77) |
Fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet dwar it-tajers temporanji (4M Pro&Invest, CRIA, Hyundai u Hankook) u t-tajers tat-trejlers (4M Pro&Invest, CRIA u Otto Just), il-Kummissjoni nnutat li l-biċċa l-kbira tad-differenzi mressqa, bħal tread aktar baxx jew aktar sempliċi, pressjoni tal-infiħ aktar baxxa jew ogħla, daqs iżgħar, wisa’ aktar dejqa...eċċ. la huma speċifiċi u lanqas identifikabbli biżżejjed biex jiffurmaw bażi għad-definizzjoni/l-esklużjoni tal-prodott. Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni li dawn it-tajers allegatament ma kinux prodotti mill-industrija tal-Unjoni ma kinitx ikkonfermata mill-investigazzjoni kif ivverifikat mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni sabet li kemm it-tajers temporanji kif ukoll it-tajers tat-trejlers ġew prodotti mill-industrija tal-Unjoni, għalkemm fi kwantitajiet limitati. Barra minn hekk, minħabba l-pressjoni qawwija eżerċitata mill-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezz baxx mhux raġonevoli, l-industrija tal-Unjoni tabilħaqq qed tmur lura f’dawn is-segmenti tal-prodotti taħt il-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni qieset li t-tajers temporanji u t-tajers tat-trejlers għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi. Huma magħmula mill-istess materjali bażiċi kif deskritt fil-premessa (62). |
|
(78) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni dwar it-tajers bil-whitewall, il-Kummissjoni nnotat li Vannetukku ma pprovdietx informazzjoni u evidenza sostanzjati li juru d-differenzi konkreti fil-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi jew tekniċi li abbażi tagħhom it-tajers whitewall jenħtieġ li jiġu esklużi. Barra minn hekk, prezz ogħla fih innifsu ma jfissirx nuqqas ta’ dumping, twaqqigħ tal-prezz u/jew bejgħ taħt il-prezz. Barra minn hekk, l-evidenza fil-fajl u l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku wriet li tali tajers ġew manifatturati wkoll mill-industrija tal-Unjoni (17). |
|
(79) |
Bl-istess mod, fir-rigward tal-affermazzjonijiet ġeneriċi, kif elenkati fil-premessa (73) hawn fuq, ippreżentati minn diversi partijiet (B.I.S. Srl, Baltityre Group, Bronson Wheels AB, Edison, Gummistrada B.V, Maxxis Hellas, Pneurama Lda u VA-PA Toute Oy), il-Kummissjoni qieset li dawn l-istqarrijiet ma pprovdew l-ebda evidenza sostanzjata rigward id-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi jew tekniċi ta’ dawn it-tajers li abbażi tagħhom setgħu jiġu definiti b’mod distint jew setgħu jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni. |
|
(80) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, Vannetukku tenniet l-affermazzjoni tagħha li t-tajers bil-whitewall jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott. Vannetekku enfasizzat li dawn it-tajers kienu jvarjaw b’mod sinifikanti mit-tajers standard prinċipalment minħabba s-saff oħxon addizzjonali ta’ lastiku abjad fil-ħajt tal-ġenb tagħhom li jeħtieġ materja prima u proċess ta’ manifattura differenti. Vannetukku żiedet ukoll li t-tajers bojod kellhom limitazzjonijiet tal-veloċità differenti (aktar baxxi) u kienu prodotti minn ftit kumpaniji fid-dinja u l-ebda waħda fl-Unjoni. Vannetukku saħqet li ma kinitx tbigħ tajers bil-whitewall bi prezzijiet oġġett ta’ dumping. Vannetukku sostniet li, għall-kuntrarju, dawn il-prodotti ġeneralment kienu jiswew kważi d-doppju ta’ tajer standard ekwivalenti u l-livell tal-prezz tagħhom baqa’ stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Għal dawn ir-raġunijiet, jiġifieri, in-nuqqas ta’ produzzjoni fl-Unjoni u n-nuqqas ta’ dumping, Vannetukku qieset li t-tajers bil-whitewall ma kellhomx jagħtu t-tort għat-telf ta’ impjiegi fl-Unjoni u ma setgħux jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. |
|
(81) |
Is-CRIA tenniet l-affermazzjoni tagħha li tajers off-road temporanji, tat-trejlers u professjonali jenħtieġ li jiġu esklużi mill-ambitu ta’ din l-investigazzjoni, b’mod partikolari minħabba n-nuqqas ta’ interkambjabbiltà tagħhom ma’ tajers standard tal-PC-LL. F’dan ir-rigward, is-CRIA tenniet l-istess argumenti bħal dawk diġà deskritti fil-premessa (74) t’hawn fuq u elenkat għadd ta’ investigazzjonijiet anti-dumping li fihom il-Kummissjoni kienet eskludiet ċerti tipi ta’ prodotti allegatament minħabba nuqqas ta’ interkambjabbiltà (18). Skont is-CRIA, il-karatterizzazzjoni tal-Kummissjoni li dawn il-prodotti għandhom l-istess użu finali minħabba li “huma mmuntati fuq il-vetturi” kienet riduttiva u naqset milli tirrifletti r-realtà ekonomika u funzjonali. Is-CRIA żiedet ukoll li l-Kummissjoni ċaħdet b’mod żbaljat ir-Regolament tal-UE (UE) 2020/740 dwar it-Tikkettar tat-Tajers u l-istandards tal-approvazzjoni tat-tip tan-NU/KEE meta qisithom bħala irrilevanti għad-definizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott, u b’hekk injorat il-liġi vinkolanti dwar is-sikurezza li tikklassifika t-tipi ta’ tajers b’mod distint. |
|
(82) |
Hyundai tenniet il-pretensjoni tagħha li stepnis għal użu temporanju jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott kif deskritt fil-premessa (69) u enfasizzat li dawn it-tajers kienu jintgħarfu b’mod ċar minħabba l-marki tagħhom. |
|
(83) |
Otto Just tenniet l-affermazzjonijiet tagħha rigward it-tajers tat-trejlers miġbura fil-qosor fil-premessa (71) u appellat għal valutazzjoni differenzjata ta’ dan is-segment. |
|
(84) |
L-affermazzjonijiet rigward il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott, u b’mod partikolari n-nuqqas ta’ interkambjabbiltà bejn id-diversi tipi ta’ prodotti diġà deskritti u indirizzati fil-premessi minn (76) sa (78) hawn fuq ma ġewx ripetuti. Il-Kummissjoni sostniet li hija kellha setgħa diskrezzjonali wiesgħa fid-definizzjoni tal-prodott u fl-evalwazzjoni tal-livell ta’ interkambjabbiltà. F’dan ir-rigward, jista’ jitqajjem l-argument li anki fi ħdan il-grupp tal-biċċa l-kbira tat-tajers standard tal-PC-LL, ċerti tipi jistgħu ekonomikament jew funzjonalment ma jkunux adattati għal kull tip u daqs ta’ vettura, madankollu dan bl-ebda mod ma jfisser li ma jistgħux jaqgħu taħt l-istess definizzjoni tal-prodott għall-finijiet ta’ investigazzjoni anti-dumping. It-tajers niċċa identifikati minn dawn il-partijiet għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi bħat-tajers standard tal-PC-LL, jiġifieri huma kollha tajers pnewmatiċi, ibbażati fuq il-lastiku, bi strutturi b’ħajt tal-ġenb u bi tread adattati għall-użu bażiku tagħhom li għandhom jiġu mmuntati fuq ir-roti ta’ vettura u jiffurmaw il-punt ta’ kuntatt mat-triq billi jsostnu l-piż tagħha filwaqt li jipprovdu trazzjoni, kontroll tal-isteering, prestazzjoni fl-ibbrejkjar, u assorbiment tax-xokkijiet f’diversi kombinazzjonijiet. L-allegati differenzi mqajma minn dawn il-partijiet dwar il-karatteristiċi fiżiċi jew l-użi ma kkontradixxewx din il-komunalità funzjonali fundamentali u għalhekk ma ppermettewx li tintlaħaq konklużjoni dwar in-nuqqas assolut ta’ interkambjabbiltà bejn it-tajers tal-PC-LL u prodotti niċċa oħra. Fid-diversi każijiet imressqa mis-CRIA, ingħataw esklużjonijiet abbażi ta’ fatti speċifiċi għal dawk l-investigazzjonijiet u fil-każijiet kollha abbażi tad-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi tal-prodotti u għalhekk ma wrewx li l-Kummissjoni tbiegħdet mill-prattika stabbilita tagħha. Bħala eżempju, fil-każ ta’ qfieli bimetalliċi, id-deċiżjoni dwar l-esklużjoni tal-prodott kienet ibbażata primarjament fuq id-differenzi li jikkonċernaw il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi (19), peress li dawn il-qfieli kienu fil-fatt taħlita speċifika ta’ azzar inossidabbli u qfieli tal-karbonju. Bl-istess mod, id-diversi oġġetti esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott fl-investigazzjoni dwar l-oġġetti tal-mejda taċ-ċeramika u tal-kċina jew il-fittings fonduti bil-kamin għal tubi jew pajpijiet, kienu bbażati fuq il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi differenti tagħhom. Il-każ tal-bijodiżil huwa distint ukoll b’mod ċar peress li l-Fjuwil tal-Avjazzjoni Sostenibbli (“SAF”) ġie eskluż minħabba li serva industrija kompletament differenti (tal-avjazzjoni) għall-kuntrarju tat-trasport bit-triq. |
|
(85) |
Fl-aħħar nett, dwar ir-Regolament tal-UE (UE) 2020/740 dwar it-Tikkettar tat-Tajers u l-istandards tal-approvazzjoni tat-tip tan-NU/KEE li ġew allegatament injorati, il-Kummissjoni qieset li dawn kienu irrilevanti għad-definizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott, peress li l-prodott ikkonċernat f’investigazzjoni anti-dumping ġie definit b’mod awtonomu mill-awtorità investigattiva abbażi tal-karatteristiċi tal-prodott u r-relazzjoni kompetittiva fis-suq, u ma kienx jirrifletti l-klassifikazzjoni regolatorja tal-prodott skont korpi oħra tad-dritt tal-UE. |
|
(86) |
Għalhekk, id-dikjarazzjonijiet għall-esklużjoni tat-tipi ta’ prodotti elenkati hawn fuq mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott ġew miċħuda u d-definizzjoni tal-prodott kif speċifikata fin-Notifika tal-Bidu u riprodotta fit-taqsima 2.1 hawn fuq inżammet. |
2.4.1. Is-segmentazzjoni fi tliet gradi tas-suq tal-Unjoni
|
(87) |
Skont l-ilment, is-suq tat-tajers tal-karozzi tal-passiġġieri u tat-trakkijiet ħfief jista’ jinqasam fi tliet gradi distinti. It-tajers tal-Grad 1 huma t-tajers primjum ikkaratterizzati mill-aħjar prestazzjoni u mill-ogħla prezzijiet. It-tajers tal-Grad 2 huma deskritti bħala tajers ta’ faxxa intermedja u medja kkaratterizzati mill-aħjar proporzjon bejn il-prezz u l-kwalità. It-tajers tal-Grad 3 jiffurmaw is-segment ekonomiku tas-suq. |
|
(88) |
L-informazzjoni miġbura u/jew riċevuta mill-Kummissjoni kkonfermat din is-segmentazzjoni tas-suq għat-tajers tal-karozzi tal-passiġġieri u tat-trakkijiet ħfief fis-suq tal-Unjoni. Filwaqt li ma hemm l-ebda linja diviżorja ċara u permanenti fost il-gradi (kif elaborat ulterjorment fil-premessa (425) hawn taħt), hemm qbil ġenerali fost il-partijiet interessati u s-sejbiet tal-Kummissjoni dwar il-kategorizzazzjoni li ġejja:
|
|
(89) |
Il-Kummissjoni ħarġet nota bl-immappjar tat-tajers skont il-marka, li saret disponibbli għall-kummenti għall-partijiet interessati kollha fl-4 ta’ Settembru 2025. |
|
(90) |
L-immappjar kien ibbażat fuq l-analiżi tal-informazzjoni li ġejja:
|
2.4.2. Dikjarazzjonijiet dwar il-klassifikazzjoni tas-segmentazzjoni tas-suq tal-Unjoni għat-tajers
|
(91) |
Kif innotat fil-premessa (88), il-partijiet interessati ġeneralment aċċettaw li s-suq kien maqsum fi tliet gradi (segmenti) u l-immappjar tas-suq tal-marki tat-tajers kif propost mill-Kummissjoni. |
|
(92) |
Waslu kummenti li jissuġġerixxu r-riklassifikazzjoni tal-marki li ġejjin: Barum, Debica, Dunlop, Tigar, General Tire, Gislaved, Hankook, Matador, Sava u Viking. |
|
(93) |
Sabiex tipproteġi l-anonimità tal-partijiet interessati, il-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tiżvela liema parti kkonċernata ressqet talba partikolari. |
|
(94) |
Fir-rigward tal-marka Hankook, ġew invokati erba’ raġunijiet għall-klassifikazzjoni ta’ din il-marka fil-grad 2 minflok fil-grad 1:
|
|
(95) |
Meta jitqiesu l-kummenti dwar l-immappjar tas-suq tal-Kummissjoni, kif ukoll is-sorsi msemmija fil-premessa (90) u (94), Debica, Barum, Matador u Sava tqiesu bħala tal-grad 3, filwaqt li Hankook u Dunlop ġew ittrasferiti mill-grad 1 għall-grad 2. Il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet dwar l-immappjar rivedut tat-tajers skont il-marka fis-27 ta’ Marzu 2026. |
3. DUMPING
3.1. Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku
|
(96) |
Minħabba li kien hemm provi biżżejjed disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li indikaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fir-rigward tar-RPĊ, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tiftaħ l-investigazzjoni fir-rigward tal-produtturi esportaturi minn dan il-pajjiż fid-dawl tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(97) |
Konsegwentement, sabiex tiġbor id-data meħtieġa għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ biex jipprovdu informazzjoni rigward l-inputs użati għall-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni. Erbgħa u tletin produttur esportatur ippreżentaw l-informazzjoni rilevanti. |
|
(98) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(99) |
Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ u ma waslet l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku qabel l-iskadenza. Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ. |
|
(100) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, hija jista’ jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bl-iskop li tiddetermina l-valur normali fuq il-bażi ta’ prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Il-pajjiż identifikat mill-ilmentatur bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq kien is-Serbja. |
|
(101) |
Fl-4 ta’ Settembru 2025, permezz ta’ nota (“l-Ewwel Nota”), il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża sabiex tiddetermina l-valur normali. F’din in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi tal-produzzjoni (“FOP”) kollha, bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla ta’ prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat pajjiżi rappreżentattivi possibbli, jiġifieri l-Messiku, is-Serbja u t-Turkija bħala pajjiżi rappreżentattivi xierqa. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand l-ilmentatur, CRIA, il-Grupp GITI, Hankook Group, Kumho u Shandong Yongsheng. |
|
(102) |
Fl-14 ta’ Ottubru 2025, il-Kummissjoni infurmat bit-tieni nota (“it-Tieni Nota”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali, lit-Turkija bħala l-pajjiż rappreżentattiv. Hija informat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG & A”) u profitti bbażati fuq l-informazzjoni disponibbli għal Brisa Bridgestone, produttur fit-Turkija. |
|
(103) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand CRIA, il-Grupp GITI, Hankook Group, Kumho, Shandong Yongsheng u Sumitomo Rubber (Hunan) u Sumitomo Rubber (Changshu) (“Sumitomo Group”). Il-kummenti huma indirizzati fit-Taqsima 3.3. |
3.2. Valur normali
|
(104) |
Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”. |
|
(105) |
Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “[f]il-każ li jiġi determinat […] li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet ta’ produzzjoni u tal’ bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” (“kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali” minn hawn ’il quddiem jissejħu “SG & A”). |
|
(106) |
Kif huwa spjegat ulterjorment fid-dettall hawn taħt, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa. |
3.2.1. Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti
|
(107) |
L-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku jistipula li d-“distorsjonijiet sinifikanti huma dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta’ materji primi u ta’ enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Meta tkun valutata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, inter alia, lill-impatt potenzjali ta’ element wieħed jew aktar mis-segwenti:
|
|
(108) |
Peress li l-lista fl-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku ma hijiex kumulattiva, mhux l-elementi kollha jeħtieġ li jingħataw għal sejba ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, l-istess ċirkostanzi fattwali jistgħu jintużaw sabiex tintwera l-eżistenza ta’ element wieħed jew aktar tal-lista. |
|
(109) |
Madankollu, kwalunkwe konklużjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku trid issir abbażi tal-evidenza kollha disponibbli. Il-valutazzjoni globali dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tista’ tqis ukoll il-kuntest ġenerali u s-sitwazzjoni fil-pajjiż esportatur, b’mod partikolari fejn l-elementi fundamentali tal-istruttura ekonomika u amministrattiva tal-pajjiż esportatur jipprovdu lill-gvern b’setgħat sostanzjali sabiex jintervjeni fl-ekonomija b’tali mod li l-prezzijiet u l-kostijiet ma jkunux ir-riżultat tal-iżvilupp ħieles tal-forzi tas-suq. |
|
(110) |
L-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku jipprevedi li “[f]ejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet fondati sew tal-eżistenza potenzjali ta’ distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f’ċertu pajjiż jew f’ċertu settur f’dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f’dak il-pajjiż jew settur”. |
|
(111) |
Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni ħarġet rapport tal-pajjiż dwar iċ-Ċina (23) (“ir-Rapport”), li fih evidenza tal-eżistenza ta’ intervent sostanzjali tal-gvern f’ħafna livelli tal-ekonomija, inklużi distorsjonijiet speċifiċi f’ħafna fatturi ewlenin tal-produzzjoni (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u l-manodopera) kif ukoll setturi magħżula, inkluż is-settur kimiku. Il-partijiet interessati ġew mistiedna jirribattu, jikkummentaw jew jissupplimentaw l-evidenza li tinsab fil-fajl tal-investigazzjoni fiż-żmien tal-bidu. Ir-Rapport tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu. |
|
(112) |
L-ilmentatur allega li jeżistu distorsjonijiet sinifikanti fis-settur tal-prodott ikkonċernat. Huwa rrefera għar-Rapport u għal evidenza rilevanti oħra li tikkomplementa r-Rapport. B’mod aktar speċifiku, l-ilmentatur innota li s-suq fiċ-Ċina huwa maqtugħ mill-forzi normali tas-suq minħabba li ċ-Ċina hija Stat komunista bbażat fuq id-duttrina tal-“ekonomija soċjalista orjentata lejn is-suq” u minħabba li l-Partit Komunista Ċiniż (“PKĊ” jew “Partit”) jeżerċita influwenza qawwija fuq l-ekonomija, inkluż fuq is-settur privat. Permezz tal-awtorità kostituzzjonali, l-ippjanar industrijali, u l-istrutturi tal-Partit inkorporati fl-industriji kollha, l-Istat jiddetta l-prijoritajiet ekonomiċi u l-allokazzjoni tar-riżorsi. |
|
(113) |
L-ilmentatur sostna wkoll li l-investigazzjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni sabu distorsjonijiet sinifikanti fl-industrija tat-tajers tal-karozzi tal-linja u tat-trakkijiet, kif ukoll f’setturi upstream bħall-azzar, il-petrokimiċi, l-enerġija u t-tessuti. Skont l-ilmentatur, dawn is-sejbiet japplikaw ukoll għall-industrija tat-tajers tal-PC-LL. |
|
(114) |
Barra minn hekk, l-ilmentatur fakkar dettalji addizzjonali fir-rigward tal-elementi li ġejjin li jirriżultaw f’distorsjonijiet sinifikanti. |
|
(115) |
L-ewwel nett, l-ilmentatur allega li s-suq tat-tajers tal-PC-LL fiċ-Ċina huwa servut b’mod sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni politika tal-gvern. |
|
(116) |
B’mod aktar speċifiku, l-ilmentatur sostna li l-ekonomija Ċiniża tiddependi ħafna fuq l-intrapriżi tal-Istat (“SOEs”), li għandhom rwol strateġiku fiż-żamma tal-kontroll tal-Istat. L-SOEs jammontaw għal madwar 25 % tal-PDG taċ-Ċina u huma kkonċentrati f’setturi kritiċi. Il-Kummissjoni għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat (“SASAC”) tissorvelja l-SOEs, filwaqt li timplimenta l-pjanijiet industrijali u tikkontrolla r-riżorsi, il-maniġment u l-ħatriet tal-persunal tal-kumpanija u b’hekk tiżgura li l-għanijiet tal-Partit jintlaħqu. Dan il-kontroll pervażiv jestendi għall-industrija tat-tajers u għas-setturi upstream u downstream tagħha. |
|
(117) |
L-ilmentatur enfasizza li fis-setturi upstream, kif ukoll fis-settur tal-manifattura tat-tajers innifsu, l-SOEs jeżerċitaw kontroll sinifikanti. Lil hinn mill-petrokimiċi, il-lastiku naturali u t-tessuti huma industriji li fihom iċ-Ċina għandha atturi ewlenin tal-Istat. Diversi produtturi Ċiniżi ewlenin tat-tajers huma miżmuma direttament jew indirettament minn entitajiet governattivi. Pereżempju, Shuangqian Tire Group Co. Ltd., li tipproduċi tajers tal-karozzi tal-passiġġieri, hija kkontrollata minn SOE, u China National Tyre & Rubber Co. Ltd (“CNRC”), wieħed mill-akbar produtturi tat-tajers taċ-Ċina, huwa sussidjarju ta’ SINOCHEM. Anke kumpaniji li ma humiex fil-biċċa l-kbira proprjetà tal-Istat, bħal Giti Tire Co. u Prinx Chengshan (Shandong) Tire Co., jinkludu SOEs fl-istruttura tal-kapital tagħhom. Dan il-kontroll pervażiv mill-Istat fis-setturi upstream u fl-industrija tat-tajers stess jenfasizza d-distorsjonijiet sostanzjali fil-forzi tas-suq. |
|
(118) |
It-tieni, l-ilmentatur argumenta li l-influwenza tal-gvern u tal-PKĊ testendi b’mod pervażiv fid-ditti Ċiniżi, u b’hekk tippermetti interferenza mill-Istat fil-prezzijiet u l-kostijiet. |
|
(119) |
L-ilmentatur innota li l-PKĊ jeżerċita kontroll fuq il-kumpaniji permezz ta’ ċelloli inkorporati tal-Partit, li huma obbligatorji f’organizzazzjonijiet bi tliet membri tal-Partit jew aktar. Fl-SOEs, il-PKĊ għandu awtorità sinifikanti, billi jaħtar eżekuttivi u jiggwida deċiżjonijiet ewlenin. Barra minn hekk, il-kumpaniji privati jiffaċċaw ukoll pressjoni dejjem akbar biex jintegraw it-tmexxija tal-Partit fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom. L-influwenza tal-PKĊ hija msaħħa permezz ta’ politiki bħall-Kodiċi ta’ Governanza Korporattiva tal-2018 u l-Opinjoni tal-2020 dwar it-Tisħiħ tal-Ħidma tal-Front Magħqud (24), li jippromwovu t-tmexxija tal-Partit f’intrapriżi privati. Barra minn hekk, is-sistema tal-PKĊ ta’ “dħul bidirezzjonali u ħatriet reċiproċi” tiffaċilita l-integrazzjoni tal-membri tal-Partit fit-tmexxija korporattiva. Fl-SOEs, rwoli eżekuttivi ewlenin iridu jinżammu minn membri tal-PKĊ, u b’hekk tiġi żgurata t-tmexxija tal-Partit fil-governanza korporattiva. Il-PKĊ jikkontrolla wkoll ir-riżorsi umani kemm fl-SOEs kif ukoll fil-kumpaniji privati, jissorvelja d-deċiżjonijiet tal-persunal u jżomm il-bażijiet tad-data tat-talent biex jallinja l-ħatriet mal-objettivi tal-Partit. |
|
(120) |
Barra minn hekk, l-ilmentatur irrimarka li l-14-il Pjan ta’ 5 Snin (“FYP”) nazzjonali jenfasizza l-aderenza mal-linji gwida tal-PKĊ, u jobbliga lill-kumpaniji jintegraw l-ideoloġija tal-Partit fl-operazzjonijiet tagħhom. L-assoċjazzjonijiet tal-industrija bħal CRIA u l-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina tal-Importaturi u l-Esportaturi tal-Metalli, tal-Minerali u tas-Sustanzi Kimiċi (“CCCMC”) jiżguraw li l-manifatturi tat-tajers u l-kumpaniji relatati jsegwu d-direttivi tal-Istat. CRIA, permezz tal-fergħat u l-linji gwida tagħha, topera bħala pont bejn il-Partit u l-gvern għall-kumpaniji, filwaqt li tippromwovi l-influwenza tal-PKĊ fil-kontroll tal-prestazzjoni tal-industrijau dawn l-assoċjazzjonijiet għandhom mexxejja affiljati mal-PKĊ u fergħat tal-Partit inkorporati fl-istrutturi tagħhom ukoll. |
|
(121) |
L-ilmentatur sostna wkoll li produtturi ewlenin tat-tajers, bħal Qingdao Doublestar, Shuangqian Tire Group Co., Ltd., u Sailun Group Co., juru influwenza sinifikanti tal-Partit permezz ta’ mexxejja affiljati mal-PKĊ u sjieda statali. L-ilmentatur enfasizza li l-kontroll pervażiv tal-Istat u tal-Partit jirrestrinġi l-kapaċità tad-ditti Ċiniżi li jistabbilixxu l-prezzijiet u l-kostijiet b’mod indipendenti, peress li dawn huma influwenzati minn kunsiderazzjonijiet mhux tas-suq allinjati mal-objettivi tal-PKĊ, li jbegħduhom mill-forzi normali tas-suq. |
|
(122) |
It-tielet, l-ilmentatur innota li l-ordni pubbliku u l-miżuri pubbliċi fiċ-Ċina jiffavorixxu lill-fornituri domestiċi u joħolqu distorsjoni sinifikanti fil-forzi tas-suq ħieles, inkluż fl-industrija tat-tajers u fil-katina tal-provvista tagħha. Il-GTĊ jimplimenta ppjanar komprensiv permezz tal-FYPs inklużi pjanijiet speċifiċi għas-settur, li jistabbilixxu wkoll miri għall-produzzjoni, l-innovazzjoni u l-iżvilupp ekoloġiku. Dawn il-pjanijiet jagħtu prijorità lis-setturi upstream ewlenin bħall-petrokimiċi, il-lastiku naturali, l-azzar u l-enerġija, kif ukoll lill-industriji downstream relatati mal-industrija tal-manifattura tat-tajers. |
|
(123) |
L-ilmentatur enfasizza li l-politiki tal-gvern huma mfassla biex jeżerċitaw kontroll akbar fuq l-industrija tat-tajers. Dawn il-politiki jappoġġaw b’mod strateġiku l-iżvilupp tal-industrija, filwaqt li jiżguraw l-allinjament mal-objettivi tal-Istat u jtejbu l-influwenza governattiva fil-livelli kollha tal-industrija. Pereżempju, is-settur tat-tajers huwa indirizzat speċifikament fl-FYPs u jibbenefika direttament mill-appoġġ tal-GTĊ. It-tajers huma inklużi fil-qafas tal-Opinjoni Gwida dwar il-Promozzjoni tal-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industriji Petrokimiċi u Kimiċi matul l-14-il FYP. Din l-Opinjoni Gwida mhux biss tenfasizza l-avvanz tal-prodotti tat-tajers permezz ta’ trasformazzjoni diġitali standardizzata iżda tiffoka wkoll fuq it-tisħiħ tal-istandards tat-teknoloġija u tal-kwalità fis-settur kollu. L-implimentazzjoni hija ffaċilitata minn assoċjazzjonijiet tal-industrija bħal CRIA, li jaġixxu bħala veikoli bejn il-gvern u l-kumpaniji tat-tajers, filwaqt li jiżguraw l-allinjament mal-objettivi strateġiċi deskritti fl-opinjoni gwida. Il-GTĊ juża akkwist pubbliku favorevoli, appoġġ finanzjarju u għodod oħra biex iżid il-kompetittività tat-tajers prodotti domestikament fis-swieq barranin. |
|
(124) |
Barra minn hekk, l-ilmentatur innota li l-gvernijiet provinċjali joħorġu regolamenti b’appoġġ għall-produtturi tat-tajers. Eżempju ewlieni huwa l-14-il FYP ta’ Shandong, li għandu l-għan li jikkonsolida l-appoġġ tas-settur pubbliku u li jtejjeb il-kapaċitajiet tan-negozji privati, filwaqt li jiffoka fuq il-katina tal-provvista u l-allokazzjoni tar-riżorsi tal-industrija tal-karozzi. Il-provinċja kellha fil-mira l-industrija tal-karozzi tagħha permezz ta’ “sinerġija tal-katina tal-provvista u kapaċità ta’ allokazzjoni tar-riżorsi”. Interventi oħra tal-Istat jappoġġaw direttament lill-produtturi tat-tajers fl-investimenti tagħhom fir-riċerka u l-iżvilupp, fl-inizjattivi ta’ ekoloġizzazzjoni u fit-titjib tal-katina tal-produzzjoni. |
|
(125) |
Barra minn hekk, l-ilmentatur enfasizza li dawn il-politiki jnaqqsu b’mod artifiċjali l-kostijiet tal-produzzjoni. Pereżempju, l-Inizjattiva “Belt and Road” tappoġġa l-firxa tal-manifatturi Ċiniżi tat-tajers, billi tipprovdi modi favorevoli għall-esportazzjoni u s-solidifikazzjoni tal-pożizzjoni tagħhom fis-suq globali kif ukoll fiċ-Ċina. |
|
(126) |
Ir-raba’, l-ilmentatur innota n-nuqqas ta’ applikazzjoni, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment, il-kumpaniji u l-proprjetà. L-ilmentatur enfasizza b’mod partikolari l-appoġġ artifiċjali li jingħata lil produtturi tat-tajers finanzjarjament insostenibbli li jikkompetu lokalment u internazzjonalment ma’ kumpaniji barranin grazzi għall-appoġġ li jirċievu li jippermettilhom ma jfallux. |
|
(127) |
L-ilmentatur innota wkoll in-nuqqas ta’ sjieda privata tal-art fiċ-Ċina, fejn l-allokazzjoni tal-art hija kkontrollata mill-gvern u influwenzata minn kunsiderazzjonijiet politiċi aktar milli minn deċiżjonijiet xprunati mis-suq. Dan jirriżulta f’vantaġġ inġust għall-kumpaniji tat-tajers sponsorjati mill-Istat, li jkompli joħloq distorsjoni fis-suq u jimmina l-kompetizzjoni fis-suq ħieles fl-industrija tat-tajers. |
|
(128) |
Il-ħames, l-ilmentatur allega li l-kostijiet tal-pagi fiċ-Ċina huma distorti b’mod sinifikanti, filwaqt li nnota li fil-pajjiż topera trade union waħda biss legalment rikonoxxuta, ikkontrollata mill-PKĊ. Dan il-kontroll, flimkien man-nuqqas ta’ ratifika miċ-Ċina ta’ konvenzjonijiet ewlenin tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol u prattiki restrittivi tax-xogħol, jirriżulta f’indħil politiku li jinfluwenza l-proċessi tal-iffissar tal-pagi, u jwassal għal riżultati tal-pagi xprunati mill-istat aktar milli bbażati fuq is-suq. Barra minn hekk, is-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi tiddiskrimina kontra l-ħaddiema migranti billi tillimita l-aċċess għall-benefiċċji soċjali u ekonomiċi, u b’hekk tkompli toħloq distrosjoni fil-kostijiet tax-xogħol fl-ekonomija Ċiniża. |
|
(129) |
Is-sitt, il-produtturi Ċiniżi tat-tajers jibbenefikaw minn aċċess għall-finanzi mogħti minn istituzzjonijiet li jimplimentaw l-objettivi tal-ordni pubbliku jew li ma jaġixxux b’mod indipendenti mill-Istat. Il-banek ewlenin fiċ-Ċina mhux biss huma proprjetà tal-Istat, iżda l-banek privati wkoll iridu jaderixxu mal-politiki nazzjonali meta jwettqu n-negozju tagħhom. B’riżultat ta’ dan, investimenti preferenzjali jiġu diretti lejn industriji “mħeġġa”. L-ilmentatur wera dawn il-benefiċċji għall-manifatturi tat-tajers Ċiniżi billi enfasizza self u finanzjament preferenzjali li rċevew kumpaniji bħal Shanghai Huayi Group, Double Coin, u Prinx Chengshan minn banek pubbliċi bħall-Export-Import Bank of China u l-Bank of China. Barra minn hekk, kumpaniji bħal Doublestar iżommu rabtiet b’saħħithom ma’ banek bħall-Bank of Communications, li taw appoġġ sinifikanti f’linji ta’ kreditu ta’ investiment u finanzjament, u dan juri l-motivazzjonijiet xprunati mill-politika ta’ dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji. |
|
(130) |
L-ilmentatur innota wkoll li l-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu fiċ-Ċina spiss ikunu esaġerati u sistematikament jaqbżu l-kontropartijiet internazzjonali tagħhom. Din id-distorsjoni tirriżulta mill-garanziji impliċiti tal-gvern ipprovduti lil industriji “mħeġġa” jew magħżula b’mod ieħor, li effettivament itaffu r-riskju ta’ inadempjenzi tal-bonds. Eżempji jinkludu l-aġenziji tal-kreditu Ċiniżi li jagħtu lill-kumpaniji klassifikazzjonijiet ogħla b’mod sinifikanti minn aġenziji internazzjonali rikonoxxuti, li joffru lil dawn il-kumpaniji termini ta’ self aktar favorevoli. |
|
(131) |
B’mod ġenerali, l-ilmentatur sostna li l-ekonomija Ċiniża kollha hija affettwata minn distorsjonijiet sinifikanti li, konsegwentement, jestendu wkoll għall-industrija tat-tajers. Il-GTĊ jintervjeni fil-livelli kollha tal-katina tal-provvista tat-tajers, u dan jirriżulta f’sitwazzjoni fejn l-inputs, l-inputs ta’ dawk l-inputs, eċċ., huma kollha affettwati mid-distorsjonijiet tal-gvern b’diversi modi. |
|
(132) |
Bħala konklużjoni, l-ilmentatur argumenta li hemm distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fis-settur tat-tajers. |
|
(133) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fiċ-Ċina, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija taċ-Ċina b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott ikkonċernat. |
|
(134) |
Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl. L-evidenza fil-fajl inkludiet l-evidenza li tinsab fir-Rapport, li tibbaża fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti sabiex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina. |
3.2.1.1.
|
(135) |
Is-sistema ekonomika Ċiniża hija bbażata fuq il-kunċett ta’ “ekonomija soċjalista orjentata lejn is-suq”. Dak il-kunċett huwa mnaqqax fil-Kostituzzjoni Ċiniża u jiddetermina l-governanza ekonomika taċ-Ċina. Il-prinċipju ewlieni huwa s-“sjieda pubblika soċjalista tal-mezzi tal-produzzjoni, jiġifieri s-sjieda min-nies kollha u s-sjieda kollettiva mill-persuni li jaħdmu” (25). |
|
(136) |
L-ekonomija tal-Istat hija “l-forza mexxejja tal-ekonomija nazzjonali” u l-Istat għandu l-mandat li jiżgura “l-konsolidazzjoni u t-tkabbir tagħha” (26). Għaldaqstant, dokumenti ta’ politika reċenti tal-2024 juru li l-GTĊ jkompli jfittex li “jippromwovi l-konċentrazzjoni tal-kapital tal-Istat f’industriji importanti […] u f’industriji strateġiċi emerġenti li jħarsu ’l quddiem” (27) u “jsaħħaħ l-injezzjonijiet ta’ kapital biex jappoġġa l-iżvilupp ta’ kwalità għolja ta’ intrapriżi tal-Istat” (28). Konsegwentement, l-istruttura ġenerali tal-ekonomija Ċiniża mhux biss tippermetti interventi sostanzjali mill-gvern fl-ekonomija, iżda dawn l-interventi huma obbligatorji b’mod espliċitu. Il-kunċett tas-supremazija tas-sjieda pubblika fuq dik privata huwa mifrux fis-sistema ġuridika kollha u huwa enfasizzat bħala prinċipju ġenerali fl-atti leġiżlattivi prinċipali kollha. |
|
(137) |
Il-liġi Ċiniża fil-qasam tal-proprjetà hija eżempju ewlieni: hija tirreferi għall-istadju primarju tas-soċjaliżmu u tafda lill-Istat bil-ħarsien tas-sistema ekonomika bażika li permezz tagħha s-sjieda pubblika għandha rwol dominanti. |
|
(138) |
Forom oħrajn ta’ sjieda huma ttollerati, fejn il-liġi tippermettilhom jiżviluppaw spalla ma’ spalla mas-sjieda tal-Istat (29). Għaldaqstant, filwaqt li l-Liġi dwar il-Promozzjoni tal-Iżvilupp tal-Ekonomija Privata tal-2025 (“Il-Liġi dwar l-Ekonomija Privata”) (30) tirrikonoxxi formalment lill-intrapriżi privati bħala “komponent importanti tal-ekonomija soċjalista orjentata lejn is-suq”, hija tordna wkoll li “l-organizzazzjonijiet ekonomiċi privati u l-operaturi tagħhom għandhom jappoġġaw it-tmexxija tal-PKĊ, jaderixxu mas-sistema soċjalista b’karatteristiċi Ċiniżi u jipparteċipaw attivament fil-kostruzzjoni ta’ setgħa moderna soċjalista” (31) . |
|
(139) |
Konsegwentement, l-operaturi ekonomiċi huma soġġetti - direttament jew indirettament - għal gwida ta’ politika, tmexxija amministrattiva, u rekwiżiti ta’ allinjament ideoloġiku mill-istituzzjonijiet tal-Partit u tal-Istat, li jipperpetwaw id-distorsjonijiet strutturali fi ħdan l-ambjent kompetittiv. |
|
(140) |
Barra minn hekk, peress li skont il-liġi Ċiniża, l-ekonomija soċjalista orjentata lejn is-suq hija żviluppata taħt it-tmexxija tal-PKĊ, l-istrutturi tal-Istat Ċiniż u dawk tal-PKĊ huma marbutin flimkien f’kull livell (legali, istituzzjonali, personali), u jiffurmaw superstruttura fejn ir-rwoli tal-PKĊ u tal-Istat ma jistgħux jiġu distinti. |
|
(141) |
Wara emenda tal-Kostituzzjoni Ċiniża f’Marzu 2018, ir-rwol ewlieni tal-PKĊ ingħata prominenza saħansitra akbar billi ġie affermat mill-ġdid fit-test tal-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni. |
|
(142) |
Wara l-ewwel sentenza diġà eżistenti tad-dispożizzjoni: “[i]s-sistema soċjalista hija s-sistema bażika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”, iddaħħlet it-tieni sentenza ġdida li taqra: “[il-]karatteristika li tiddefinixxi s-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi hija t-tmexxija tal-[PKĊ]” (32). Dan juri l-kontroll mhux iddubitat u dejjem jikber tal-PKĊ fuq is-sistema ekonomika taċ-Ċina. |
|
(143) |
Din it-tmexxija u l-kontroll huma inerenti għas-sistema Ċiniża u jmorru ferm lil hinn mis-sitwazzjoni abitwali f’pajjiżi oħrajn fejn il-gvernijiet jeżerċitaw kontroll makroekonomiku ġenerali li fil-limitazzjonijiet tiegħu joperaw il-forzi tas-suq ħieles. |
|
(144) |
L-Istat Ċiniż iħaddem politika ekonomika intervenzjonista biex jilħaq l-għanijiet, li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mill-PKĊ minflok ma jkunu jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles (33). Huma bosta l-għodod ekonomiċi intervenzjonisti użati mill-awtoritajiet Ċiniżi, u fosthom hemm is-sistema tal-ippjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll il-livell tal-ambjent regolatorju. |
|
(145) |
L-ewwel nett, fil-livell tal-kontroll amministrattiv ġenerali, id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija regolata minn sistema kumplessa ta’ ppjanar industrijali li taffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-pajjiż. Dawn il-pjanijiet kollha jifformaw matriċi komprensiva u kumplessa ta’ politiki settorjali u trażversali li hija preżenti fil-livelli kollha tal-gvern. |
|
(146) |
Il-pjanijiet fil-livell provinċjali huma spjegati fid-dettall, filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali jistabbilixxu miri usa’. Il-pjanijiet jispeċifikaw ukoll il-mezzi sabiex jiġu appoġġati l-industriji/is-setturi rilevanti, kif ukoll il-perjodi ta’ żmien li fihom jeħtieġ li jintlaħqu l-objettivi. Xi pjanijiet jinkludu miri tal-output espliċiti. |
|
(147) |
Skont il-pjanijiet, setturi industrijali individwali, tipi speċifiċi ta’ operaturi ekonomiċi u/jew proġetti (34) qed jiġu identifikati bħala prijoritajiet (pożittivi jew negattivi) skont il-prijoritajiet tal-gvern u qed jiġu attribwiti lilhom għanijiet ta’ żvilupp speċifiċi (aġġornament industrijali, espansjoni internazzjonali eċċ.). |
|
(148) |
Fl-2025, il-Kumitat Ċentrali tal-PKĊ ippubblika analiżi li affermat in-natura vinkolanti tal-pjanijiet: “Il-formulazzjoni xjentifika u l-implimentazzjoni effettiva tal-pjanijiet nazzjonali ta’ żvilupp huma mezzi importanti għall-Partit tagħna biex imexxi b’mod effettiv l-iżvilupp ekonomiku u soċjali. Fil-prattika tal-modernizzazzjoni, iċ-Ċina esplorat u stabbiliet arranġament istituzzjonali li fih, taħt it-tmexxija ċentralizzata u magħquda tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit, sessjoni plenarja tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tissottometti proposta ta’ pjan, il-Kunsill tal-Istat iħejji abbozz ta’ pjan, u l-Kungress Nazzjonali tal-Poplu jirrieżaminah u japprovah qabel ma dan jiġi mħabbar pubblikament u implimentat. Dan effettivament jittrasforma l-proposti tal-Partit fir-rieda tal-Istat u tal-poplu. Permezz ta’ dan il-proċess, implimentazzjonijiet strateġiċi ewlenin tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit jiġu ttrasformati fi pjanijiet legalment vinkolanti għal implimentazzjoni mal-pajjiż kollu” (35). |
|
(149) |
Konsegwentement, l-operaturi ekonomiċi, privati u dawk tal-Istat kollha kemm huma jridu jaġġustaw b’mod effettiv l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont ir-realtajiet imposti mis-sistema tal-ippjanar. Dan ma huwiex biss minħabba n-natura vinkolanti tal-pjanijiet iżda anke minħabba l-fatt li l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema ta’ pjanijiet u jużaw is-setgħat mogħtija lilhom skont kif ikun meħtieġ, u b’hekk jisfurzaw lill-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet (36). |
|
(150) |
It-tieni, fil-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja taċ-Ċina hija ddominata mill-banek kummerċjali u ta’ politika tal-Istat deskritti mill-GTĊ bħala “il-forza ewlenija li taqdi l-ekonomija reali u li tipprovdi appoġġ qawwi għall-istabbiltà u l-iżvilupp fit-tul tal-ekonomija nazzjonali” (37). Dawk il-banek, meta jkunu qed jistabbilixxu u jimplimentaw il-politika tas-self tagħhom iridu jallinjaw lilhom infushom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern minflok ma jivvalutaw qabel kollox il-merti ekonomiċi ta’ proġett partikolari (38). |
|
(151) |
L-istess japplika għall-komponenti l-oħrajn tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħas-swieq tal-istokks, is-swieq tal-bonds, is-swieq tal-ekwità privata eċċ. Barra minn hekk, dawn il-partijiet tas-settur finanzjarju huma stabbiliti b’mod istituzzjonali u operazzjonali b’mod li ma jkunux immirati lejn il-massimizzazzjoni tal-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji iżda lejn l-iżgurar tal-kontroll u l-awtorizzazzjoni ta’ intervent mill-Istat u mill-PKĊ (39). |
|
(152) |
It-tielet, fil-livell tal-ambjent regolatorju, l-interventi mill-Istat fl-ekonomija jieħdu għadd ta’ forom. |
|
(153) |
Pereżempju, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku jintużaw regolarment sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ politika għajr l-effiċjenza ekonomika, u b’hekk jimminaw il-prinċipji bbażati fuq is-suq fil-qasam. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tipprevedi b’mod speċifiku li l-akkwist pubbliku għandu jitwettaq sabiex “jintlaħqu l-objettivi tal-politika nazzjonali ta’ żvilupp ekonomiku u soċjali” (40). Madankollu, in-natura ta’ dawn l-għanijiet għadha ma hijiex definita, u għalhekk tħalli marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ għall-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet (41). Barra min hekk, il-leġiżlazzjoni applikabbli żżomm regoli li jiddiskriminaw b’mod espliċitu kontra prodotti mhux domestiċi billi tistipula li “se jingħata tnaqqis ta’ 20 % fil-prezz għall-kwotazzjoni ta’ prodott domestiku, u l-prezz imnaqqas se jitqies matul il-proċess ta’ evalwazzjoni” (42). B’riżultat ta’ dan, id-deċiżjonijiet dwar l-akkwist jiffavorixxu l-prodotti domestiċi u ma jsirux abbażi ta’ forzi tas-suq ħieles. |
|
(154) |
B’mod simili, fil-qasam tal-investiment, il-GTĊ iżomm kontroll u influwenza sinifikanti fuq id-destinazzjoni u l-kobor kemm tal-investimenti tal-Istat kif ukoll ta’ dawk privati. L-iskrinjar tal-investimenti, kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet, u projbizzjonijiet relatati mal-investimenti, jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodda importanti biex jiġu appoġġati għanijiet ta’ politika industrijali, bħaż-żamma tal-kontroll tal-Istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (43). Pereżempju, il-GTĊ ifittex li “jottimizza l-mekkaniżmu ta’ operat u superviżjoni tal-fondi industrijali ewlenin biex jiżgura li d-direzzjoni tal-investiment tal-fondi tissodisfa r-rekwiżiti tal-istrateġiji nazzjonali” (44). Eżempju ieħor tal-kontroll tal-GTĊ fuq l-ekonomija permezz tad-direzzjoni tar-riżorsi finanzjarji huma l-politiki deskritti fid-Diversi Miżuri tal-2025 biex l-Iżvilupp tal-Investiment Privat Jiġi Promoss Ulterjorment (45). Skont il-Miżuri, il-GTĊ ifittex li “jżid ir-riżorsi tal-baġit ċentrali biex jappoġġa proġetti ta’ investiment privat kwalifikati u biex ikollu rwol attiv ta’ gwida u ta’ tmexxija.” Il-GTĊ għandu wkoll l-intenzjoni li “jagħmel użu tajjeb minn strumenti finanzjarji ta’ politika ġdida [u] jappoġġa għadd ta’ proġetti ta’ investiment privat kwalifikati f’industriji importanti u f’oqsma ewlenin” (46). |
|
(155) |
L-interventi tal-GTĊ fl-ekonomija huma mfassla bħala “sforzi kkoordinati ta’ politiki fiskali, monetarji, industrijali, tal-prezzijiet, tal-impjiegi u politiki oħra marbuta mal-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali ta’ żvilupp u strateġiji ewlenin” (47). |
|
(156) |
Fil-qosor, il-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti assjomi bażiċi, li jipprevedu u jinkoraġġixxu bosta interventi mill-gvern. Tali interventi sostanzjali mill-gvern huma f’kunflitt mal-azzjoni libera tal-forzi tas-suq, u dan jirriżulta fid-distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (48). |
3.2.1.2.
|
(157) |
Fiċ-Ċina, l-intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u/jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-Istat jirrappreżentaw parti essenzjali mill-ekonomija. |
|
(158) |
Is-settur tal-prodott ikkonċernat huwa prinċipalment servut minn kumpaniji privati bħal Shandong Linglong Tire Co. (49), jew minn kumpaniji b’ishma minoritarji miżmuma mill-Istat, bħal f’Sailun Group (50), li huwa 1,18 % proprjetà tal-Istat (51) jew Zhongce Rubber Group (52), li huwa 36 % proprjetà tal-Istat (53). |
|
(159) |
Barra minn hekk, f’għadd ta’ kumpaniji, l-Istat mhux biss għandu sehem, iżda jeżerċita kontroll, bħal f’Qingdao Double Star Co. Ltd (54)., li hija 41,35 % proprjetà tal-Istat u kkontrollata mill-SASAC tal-Muniċipalità ta’ Qingdao, jew f’Double Star Dongfeng Tire, sussidjarja li hija 100 % proprjetà ta’ Qingdao Double Star Co. Ltd (55). Eżempju ieħor huwa Guizhou Tyre Co. Ltd (56)., li hija 20,48 % proprjetà tal-Istat u kkontrollata mill-Gvern tal-Poplu tal-Muniċipalità ta’ Guiang (57). |
|
(160) |
Barra minn hekk, is-settur tal-prodott ikkonċernat huwa servut ukoll minn SOEs, bħal: is-CNRC (58), miżmuma minn SINOCHEM (SOE taħt il-kontroll tal-SASAC ċentrali (59)) u SINOPEC (60) (SOE oħra taħt il-kontroll tal-SASAC ċentrali (61)), it-tnejn produtturi ewlenin tal-lastiku sintetiku, input ewlieni għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat (62). |
|
(161) |
L-interventi tal-PKĊ fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali saru n-norma mhux biss fl-SOEs, iżda wkoll f’kumpaniji privati (63), fejn il-PKĊ li qed jassumi t-tmexxija fuq kważi kull aspett tal-ekonomija tal-pajjiż. Tabilħaqq, l-influwenza tal-Istat permezz tal-istrutturi tal-PKĊ fil-kumpaniji tirriżulta effettivament f’sitwazzjoni fejn l-operaturi ekonomiċi jkunu taħt il-kontroll u taħt is-superviżjoni tal-politiki tal-gvern, fid-dawl ta’ kemm l-istrutturi tal-Istat u tal-Partit kibru flimkien fiċ-Ċina. |
|
(162) |
Barra minn hekk, is-settur tal-prodott ikkonċernat huwa soġġett għal diversi politiki tal-gvern, bħall-Opinjoni Gwida tal-Ministeru għall-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (MIIT) dwar il-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-Industriji Kimiċi u Petrokimiċi matul l-14-il FYP li, fit-Taqsima II.3 tagħha, tipprevedi l-implimentazzjoni ta’ “azzjonijiet biex tittejjeb il-kwalità tal-provvista ta’ prodotti kimiċi. Enfażi fuq industriji emerġenti strateġiċi […] u jitħaffef l-iżvilupp ta’ […] materjali tal-lastiku u tal-plastik ta’ prestazzjoni għolja, […]. Żieda fil-proporzjon ta’ prodotti ekoloġiċi f’industriji bħal […] tajers, […]. L-intrapriżi jiġu mħeġġa jtejbu l-kwalità tal-prodott u biex joħolqu u jrawmu l-marki”. Barra minn hekk, it-Taqsima V tal-Opinjoni Gwida tipprevedi l-bini ta’ “monitoraġġ tal-katina industrijali bbażat fuq l-internet applikabbli għal prodotti bl-ingrossa bħal fertilizzanti u tajers” (64). |
|
(163) |
L-industrija tat-tajers hija koperta wkoll minn politiki fil-livell provinċjali bħall-14-il FYP tal-Provinċja ta’ Shandong dwar l-iżvilupp tal-industrija tal-kimika li jipprovdi dan li ġej speċifikament għall-industrija tat-tajers: “[j]iġu implimentati b’mod strett il-politiki tal-industrija u l-istandards tal-industrija, jiġu integrati u rtirati intrapriżi b’kapaċità ta’ produzzjoni annwali ta’ inqas minn 1,2 miljun tajer radjali magħmulin bl-azzar biss (ħlief tajers tal-inġinerija, tajers tal-avjazzjoni, u tajers mingħajr tubu ta’ sezzjoni wiesgħa) u inqas minn 5 miljun tajer radjali magħmulin parzjalment bl-azzar (ħlief tajers run-flat, tajers tat-tlielaq ta’ livell għoli, u tajers b’sezzjoni baxxa ħafna). […]Skont kif jiżviluppaw is-swieq ta’ livell għoli u segmentati, jiġu żviluppati prodotti ta’ livell għoli bħal sezzjoni baxxa ħafna, iċċattjar, reżistenza baxxa għad-dawrien, storbju baxx, u run-flat, jiġu estiżi r-R & Ż u l-produzzjoni ta’ tajers radjali ta’ prestazzjoni għolja bħal tajers intelliġenti, tajers tas-sikurezza, tajers b’reżistenza baxxa għad-dawrien, u tajers reżistenti ħafna għat-tkagħbir bl-użu sabiex jiżdiedu l-valur miżjud u l-ishma mis-suq tal-prodotti. Jiġu msaħħa r-raggruppamenti tal-industrija tat-tajers fil-peniżola ta’ Shandong kif ukoll fit-Tramuntana ta’ Shandong, jiġu msaħħa l-konnessjonijiet mal-faċilitajiet ta’ appoġġ tal-industrija, jiġi żviluppat ir-raggruppament tal-industrija tal-addittivi tal-lastiku fil-Punent ta’ Shandong, u jiġi estiż ir-raggruppament tal-industrija tat-tagħmir tal-ipproċessar tal-lastiku fil-Lvant ta’ Shandong. B’mod komprensiv jiġu mtejba d-diġitalizzazzjoni, l-iżvilupp tan-network u l-iżvilupp intelliġenti tal-industrija tat-tajers, tiġi promossa l-kostruzzjoni ta’ fabbriki intelliġenti fl-industrija tat-tajers fil-provinċja kollha, u tinħoloq pjattaforma tal-cloud fuq l-internet tal-industrija tal-manifattura tat-tajers. Jiġu promossi b’mod attiv il-proċessi tal-produzzjoni ekoloġika tat-tajers bħar-raffinar kimiku tal-lastiku u t-teknoloġija tar-radjazzjoni ta’ qabel il-vulkanizzazzjoni, jiġi mħeġġeġ l-użu sekondarju tat-tajers, jiġu promossi l-piroliżi ekoloġika u t-teknoloġija tar-riġenerazzjoni tal-iswed tal-karbonju tat-tajers skartati, u jiġi promoss l-iżvilupp ċirkolari ekoloġiku tal-industrija. […] Sal-2025, il-valur tal-output tal- industrija tat-tajers se jilħaq RMB 200 biljun; se jkun hemm tmien kumpaniji tat-tajers bi dħul mill-bejgħ li jaqbeż l-RMB 10 biljun, li minnhom aktar minn tnejn se jaqbżu l-RMB 20 biljun, u kumpanija waħda jew tnejn se jidħlu mal-akbar 10 tal-industrija globali tat-tajers” (65). |
|
(164) |
Is-superviżjoni tal-gvern u l-kontroll tal-politika jeżistu wkoll fil-livell muniċipali. Eżempju jirrappreżenta l-Muniċipalità ta’ Changchun, magħrufa bħala l-“Belt tal-Karozzi” (66), fejn Shandong Linglong Tire Co. Ltd iffirmat ftehim ta’ investiment ta’ RMB 4,89 biljun għal fabbrika bi produzzjoni annwali ta’ 14,2 miljun tajer. Iż-Żona tal-Iżvilupp tal-Karozzi ta’ Changchun tenfasizza li l-“kisbiet tagħha huma dovuti għall-gwida politika u t-tmexxija b’saħħitha tal-kumitat provinċjali tal-Partit, il-gvern provinċjali, il-kumitat muniċipali tal-Partit u l-gvern muniċipali [u] l-koeżjoni u l-innovazzjoni tal-kumitat ta’ ħidma tal-Partit taż-żona tal-Iżvilupp tal-Karozzi.” (67). |
|
(165) |
Il-kontroll tal-gvern u s-superviżjoni politika jistgħu jiġu osservati wkoll fil-livell tal-assoċjazzjonijiet industrijali rilevanti (68). |
|
(166) |
Pereżempju, CRIA (69) - li Shandong Linglong Tire Co., Ltd, Sailun Group, Zhongce Rubber Group, CNRC, Qingdao Double Star Co. Ltd., Guizhou Tyre Co., Ltd., huma membri tagħha (70) - għandha 15-il fergħa u kumitati professjonali, u l-fergħa tat-tajers hija l-akbar waħda. Il-produzzjoni mill-kumpaniji membri tal-fergħa tat-tajers tammonta għal madwar 80 % tal-produzzjoni domestika Ċiniża tat-tajers. CRIA għandha 62 unità ta’ tmexxija, li fosthom Zhongce Rubber Group Co., Ltd. għandha l-presidenza, u Sailun Group Co., Ltd. u Linglong Tire Co., Ltd il-viċi presidenza (71). Il-fergħa tat-tajers tas-CRIA ssegwi d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tas-CRIA, fejn tiddikjara l-iskop tagħha bħala li taqdi lill-membri, taqdi r-rwol ta’ pont bejn il-gvern u l-intrapriżi, u twettaq diversi kompiti taħt it-tmexxija tal-Assoċjazzjoni Ġenerali (72). |
|
(167) |
Skont l-Artikolu 3 tal-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tas-CRIA, l-organizzazzjoni “taderixxi mat-tmexxija ġenerali tal-[PKĊ]. F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni tal-[PKĊ], l-Assoċjazzjoni tistabbilixxi organizzazzjoni tal-[PKĊ], twettaq l-attivitajiet tal-Partit, u tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-Partit. L-awtorità responsabbli mir-reġistrazzjoni u l-ġestjoni tal-Assoċjazzjoni hija l-Ministeru għall-Affarijiet Ċivili, u l-awtorità responsabbli mill-bini tal-Partit hija l-Kumitat tal-Partit tal-[SASAC ċentrali]. L-Assoċjazzjoni taċċetta l-gwida, is-superviżjoni u l-ġestjoni tan-negozju tal-awtorità li tieħu ħsieb ir-reġistrazzjoni u l-ġestjoni, u tal-awtorità li tieħu ħsieb il-bini tal-Partit kif ukoll tad-dipartiment amministrattiv rilevanti li jieħu ħsieb il-ġestjoni tal-industrija” (73). L-Artikolu 36 isostni wkoll li l-persuni inkarigati mill-Assoċjazzjoni jridu jissodisfaw kundizzjonijiet bħal li “[j]osservaw it-tmexxija tal-[PKĊ], jappoġġaw is-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi, jimplimentaw b’mod determinat il-linja, il-prinċipji u l-politiki tal-Partit, u jkollhom kwalitajiet politiċi tajbin” (74). |
|
(168) |
Konsegwentement, il-produtturi privati fis-settur tal-prodott ikkonċernat ma jitħallewx joperaw skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Tabilħaqq, kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur huma soġġetti għal superviżjoni u għal gwida tal-politika. |
3.2.1.3.
|
(169) |
Il-GTĊ huwa f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti. Tabilħaqq, iċ-ċelloli tal-PKĊ fl-intrapriżi, kemm jekk tal-Istat kif ukoll privati, jirrappreżentaw mezz importanti li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. |
|
(170) |
Skont l-Artikolu 17 tal-liġi tal-kumpaniji taċ-Ċina, għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tal-PKĊ f’kull kumpanija b’mill-inqas tliet membri tal-PKĊ kif speċifikat fl-Artikolu 30 tal-tal-Kostituzzjoni tal-PKĊ (75), u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-Partit. |
|
(171) |
Fil-passat, jidher li dan ir-rekwiżit mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, il-PKĊ ilu mill-inqas mill-2016 isaħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu li jikkontrolla d-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku (76), inkluż l-eżerċitar ta’ pressjoni fuq il-kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u biex isegwu d-dixxiplina tal-Partit (77). |
|
(172) |
Diġà fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partit f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija bi sjieda privata, bi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tal-PKĊ ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (78). Stimi simili ġew irrapportati fl-2022 (79). Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-prodott ikkonċernat u għall-fornituri tal-inputs tagħhom. |
|
(173) |
Barra minn hekk, fil-15 ta’ Settembru 2020 inħareġ dokument bit-titlu Linji Gwida tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Kumitat Ċentrali tal-PKĊ dwar it-tisħiħ tal-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat għall-era l-ġdida (80) (“il-Linji Gwida”), li kompla jespandi r-rwol tal-kumitati tal-Partit f’intrapriżi privati. |
|
(174) |
It-Taqsima II.4 tal-Linji Gwida tiddikjara: “[i]rridu nżidu l-kapaċità ġenerali tal-Partit li jmexxi l-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat u jżid b’mod effettiv il-ħidma f’dan il-qasam”; u t-Taqsima III.6 tiddikjara: “[i]rridu nkomplu nżidu r-ritmu tal-bini tal-Partit f’intrapriżi privati u nippermettu liċ-ċelloli tal-Partit jaqdu r-rwol tagħhom b’mod effettiv bħala fortizza u nippermettu lill-membri tal-Partit iwettqu r-rwoli tagħhom bħala mexxejja u pijunieri”. Għalhekk, il-Linji Gwida jenfasizzaw u jfittxu li jżidu r-rwol tal-PKĊ fil-kumpaniji u f’entitajiet oħrajn tas-settur privat (81). |
|
(175) |
L-investigazzjoni kkonfermat li jeżistu wkoll koinċidenzi bejn il-pożizzjonijiet maniġerjali u s-sħubija fil-PKĊ / il-funzjonijiet tal-Partit fis-settur tat-tajers. Bħala eżempju, il-president tal-bord tad-diretturi u l-maniġer ġenerali ta’ SINOCHEM iservu wkoll rispettivament bħala segretarju u viċi segretarju tal-Kumitat tal-Partit ta’ SINOCHEM (82). Bl-istess mod, il-president u l-viċi president ta’ Qingdao Double Star Co. Ltd. iservu wkoll rispettivament bħala s-segretarju u l-viċi segretarju tal-Kumitat tal-Partit tal-kumpanija (83). Barra minn hekk, il-president tal-bord tad-diretturi ta’ Guizhou Tyre Co., Ltd. għandu l-pożizzjoni ta’ segretarju tal-Kumitat tal-Partit (84). |
|
(176) |
Barra minn hekk, il-kumpaniji tal-manifattura tat-tajers isemmu wkoll b’mod espliċitu l-influwenza tal-PKĊ fuq l-imġiba tagħhom. Pereżempju, Qingdao Double Star Co. Ltd. tiddikjara fir-rapport annwali tagħha tal-2024 li: “Matul il-perjodu ta’ rapportar, il-kumpanija saħqet fuq l-użu ta’ bini tal-Partit ta’ kwalità għolja biex tmexxi żvilupp ta’ kwalità għolja” u żgurat it-“tmexxija fil-bini tal-Partit biex tippromwovi żvilupp ta’ kwalità għolja: [il-kumpanija] [s]aħħet it-tmexxija fil-bini tal-Partit, iffukata fuq ir-responsabbiltajiet ewlenin u n-negozju ewlieni, wettqet edukazzjoni fil-fond dwar it-tema tal-Ħsieb ta’ Xi Jinping dwar is-Soċjaliżmu b’Karatteristiċi Ċiniżi għal Era Ġdida, ippromwoviet il-kisbiet teoretiċi innovattivi tal-Partit biex tiggwida l-iżvilupp kummerċjali tal-kumpanija, […] ikkultivat tim pijunier fil-manifattura, ir-riċerka xjentifika, il-kummerċjalizzazzjoni, u l-ġestjoni, u integrat il-bini tal-Partit fl-operazzjonijiet ta’ kuljum” (85). Bl-istess mod, Guizhou Tyre Co., Ltd tqis li “[b]ħala kumpanija azzjonarja tal-Istat, il-kumpanija dejjem iżżomm mat-tmexxija soda tal-Partit fuq l-intrapriżi tal-Istat. L-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni jiddefinixxu b’mod ċar l-istatus legali tal-organizzazzjoni tal-Partit fil-governanza korporattiva u jintegraw it-tmexxija tal-Partit fl-aspetti kollha tal-governanza korporattiva” (86). |
|
(177) |
Għalhekk il-preżenza tal-Istat f’ditti fis-settur tat-tajers u f’setturi oħrajn (bħas-settur finanzjarju u dak tal-inputs) tippermetti lill-GTĊ jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet. |
3.2.1.4.
|
(178) |
Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija ddeterminata sa punt sinifikanti minn sistema elaborata ta’ ppjanar li tistabbilixxi l-prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li fuqhom iridu jiffukaw il-gvernijiet ċentrali, provinċjali u lokali. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru virtwalment is-setturi ekonomiċi kollha. L-objettivi stabbiliti mill-istrumenti tal-ippjanar huma ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell korrispondenti aktar baxx tal-gvern. |
|
(179) |
B’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fiċ-Ċina tirriżulta fit-tmexxija ta’ riżorsi lejn setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jiġu allokati f’konformità mal-forzi tas-suq (87). |
|
(180) |
L-awtoritajiet Ċiniżi ppromulgaw għadd ta’ politiki li jiggwidaw il-funzjonament tas-settur tal-prodott ikkonċernat. |
|
(181) |
L-14-il FYP dwar l-iżvilupp tal-industrija tal-materja prima (88) għandu l-għan li jikseb avvanz fil-kategoriji ewlenin ta’ materja prima “[b]illi jiffoka fuq l-oqsma ta’ applikazzjoni ewlenin bħal […] lastiku sintetiku bijoniku” (89). Aktar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-industrija tat-tajers huma inklużi wkoll fl-Opinjoni Gwida tal-MIIT dwar il-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industriji Kimiċi u Petrokimiċi matul l-14-il FYP jew fl-14-il FYP tal-Provinċja ta’ Shandong dwar l-iżvilupp tal-industrija kimika. |
|
(182) |
Fil-livell tal-provinċja, bl-istess mod, skont l-14-il FYP tal-Provinċja ta’ Anhui dwar l-iżvilupp tal-industrija tal-materjali ġodda (90), l-awtoritajiet tal-gvern huma mistennija li jsawru t-tqassim industrijali tas-settur kif ġej: “[j]iffokaw fuq is-setturi tal-karozzi, tal-elettronika, tal-ferroviji ta’ veloċità għolja, tal-ajruspazju u tal-enerġija nukleari, u d-dipendenza fuq il-bażijiet industrijali ta’ Anqing, Huainan u postijiet oħra, iżidu l-intensità tar-riċerka u l-iżvilupp u tal-innovazzjoni, u jiżviluppaw b’mod vigoruż prodotti ta’ materjal tal-lastiku bi proprjetajiet u bi proċessi speċjali bħar-reżistenza għal temperatura għolja u baxxa, ir-reżistenza għat-tixjiħ, ir-reżistenza għall-ablazzjoni, ir-reżistenza kimika medja, ir-reżistenza għat-temp, ir-reżistenza għall-ożonu, ir-reżistenza għall-ark, eċċ.”. Il-pjan isemmi wkoll fil-lista ta’ prodotti ewlenin “lastiku tan-nitril idroġenat, lastiku tan-nitril bromurat, polimerizzazzjoni ta’ soluzzjoni tal-lastiku stiren-butadiene, lastiku isopren u l-monomeri tiegħu, lastiku tal-akrilat, lastiku speċjali li fih il-fluworu, lastiku tal-fluworosilikon, lastiku tas-siliċju iżolanti bl-elettriku” u fil-lista ta’ teknoloġiji rivoluzzjonarji “[t]eknoloġija tal-idroġenizzazzjoni tal-lastiku tan-nitril, teknoloġija ta’ preparazzjoni tal-lastiku tan-nitril tal-karboksil, teknoloġija funzjonali tal-produzzjoni tal-SSBR, teknoloġija ta’ ffrankar tal-enerġija tal-proċess ta’ tnixxif tal-lastiku sintetiku, teknoloġija tal-konċentrazzjoni tal-polimerizzazzjoni tal-emulsjoni, teknoloġija ta’ sostituzzjoni tal-addittivi li ma tagħmilx ħsara lill-ambjenti, eċċ.” (91). |
|
(183) |
Bl-istess mod, l-14-il FYP ta’ Gansu dwar l-iżvilupp tal-industrija tal-materja prima (92) jinkludi taqsima dwar l-industrija tal-kimika fina li tipprevedi li “[s]al-2025, il-valur tal-output industrijali totali tal-industrija se jfittex li jilħaq 50 biljun yuan” u li fil-qasam tal-lastiku sintetiku, l-objettiv huwa li “[t]iddependi fuq intrapriżi ewlenin, [biex] jiżviluppaw b’mod vigoruż addittivi tal-lastiku li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, aċċelleratur tal-lastiku tas-serje CBS/MBS, disulfur tal-karbonju, kubrit insolubbli, iswed tal-karbonju ta’ kwalità għolja u prodotti oħra” u għal materjali petrokimiċi ġodda avvanzati “[t]iddependi fuq intrapriżi ewlenin, [biex] itejbu l-livell u l-kapaċità tal-Provinċja ta’ Gansu fi plastiks tal-inġinerija speċjali, lastiku sintetiku speċjali, [eċċ.]” u li “[j]iżviluppaw b’mod vigoruż materjali strateġiċi ġodda ewlenin”. Fil-qasam tal-petrokimiċi, “jiġu żviluppati plastiks tal-inġinerija, lastiku sintetiku speċjali, fibri speċjali, materjali bijodegradabbli ta’ prestazzjoni għolja u materjali komposti ta’ prestazzjoni għolja”. |
|
(184) |
L-14-il FYP ta’ Gansu jelenka wkoll fost il-proġetti ewlenin il-Kumpanija Petrokimika ta’ PetroChina Lanzhou u l-bini ta’ unità ġdida ta’ 35 000 tunnellata/sena tal-lastiku speċjali tan-nitril, li prinċipalment tinkludi unità ta’ preparazzjoni kimika, unità ta’ polimerizzazzjoni, unità għall-irkupru tal-monomeru, ħżin tad-demel likwidu, unità ta’ taħlit u unità tat-tnixxif u l-imballaġġ tal-koagulazzjoni, eċċ., għal investiment totali ta’ aktar minn RMB 84 miljun (93). L-14-il FYP ta’ Jiangxi dwar l-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija petrokimika (94) jiddikjara li “[Aħna se…] nespandu l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ […] prodotti organosiliċi bħaż-żejt tas-siliċju, il-lastiku tas-siliċju, (…) u l-iswed tal-karbonju abjad. Aħna se nsaħħu r-riċerka u l-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ materjali kimiċi ġodda, u se niżviluppaw b’mod vigoruż materjali ġodda mill-aktar avvanzati bħal-lastiku speċjali […]”. Fir-rigward tal-lastiku speċjali, dan jinnota wkoll li l-gvern se “jiffoka fuq l-iżvilupp ta’ soluzzjoni tal-lastiku stiren-butadiene [...], lastiku idroġenat tan-nitril, lastiku aloġenat tal-butil, elastomeri termoplastiċi tal-istiren idroġenat (HSBCs), lastiku isopren [...], vulkaniżat termoplastiku, lastiku tal-etilen-propilen [...], eċċ.” |
|
(185) |
Barra minn hekk, l-14-il FYP ta’ Jilin dwar l-iżvilupp tal-industrija Petrokimika (95) jipprevedi li l-gvern se “jippromwovi bis-sħiħ l-iżvilupp tal-industrija tal-materjali kimiċi ġodda bħall-plastik tal-inġinerija, il-lastiku sintetiku speċjali, u fibri ta’ prestazzjoni għolja, jespandi l-kamp tal-applikazzjoni ta’ materjali kimiċi ġodda fl-oqsma tal-karozzi, it-trasport bil-ferrovija, l-ajruspazju, eċċ., u jwettaq l-iżvilupp ta’ kwalità għolja tas-sistema tal-industrija petrokimika fil-provinċja tagħna” u [j]saħħaħ [...] il-lastiku tal-etilen-propilen, u l-etanol tal-fjuwil, l-irfinar tal-fibra tal-karbonju speċjali, il-poliisobutilen attiv ħafna, il-materjali speċjali tal-lastiku u tal-plastik u prodotti speċjalizzati oħra, [...] u jifforma tliet setturi kompetittivi ewlenin ta’ reżina sintetika, lastiku sintetiku u materja prima kimika organika bażika, itejjeb il-kompetittività u l-momentum tal-iżvilupp endoġenu tal-industrija tal-petrokimika, u jgħin biex jiġu kkultivati raggruppamenti ta’ prodotti kompetittivi u ktajjen ta’ prodotti speċifiċi”. |
|
(186) |
Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jikkonċernaw is-settur. Permezz ta’ dawn il-miżuri, il-GTĊ jidderieġi u jikkontrolla kważi kull aspett fl-iżvilupp u fil-funzjonament tas-settur, kif ukoll l-inputs upstream. Tali miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles. |
3.2.1.5.
|
(187) |
Skont l-informazzjoni fil-fajl, is-sistema Ċiniża dwar il-falliment ma timplimentax b’mod adegwat l-objettivi ewlenin tagħha bħal pereżempju s-saldu ġust tal-pretensjonijiet u tad-dejn u s-salvagwardja tad-drittijiet u l-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri. Dan jidher li huwa msejjes fil-fatt li filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-falliment tiddependi b’mod formali minn prinċipji simili għal dawk applikati f’liġijiet korrispondenti ta’ pajjiżi oħra għajr iċ-Ċina, is-sistema Ċiniża hija kkaratterizzata minn nuqqas ta’ infurzar sistematiku. |
|
(188) |
In-numru ta’ fallimenti għadu magħruf li huwa baxx meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż, mhux l-anqas minħabba li l-proċedimenti ta’ insolvenza għandhom numru ta’ nuqqasijiet, li effettivament jiffunzjonaw bħala diżinċentiv għall-preżentati ta’ rikorsi ta’ falliment. Barra minn hekk, ir-rwol tal-Istat fil-proċedimenti ta’ insolvenza jibqa’ b’saħħtu u attiv, u ta’ spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu tal-proċedimenti (96), li huma rrapportati li ta’ spiss ma humiex trasparenti u li jirriżultaw fi prattiki diskriminatorji (97). |
|
(189) |
Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet tal-proprjetà huma partikolarment ovvji fir-rigward tas-sjieda tad-drittijiet għall-art u għall-użu tal-art fiċ-Ċina (98). L-art kollha hija proprjetà tal-Istat (art rurali bi sjieda kollettiva u art urbana proprjetà tal-Istat) u l-allokazzjoni tagħha tibqa’ tiddependi biss fuq l-Istat. Hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jallokaw id-drittijiet għall-użu tal-art b’mod trasparenti u bi prezzijiet tas-suq, pereżempju bl-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ offerti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet huma regolarment mhux irrispettati, u ċerti akkwirenti jiksbu l-art tagħhom mingħajr ħlas jew b’rati aktar baxxi mir-rati tas-suq (99). Barra minn hekk, id-Deċiżjoni tal-Kumitat Ċentrali tal-PKĊ tal-2024 dwar l-Approfondiment Aktar Komprensiv tar-Riforma u l-Promozzjoni tal-Modernizzazzjoni bi Stil Ċiniż tordna li “tittejjeb is-sistema tal-ġestjoni tal-art biex jiġi żgurat li tkun konnessa b’mod effiċjenti mal-makropolitiki u l-iżvilupp reġjonali u tagħti prijorità lill-użu raġonevoli tal-art għal industriji ewlenin u proġetti kbar”. (100) B’riżultat ta’ dan, l-awtoritajiet spiss isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluż l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jkunu qed jallokaw l-art (101). |
|
(190) |
L-istess bħas-setturi l-oħrajn fl-ekonomija Ċiniża, il-produtturi tal-prodott ikkonċernat huma soġġetti għar-regoli ordinarji dwar il-liġi Ċiniża dwar il-falliment, il-kumpaniji u l-proprjetà. L-effett ta’ dan huwa li anke dawn il-kumpaniji huma soġġetti għad-distorsjonijiet minn fuq għal isfel li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew mill-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà. Dawn il-kunsiderazzjonijiet, abbażi tal-evidenza disponibbli, jidhru li huma kompletament applikabbli anke fis-settur tal-industrija tat-tajers. Din l-investigazzjoni ma żvelat xejn li jqajjem dubji dwar dawn is-sejbiet. |
|
(191) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà fis-settur tal-prodott ikkonċernat. |
3.2.1.6.
|
(192) |
Sistema ta’ pagi bbażati fuq is-suq ma tistax tiżviluppa kompletament fiċ-Ċina minħabba li l-ħaddiema u l-impjegaturi huma mxekkla fid-drittijiet tagħhom għal organizzazzjoni kollettiva. Iċ-Ċina ma rratifikatx għadd ta’ konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, b’mod partikolari dawk dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv (102). |
|
(193) |
Skont il-liġi nazzjonali, organizzazzjoni ta’ trade union waħda biss hija attiva. Madankollu, din l-organizzazzjoni ma hijiex indipendenti mill-awtoritajiet tal-Istat u l-involviment tagħha fin-negozjar kollettiv u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema għadu rudimentali (103). Barra minn hekk, il-mobilità tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u oħrajn għar-residenti lokali ta’ żona amministrattiva partikolari. |
|
(194) |
Dan tipikament jirriżulta f’ħaddiema li ma jkunux fil-pussess tar-reġistrazzjoni tar-residenza lokali, u jsibu ruħhom f’pożizzjoni ta’ impjieg vulnerabbli u jirċievu introjtu aktar baxx mid-detenturi tar-reġistrazzjoni tar-residenza (104). Dawk is-sejbiet iwasslu għad-distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi fiċ-Ċina. |
|
(195) |
Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li s-settur tat-tajers ma huwiex soġġett għas-sistema Ċiniża dwar il-liġi tax-xogħol deskritta. Għalhekk, is-settur huwa affettwat mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi kemm direttament (meta jimmanifattura l-prodott ikkonċernat jew il-materja prima prinċipali għall-produzzjoni tiegħu) kif ukoll indirettament (meta jkollu aċċess għal kapital jew inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tal-manodopera fiċ-Ċina). |
3.2.1.7.
|
(196) |
L-aċċess għall-kapital għal atturi korporattivi fiċ-Ċina huwa soġġett għal diversi distorsjonijiet. Is-sistema finanzjarja Ċiniża hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat (105), li, meta jagħtu aċċess għal finanzjament, iqisu kriterji oħrajn għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. B’mod simili għall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jibqgħu konnessi mal-Istat mhux biss permezz tas-sjieda iżda wkoll permezz ta’ relazzjonijiet personali (l-ogħla eżekuttivi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji kbar tal-Istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru mill-PKĊ) (106) u jimplimentaw regolarment politiki pubbliċi mfassla mill-GTĊ. |
|
(197) |
Meta jagħmlu dan, il-banek jikkonformaw ma’ obbligu legali espliċitu li jmexxu n-negozju tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u skont il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat (107). Filwaqt li huwa rikonoxxut li diversi dispożizzjonijiet legali jirreferu għall-ħtieġa li jiġu rrispettati l-imġiba bankarja normali u r-regoli prudenzjali bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, l-evidenza massiva, inklużi s-sejbiet li saru fl-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ, tissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali. |
|
(198) |
Pereżempju, il-GTĊ iċċara li anke d-deċiżjonijiet bankarji kummerċjali privati jridu jiġu ssorveljati mill-PKĊ u jibqgħu konformi mal-politiki nazzjonali. Wieħed mit-tliet għanijiet ġenerali tal-Istat fir-rigward tal-governanza bankarja issa huwa li tissaħħaħ it-tmexxija tal-Partit fis-settur bankarju u tal-assigurazzjoni, inkluż fir-rigward ta’ kwistjonijiet operazzjonali u ta’ ġestjoni (108). Barra minn hekk, il-kriterji tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-banek kummerċjali għandhom b’mod partikolari jqisu kif l-entitajiet “jaqdu l-objettivi ta’ żvilupp nazzjonali u l-ekonomija reali”, u b’mod partikolari kif “jaqdu l-industriji strateġiċi u emerġenti” (109). |
|
(199) |
B’mod aktar speċifiku, skont l-Opinjoni Gwida tal-2025 dwar l-Appoġġ Finanzjarju għal Industrijalizzazzjoni Ġdida maħruġa mill-Bank tal-Poplu taċ-Ċina flimkien mal-Ministeru għall-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni, il-Ministeru għall-Finanzi, il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma u amministrazzjonijiet governattivi oħra, il-GTĊ ifittex ukoll li “jiggwida lill-istituzzjonijiet finanzjarji biex jużaw għodod diversifikati bħal self, bonds, ekwità, u assigurazzjoni biex jipprovdu servizzi finanzjarji komprensivi għall-intrapriżi ewlenin u intrapriżi ta’ appoġġ importanti li joperaw fi ħdan ktajjen ewlenin tal-industrija, jipprovdu soluzzjonijiet finanzjarji għall-operat stabbli ta’ intrapriżi affettwati minn influwenzi esterni, u jappoġġaw lill-intrapriżi privatibiex jipparteċipaw b’mod attiv fil-kostruzzjoni indipendenti u kontrollabbli tal-ktajjen industrijali” (110). |
|
(200) |
Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu ta’ spiss ikunu soġġetti għal distorsjoni għal diversi raġunijiet, inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju tiġi influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-GTĊ u mis-saħħa ta’ kull garanzija impliċita mill-gvern (111). Dan huwa aggravat minn regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi lejn setturi deżinjati mill-gvern bħala mħeġġa jew inkella li huma importanti (112). Dan jirriżulta f’tendenza favur li jingħata self lill-SOEs, lil ditti privati kbar u b’konnessjonijiet tajbin u lil ditti f’setturi industrijali ewlenin, u dan jimplika li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital ma humiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq. |
|
(201) |
Barra minn hekk, il-kostijiet tas-self inżammu baxxi b’mod artifiċjali sabiex jiġi stimolat it-tkabbir tal-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv ta’ investiment kapitali b’redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment. Dan huwa muri mit-tkabbir fl-ingranaġġ korporattiv fis-settur tal-Istat minkejja tnaqqis qawwi fil-profittabilità, li jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi operati fis-sistema bankarja ma jsegwux risponsi kummerċjali normali. |
|
(202) |
Barra minn hekk, għalkemm f’Ottubru 2015 inkisbet liberalizzazzjoni nominali tar-rata tal-imgħax, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern. Pereżempju l-SOEs, iżda wkoll setturi industrijali sħaħ meqjusa bħala strateġiċi mill-GTĊ, huma rrapportati li jibbenefikaw minn rati tal-imgħax inqas mir-rati tal-imgħax tas-suq (113). Ir-rati tal-imgħax baxxi b’mod artifiċjali jirriżultaw fi twaqqigħ tal-prezzijiet, u konsegwentement, fl-użu eċċessiv tal-kapital. |
|
(203) |
It-tkabbir kumplessiv tal-kreditu fiċ-Ċina jindika deterjorament fl-effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital mingħajr l-ebda sinjal ta’ ssikkar tal-kreditu li jkun mistenni f’ambjent tas-suq mingħajr distorsjoni. B’riżultat ta’ dan, is-self improduttiv żdied b’mod rapidu, u l-GTĊ għażel għal għadd ta’ drabi li jew jevita l-inadempjenzi, sabiex b’hekk inħolqu l-hekk imsejħin kumpaniji “żombi”, li n-numru tagħhom qed jiżdied (114), jew li jittrasferixxi s-sjieda tad-dejn (eż. permezz ta’ fużjonijiet jew ta’ skambju ta’ dejn ma’ ekwità), mingħajr ma neċessarjament jelimina l-problema ġenerali tad-dejn jew jindirizza l-kawżi ewlenin tagħha. |
|
(204) |
Essenzjalment, minkejja l-passi li ttieħdu sabiex is-suq jiġi liberalizzat, is-sistema tal-kreditu korporattiv fiċ-Ċina hija affettwata minn distorsjonijiet sinifikanti bħala riżultat tar-rwol pervażiv kontinwu tal-Istat fis-swieq kapitali. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha. |
|
(205) |
Ma tressqet l-ebda evidenza f’din l-investigazzjoni li turi li s-settur tal-prodott ikkonċernat ma huwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha. |
3.2.1.8.
|
(206) |
Il-Kummissjoni nnotat li d-distorsjonijiet deskritti fir-Rapport huma karatteristiċi tal-ekonomija Ċiniża. L-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritti hawn fuq, kif ukoll fil-Parti I tar-Rapport, japplikaw fil-pajjiż kollu u fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-istess japplika għad-deskrizzjoni tal-fatturi ta’ produzzjoni kif stabbilit hawn fuq u fil-Parti II tar-Rapport. |
|
(207) |
Il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi mmanifatturat il-prodott ikkonċernat, huma meħtieġa ċerti inputs. Meta l-produtturi tal-prodott ikkonċernat jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li dawn iħallsu (u li jiġu rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma esposti b’mod ċar għad-distorsjonijiet sistemiċi msemmija hawn fuq. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li hija soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet tas-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Minbarra dan, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi. Dawn id-distorsjonijiet ġew deskritti fid-dettall hawn fuq, fit-taqsima 3.2.1.2. Il-Kummissjoni indikat li l-istruttura regolatorja li tirfed dawk id-distorsjonijiet tapplika b’mod ġenerali, bil-produtturi tat-tajers ikunu soġġetti għal dawk ir-regoli bħal kwalunkwe operatur ekonomiku ieħor fiċ-Ċina. Għalhekk, id-distorsjonijiet għandhom effett dirett fuq l-istruttura tal-kostijiet tal-prodott ikkonċernat. |
|
(208) |
B’konsegwenza taċ-ċirkostanzi dettaljati fit-taqsima 3.2.1.2, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-prodott ikkonċernat ma humiex xierqa għall-użu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-inputs kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija soġġetta għal intervent sostanzjali mill-gvern. Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu ġie prodott fir-RPĊ permezz tat-taħlit ta’ firxa ta’ fatturi ta’ produzzjoni jiġi espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input tal-input u l-bqija. |
3.2.2. Argumenti mqajma mill-partijiet interessati
|
(209) |
Fit-30 ta’ Ġunju 2025, is-CRIA ppreżentat sett ta’ kummenti dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Fis-sottomissjoni tagħha, is-CRIA qajmet l-argumenti li ġejjin: (i) l-ilmentatur naqas milli jipprovdi evidenza diretta tad-distorsjonijiet tas-suq, (ii) l-industrija Ċiniża tat-tajers hija orjentata ħafna lejn is-suq u (iii) l-ilment iċajpar il-konfini bejn l-investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji. |
|
(210) |
B’mod aktar speċifiku, biex tappoġġa l-ewwel argument tagħha, is-CRIA sostniet li l-allegazzjonijiet tal-ilmentatur dwar distorsjonijiet sinifikanti huma, minn naħa waħda, ġeneralizzati u mhux speċifiċi u, min-naħa l-oħra, fihom kontradizzjonijiet loġiċi li jikkonċernaw id-distorsjonijiet fis-suq tal-lastiku naturali. Fir-rigward tan-natura ġeneralizzata tal-allegazzjonijiet, is-CRIA indikat li l-ilmentatur kien jiddependi ħafna fuq ir-Rapport, fuq konklużjonijiet li saru f’investigazzjonijiet irrilevanti dwar it-tajers tat-trakkijiet u tal-karozzi tal-linja jew is-settur tal-azzar u fuq interpretazzjonijiet distorti ta’ dokumenti makroekonomiċi bħall-14-il FYP. Is-CRIA enfasizzat li d-deskrizzjoni tal-ekonomija Ċiniża kollha kemm hi bħala entità kkontrollata b’mod metikoluż ma hijiex konsistenti mar-realtà tal-iżvilupp ekonomiku taċ-Ċina u li l-allegazzjonijiet tal-ilmentatur ma jipprovdu l-ebda valur evidenzjarju li juri kif dawn il-politiki makro ħolqu, speċifikament u direttament, distorsjoni fil-kostijiet u fil-prezzijiet tal-produtturi tat-tajers tal-PC-LL. Skont is-CRIA, il-Kummissjoni hija obbligata twettaq investigazzjoni indipendenti, ibbażata fuq il-fatti u oġġettiva f’dan il-każ, aktar milli sempliċiment taċċetta l-makronarrattiva tal-ilmentatur. Fir-rigward tal-allegati kontradizzjonijiet loġiċi, is-CRIA innotat li minkejja l-allegazzjonijiet tiegħu li s-suq tal-lastiku naturali huwa distort fiċ-Ċina, l-ilmentatur jammetti li l-importazzjonijiet tal-lastiku naturali taċ-Ċina jaqbżu diversi drabi l-produzzjoni domestika tagħha. Għalhekk huwa probabbli ħafna li l-prezz tas-suq domestiku taċ-Ċina huwa primarjament xprunat mill-importazzjonijiet u mis-suq internazzjonali. Barra minn hekk, l-argument tal-ilmentatur li ċerti pajjiżi tal-Asja tax-Xlokk li jesportaw il-lastiku naturali ma jistgħux jitqiesu bħala pajjiżi kandidati rappreżentattivi peress li ċ-Ċina – bħala importatur nett tal-lastiku naturali – tinsab f’sitwazzjoni differenti fir-rigward ta’ dan l-input, huwa legalment difettuż peress li sitwazzjoni ta’ provvista differenti ma tifformax parti mill-kriterji tal-għażla skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Konsegwentement, il-Kummissjoni jenħtieġ li taċċetta l-kost tal-lastiku naturali fir-rekords tal-produtturi esportaturi Ċiniżi. |
|
(211) |
Fir-rigward tat-tieni argument, is-CRIA żviluppat l-affermazzjoni ewlenija li l-industrija Ċiniża tat-tajers hija settur awtoregolat u kompetittiv xprunat mill-forzi tas-suq u li jirrispetta b’mod strett il-prinċipji tal-ekonomija tas-suq billi ssottomettiet li:
|
|
(212) |
Biex tappoġġa t-tielet argument tagħha, is-CRIA kkritikat l-ilment talli allega l-eżistenza ta’ prattiki ta’ sussidjar fiċ-Ċina. Is-CRIA nnotat li biex jiġi indirizzat is-sussidjar, jeżisti strument legali separat fl-Unjoni u l-allegazzjonijiet tal-ilmentatur jenħtieġ li għalhekk jiġu eżaminati u ddeterminati permezz ta’ investigazzjoni antisussidji separata. It-tentattiv tal-ilmentaturi li jibbażaw fuq allegazzjonijiet ta’ sussidji sabiex isostnu affermazzjonijiet dwar distorsjonijiet sinifikanti f’investigazzjoni anti-dumping ma jirrispettax il-limiti bejn iż-żewġ strumenti legali distinti stabbiliti f’żewġ oqfsa legali differenti. |
|
(213) |
Fl-1 ta’ Awwissu 2025, l-ilmentatur rreaġixxa għas-sottomissjoni tas-CRIA billi nnota li (i) is-settur tat-tajers fiċ-Ċina huwa mimli distorsjonijiet sinifikanti, bħala riżultat tal-indħil sistematiku tal-Istat Ċiniż u tal-PKĊ virtwalment fl-aspetti kollha tal-industrija, f’attivitajiet downstream u upstream, fi ħdan il-kumpaniji, kemm jekk privati kif ukoll jekk proprjetà tal-Istat, (ii) in-numru ta’ atturi privati li huma preżenti wkoll fis-suq Ċiniż ma jikkontestax id-dimostrazzjoni tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti peress li l-atturi privati fiċ-Ċina huma diretti mill-Istat u jaġixxu f’konformità mal-politiki industrijali, (iii) l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-partijiet kollha tal-katina tal-valur Ċiniża tal-manifattura tat-tajers intweriet b’mod ċar fil-passat, kemm minn investigazzjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni kif ukoll minn investigazzjonijiet f’ġuriżdizzjonijiet oħrajn kif imsemmi fid-dettall fl-ilment. |
|
(214) |
Fil-15 ta’ Settembru 2025, is-CRIA ssupplimentat il-kummenti tagħha, mit-tnedija ’l hawn, b’sett ta’ kummenti b’reazzjoni għall-Ewwel Nota. Fis-sottomissjoni tagħha, is-CRIA qajmet żewġ argumenti. |
|
(215) |
L-ewwel nett, is-CRIA ħadet il-pożizzjoni li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku ma huwiex applikabbli minħabba l-inkompatibbiltà tiegħu mal-ftehimiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u d-deċiżjoni tal-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO. |
|
(216) |
B’mod aktar speċifiku, is-CRIA argumentat li:
|
|
(217) |
It-tieni, is-CRIA sostniet li s-swieq Ċiniżi tat-tajers u tal-materja prima ma humiex soġġetti għall-allegati distorsjonijiet sinifikanti. Is-CRIA argumentat f’dan ir-rigward li d-distorsjonijiet allegati mill-ilmentatur ma humiex evidenzjati sew u rreferiet lura għas-sottomissjoni tagħha tat-30 ta’ Ġunju 2025, fejn tenniet li l-allegazzjonijiet tal-ilmentatur ikunu mimlija ġeneralizzazzjonijiet, spekulazzjoni, u kontradizzjonijiet interni u mhux appoġġati minn evidenza diretta u speċifika relatata mal-industrija tat-tajers tal-PC-LL fiċ-Ċina jew il-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni preżenti. |
|
(218) |
L-argumenti tas-CRIA ma jistgħux jiġu aċċettati minħabba r-raġunijiet stipulati hawn isfel. |
|
(219) |
Fir-rigward tal-ewwel argument tas-CRIA, mit-tnedija ’l hawn, jiġifieri li l-ilmentatur naqas milli jipprovdi evidenza diretta ta’ distorsjonijiet tas-suq, il-Kummissjoni nnutat mill-bidu nett li, kif ikkonfermat mill-Qorti Ġenerali f’Viraj Profiles, il-kwantità u l-kwalità tal-evidenza meħtieġa biex jintlaħqu l-kriterji tas-suffiċjenza tal-evidenza għall-iskop li tinbeda investigazzjoni huma differenti minn dawk meħtieġa għall-iskop ta’ determinazzjoni preliminari jew finali tal-eżistenza ta’ dumping, dannu jew ta’ rabta kawżali (115). L-ilment issodisfa l-istandards stabbiliti fl-Artikolu 5(9) tar-Regolament bażiku, flimkien mal-Artikolu 2(6a)(d). Fil-fatt, kif indikat fin-Notifika tal-Bidu, fl-istadju tal-bidu, il-Kummissjoni qieset li kien hemm evidenza suffiċjenti skont l-Artikolu 5(9) tar-Regolament bażiku li turi li, minħabba distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet, l-użu tal-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ ma jkunx xieraq, u b’hekk jiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(220) |
Għalhekk, il-Kummissjoni pproċediet biex tagħti prova ta’ tali distorsjonijiet. Sabiex tagħmel dan, il-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(e) tar-Regolament bażiku, ġabret id-data meħtieġa biex tiddetermina l-eżistenza u l-impatt tad-distorsjonijiet sinifikanti u l-użu konsegwenti tal-metodoloġija preskritta mill-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Din l-analiżi hija ppreżentata fid-dettall fit-taqsimiet 3.2.1.1 sa 3.2.1.8 hawn fuq. F’dan ir-rigward, il-kumment tas-CRIA dwar l-obbligu tal-Kummissjoni li twettaq investigazzjoni indipendenti, ibbażata fuq il-fatti u oġġettiva huwa irrilevanti. Barra minn hekk, l-analiżi tal-Kummissjoni fit-taqsimiet 3.2.1.1 sa 3.2.1.8 ikkontestat ukoll l-istqarrija tas-CRIA dwar ir-realtà tal-iżvilupp ekonomiku taċ-Ċina li huwa ħieles minn interventi governattivi li joħolqu distorsjoni u dwar il-politiki makro Ċiniżi rilevanti li ma jfixklux b’mod speċifiku u dirett il-kostijiet u l-prezzijiet fis-settur tal-prodott ikkonċernat. |
|
(221) |
Barra minn hekk, u biex tikkonkludi fuq l-ewwel argument tas-CRIA, mit-tnedija ’l hawn, dwar l-allegati kontradizzjonijiet loġiċi fl-ilment fir-rigward tal-lastiku naturali bħala komodità nnegozjata globalment u l-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv, il-Kummissjoni l-ewwel innotat li s-CRIA ma pprovdiet l-ebda evidenza li l-prezzijiet tal-lastiku naturali fiċ-Ċina huma xprunati mill-komodità globali mmarkata u, it-tieni, li l-pajjiż rappreżentattiv intgħażel f’konformità mal-kriterji applikabbli skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, kif deskritt fid-dettall fit-Taqsima 3.2.4. |
|
(222) |
Fir-rigward tat-tieni argument tas-CRIA, mit-tnedija ’l hawn, jiġifieri li l-industrija Ċiniża tat-tajers hija orjentata ħafna lejn is-suq, il-Kummissjoni nnotat li:
|
|
(223) |
Fir-rigward tat-tielet argument tas-CRIA, mit-tnedija ’l hawn, jiġifieri li l-ilment iċajpar il-konfini bejn l-istrumenti legali anti-dumping u dawk antisussidji, il-Kummissjoni diġà kkonkludiet fil-premessa (219) li l-ilment kien jissodisfa l-istandards stabbiliti fl-Artikolu 5(9) tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. L-elementi li jinsabu fl-ilment li huma estranji għall-valutazzjoni skont l-Artikolu 5(9) tar-Regolament bażiku ma ġewx ikkunsidrati mill-Kummissjoni meta wettqet dik il-valutazzjoni. |
|
(224) |
Fir-rigward tal-ewwel argument tas-CRIA b’reazzjoni għall-Ewwel Nota, dwar il-kompatibbiltà tad-WTO tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni nnotat li:
|
|
(225) |
Fir-rigward tat-tieni argument tas-CRIA b’reazzjoni għall-ewwel nota tal-FOP, dwar is-suffiċjenza tal-evidenza, dan ġie indirizzat hawn fuq f’din it-taqsima. |
3.2.3. Konklużjoni
|
(226) |
L-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott ikkonċernat, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-art, tal-enerġija u tal-manodopera, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif muri mill-impatt reali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. |
|
(227) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ. Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet biex taħdem il-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u tal-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif deskritt fit-taqsima li ġejja. |
3.2.4. Pajjiż rappreżentattiv
3.2.4.1.
|
(228) |
L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:
|
|
(229) |
Kif spjegat fit-Taqsima 3.1, il-Kummissjoni ħarġet żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali: l-Ewwel Nota u t-Tieni Nota. |
|
(230) |
Dawn in-noti ddeskrivew il-fatti u l-evidenza li fuqhom huma bbażati l-kriterji rilevanti u indirizzaw ukoll il-kummenti li rċevew il-partijiet dwar dawn l-elementi u dwar is-sorsi rilevanti. Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tqis lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ, jekk l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tiġi kkonfermata. |
3.2.4.2.
|
(231) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni identifikat lill-Arġentina, lill-Brażil, lill-Kolombja, lill-Indoneżja, lill-Malażja, lill-Messiku, lis-Serbja, lill-Afrika t’Isfel, lit-Tajlandja u lit-Turkija bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ skont il-Bank Dinji, jiġifieri kollha huma kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi “b’introjtu medju superjuri” abbażi tal-introjtu nazzjonali gross fejn il-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni kienet magħrufa li sseħħ. |
|
(232) |
Imbagħad, il-Kummissjoni eżaminat ulterjorment id-disponibbiltà tad-data dwar il-fatturi tal-produzzjoni inkluż fir-rigward tad-data finanzjarja faċilment disponibbli mill-produtturi tal-prodott taħt investigazzjoni. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta wara l-bidu, hija identifikat l-aktar sitt fatturi importanti tal-produzzjoni li kienu jammontaw għal madwar 70 % tal-kostijiet totali għall-materjal - lastiku naturali (SA 4001 22 ), iswed tal-karbonju (280300), lastiku stiren-butadiene (4002 19 ), lastiku polibutadien (SA 4002 20 ), tessut tal-kordi (SA 5902 20 ), kordi tal-azzar (SA 7312 10 ). Imbagħad ivvalutat jekk dawn il-fatturi ta’ produzzjoni ġewx importati fil-pajjiżi rappreżentattivi potenzjali fi kwantitajiet suffiċjenti u x’kien is-sehem tal-importazzjonijiet li setgħu jiġu affettwati materjalment mill-importazzjonijiet mir-RPĊ jew minn kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (121). |
|
(233) |
Il-Kummissjoni sabet li kemm l-Arġentina kif ukoll il-Kolombja importaw il-fatturi ewlenin tal-produzzjoni fi kwantitajiet relattivament baxxi, u li dawn iż-żewġ pajjiżi ma importaw ebda ammont ta’ xi wħud mill-fatturi tal-produzzjoni. Billi l-kwantitajiet relattivament baxxi ta’ importazzjonijiet ta’ fatturi ewlenin tal-produzzjoni setgħu affettwaw il-prezz tal-importazzjonijiet, il-Kummissjoni qieset li dawk l-importazzjonijiet jistgħu ma jikkostitwixxux parametru referenzjarju xieraq u kkonkludiet li la l-Kolombja u lanqas l-Arġentina ma kienu jikkostitwixxu pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(234) |
Barra minn hekk, l-analiżi tal-importazzjonijiet tal-materja prima ewlenija f’kandidati oħra għal pajjiż rappreżentattiv uriet li xi importazzjonijiet jistgħu jiġu affettwati materjalment minn kwantitajiet sinifikanti li joriġinaw miċ-Ċina. Dan kien il-każ b’mod partikolari tat-Tajlandja u tal-Afrika t’Isfel, fejn l-importazzjonijiet miċ-Ċina ta’ tlieta mis-sitt fatturi ewlenin tal-produzzjoni elenkati hawn fuq kienu jikkostitwixxu aktar minn 50 % tal-importazzjonijiet ġenerali ta’ dawn il-fatturi, u sa ċertu punt inqas tal-Malażja, fejn is-sehem tal-importazzjonijiet miċ-Ċina ta’ tlieta mill-fatturi ewlenin tal-produzzjoni varja minn 27 % sa 69 %. Barra minn hekk, ma nstabet l-ebda produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni jew l-ebda informazzjoni finanzjarja disponibbli fil-Brażil u fl-Indoneżja. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li kwalunkwe wieħed minn dawn il-pajjiżi ma kienx jikkostitwixxi pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(235) |
Imbagħad, il-Kummissjoni identifikat ir-rapporti finanzjarji disponibbli li jkopru l-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ kumpaniji profittabbli li jipproduċu l-prodott simili fil-Messiku (Compana Hulera Tornel), fis-Serbja (Tigar Tyres Doo) u fit-Turkija (Brisa Bridgestone Sabanci), u kkonkludiet li dawk il-pajjiżi jistgħu jikkostitwixxu pajjiż rappreżentattiv xieraq. Hija stiednet lill-partijiet biex jipprovdu kummenti. |
3.2.4.3.
|
(236) |
Wara l-pubblikazzjoni tal-Ewwel nota, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand l-ilmentatur, mingħand is-CRIA, u mingħand erba’ produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi esportaturi – il-Grupp GITI, Hankook Group, Kumho u Shandong Yongsheng. Il-partijiet għamlu affermazzjonijiet fir-rigward tal-pajjiżi li ġejjin: |
L-Indoneżja
|
(237) |
Il-Grupp GITI sostna li l-Indoneżja (flimkien mal-Malażja) kienet tikkostitwixxi pajjiż rappreżentattiv possibbli, peress li (i) kienet timporta lastiku kompost (li skont il-Grupp GITI huwa fattur importanti tal-produzzjoni); (ii) għal diversi fatturi ewlenin tal-produzzjoni (tessut tal-kordi, kordi tal-azzar, iswed tal-karbonju), is-sehem tal-importazzjonijiet Ċiniżi fl-importazzjonijiet totali kien aktar baxx għall-Indoneżja milli għas-Serbja, il-Messiku, it-Turkija; u (iii) l-Indoneżja kellha d-data finanzjarja disponibbli għall-kumpaniji tagħha (PT Goodyear Indonesia Tbk u PT Gajah Tunggal Tbk, impriża konġunta bejn il-Grupp GITI u Michelin). |
|
(238) |
Kumho Tire u Hankook Group ukoll sostnew li l-Indoneżja kienet tikkostitwixxi pajjiż rappreżentattiv xieraq, għad-daqs tas-suq domestiku tagħha u għall-volumi għoljin ta’ importazzjonijiet tal-FOPs kollha. |
Il-Malażja
|
(239) |
Il-Grupp GITI u s-CRIA argumentaw li l-esportazzjonijiet Ċiniżi ta’ fatturi ewlenin tal-produzzjoni (iswed tal-karbonju, kordi tal-azzar, tessut tal-kordi u lastiku polibutadien) fil-Malażja kienu jirrappreżentaw ishma simili għall-importazzjonijiet Ċiniżi bħal fil-każ tas-Serbja u t-Turkija, li tqiesu bħala pajjiż rappreżentattiv potenzjali, u għalhekk, li l-Malażja jenħtieġ li ma tiġix eskluża minn pajjiżi rappreżentattivi potenzjali. Il-Grupp GITI argumenta wkoll li flimkien mal-Indoneżja, il-Malażja kienet l-uniku pajjiż b’importazzjonijiet rappreżentattivi ta’ lastiku kompost. |
|
(240) |
Il-Grupp GITI, Shandong Yongsheng u s-CRIA semmew li l-Malażja ntgħażlet bħala pajjiż rappreżentattiv fl-investigazzjoni anti-dumping tal-Istati Uniti għat-tajers importati miċ-Ċina (122), u li rapporti finanzjarji pubbliċi kienu disponibbli għal diversi kumpaniji fil-Malażja (123). |
Il-Messiku
|
(241) |
Il-Grupp GITI sostna li l-Messiku ma setax jikkostitwixxi pajjiż rappreżentattiv possibbli. Huwa rrefera prinċipalment għal volumi baxxi ta’ importazzjonijiet ta’ lastiku kompost u volumi għoljin ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina lejn il-Messiku ta’ tessut tal-kordi. |
|
(242) |
Is-CRIA u Shandong Yongsheng ippreżentaw argumenti simili dwar il-livell ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina lejn il-Messiku, is-Serbja u t-Turkija, fejn argumentaw li l-livell ta’ importazzjonijiet Ċiniżi ma setax jitqies bħala l-kriterju ewlieni biex jiġu injorati pajjiżi rappreżentattivi possibbli, u li livell għoli ta’ korda tal-azzar importata miċ-Ċina kien komuni għall-pajjiżi rappreżentattivi possibbli kollha. Is-CRIA argumentat ukoll li bħal f’xi każijiet oħra, il-Kummissjoni analizzat ulterjorment jekk l-importazzjonijiet Ċiniżi kellhomx effett ta’ distorsjoni fuq il-prezzijiet tal-importazzjoni jew le, u li setgħet tagħmel dan ukoll f’din l-investigazzjoni fil-każ ta’ pajjiżi b’sehem għoli ta’ importazzjonijiet Ċiniżi. |
|
(243) |
Il-Grupp GITI qies li peress li kien hemm dazji anti-dumping u kompensatorji differenti fis-seħħ fuq l-azzar fil-Messiku, il-prezzijiet tal-importazzjoni Messikani għal inputs ewlenin li fihom l-azzar, bħall-wajer tal-azzar, setgħu jkunu distorti. Huwa rrefera wkoll għall-miżuri stabbiliti mill-Messiku kontra l-importazzjonijiet ta’ lastiku sintetiku mill-Ġappun, mir-Repubblika tal-Korea u mill-Istati Uniti, u għad-dazji anti-dumping fuq tajers ta’ karozzi tal-passiġġieri u ta’ trakkijiet ħfief li joriġinaw miċ-Ċina. Barra minn hekk, il-Grupp GITI argumenta li d-data finanzjarja tal-kumpaniji tat-tajers fil-Messiku ma kinitx tikkostitwixxi parametru referenzjarju xieraq, peress li ma kinitx tikkoinċidi mal-perjodu ta’ investigazzjoni, u billi d-data kienet disponibbli biss għal kumpanija waħda. Għalhekk, huwa qies li l-Messiku ma setax jikkostitwixxi pajjiż rappreżentattiv. |
|
(244) |
Shandong Yongsheng sostniet li, fost il-Messiku, is-Serbja u t-Turkija, il-Messiku kien l-aktar pajjiż rappreżentattiv xieraq, peress li (i) il-livell ta’ importazzjonijiet tas-Serbja miċ-Ċina kien ogħla mill-Malażja, pajjiż eskluż fl-ewwel nota minħabba l-livell ta’ dipendenza tiegħu fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi; u (ii) il-Messiku kellu l-ogħla livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali fir-rigward tal-Artikolu 2(6a)(a). |
|
(245) |
Kumho Tire u Hankook Group sostnew li l-Messiku jikkostitwixxi pajjiż rappreżentattiv xieraq, għad-daqs tas-suq domestiku tiegħu u għall-volumi għoljin ta’ importazzjonijiet ta’ lastiku naturali. |
It-Tajlandja
|
(246) |
Is-CRIA u Shandong Yongsheng sostnew li t-Tajlandja ma kellhiex tiġi rifjutata bħala pajjiż rappreżentattiv possibbli abbażi ta’ importazzjonijiet ta’ livell għoli miċ-Ċina. |
|
(247) |
Shandong Yongsheng sostniet ukoll li l-Kummissjoni tista’ tuża data dwar il-kostijiet SG & A u l-profitti li huma disponibbli għall-manifatturi Tajlandiżi tat-tajers tal-karozzi tal-passiġġieri u tat-trakkijiet ħfief. Hija żiedet tgħid li t-Tajlandja, l-Indoneżja u l-Malażja kollha offrew l-aktar kundizzjonijiet simili għaċ-Ċina f’termini ta’ kostijiet tal-enerġija u tal-manodopera. |
It-Turkija u s-Serbja
|
(248) |
Il-Grupp GITI argumenta li t-Turkija u s-Serbja kellhom volum baxx ta’ importazzjonijiet ta’ lastiku kompost, u li jekk jintgħażel xi wieħed minn dawn il-pajjiżi, il-parametru referenzjarju għal din il-materja prima jenħtieġ li jiġi aġġustat. It-tieni, il-Grupp GITI, Kumho Tire, Hankook Group u s-CRIA sostnew li l-kostijiet SG & A għaż-żewġ pajjiżi rappreżentattivi possibbli kienu għoljin b’mod mhux raġonevoli. Il-Grupp GITI u s-CRIA indikaw id-data finanzjarja mill-Messiku (124), mill-Indoneżja (125), mill-Malażja (126) u mit-Tajlandja (127) li ssemmi perċentwal aktar baxx tal-kostijiet SG & A. |
|
(249) |
Il-Grupp GITI u s-CRIA argumentaw ukoll li l-importazzjonijiet tat-tessut tal-kordi miċ-Ċina kienu partikolarment għoljin kemm fil-każ tas-Serbja kif ukoll fil-każ tat-Turkija. |
|
(250) |
Hankook Group sostna li r-rapporti finanzjarji konsolidati tal-kumpanija Torka Brisa Bridgestone inkludew sussidjarji li kienu involuti fl-iżvilupp u fil-manifattura ta’ teknoloġiji mobbli, u li għalhekk ir-rapporti finanzjarji tagħha bla dubju ta’ xejn ma kinux rappreżentattivi għall-iskop tal-kalkolu tal-valur normali. |
|
(251) |
CRIA, Kumho Tire u Hankook Group sostnew li l-volumi tal-importazzjonijiet mir-Russja lejn it-Turkija u s-Serbja skwalifikawhom milli jitqiesu bħala pajjiżi rappreżentattivi xierqa. Kumho Tire u Hankook Group żiedu jgħidu li kemm it-Turkija kif ukoll is-Serbja komplew jimportaw l-azzar Russu, li jista’ jintuża għall-manifattura tal-korda tal-azzar. |
|
(252) |
Kemm Kumho Tire kif ukoll Hankook Group sostnew li kemm it-Turkija kif ukoll is-Serbja rrapportaw id-data dwar it-tessut tal-kordi f’m2, u li l-piż tat-tessut tal-kordi jista’ jvarja abbażi tal-ħxuna u d-densità tat-treads, filwaqt li pajjiżi oħra rrapportaw id-data f’kg. Iż-żewġ kumpaniji żiedu jgħidu li l-karatteristiċi tas-suq fis-Serbja ma kinux komparabbli maċ-Ċina, u li t-Turkija kompliet tiffaċċa inflazzjoni severa, li affettwat l-indikaturi ekonomiċi rilevanti. |
|
(253) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-argumenti kollha ppreżentati mid-diversi partijiet interessati fit-tieni nota, kif miġbur fil-qosor hawn taħt fit-Taqsima 3.2.4.4. |
3.2.4.4.
|
(254) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni tal-Grupp GITI, il-Kummissjoni qieset li l-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv abbażi tal-volum tal-importazzjonijiet ta’ lastiku kompost (kodiċi SA 4002 80 ) ma kinitx ġustifikata. Għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, il-lastiku kompost kien jirrappreżenta jew perċentwal baxx tal-kostijiet fi ħdan il-kostijiet totali tal-produzzjoni, jew ma kien jintuża xejn (128). Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-livell tal-importazzjonijiet tal-lastiku kompost ma kienx kriterju rilevanti biex jintgħażel pajjiż rappreżentattiv. |
|
(255) |
Barra minn hekk, peress li ċ-Ċina kienet l-akbar esportatur tad-dinja taħt l-Intestatura 5902 (129) (tessut tal-kordi tat-tajers) u SA 7312 10 (130) (kordi tal-azzar), l-importazzjonijiet taż-żewġ fatturi ta’ produzzjoni fil-pajjiżi rappreżentattivi possibbli kollha kien fihom perċentwal għoli ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi għal dawk iż-żewġ fatturi ta’ produzzjoni ma kienx kriterju li għandu jiġi kkunsidrat. |
|
(256) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni qieset l-argumenti dwar il-proposti biex jintgħażlu l-Indoneżja, il-Malażja jew it-Tajlandja bħala pajjiż rappreżentattiv possibbli. Madankollu, il-Kummissjoni kkonkludiet li la l-Indoneżja, la l-Malażja u lanqas it-Tajlandja ma kienu jikkostitwixxu pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(257) |
L-importazzjonijiet fl-Indoneżja tal-fattur ewlieni tal-produzzjoni, jiġifieri l-lastiku naturali li jirrappreżenta sehem sostanzjali mill-kostijiet, kienu relattivament baxxi u l-importazzjonijiet ta’ tlieta mis-sitt fatturi ewlenin tal-produzzjoni kien fihom sehem għoli ta’ importazzjonijiet Ċiniżi – il-kordi tal-azzar, it-tessut tal-kordi u l-iswed tal-karbonju. Filwaqt li sehem għoli ta’ importazzjonijiet Ċiniżi li jikkonċernaw il-kordi tal-azzar u t-tessut tal-kordi kien komuni għall-pajjiżi rappreżentattivi possibbli kollha, is-sehem tal-importazzjonijiet Ċiniżi għall-iswed tal-karbonju kien għoli wkoll u kien jirrappreżenta 46 %. Meta mqabbla ma’ dan, fit-Turkija, l-importazzjonijiet Ċiniżi ta’ iswed tal-karbonju kienu jikkostitwixxu 5 % biss. |
|
(258) |
L-importazzjonijiet tal-fatturi ewlenin tal-produzzjoni fil-Malażja kien fihom ukoll sehem għoli ta’ importazzjonijiet Ċiniżi – minbarra s-sehem għoli ta’ importazzjonijiet Ċiniżi tat-tessut tal-kordi u tal-kordi tal-azzar, l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-lastiku stiren-butadiene, wieħed mill-FOPs ewlenin, kienu jikkostitwixxu wkoll sehem ogħla mill-importazzjonijiet ġenerali (27 %), meta mqabbla ma’ 12 % fil-każ tal-importazzjonijiet lejn it-Turkija. Barra minn hekk, il-fatt li l-Malażja ntgħażlet fl-investigazzjoni anti-dumping tal-Istati Uniti ma huwiex rilevanti għal din l-investigazzjoni. |
|
(259) |
L-importazzjonijiet Ċiniżi tal-fatturi ewlenin kollha tal-produzzjoni kienu partikolarment għoljin ukoll fil-każ tat-Tajlandja: l-iswed tal-karbonju (57 %), il-lastiku stiren-butadiene (25 %), il-lastiku polibutadien (32 %), it-tessut tal-kordi (7 %), il-kordi tal-azzar (82 %). Barra minn hekk, f’Mejju 2025, il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Kummerċ Internazzjonali tal-Afrika t’Isfel iddeterminat li diversi kumpaniji Tajlandiżi nstabu li kienu qed jevitaw id-dazji anti-dumping fuq it-tajers permezz ta’ devjazzjoni tal-kummerċ miċ-Ċina permezz tal-Kambodja, it-Tajlandja u l-Vjetnam, u b’hekk ikkonfermat l-esponiment għoli tat-Tajlandja għaċ-Ċina (131). |
|
(260) |
B’kunsiderazzjoni ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni sabet li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-fatturi ewlenin tal-produzzjoni fl-Indoneżja, fil-Malażja u fit-Tajlandja ma setgħux jitqiesu bħala rappreżentattivi peress li x’aktarx ikunu distorti, jekk jiġu kkonfermati d-distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(261) |
Il-Kummissjoni vvalutat ulterjorment l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha fir-rigward tat-tliet pajjiżi proposti (il-Messiku, is-Serbja u t-Turkija) u kkonkludiet li t-Turkija kienet għażla xierqa għall-pajjiż rappreżentattiv. |
|
(262) |
L-ewwel nett, l-istatistika tal-importazzjonijiet fit-Turkija kien fiha data faċilment disponibbli għall-maġġoranza tal-fatturi tal-produzzjoni ħlief għall-korda tal-azzar. L-istatistika tal-importazzjonijiet tas-sitt fatturi ewlenin tal-produzzjoni jew ma kinitx tinkludi jew kien fiha importazzjonijiet limitati miċ-Ċina (massimu ta’ 5 % għall-iswed tal-karbonju (132)). Meta mqabbla ma’ dan, is-Serbja kellha livell għoli ta’ importazzjonijiet Ċiniżi ta’ iswed tal-karbonju (45 %) u ta’ korda tal-azzar (68 %). |
|
(263) |
Il-volumi tal-importazzjonijiet tal-fatturi ewlenin tal-produzzjoni fit-Turkija kienu diversi drabi ogħla milli fil-każ kemm tas-Serbja kif ukoll tal-Messiku, u għalhekk kien hemm probabbiltà akbar li l-prezzijiet tal-importazzjoni tagħhom setgħu jikkostitwixxu punti ta’ riferiment raġonevoli. Barra minn hekk, kuntrarjament għall-allegazzjonijiet tal-partijiet, il-Kummissjoni qieset ukoll li d-data dwar l-importazzjonijiet fit-Turkija ta’ tessut tal-kordi rrappurtata f’m2 tista’ tiġi konvertita f’kg abbażi tar-rata ta’ konverżjoni għal dan it-tip ta’ materjal. |
|
(264) |
It-tieni, il-Kummissjoni qieset li r-rapporti finanzjarji tal-kumpanija Torka Brisa Bridgestone kienu jirrappreżentaw bażi raġonevoli biex jiġi ddeterminat parametru referenzjarju għall-kostijiet SG & A u l-profitti, peress li dawn ġew awditjati u kienu jikkoinċidu mal-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-Kummissjoni nnotat li l-affermazzjoni dwar l-impatt potenzjali tal-fatturat tas-sussidjarja Arvento fuq ir-rapporti finanzjarji konsolidati ma kinitx issostanzjata. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li l-affermazzjoni li l-kostijiet SG & A ta’ Arvento kienu għoljin b’mod irraġonevoli minħabba li kumpaniji f’pajjiżi oħra kellhom SG & A aktar baxxi, ma kinitx appoġġata mill-evidenza. Il-Kummissjoni nnotat li diversi kumpaniji Tajlandiżi rrappurtaw kost SG & A ta’ bejn 30 % u 60 % skont l-analiżi tal-Kummissjoni (133). Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-data finanzjarja ta’ Brisa Bridgestone baqgħet sors xieraq għall-istabbiliment tal-kostijiet SG & A u l-perċentwali tal-profitti -, Brisa Bridgestone kienet kumpanija akbar b’kontijiet awditjati, meta mqabbla mal-unika kumpanija fil-Messiku b’informazzjoni finanzjarja disponibbli li kienet ta’ daqs relattivament iżgħar u ma kien hemm l-ebda informazzjoni dwar jekk id-data ġietx awditjata jew le. |
|
(265) |
Barra minn hekk, minbarra ċ-Ċina, it-Turkija hija waħda mill-akbar esportaturi fid-dinja tal-prodott taħt investigazzjoni (134), u pajjiż bi żvilupp ekonomiku simili bħaċ-Ċina. |
|
(266) |
Dwar l-affermazzjoni li tikkonċerna l-inflazzjoni Torka, il-Kummissjoni qieset li l-prezzijiet tal-importazzjoni ma kinux affettwati mid-devalwazzjoni tal-lira Torka. Kwalunkwe żieda fil-prezz tkun riflessa minn żieda fil-kostijiet totali tal-prodotti mibjugħa u/jew tal-kostijiet SG & A u għalhekk fit-tnaqqis tal-marġni ta’ profitt tal-produttur rappreżentattiv. Peress li l-kostijiet SG & A u l-marġnijiet tal-profitt ġew espressi f’perċentwal, dan ma kellu l-ebda impatt fuq il-kalkolu tal-valur normali. Fir-rigward tal-inflazzjoni ta’ ċerti kostijiet speċifiċi, il-Kummissjoni nnotat li l-prezzijiet mingħajr distorsjoni li kienet stabbiliet għall-kostijiet tal-produzzjoni kienu espressi fil-munita tal-pajjiż ikkonċernat, u d-differenzi fl-inflazzjoni bejn il-pajjiż rappreżentattiv u l-pajjiż ikkonċernat diġà kienu riflessi fi grad sinifikanti fir-rata tal-kambju rispettiva. Għalhekk, il-parametri referenzjarji kkalkulati fil-biċċa l-kbira ma kinux affettwati mill-inflazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(267) |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-allegat impatt tal-importazzjonijiet tal-azzar Russu fit-Turkija, li seta’ ntuża għall-manifattura tal-korda tal-azzar, il-Kummissjoni sabet li l-istqarrija kienet ġenerali u ma kellhiex evidenza ta’ sostenn dwar l-allegat trasferiment. Rigward l-importazzjonijiet ta’ iswed tal-karbonju, lastiku stiren-butadien u lastiku polybutadien fis-Serbja u t-Turkija, ġie stabbilit ukoll li kien fihom importazzjonijiet mir-Russja. Madankollu, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx ġustifikat li dawn iż-żewġ pajjiżi jiġu esklużi abbażi ta’ dan. Dawn il-fatturi tal-produzzjoni ma kinux jirrappreżentaw sehem ewlieni fil-kostijiet tal-produzzjoni (135), u fil-każ tas-Serbja, is-sehem tas-suq ta’ dawn l-importazzjonijiet kien relattivament baxx (136). Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-ebda parti interessata ma pprovdiet evidenza li l-importazzjonijiet mir-Russja jistgħu jagħmlu l-importazzjonijiet fit-Turkija mhux affidabbli - il-Kummissjoni sabet li ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ xi differenza anormali fil-prezz bejn il-prezz medju tal-importazzjoni ta’ dawn l-inputs fit-Turkija meta mqabbel mal-importazzjonijiet tal-istess inputs lejn pajjiżi mingħajr importazzjonijiet mir-Russja. Il-Kummissjoni waslet għall-istess konklużjoni rigward it-tajers għall-karozzi tal-linja u t-trakkijiet (137) meta analizzat il-perjodu ta’ investigazzjoni f’dak il-każ, li ntemm fit-30 ta’ Ġunju 2023 (138). Għalhekk, il-Kummissjoni sabet li l-affermazzjoni li t-Turkija kellha tiġi injorata abbażi ta’ dan ma kinitx ġustifikata. |
|
(268) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Turkija tista’ titqies bħala l-pajjiż rappreżentattiv peress li (i) fost il-pajjiżi l-oħrajn kollha, kellha l-aqwa kwalità ta’ data biex tintuża bħala l-parametru referenzjarju għall-fatturi tal-produzzjoni, u (ii) kien hemm disponibbli data finanzjarja raġonevoli. |
3.2.4.5.
|
(269) |
Wara t-Tieni Nota, is-CRIA, il-Grupp GITI, Hankook Group, Kumho Tire, Shandong Yongsheng u Sumitomo Rubber ippreżentaw kummenti dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tuża lit-Turkija bħala l-pajjiż rappreżentattiv. Il-kummenti huma indirizzati hawn taħt. |
It-Turkija
Affermazzjonijiet ġenerali dwar l-għażla tat-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv
|
(270) |
Hankook Group u Kumho sostnew li l-Kummissjoni żbaljat meta għażlet lit-Turkija bħala l-pajjiż rappreżentattiv fuq kriterju wieħed – jiġifieri s-sehem tal-importazzjonijiet Ċiniżi fil-pajjiż – li ma huwiex elenkat fl-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Iż-żewġ kumpaniji argumentaw li l-Kummissjoni injorat elementi bħall-volum tal-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni f’kull pajjiż rappreżentattiv potenzjali, kif ukoll id-disponibbiltà ta’ numru akbar ta’ rapporti finanzjarji biex tiddetermina b’mod korrett il-kostijiet SG & A u l-profitti li għandhom jintużaw għall-iskop tal-kalkolu tal-valur normali. Hankook Group argumenta wkoll li pajjiżi oħra kellhom swieq b’karatteristiċi li jixbhu aktar liċ-Ċina u/jew offrew disponibbiltà ogħla ta’ data pubblika. |
|
(271) |
Hankook Group u Kumho sostnew li l-Kummissjoni żbaljat fil-valutazzjoni tagħha tal-influwenza tal-importazzjonijiet Ċiniżi fuq il-prezzijiet tal-importazzjoni, u li l-Kummissjoni jenħtieġ li tħares lejn il-prezz unitarju biex tivvaluta jekk l-importazzjonijiet humiex distorti jew le. Il-partijiet argumentaw li l-prezz unitarju tal-importazzjoni ta’ xi fatturi ta’ produzzjoni fit-Turkija kien simili għall-prezz unitarju ta’ pajjiżi oħra b’espożizzjoni ogħla għall-importazzjonijiet Ċiniżi, filwaqt li argumentaw li livell għoli ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina ma jikkostitwix, bħala tali, raġuni valida biex pajjiż jiġi skwalifikat milli jintgħażel bħala pajjiż rappreżentattiv skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni tenniet li meta tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq, il-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi huwa kriterju importanti biex tivvaluta l-probabbiltà ġenerali li l-importazzjonijiet tal-fatturi ta’ produzzjoni x’aktarx ikunu distorti mill-importazzjonijiet Ċiniżi. L-ewwel fakkret li l-iskop tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa li jiġi kkalkulat valur normali ħieles minn distorsjonijiet. Għalhekk, il-kunsiderazzjoni tal-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi tippermetti l-introduzzjoni mill-ġdid tad-distorsjonijiet fil-valur normali kkalkulat. Meta jintgħażel pajjiż, din il-valutazzjoni għandha titwettaq b’mod ġenerali u ma jkun meħtieġ l-ebda tqabbil bejn il-prezzijiet. Dan huwa differenti mis-sitwazzjoni fejn pajjiż jintgħażel minħabba li jissodisfa l-kriterji kollha. F’dak il-każ, il-Kummissjoni ma għandha l-ebda għażla oħra għajr li tħares lejn prezz tal-importazzjoni partikolari, u li tiddeċiedi jekk dan il-prezz huwiex distort jew le. Għalhekk, din il-valutazzjoni mbagħad titwettaq bħala t-tieni pass. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni li kellha tagħmel tqabbil tal-prezzijiet fir-rigward ta’ kull pajjiż rappreżentattiv potenzjali biex tiddetermina jekk input speċifiku jistax jiġi distort jew le mill-importazzjonijiet Ċiniżi. |
|
(272) |
It-tieni, il-Kummissjoni indikat li l-għażla tat-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-fatt li t-Turkija ssodisfat il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(273) |
Il-fatturi ewlenin tal-produzzjoni ġew importati fit-Turkija fi kwantitajiet rappreżentattivi bbażati fuq data faċilment disponibbli, u kien hemm informazzjoni finanzjarja disponibbli bbażata fuq ir-rapporti finanzjarji awditjati ta’ Brisa Bridgestone, li tqiesu bħala bażi biex jiġu ddeterminati l-kostijiet SG & A u l-profitti mhux distorti u raġonevoli. Il-Kummissjoni sabet li l-informazzjoni disponibbli għat-Turkija kienet ta’ kwalità aħjar milli għal pajjiżi rappreżentattivi potenzjali oħra. |
|
(274) |
Hankook Group sostna wkoll li l-fatt li t-tessut tal-kordi u l-korda tal-azzar ġew importati fi kwantitajiet kbar miċ-Ċina minn kważi r-rappreżentanti kollha possibbli, kien ibbażat fuq ċifri żbaljati, peress li l-Kummissjoni b’mod arbitrarju ġabret it-tessut tal-kordi taħt il-kodiċijiet SA (SA 5902 10 , SA 5902 20 u SA 5902 90 ) taħt sottokategorija akbar, l-Intestatura 5902 . Huwa argumenta li taħt kodiċijiet SA speċifiċi, iċ-Ċina ma kinitx l-akbar esportatur fid-dinja (139). |
|
(275) |
Għall-kuntrarju tal-affermazzjoni ta’ Hankook Group, id-data mill-Osservatorju tal-Kumplessità Ekonomika (“OEC”) fil-livell tal-SA kkonfermat li għall-kodiċi SA 5902 10 , iċ-Ċina kienet l-akbar esportatur fid-dinja (140). Iċ-Ċina kienet it-tieni l-akbar esportatur tad-dinja għall-kodiċi SA 5902 20 , wara l-Vjetnam (141). Il-kummerċ ġenerali tal-kodiċi SA 5902 90 (142) kien pjuttost limitat meta mqabbel mal-kodiċijiet l-oħrajn. Fi kwalunkwe każ, jekk iċ-Ċina kinitx l-akbar jew fost l-akbar esportaturi ta’ dawk il-fatturi ta’ produzzjoni, il-punt huwa li l-livell tal-importazzjonijiet Ċiniżi ta’ dawk il-fatturi ta’ produzzjoni kien relattivament għoli għall-pajjiżi rappreżentattivi potenzjali kollha. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(276) |
Hankook Group u Kumho tennew ukoll l-affermazzjoni tagħhom li l-Kummissjoni b’mod żbaljat ikkunsidrat l-importazzjonijiet mir-Russja bħala mhux soġġetti għal distorsjoni, filwaqt li s-sanzjonijiet fil-forma ta’ projbizzjonijiet fuq l-importazzjoni ta’ prodotti tal-azzar li joriġinaw mir-Russja bdew japplikaw mis-16 ta’ Marzu 2022 (143). Barra minn hekk, fis-26 ta’ Frar 2023, daħlet fis-seħħ projbizzjoni fuq l-importazzjonijiet applikabbli għall-iswed tal-karbonju (Intestatura 2803 ), il-lastiku stiren-butadien (kodiċi SA 4002 19 ), il-lastiku butadien (kodiċi SA 4002 20 ), il-lastiku kompost (kodiċi SA 4002 80 ) u l-lastiku alo-isobuten-isopren (kodiċi SA 4002 39 ) (144), b’sistema tranżizzjonali ta’ kwoti fuq l-importazzjoni applikata sat-30 ta’ Ġunju 2024. Hankook Group argumenta li l-prezz medju tal-importazzjonijiet Russi fit-Turkija kien aktar baxx b’mod sinifikanti mill-prezz medju tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra, inkluża ċ-Ċina, u li minħabba l-eżistenza ta’ rapport tal-pajjiż dwar distorsjonijiet sinifikanti kemm fiċ-Ċina kif ukoll fir-Russja, ma kien hemm l-ebda raġuni valida għaliex it-Turkija kellha tiġi ppreferuta meta mqabbla ma’ dawn il-pajjiżi. Fl-aħħar nett, Hankook Group argumenta li kemm it-Turkija kif ukoll is-Serbja kienu jiddependu fuq importazzjonijiet tal-enerġija mir-Russja, u dan juri li l-ekonomija Torka kollha kienet soġġetta għal distorsjonijiet. |
|
(277) |
Il-Kummissjoni enfasizzat li tali argumenti kienu diġà indirizzati fit-Tieni Nota. Il-projbizzjoni fuq l-importazzjonijiet bdiet tiġi implimentata biss fit-tieni nofs tal-perjodu ta’ investigazzjoni, jiġifieri mill-1 ta’ Lulju 2024, u qabel dak iż-żmien, it-tliet materjali kienu soġġetti biss għal kwota tranżizzjonali (għalhekk soġġetti għal restrizzjoni parzjali). Għalhekk ma setax jiġi stabbilit, fin-nuqqas ta’ evidenza konkreta ppreżentata mill-partijiet interessati, jekk u sa liema punt l-importazzjonijiet Russi kienu soġġetti għal distorsjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni – il-partijiet irreferew biss għall-fatt li l-prezzijiet ta’ xi wħud mill-inputs importati mir-Russja kienu taħt il-prezz medju tal-importazzjonijiet fit-Turkija matul il-PI, mingħajr ma wrew li dawn il-prezzijiet baxxi kienu r-riżultat tas-sanzjonijiet. Barra minn hekk, minkejja li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Russi kienu kemxejn taħt il-medja, il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet fit-Turkija ta’ dawn il-materjali kienu simili għall-prezzijiet tal-importazzjonijiet lejn xi wħud mill-pajjiżi rappreżentattivi possibbli mhux affettwati mill-importazzjonijiet Russi. Il-Kummissjoni qieset li l-affermazzjoni dwar l-importazzjonijiet tal-enerġija mir-Russja kienet affermazzjoni ġenerali u li ma kinitx sostanzjata. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni. |
Affermazzjonijiet ġenerali dwar il-kwalità tad-data li għandha tintuża bħala parametri referenzjarji
|
(278) |
Is-CRIA sostniet li (i) it-Turkija ma kinitx tikkostitwixxi pajjiż rappreżentattiv xieraq; (ii) id-data finanzjarja ta’ Brisa Bridgestone ma kinitx adattata; u (iii) jekk il-Kummissjoni tikkonferma lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv, hija jenħtieġ li tuża sorsi alternattivi jew tagħmel aġġustamenti xierqa għall-parametri referenzjarji ta’ ċerti fatturi ta’ produzzjoni. |
|
(279) |
L-ewwel nett, is-CRIA argumentat li l-Kummissjoni jenħtieġ li tidentifika kodiċijiet SA speċifiċi li jikkorrispondu b’mod preċiż għall-materjal użat mill-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-manifattura tal-prodott taħt investigazzjoni. Hija argumentat li l-Kummissjoni jenħtieġ li tidentifika l-kodiċi tas-sublivell (fil-livell ta’ 8 ċifri) tal-prodott, eż. it-tessut tal-kordi, taħt il-kodiċijiet 5902 10 10 u 5902 20 10 (tessut tal-kordi tat-tajers mimlija bil-lastiku). Hija argumentat li t-Turkija kienet timporta proporzjon ferm ogħla ta’ importazzjonijiet ta’ dawn il-materjali miċ-Ċina u minn pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO mill-Indoneżja jew mill-Malażja. Is-CRIA sostniet li sejbiet simili kienu japplikaw għall-importazzjonijiet fit-Turkija ta’ korda tal-azzar. |
|
(280) |
Fil-bidu nett, il-Kummissjoni tenniet li ċ-Ċina hija l-akbar esportatur fid-dinja tat-tessut tal-kordi u tal-korda tal-azzar, u li l-importazzjonijiet ta’ dawn iż-żewġ fatturi ta’ produzzjoni fil-pajjiżi rappreżentattivi possibbli kollha kien fihom perċentwal għoli ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina. Għalhekk, għalkemm tabilħaqq l-importazzjonijiet Torok ta’ dawn iż-żewġ materjali kien fihom sehem ogħla ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina meta mqabbla mal-importazzjonijiet ta’ dawn iż-żewġ materjali fl-Indoneżja u fil-Malażja, dan il-kriterju ma kienx meqjus deċiżiv fl-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv xieraq. Il-Kummissjoni tenniet li, għall-kuntrarju ta’ pajjiżi rappreżentattivi oħra possibbli, is-sehem tal-importazzjonijiet Ċiniżi fit-Turkija ta’ fatturi ewlenin oħra tal-produzzjoni kien baxx ħafna, b’massimu ta’ 5 % fil-każ tal-iswed tal-karbonju. |
|
(281) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni stabbiliet li l-materjali taħt il-kodiċijiet NM identifikati mis-CRIA ma kinux dawk użati b’mod predominanti mill-kumpaniji (145). Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
|
(282) |
It-tieni, is-CRIA sostniet li l-inflazzjoni fit-Turkija u d-deprezzament tal-munita wasslu għal kostijiet u prezzijiet domestiċi distorti, inklużi l-kostijiet tal-enerġija u tal-manodopera, u li, fil-każ tal-elettriku, il-prezzijiet żdiedu aktar minn sitt darbiet mill-2021, u aktar minn erba’ darbiet bejn l-2022 u l-2024 fil-każ tal-kostijiet tal-manodopera. Is-CRIA argumentat li ż-żidiet ma ġewx mitigati mid-devalwazzjoni tal-munita, u li għalhekk, id-data kienet soġġetta għal distorsjoni u ma kinitx affidabbli, u għalhekk, ma setgħetx tintuża bħala parametru referenzjarju. Barra minn hekk, is-CRIA argumentat li l-intervent mill-istat tal-gvern Tork fis-suq tal-kambju barrani, il-miżuri b’effett ta’ distorsjoni tal-kummerċ u l-appoġġ tal-gvern għall-industrija tal-azzar irrappreżentaw distorsjoni sinifikanti tad-dinamika tas-suq, u r-rati għoljin ta’ mgħax Torok ħolqu distorsjoni fil-kostijiet SG & A u fil-profitti tal-kumpanija rappreżentattiva. (146) Argumenti simili ġew ippreżentati mill-Grupp GITI, Hankook Group, Kumho, Shandong Yongsheng u Sumitomo Group. |
|
(283) |
Il-Kummissjoni tenniet li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet fit-Turkija tad-diversi fatturi ta’ produzzjoni li għandhom jintużaw bħala parametri referenzjarji kienu espressi f’muniti oħra u għalhekk ma kinux affettwati mid-devalwazzjoni tal-lira Torka. Fil-każ kemm tal-manodopera kif ukoll tal-elettriku, kien hemm tabilħaqq żieda fil-kost għal dawn il-fatturi mill-2022 sal-2024. Iż-żidiet fil-kost tal-elettriku segwew xejriet simili f’ħafna pajjiżi oħra u x’aktarx kienu marbuta mal-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna. Fi kwalunkwe każ, ma setax jiġi stabbilit jekk dawn iż-żidiet f’termini reali kinux ikkawżati biss mill-inflazzjoni, jew kif ukoll minn fatturi oħra. Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni qieset li l-eżistenza tal-inflazzjoni f’pajjiż ma tagħmilx id-data minn dak il-pajjiż awtomatikament distorta u mhux raġonevoli, u lanqas il-fatt li l-Gvern jintervjeni fis-suq tax-xogħol biex ibiddel il-paga minima, pereżempju. Għaldaqstant, l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
|
(284) |
Shandong Yongsheng sostniet ukoll li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet fit-Turkija tal-korda tal-azzar, il-lastiku kompost u s-silika kienu ogħla mill-prezz medju għall-bqija tad-dinja, skont l-analiżi tagħha stess - aktar minn 20 % ogħla fil-każ tal-kordi tal-azzar, 49 % ogħla fil-każ tas-silika, u 576 % ogħla fil-każ tal-lastiku kompost. Shandong Yongsheng issuġġeriet li l-Kummissjoni jenħtieġ li tuża l-prezzijiet tal-importazzjoni għal dawn il-materjali lejn il-Malażja u l-Messiku. |
|
(285) |
Il-Kummissjoni enfasizzat li l-korda tal-azzar u s-silika (SA 7312 10 u SA 2811 22 , rispettivament) ġew importati fit-Turkija fi kwantitajiet sinifikanti u tqiesu raġonevoli. Il-fatt li kienu ogħla mill-prezz medju tal-importazzjoni għall-bqija tad-dinja ma kellu l-ebda effett fuq il-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-parametri referenzjarji għal dawn il-fatturi ta’ produzzjoni. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. Għal-lastiku kompost, kif imsemmi hawn taħt f’din it-taqsima, minħabba l-volum baxx ta’ importazzjoni ta’ dan il-fattur ta’ produzzjoni fit-Turkija, il-Kummissjoni ssostitwiet il-parametru referenzjarju għal dak il-fattur ta’ produzzjoni bil-prezz tal-importazzjoni fil-Messiku. |
|
(286) |
Is-CRIA sostniet ukoll li minħabba l-inflazzjoni għolja, ir-rapporti finanzjarji tal-kumpaniji bbażati fuq il-kostijiet storiċi ma kinux affidabbli u għalhekk, kienu jeħtieġu aġġustamenti biex jindirizzaw l-inflazzjoni. Hija argumentat li d-data finanzjarja ta’ Brisa Bridgestone għalhekk ma kinitx adattata biex jiġi stabbilit l-ammont mingħajr distorsjoni tal-kostijiet SG & A u l-profitti. Is-CRIA nnotat ulterjorment il-fatt li r-rapporti finanzjarji awditjati kien fihom aġġustamenti biex jindirizzaw l-inflazzjoni (“gwadann nett mill-pożizzjoni monetarja”), u li jekk dan l-aġġustament flimkien mad-dħul mill-attivitajiet ta’ investiment jiġu injorati, il-kumpanija fil-fatt ma tkunx profittabbli. |
|
(287) |
Il-Kummissjoni ma qablitx li l-aġġustament għall-inflazzjoni jenħtieġ li ma jiġix ikkunsidrat. L-aġġustament kien relatat mar-rapportar finanzjarju f’ekonomiji b’iperinflazzjoni u kien meħtieġ mill-Istandard 29 tal-Kontabilità Torka, għal stampa akkurata tal-prestazzjoni finanzjarja tal-kumpanija (147). L-esklużjoni tiegħu twassal għal valutazzjoni soġġetta għal distorsjoni tal-kostijiet SG & A. Il-kostijiet SG & A u l-profitti kkalkolati mill-ġdid urew li l-kumpanija kienet profittabbli matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni. |
Affermazzjonijiet dwar aġġustamenti għall-parametri referenzjarji
|
(288) |
Is-CRIA u partijiet oħra bħall-Grupp GITI, Hankook Group, Kumho u Shandong Yongsheng sostnew ukoll li, jekk il-Kummissjoni tikkonferma lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv, jenħtieġ li jsiru l-aġġustamenti li ġejjin:
|
|
(289) |
Il-Kummissjoni qieset li l-affermazzjonijiet dwar id-distorsjonijiet possibbli tal-prezzijiet tal-importazzjoni għall-korda tal-azzar fit-Turkija kienu ġenerali wisq u ma kinux sostanzjati. Għalhekk, l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
|
(290) |
Dwar it-tessut tal-kordi, il-Kummissjoni inizjalment identifikat il-prezz tal-importazzjoni għal kull m3. Madankollu, l-estrazzjoni tal-prezz imħallas bid-dazju abbażi tad-data tal-GTA (148) rrappurtat il-kilogrammi bħala l-unità sekondarja. Għalhekk, ma kienx meħtieġ li l-Kummissjoni nnifisha tistabbilixxi koeffiċjent ta’ konverżjoni biex tistabbilixxi l-parametru referenzjarju. Għalhekk, il-kummenti kollha dwar ir-rata ta’ konverżjoni tat-tessut tal-kordi u l-adegwatezza tat-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv minħabba n-nuqqas ta’ rata ta’ konverżjoni għal dan il-fattur ta’ produzzjoni tqiesu bħala bla valur. |
|
(291) |
Dwar il-lastiku kompost, il-Kummissjoni aċċettat l-affermazzjoni li l-volum tal-importazzjoni ta’ 20 kg kien baxx wisq u li dan irriżulta f’parametru referenzjarju mhux rappreżentattiv, u biddlet il-parametru referenzjarju għal dak il-fattur ta’ produzzjoni bil-prezz tal-importazzjoni tal-lastiku kompost fil-Messiku, l-uniku pajjiż b’volumi rappreżentattivi ta’ importazzjonijiet mhux affettwati mill-importazzjonijiet Ċiniżi. Il-Kummissjoni fakkret li l-lastiku kompost kien jirrappreżenta jew perċentwal baxx tal-kost fi ħdan il-kostijiet totali tal-produzzjoni, jew ma ntuża xejn (149), u għalhekk kellu impatt marġinali fil-proċess tal-produzzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw inklużi fil-kampjun. |
|
(292) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni tas-CRIA dwar ix-xogħol, il-Kummissjoni rrifjutat it-talba biex tintuża d-data tal-ILO minħabba li għall-kuntrarju ta’ Turkstat (150), il-bażi tad-data ma kinitx tipprovdi informazzjoni dwar il-kostijiet lavorattivi f’setturi differenti, u għalhekk kienet inqas preċiża. Turkstat, min-naħa l-oħra, ipprovdiet informazzjoni preċiżament għall-kodiċi tal-industrija NACE 22.11 (Manifattura ta’ tajers u tubi tal-lastiku; retreading u rikostruzzjoni tat-tajers tal-lastiku), li fih jaqgħu l-produtturi tat-tajers. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset l-affermazzjoni tal-Grupp GITI li l-kost lavorattiv fis-siegħa jenħtieġ li ma jiġix aġġustat għall-fatt li l-kumpaniji tat-tajers huma fil-biċċa l-kbira kumpaniji kbar b’aktar minn 1 000 impjegat, bħala ġenerali u mhux sostanzjata. Għall-kuntrarju tal-affermazzjoni tal-Grupp GITI, il-kostijiet lavorattivi fis-siegħa applikati għas-settur 22 tan-NACE ġabru l-informazzjoni ta’ 1 274 kumpanija li minnhom 95 % kienu SMEs, filwaqt li l-produtturi tat-tajers kienu tipikament kumpaniji kbar b’aktar minn 1 000 impjegat. Għalhekk, l-aġġustament tqies ġustifikat, u l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
Affermazzjonijiet ġenerali dwar ir-rapporti finanzjarji ta’ Brisa Bridgestone
|
(293) |
Is-CRIA, Hankook Group, Shandong Yongsheng u Sumitomo Group sostnew li l-Kummissjoni jenħtieġ li tinjora r-rapporti finanzjarji konsolidati ta’ Brisa Bridgestone minħabba l-inklużjoni tad-diviżjoni tan-negozju tat-telekomunikazzjoni Arvento. Hankook Group sostna li d-data finanzjarja ta’ Brisa Bridgestone kienet ibbażata fuq il-produzzjoni ta’ prodotti tal-lastiku b’mod ġenerali (inklużi prodotti taż-żraben, ċinturini tal-lastiku, u materjali li fihom prodotti tal-lastiku), u mhux biss fuq il-produzzjoni ta’ tajers. Is-CRIA pproponiet li tiġi eskluża d-data kollha mhux relatata mat-tajers mill-kalkolu tal-kostijiet SG & A u l-profitti billi jiġi applikat il-proporzjon bejn id-dħul min-negozju tat-tajers u dak mhux mit-tajers (96 % u 4 % rispettivament). |
|
(294) |
Rigward Brisa Bridgestone u Arvento, il-Kummissjoni qieset li l-informazzjoni fir-rapport finanzjarju ma tispeċifikax il-kostijiet SG & A u l-profitti separatament. Madankollu nnotat li l-affermazzjonijiet ma kinux sostanzjati, b’mod partikolari fir-rigward tal-impatt tal-fatturat ta’ Arvento fuq ir-rapporti finanzjarji konsolidati. Barra minn hekk, l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, jipprovdi li l-valur normali maħdum irid jinkludi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-kostijiet SG & A u għall-profitti. Huwa ma jispeċifikax kif jenħtieġ li jiġu stabbiliti dawk l-ammonti iżda jirrikjedi li dawn ikunu mingħajr distorsjoni u raġonevoli. Ma hemm l-ebda obbligu li l-Kummissjoni tirrikorri għal kumpaniji li jipproduċu l-prodott taħt investigazzjoni. Fi kwalunkwe każ, l-investigazzjoni wriet li n-negozju tat-tajers ta’ Brisa Bridgestone kien jikkostitwixxi 96 % tal-bejgħ, u li l-bejgħ mhux relatat mat-tajers kien jikkonsisti f’retreads, fi spare parts, f’apparati ta’ traċċar, f’batteriji u fi prodotti alternattivi oħra (151), u dan jikkonferma li l-impatt ta’ Arvento (u prodotti oħra tal-lastiku) fuq l-operazzjonijiet kummerċjali ta’ Brisa Bridgestone kien limitat ħafna. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kostijiet SG & A u l-profitti stabbiliti f’dan il-każ ma kinux soġġetti għal distorsjoni u kienu raġonevoli, u kienu konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. L-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(295) |
Il-Grupp GITI u Hankook Group sostnew li l-marġni operattiv gross ta’ Brisa Bridgestone, li kien ’il fuq minn 30 %, ma kienx rappreżentattiv tal-kundizzjonijiet tas-suq prevalenti li jiffaċċaw il-produtturi tat-tajers fit-Turkija. Hankook Group sostna li skont l-istatistika Torka relatata mal-kodiċi tal-industrija NACE 22.11, il-manifatturi tat-tajers Torok irreġistraw, bħala medja, marġni operattiv gross ta’ 24,58 % (bi proporzjon SG & A ta’ 21,18 % u proporzjon ta’ profitt ta’ 3,40 %). Skont Hankook Group, il-livelli baxxi ta’ profittabbiltà kienu marbuta mal-bidu reċenti fit-Turkija ta’ proċedimenti anti-dumping fuq tajers tal-karozzi tal-passiġġieri u ta’ trakkijiet ħfief minn diversi pajjiżi. |
|
(296) |
Minbarra d-data ta’ Brisa Bridgestone, is-CRIA u l-Grupp GITI identifikaw ukoll produtturi oħra ta’ tajers profittabbli fit-Turkija, Sumitomo Rubber AKO Lastik Sanayi ve Ticaret Anonim Şirketi (“Sumitomo Rubber Türkiye”), u Goodyear Lastikleri T.A.S (“Goodyear Türkiye”). Il-Grupp GITI qies ukoll li jekk id-data Torka dwar il-kostijiet SG & A tintuża meta jiġu ddeterminati l-SG & A, jenħtieġ li jitneħħew l-effetti ta’ distorsjoni ta’ rati ta’ mgħax għoljin b’mod mhux raġonevoli u qligħ/telf ta’ kambju esaġerat. |
|
(297) |
Il-Kummissjoni analizzat id-data finanzjarja ta’ Sumitomo Rubber Türkiye. L-ewwel osservat li l-livell ta’ informazzjoni disponibbli għal din il-kumpanija kien inqas dettaljat minn dak irrapportat fir-rapporti finanzjarji awditjati ta’ Brisa Bridgestone. F’konformità mal-prattika standard tagħha fl-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tuża l-aktar data granulari tal-kumpaniji disponibbli sabiex tistabbilixxi ammonti raġonevoli u mingħajr distorsjoni għall-kostijiet SG & A u għall-profitti. Dan jippermetti: (i) ċertezza addizzjonali dwar l-akkuratezza tal-użi tad-data; u (ii) aġġustamenti kull meta jkun meħtieġ. Madankollu, il-Kummissjoni ppruvat tistabbilixxi l-kostijiet SG & A, abbażi tal-informazzjoni mhux kompluta disponibbli għal Sumitomo Rubber Türkiye, li rriżultaw f’madwar 6 %. Il-Kummissjoni qieset li dan il-livell ta’ kostijiet SG & A kkalkolati ma huwiex raġonevoli. Kif imsemmi minn Hankook Group, skont l-istatistika tal-Bank Ċentrali tar-Repubblika tat-Turkija (152) relatata mal-kodiċi tal-industrija NACE 22.11, il-kostijiet medji SG & A għall-kumpaniji li joperaw f’dan is-settur kienu ’l fuq minn 20 %, u għalhekk, konformi mal-SG & A ta’ Brisa Bridgestone kif ikkalkolat mill-Kummissjoni. |
|
(298) |
Kif ġie nnutat fil-premessa (297), kull meta tkun disponibbli, il-Kummissjoni tuża data li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ informazzjoni finanzjarja f’livell aktar granulari, bħal f’dan il-każ fejn kienu disponibbli rapporti finanzjarji awditjati u dettaljati ta’ Brisa Bridgestone. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibbaża l-kalkoli tagħha tal-kostijiet SG & A u l-profitti fuq id-data ta’ Brisa Bridgestone biss. Il-kumpanija Goodyear Türkiye ma kinitx profittabbli fil-PI, u għalhekk id-data tagħha ma setgħetx titqies. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
Talba biex jitqiesu r-rapporti finanzjarji ta’ Brisa Bridgestone minflok id-data minn ORBIS
|
(299) |
Is-CRIA, Hankook Group u l-Grupp GITI sostnew li l-Kummissjoni jenħtieġ li tqis ir-rapporti finanzjarji awditjati ta’ Brisa Bridgestone minflok id-data minn ORBIS. Il-partijiet argumentaw li meta kkunsidraw ir-rapporti finanzjarji, il-kostijiet SG & A u l-profitti li rriżultaw kienu aktar baxxi milli kieku ġew determinati abbażi tad-data ta’ ORBIS. |
|
(300) |
Il-Kummissjoni aċċettat it-talba u rrevediet l-ammont għall-kostijiet SG & A u l-profitti abbażi tar-rapporti finanzjarji. |
Talbiet biex jiġu aġġustati r-rapporti finanzjarji ta’ Brisa Bridgestone
|
(301) |
Is-CRIA argumentat li biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u l-valur normali maħdum, kienu meħtieġa diversi aġġustamenti għall-kalkolu tal-profitti u l-kostijiet SG & A ta’ Brisa Bridgestone. Hija pproponiet kemm li (a) tiġi eskluża d-data kollha mhux relatata mat-tajers mill-kalkolu tal-kostijiet SG & A u l-profitti billi jiġi applikat il-proporzjon bejn id-dħul min-negozju tat-tajers u dak mhux min-negozju tat-tajers (96 % u 4 %, rispettivament); kif ukoll li (b) jiġu esklużi d-dħul u l-ispejjeż minn attivitajiet ta’ investiment li fil-fehma tagħha ma kinux relatati man-negozju tat-tajers, kif ukoll l-ispejjeż tar-R & Ż, l-ispejjeż tat-trasport u tal-ħżin, u l-ispejjeż tar-royalties u l-kummissjonijiet mill-bejgħ. L-istess argument tressaq mill-Grupp GITI; u (c) li jiġi eskluż it-telf li jinħoloq minn strumenti finanzjarji derivattivi minn introjtu u spejjeż operatorji oħrajn. |
|
(302) |
Il-Kummissjoni ma qisitx li huwa xieraq li tagħmel xi aġġustamenti għad-data finanzjarja ta’ Brisa Bridgestone għall-parti tan-negozju mhux tat-tajers (Arvento), kif spjegat hawn fuq f’din it-taqsima. |
|
(303) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li l-ispejjeż tar-R & Ż kienu parti inerenti mill-kostijiet SG & A u jenħtieġ li ma jiġux esklużi mill-kalkolu tal-valur normali. Bl-istess mod, id-dħul minn operazzjonijiet oħra u l-ispejjeż minn operazzjonijiet oħra ġeneralment kienu parti mill-operazzjonijiet normali ta’ kumpanija f’settur tal-manifattura. |
|
(304) |
Madankollu, il-Kummissjoni aċċettat it-talba li d-dħul minn attivitajiet ta’ investiment relatati ma’ negozju għajr il-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni jenħtieġ li jitnaqqas mill-SG & A, kif ukoll il-kostijiet relatati mat-trasport u l-ħżin marbuta mal-bejgħ tal-prodott taħt investigazzjoni. Il-Kummissjoni naqqset ukoll ir-royalties u l-kummissjonijiet mill-bejgħ mill-kalkolu tal-SG & A sabiex tiżgura li l-valur normali maħdum u l-prezz tal-esportazzjoni jitqabblu fl-istess livell ta’ kummerċ wara li jsiru aġġustamenti rilevanti biex jiġi żgurat tqabbil adegwat f’konformità mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. |
Il-Malażja u l-Indoneżja
|
(305) |
Il-Grupp GITI u Shandong Yongsheng sostnew li l-Malażja u l-Indoneżja kienu aktar rappreżentattivi mit-Turkija. Sumitomo Group sostna wkoll li jenħtieġ li tingħata preferenza lil pajjiżi bħall-Malażja u l-Indoneżja, iżda ma pprovda l-ebda spjegazzjoni f’dan ir-rigward. |
|
(306) |
Il-Grupp GITI argumenta li l-Malażja ntgħażlet f’diversi investigazzjonijiet relattivament reċenti. Huwa tenna li kellha importazzjonijiet rappreżentattivi ta’ lastiku kompost. Huwa argumenta li, li kieku l-importazzjonijiet Ċiniżi u Russi fit-Turkija kellhom jiġu kkombinati, dawn jikkostitwixxu sehem ogħla mill-importazzjonijiet Ċiniżi għal xi fatturi ta’ produzzjoni kemm fil-Malażja kif ukoll fl-Indoneżja. Huwa kkunsidra wkoll li peress li l-Indoneżja ma kinitx meqjusa bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq minħabba l-importazzjonijiet baxxi tagħha ta’ lastiku naturali, wieħed mill-fatturi ewlenin tal-produzzjoni, il-Malażja kienet tkun l-aktar pajjiż rappreżentattiv xieraq peress li kienet l-akbar importatur ta’ lastiku naturali. |
|
(307) |
Shandong Yongsheng argumenta li l-Malażja ġiet eskluża biss għax l-importazzjonijiet ta’ lastiku stiren-butadien kien fihom sehem għoli ta’ importazzjonijiet Ċiniżi, iżda l-importazzjonijiet ta’ xi fatturi tal-produzzjoni (bħas-silika u l-korda tal-azzar) fit-Turkija kien fihom sehem saħansitra ogħla ta’ importazzjonijiet Ċiniżi. Shandong Yongsheng sostniet li l-prezzijiet tal-importazzjoni tal-lastiku stiren-butadien fil-Malażja minn pajjiżi tad-WTO escluża ċ-Ċina kienu qrib il-prezz medju u ogħla mill-prezzijiet lejn it-Turkija. Bl-istess mod, Shandong Yongsheng sostniet li l-importazzjonijiet Indoneżjani tal-iswed tal-karbonju minn pajjiżi tad-WTO mhux iċ-Ċina kienu bi prezz kważi identiku għall-importazzjonijiet fit-Turkija, u fi kwalunkwe każ qrib il-prezz medju. Kif spjegat hawn fuq f’din it-taqsima, il-Kummissjoni għażlet lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv billi l-ewwel identifikat il-pajjiżi fejn il-prezzijiet tal-importazzjonijiet jkunu l-aktar soġġetti għal distorsjoni mill-importazzjonijiet Ċiniżi, għall-fatturi ewlenin tal-produzzjoni, iżda wkoll b’mod ġenerali. Hija sabet li t-Turkija rrapportat l-inqas kummerċ ġenerali maċ-Ċina meta mqabbel mal-pajjiżi rappreżentattivi l-oħra kollha possibbli. Kien evidenti li għall-aktar fatturi importanti tal-produzzjoni, it-Turkija kienet l-inqas pajjiż dipendenti fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi li kienu jikkostitwixxu madwar 17 % bħala medja, meta mqabbla ma’ 26 % fil-każ tal-Malażja u 32 % fil-każ tal-Indoneżja. Il-Kummissjoni ċċarat ukoll li ma kienx ġie stabbilit li l-importazzjonijiet Russi kellhom effett ta’ distorsjoni fuq il-prezzijiet tal-importazzjoniet. Għalhekk, ma setgħux jitqiesu soġġetti għal distorsjoni flimkien mal-importazzjonijiet Ċiniżi. |
|
(308) |
Il-Kummissjoni qieset ukoll elementi bħal volum suffiċjenti ta’ importazzjonijiet tal-maġġoranza tal-fatturi tal-produzzjoni, u d-disponibbiltà ta’ data finanzjarja raġonevoli. Għalhekk ma sabitx li kien neċessarju li tagħmel paragun tal-prezzijiet biex tqabbel il-prezzijiet ta’ importazzjoni ta’ ċerti importazzjonijiet Ċiniżi mal-medja, għall-pajjiżi li qieset li kienu għażla inqas xierqa għal pajjiż rappreżentattiv. Barra minn hekk, il-fatt li l-prezz tal-importazzjoni ta’ fattur speċifiku tal-produzzjoni kien ogħla mill-prezz tal-importazzjoni tal-istess fattur fit-Turkija, jew qrib tiegħu, ma kienx argument li l-pajjiż bl-ogħla prezz tal-importazzjoni jenħtieġ li jiġi ppreferut jew meqjus inqas soġġet għal distorsjoni. |
|
(309) |
Il-Grupp GITI ilmenta li l-Kummissjoni ma spjegatx għaliex il-Malażja ma ntgħażiltx bħala pajjiż rappreżentattiv f’dan il-każ filwaqt li ntgħażlet bħala pajjiż rappreżentattiv fil-PET miċ-Ċina (153) u l-Aċesulfam K miċ-Ċina. L-istess argument tressaq dwar il-proċediment anti-dumping tal-Istati Uniti kontra l-importazzjonijiet tat-tajers miċ-Ċina (154), fejn il-Malażja ntgħażlet bħala pajjiż rappreżentattiv. Fl-aħħar nett, il-Grupp GITI u Shandong Yongsheng sostnew li, peress li l-investigazzjoni anti-dumping tal-Istati Uniti ma kinitx tikkostitwixxi kriterju għall-aċċettazzjoni tal-kummenti, ir-raġunament tal-Kummissjoni kien jikkontradixxi l-fatt li l-Kummissjoni kkwotat deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Kummerċ Internazzjonali tal-Afrika t’Isfel dwar iċ-ċirkonvenzjoni tad-dazji anti-dumping fuq it-tajers permezz ta’ devjazzjoni tal-kummerċ miċ-Ċina permezz tal-Kambodja, it-Tajlandja u l-Vjetnam (155). |
|
(310) |
Il-Kummissjoni fakkret li kull każ huwa vvalutat fuq il-merti tiegħu stess, u li l-fatt li l-Malażja ntużat f’investigazzjonijiet preċedenti ma għandu l-ebda effett fuq l-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv f’din l-investigazzjoni. Bl-istess mod, l-istess japplika għall-investigazzjoni anti-dumping tal-Istati Uniti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni enfasizzat li l-każijiet imsemmija mill-Grupp GITI kellhom perjodu ta’ investigazzjoni differenti. Fl-aħħar nett, ġiet iċċitata d-deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Kummerċ Internazzjonali tal-Afrika t’Isfel biex turi b’mod fattwali li qed isseħħ ċirkonvenzjoni permezz tat-Tajlandja, u dan ikkonferma l-esponiment għoli tal-pajjiż għaċ-Ċina, u l-fatt li l-kumpaniji Ċiniżi waqqfu fabbriki f’pajjiżi oħra tal-Asja tax-Xlokk biex jevitaw id-dazji. Dan ġie kkonfermat ukoll mis-CRIA (156), li kkwotat sitt intrapriżi Ċiniżi differenti li stabbilew il-produzzjoni tat-tajers fit-Tajlandja bejn l-2012 u l-2020 u kkwotat l-averżjoni tad-dazji anti-dumping u kompensatorji mill-Istati Uniti bħala waħda mir-raġunijiet ta’ din il-motivazzjoni kummerċjali (157). |
|
(311) |
Il-Grupp GITI tenna li l-Malażja (u l-Indoneżja) biss importaw kwantitajiet sinifikanti ta’ lastiku kompost, fattur ewlieni tal-produzzjoni fil-proċess tal-produzzjoni ta’ GITI. Barra minn hekk, kien hemm rapporti finanzjarji disponibbli faċilment ta’ kumpaniji tal-Malażja li kienu profittabbli. |
|
(312) |
Fil-bidu, il-Kummissjoni fakkret li l-parametru referenzjarju għal-lastiku kompost ġie ssostitwit bid-data mill-Messiku. Rigward id-data finanzjarja disponibbli tal-kumpaniji Malażjani, il-Kummissjoni enfasizzat li, mill-erba’ kumpaniji li għalihom il-Grupp GITI ippreżenta d-data finanzjarja, tnejn minnhom ma rrappurtaw l-ebda kost tal-oġġetti mibjugħa (158). Il-kostijiet SG & A taż-żewġ kumpaniji l-oħra varjaw bejn 4,4 % u 7 %, li tqies bħala mhux raġonevoli għas-settur tat-tajers. |
|
(313) |
Shandong Yongsheng argumentat li l-livell tal-Introjtu Nazzjonali Gross (“ING”) tal-Malażja per capita kien ħafna eqreb lejn dak taċ-Ċina milli lejn dak tat-Turkija, u dan jagħmel lill-Malażja pajjiż rappreżentattiv aktar xieraq. Barra minn hekk, kien hemm aktar informazzjoni dwar il-manifatturi tat-tajers Malażjani milli dwar il-manifatturi Torok peress li l-Kummissjoni identifikat manifattur wieħed biss. |
|
(314) |
Meta jkun qed jinħadem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tista’ tuża pajjiż rappreżentattiv b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħall-pajjiż esportatur. Ir-Regolament bażiku ma fih l-ebda rekwiżit ieħor biex jintgħażel il-pajjiż bl-eqreb livell ta’ żvilupp ekonomiku bħall-pajjiż tal-esportazzjoni. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni tagħmel dan billi teżerċita d-diskrezzjoni tagħha u tuża pajjiżi kklassifikati fl-istess kategorija ta’ introjtu mill-Bank Dinji. Il-kategorija rilevanti tal-Bank Dinji hija dik tal-pajjiżi b’introjtu medju superjuri, li fiha hija kklassifikata ċ-Ċina. Il-Kummissjoni speċifikat b’mod ċar fl-Ewwel Nota li se tuża l-bażi tad-data tal-Bank Dinji għal dan l-għan, li huwa f’konformità wkoll mal-prattika tagħha. Il-fatt li pajjiż jista’ jkollu ING jew PDG per capita eqreb għal taċ-Ċina minn ieħor ma huwiex fattur deċiżiv fl-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv xieraq. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. Fl-aħħar, kif imsemmi hawn fuq f’din it-taqsima, l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku jipprovdi li l-valur normali maħdum irid jinkludi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-SG & A u għall-profitti. Huwa ma jispeċifikax kif jenħtieġ li jiġu stabbiliti dawk l-ammonti iżda jirrikjedi li dawn ikunu mingħajr distorsjoni u raġonevoli. Ma hemm l-ebda obbligu li l-Kummissjoni tirrikorri għal ċertu numru ta’ kumpaniji b’data finanzjarja, sakemm l-ammonti tal-kostijiet SG & A u l-profitti jkunu mingħajr distorsjoni u raġonevoli. L-Artikolu 2(6)(a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
Il-Messiku
|
(315) |
Shandong Yongsheng argumentat li s-sehem għoli tal-Messiku ta’ importazzjonijiet Ċiniżi ta’ kordi tal-azzar u tessut tal-kordi jenħtieġ li ma jitqiesx għall-iskop tal-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv, peress li l-ishma tal-importazzjonijiet Ċiniżi ta’ korda tal-azzar u tessut tal-kordi ma kinux rilevanti għall-analiżi tad-distorsjoni tal-FOPs. It-tieni, hija sostniet li l-Kummissjoni pprovdiet biss sommarju tal-informazzjoni proprjetarja dwar ir-rapporti finanzjarji tal-kumpanija Messikana, li ma ppermettiex lill-partijiet interessati jivverifikaw id-data kif suppost. It-tielet, il-fatt li l-Messiku kien produttur iżgħar mit-Turkija tat-tajers tal-karozzi tal-passiġġieri u tat-trakkijiet ħfief ma kienx kriterju definit fl-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Konsegwentement, hija argumentat li l-Messiku baqa’ l-aktar pajjiż rappreżentattiv xieraq fost il-pajjiżi proposti fl-Ewwel Nota (il-Messiku, it-Turkija u s-Serbja). |
|
(316) |
Il-Kummissjoni fakkret li l-importazzjonijiet lejn il-Messiku tal-kordi tal-azzar u t-tessut tal-kordi ma kienx l-uniku kriterju biex jiġi deċiż li l-Messiku ma jintgħażilx bħala pajjiż rappreżentattiv – it-Turkija nstabet li kienet għażla aħjar abbażi ta’ numru ta’ raġunijiet - it-Turkija rrapportat l-inqas kummerċ ġenerali maċ-Ċina meta mqabbla mal-pajjiżi rappreżentattivi l-oħra kollha possibbli, kellha volum suffiċjenti ta’ importazzjonijiet tal-maġġoranza tal-fatturi tal-produzzjoni, u disponibbiltà ta’ data finanzjarja raġonevoli. Il-Kummissjoni fakkret ukoll li l-informazzjoni finanzjarja f’forma ta’ ħarsa ġenerali mill-bażi tad-data ta’ ORBIS ippubblikata fl-Ewwel Nota għall-kumpanija Compana Hulera Tornel kienet tikkostitwixxi l-uniku tip ta’ informazzjoni aċċessibbli dwar il-kumpanija. Dan b’kuntrast mad-data finanzjarja disponibbli ta’ Brisa Bridgestone, li kienu rapporti finanzjarji awditjati. |
3.2.4.6.
|
(317) |
Barra minn hekk, filwaqt li d-daqs tas-suq ma kienx wieħed mill-kriterji definiti fl-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni enfasizzat li t-Turkija mhux biss issodisfat il-kriterji kollha tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda hija wkoll suq ferm aktar komparabbli mas-suq tat-tajers Ċiniż minn fost il-pajjiżi rappreżentattivi possibbli kollha. |
3.2.4.7.
|
(318) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, Shandong Yongsheng tenniet xi wħud mill-affermazzjonijiet tagħha. Hija qieset li l-Kummissjoni kienet naqset milli tindirizza diversi elementi mressqa mill-partijiet interessati u li kienet naqset ukoll milli twettaq it-tqabbil tal-prezzijiet tal-fatturi ta’ produzzjoni bejn pajjiżi rappreżentattivi potenzjali biex tiddetermina jekk ċertu pajjiż ipprovdiex parametru referenzjarju raġonevoli u mingħajr distorsjoni, u li l-Kummissjoni kellha turi l-firxa tal-allegati distorsjonijiet u mhux sempliċiment tagħżel il-pajjiż bl-aktar livell baxx ta’ importazzjonijiet Ċiniżi. |
|
(319) |
Shandong Yongsheng ikkunsidrat ukoll li l-Malażja kienet tkun għażla aktar xierqa mit-Turkija peress li għandha livell ta’ żvilupp li huwa estremament qrib iċ-Ċina abbażi tal-Introjtu Nazzjonali Gross (“ING”), u l-kostijiet tal-enerġija u lavorattivi huma aktar simili għaċ-Ċina milli għat-Turkija, u b’hekk il-Malażja kienet għażla aħjar bħala pajjiż rappreżentattiv. |
|
(320) |
Il-Kummissjoni nnotat li ma kien hemm l-ebda element ġdid, minbarra dawk diġà pprovduti u indirizzati mill-Kummissjoni, miġjuba minn Shandong Yongsheng li jiġġustifikaw il-bidla tal-pajjiż rappreżentattiv. Il-Kummissjoni rreferiet għall-analiżi tagħha li turi li t-Turkija ntgħażlet bħala pajjiż rappreżentattiv abbażi ta’ kriterji oġġettivi – mhux biss l-importazzjonijiet fit-Turkija tal-fatturi ewlenin tal-produzzjoni li kellhom l-inqas importazzjonijiet Ċiniżi – iżda kien hemm ukoll elementi oħra bħal volum suffiċjenti ta’ importazzjonijiet tal-biċċa l-kbira tal-fatturi tal-produzzjoni, u d-disponibbiltà ta’ data finanzjarja raġonevoli li, fil-każ tal-Malażja, ma kinux disponibbli. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-asserzjoni. |
|
(321) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, Shandong Yongsheng tenniet li anke l-Messiku kien għażla manifestament aħjar bħala pajjiż rappreżentattiv minflok it-Turkija. Fil-fehma tagħha, l-użu tad-data tal-produttur Messikan Compania Hulera Tornel kien ħafna aktar xieraq peress li din il-kumpanija pproduċiet tajers tal-grad 3 bħall-biċċa l-kbira tal-importazzjonijiet Ċiniżi fl-Unjoni. Hija sostniet ukoll li Compania Hulera Tornel kienet sussidjarja ta’ kumpanija multinazzjonali tat-tajers u għalhekk, ir-rapporti finanzjarji tagħha kienu awditjati b’mod diliġenti. Shandong Yongsheng argumentat ukoll li d-daqs tas-suq ma kienx kriterju rilevanti, kif ikkonfermat mill-Kummissjoni. Għalhekk, Shandong Yongsheng qieset li l-preferenza tal-Kummissjoni għat-Turkija fuq il-Messiku ma kinitx ġustifikata u li l-għażla tat-Turkija kienet żbaljata u kontra l-liġi, u li t-Turkija ma kinitx pajjiż rappreżentattiv xieraq skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Shandong Yongsheng qieset ukoll li ż-żamma tat-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv kienet punittiva u li mmassimizzat il-livell tal-marġni tad-dumping tagħha u għalhekk għamlet ħsara lill-interessi ta’ Shandong Yongsheng u tal-produtturi esportaturi Ċiniżi b’mod ġenerali, minkejja l-kooperazzjoni kontinwa u diliġenti ta’ Shandong Yongsheng. |
|
(322) |
Il-Kummissjoni nnotat li Shandong Yongsheng ma pprovdiet l-ebda evidenza li turi li r-rapporti finanzjarji ta’ Compania Hulara Tornel ġew awditjati, u l-Kummissjoni lanqas ma setgħet issib l-informazzjoni. L-unika informazzjoni disponibbli kienet fil-bażi tad-data ORBIS, li abbażi tagħha, fil-PI, Compania Hulara Tornel irreġistrat profitt baxx b’mod mhux raġonevoli. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-data disponibbli għat-Turkija kienet tikkostitwixxi l-aħjar parametru referenzjarju disponibbli biex jiġu stabbiliti kemm il-kostijiet SG & A kif ukoll il-profitt. |
|
(323) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, Kumho sostniet ukoll li l-għażla tal-Kummissjoni tat-Turkija kienet dubjuża, u li l-parametri referenzjarji għall-kostijiet SG & A u l-profitti ma kinux xierqa, prinċipalment minħabba li ma kinux rappreżentattivi tas-segment tas-suq li fih topera Kumho. Kumho indikat li l-Kummissjoni jeħtiġilha twettaq valutazzjoni komparattiva tal-alternattivi disponibbli, u li f’dan il-każ, il-Kummissjoni naqset b’mod ċar milli twettaq il-valutazzjoni meħtieġa, u b’hekk għamlet il-konklużjoni tagħha dwar l-għażla tat-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv inkonsistenti mar-rekwiżiti tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, peress li qieset il-volumi tal-importazzjonijiet Ċiniżi qabel ma qieset il-kriterji kollha previsti fir-Regolament bażiku, bħal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali, minkejja s-sejba tagħha li kienu jeżistu diversi pajjiżi rappreżentattivi potenzjali. Barra minn hekk, hija qieset li s-sehem għoli tal-importazzjonijiet Ċiniżi seta’ kellu effett distorsiv fuq il-prezzijiet tal-inputs iżda li l-Kummissjoni kellha tanalizza wkoll il-prezzijiet unitarji skont parametri referenzjarji internazzjonali xierqa. |
|
(324) |
Kumho sostniet ukoll li l-Kummissjoni kellha tqis ukoll id-dipendenza tat-Turkija fuq l-importazzjonijiet mir-Russja ta’ ċertu materjal, b’mod partikolari tal-azzar. Hija argumentat li peress li l-Kummissjoni ħarġet rapport ta’ “distorsjoni” dwar ir-Russja, l-importazzjonijiet Russi kellhom jitqiesu li għandhom effett distorsiv kif inhu l-każ tal-importazzjonijiet Ċiniżi, peress li l-prezzijiet tal-importazzjoni ta’ xi fatturi tal-produzzjoni kienu taħt il-prezz medju tal-importazzjoni ta’ dawk il-materjali fit-Turkija. Hija argumentat li jekk jitqiesu l-effetti distorsivi tal-importazzjonijiet Ċiniżi u Russi, is-sehem tal-importazzjonijiet mill-bqija tad-dinja tal-fatturi ewlenin tal-produzzjoni fit-Turkija kien komparabbli ma’ dak tal-Malażja, tal-Indoneżja u tal-Messiku, u ma pprovda l-ebda ġustifikazzjoni oġġettiva għall-għażla tat-Turkija. |
|
(325) |
Il-Kummissjoni analizzat bir-reqqa dawk l-affermazzjonijiet. Hija rreferiet għall-analiżi tagħha tal-pajjiżi rappreżentattivi potenzjali kollha kemm fl-Ewwel kif ukoll fit-Tieni Nota, f’konformità mal-Artikolu 2(6a (a) tar-Regolament bażiku. Fl-analiżi tagħha, il-Kummissjoni qieset l-elementi rilevanti kollha fil-fajl u dawk imressqa mill-partijiet interessati, u kkonkludiet li t-Turkija kienet l-unika għażla xierqa bħala pajjiż rappreżentattiv. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni qieset li ma kienx hemm bżonn li jiġi evalwat il-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali tal-pajjiżi kkunsidrati differenti. Barra minn hekk, ma kienx hemm rekwiżit legali għall-Kummissjoni biex tqabbel il-prezzijiet tal-importazzjoni fit-Turkija ma’ “parametri referenzjarji internazzjonali xierqa” kif iddikjarat minn Kumho. Il-Kummissjoni tenniet li t-Turkija ntgħażlet filwaqt li tqiesu elementi bħal volum suffiċjenti ta’ importazzjonijiet tal-maġġoranza tal-fatturi tal-produzzjoni, u d-disponibbiltà ta’ data finanzjarja raġonevoli li ma kinitx disponibbli fil-każ ta’ pajjiżi rappreżentattivi potenzjali oħra. L-eżistenza ta’ rapport dwar ir-Russja nnifisha, minħabba l-konklużjonijiet tagħha, ma ġġustifikatx li l-importazzjonijiet kollha mir-Russja jitqiesu awtomatikament bħala distorti. L-analiżi tal-prezzijiet tal-importazzjoni mir-Russja lejn it-Turkija mwettqa mill-Kummissjoni ma wasslitx għall-konklużjoni ta’ distorsjonijiet. B’mod partikolari, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Russi għal dawn il-fatturi ta’ produzzjoni (iswed tal-karbonju, lastiku sintetiku u kordi tal-azzar) fil-PI kienu simili jew ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjoni tal-istess fatturi ta’ produzzjoni mir-Russja qabel l-introduzzjoni tas-sanzjonijiet. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-asserzjoni. |
|
(326) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-Kummissjoni ddeċidiet, abbażi tal-kummenti li rċeviet, li tuża flimkien mad-data ta’ Brisa Bridgestone, l-unika data finanzjarja oħra ta’ kumpanija Torka (Sumitomo Rubber Türkiye). Il-Kummissjoni qieset li l-parametri referenzjarji stabbiliti b’dan il-mod għall-kostijiet SG & A u l-profitti kienu raġonevoli u rappreżentattivi biżżejjed għas-settur tat-tajers Ċiniż. Il-Kummissjoni qieset li l-għan ma kienx li jiġu stabbiliti l-kostijiet SG & A u l-profitti li jirriflettu s-sitwazzjoni individwali ta’ kull produttur esportatur iżda li jinstabu l-ammonti li huma raġonevoli u mingħajr distorsjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni sostniet li t-Turkija kienet tirrappreżenta pajjiż rappreżentattiv xieraq, u qieset li l-għażla ma kinitx punittiva għal Shandong Yongsheng u għall-bqija tal-produtturi esportaturi Ċiniżi. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-asserzjoni. |
|
(327) |
Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni qieset lit-Turkija bħala l-uniku pajjiż rappreżentattiv xieraq. Kif spjegat fil-premessa (233), il-Kummissjoni ma qisitx lill-Arġentina u lill-Kolombja bħala pajjiżi rappreżentattivi xierqa fid-dawl tan-nuqqas jew tal-volum baxx ta’ fatturi ewlenin tal-produzzjoni. Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li la l-Indoneżja, il-Malażja u lanqas it-Tajlandja ma kienu jikkostitwixxu pajjiż rappreżentattiv xieraq fid-dawl tas-sehem sinifikanti tal-importazzjonijiet Ċiniżi għall-fatturi ewlenin tal-produzzjoni, kif spjegat fil-premessi minn (256) sa (260). B’mod simili, u kif indikat fil-premessi (262) u (263), il-Kummissjoni rrifjutat lis-Serbja bħala pajjiż rappreżentattiv fid-dawl tal-volum għoli tal-importazzjonijiet Ċiniżi għal żewġ fatturi importanti ta’ produzzjoni, kif ukoll il-fatt li l-volum tal-importazzjonijiet tal-fatturi ewlenin kollha tal-produzzjoni kien diversi drabi aktar baxx minn dawk mit-Turkija. Fl-aħħar nett, filwaqt li l-Kummissjoni straħet fuq data mill-Messiku biex tużaha bħala parametru referenzjarju għal fattur minuri wieħed tal-produzzjoni, kif iddikjarat fil-premessa (291), mill-banda l-oħra eskludiet lill-Messiku minn pajjiż rappreżentattiv xieraq abbażi tal-elementi li ġejjin ippreżentati fil-premessi (263), (264), (316) u (322): (i) il-preżenza ta’ volum għoli ta’ importazzjonijiet Ċiniżi fil-pajjiż għal ċerti fatturi ta’ produzzjoni; (ii) il-volum u r-rappreżentattività aktar baxxi tal-importazzjonijiet ta’ fatturi tal-produzzjoni bħal, pereżempju, apparagun tat-Turkija; u (iii) il-fatt li Compania Hulera Tornel irreġistrat profitt baxx b’mod mhux raġonevoli. |
Livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali
|
(328) |
Wara li ġie stabbilit li t-Turkija kienet il-pajjiż rappreżentattiv xieraq, abbażi tal-elementi kollha msemmijin hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, l-aħħar sentenza, tar-Regolament bażiku. |
3.2.4.8.
|
(329) |
Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, it-Turkija ssodisfat il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku sabiex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
3.2.5. Sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni
|
(330) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi ta’ produzzjoni, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni mill-produtturi esportaturi u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar il-valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi ta’ produzzjoni msemmija f’dik in-nota. |
|
(331) |
Sussegwentement, fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni ddikjarat li, sabiex tibni l-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tuża l-GTA biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi ta’ produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li minn naħa waħda se tuża l-Istitut Tork tal-Istatistika (159) biex tistabbilixxi kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manodopera, u tal-fwar, u min-naħa l-oħra l-istatistika pprovduta mill-Awtorità Regolatorja tas-Suq tal-Enerġija (160) għall-istabbiliment tal-kost mingħajr distorsjoni tal-elettriku. |
|
(332) |
Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni informat ukoll lill-partijiet interessati li minħabba l-għadd kbir ta’ fatturi ta’ produzzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li pprovdew informazzjoni sħiħa u l-piż negliġibbli ta’ xi materja prima fil-kost totali tal-produzzjoni, dawn l-oġġetti negliġibbli ġew raggruppati taħt “materjali konsumabbli”. Barra minn hekk, il-Kummissjoni informat lill-partijiet li hija se tikkalkula l-persentaġġ tal-materjal konsumabbli fuq il-kost totali tal-materja prima u se tapplika dan il-persentaġġ għall-kost ikkalkolat mill-ġdid tal-materja prima meta tuża l-parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni stabbiliti fil-pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
3.2.5.1.
|
(333) |
Meta titqies l-informazzjoni kollha ppreżentata mill-partijiet interessati u miġbura matul iż-żjarat ta’ verifika, il-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku: Tabella 1 Fatturi ta’ produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3.2.5.2.
|
(334) |
Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni ta’ materja prima kif ikkonsenjata sax-xatba tal-fabbrika ta’ produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat ta’ importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport. Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha bl-esklużjoni tar-RPĊ u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 (161). Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fit-Taqsima 3.2.1 din ikkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsubin għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. |
|
(335) |
Il-Kummissjoni esprimiet il-kost tat-trasport imġarrab mill-produttur esportatur li kkoopera għall-provvista tal-materja prima bħala persentaġġ tal-kost effettiv ta’ tali materja prima u mbagħad applikat l-istess persentaġġ għall-kost mingħajr distorsjoni tal-istess materja prima sabiex jinkiseb il-kost tat-trasport mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni kkunsidrat li, fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, il-proporzjon bejn il-materja prima tal-produttur esportatur u l-kostijiet tat-trasport irrapportati jista’ jintuża b’mod raġonevoli bħala indikazzjoni biex jiġu stmati l-kostijiet tat-trasport mingħajr distorsjoni tal-materja prima meta tiġi kkonsenjata lill-fabbrika tal-kumpanija. |
|
(336) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, Shandong Yongsheng sostniet li l-prezzijiet tal-importazzjoni fit-Turkija ta’ tliet materjali, il-kordi tal-azzar (SA 7312 10 ), it-tessut tal-kordi tat-tajers (Intestatura SA 5902 ) u diossidu tas-siliċju (Intestatura SA 2811 22 ) kienu eċċessivament għoljin, u għalhekk mhux raġonevoli u li l-prezzijiet tal-importazzjoni fit-Turkija tal-kordi tal-azzar u tad-diossidu tas-siliċju kienu 20 % u 49 % rispettivament ogħla mill-medja dinjija. Hija argumentat ukoll li l-prezzijiet tal-kordi tal-azzar kienu distorti b’mod ċar peress li t-Turkija ppromulgat miżuri ta’ salvagwardja kontra l-vireg tal-wajer tal-azzar, prodott upstream tal-kordi tal-azzar, li għandu effett distorsiv fuq il-prezzijiet tal-kordi tal-azzar fis-suq Tork. |
|
(337) |
Il-Kummissjoni indikat li l-prezzijiet referenzjarji ġew stabbiliti abbażi tal-prezzijiet tal-importazzjoni f’pajjiż rappreżentattiv magħżul (f’dan il-każ it-Turkija) u mhux abbażi ta’ tqabbil mal-prezzijiet medji dinjija. Peress li dawn il-fatturi ta’ produzzjoni ġew importati fit-Turkija fi kwantitajiet suffiċjenti u tqiesu rappreżentattivi, il-fatt li l-prezzijiet kienu ogħla mill-medja dinjija ma ppermettiex fih innifsu li jiġi konkluż li dawn il-parametri referenzjarji kienu eċċessivament għoljin jew mhux raġonevoli. Il-Kummissjoni qieset ukoll li l-fatt li t-Turkija kellha miżuri ta’ salvagwardja kontra l-vireg tal-wajer tal-azzar ma kienx evidenza fih innifsu li l-prezzijiet tal-importazzjoni fit-Turkija tal-kordi tal-azzar kienu distorti, u tali evidenza lanqas ma tressqet minn Shandong Yongsheng — il-parametru referenzjarju ma kienx il-prezz tal-kordi tal-azzar magħmula fit-Turkija, iżda pjuttost il-prezz tal-kordi tal-azzar importati fit-Turkija. Għalhekk ma kien hemm l-ebda rabta murija bejn il-prezz tal-kordi tal-azzar importati u s-salvagwardji. Peress li Shandong Yongsheng ma pprovdiet l-ebda argument ieħor u lanqas evidenza li l-prezzijiet referenzjarji ma kinux raġonevoli, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(338) |
Shandong Yongsheng sostniet ukoll li jenħtieġ li l-Kummissjoni ma tissostitwixxix il-prezzijiet tal-fatturi ta’ produzzjoni li hija importat permezz ta’ parametri referenzjarji, peress li dawn il-prezzijiet kienu mingħajr distorsjoni. |
|
(339) |
Il-Kummissjoni nnotat li Shandong Yongsheng prinċipalment importat lastiku naturali, u ftit materjali oħra li l-volumi totali tagħhom madankollu nkisbu b’mod predominanti fiċ-Ċina. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li aktar minn żewġ terzi tal-importazzjonijiet tal-lastiku naturali kif ukoll materjali importati oħra nxtraw permezz ta’ intermedjarju Ċiniż u għalhekk kienu soġġetti għal distorsjonijiet fis-suq Ċiniż. Barra minn hekk, la Shandong Yongsheng u lanqas xi parti oħra ma pprovdew evidenza pożittiva li turi l-assenza ta’ distorsjonijiet għal dawk l-importazzjonijiet, u lanqas għall-importazzjonijiet direttament minn barra ċ-Ċina. B’hekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(340) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, is-CRIA sostniet li l-parametru referenzjarju għall-iswed tal-karbonju jenħtieġ li jiġi stabbilit abbażi tal-kodiċi tas-sublivell 2803 00 00 90 11 li huwa t-tip ta’ iswed tal-karbonju adattat għall-użu fil-produzzjoni tat-tajers. Bl-istess mod, hija argumentat li għall-kordi tal-azzar, il-Kummissjoni kellha tistabbilixxi l-parametru referenzjarju abbażi tal-kodiċi tas-sublivell 7312 10 41 . |
|
(341) |
Il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni. Ma setax jiġi stabbilit abbażi tad-data rrapportata mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li dawn kienu l-kodiċijiet għall-materjali li ntużaw fil-produzzjoni tat-tajers tal-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw. B’mod aktar speċifiku, ir-rekords kontabilistiċi ta’ Hankook Group ma ppermettewx li jiġu stabbiliti l-materjali li ntużaw f’livell ta’ aktar minn sitt (6) ċifri filwaqt li l-kodiċijiet imsemmija mis-CRIA ma kinux jikkorrispondu għall-materjal irrapportat minn Shandong Yongsheng. |
3.2.5.3.
|
(342) |
L-Istitut Tork tal-Istatistika jippubblika informazzjoni dettaljata dwar il-pagi f’setturi ekonomiċi differenti fit-Turkija. Il-Kummissjoni użat din l-istatistika biex tiddetermina l-pagi fit-Turkija bl-użu tal-informazzjoni dettaljata dwar il-pagi fis-settur tal-produzzjoni għall-2024, għall-attività ekonomika għall-Grupp 22 tan-NACE (manifattura ta’ tajers u tubi tal-lastiku), li fih taqa’ l-produzzjoni, skont il-klassifikazzjoni NACE Rev.2 (162), jiġifieri CNY 93,69 fis-siegħa (163). |
|
(343) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, Shandong Yongsheng qajmet dubji dwar il-fatt li l-Kummissjoni aġġustat il-kostijiet lavorattivi għal-livell ta’ intrapriżi kbar (ta’ aktar minn 1 000 impjegat). Hija qieset li b’dan il-mod, il-Kummissjoni żiedet b’mod artifiċjali l-kostijiet lavorattivi, peress li d-daqs medju tal-produtturi Ċiniżi tat-tajers ma kienx strettament komparabbli ma’ dak tal-intrapriżi tat-Turkija ta’ aktar minn 1 000 impjegat. |
|
(344) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat l-affermazzjoni bħala infondata. Iż-żewġ kumpaniji inklużi fil-kampjun kienu kumpaniji b’għadd ta’ impjegati li fil-biċċa l-kbira jaqbżu l-1 000 impjegat. Għalhekk, hija qieset li l-parametru referenzjarju ġie stabbilit b’mod korrett u ċaħdet l-affermazzjoni. |
|
(345) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, l-ilmentatur sostna li l-kontijiet ta’ Brisa rrapportaw kemm l-għadd ta’ persunal impjegat mill-kumpanija kif ukoll l-ispejjeż tal-persunal u l-ispejjeż tax-xogħol dirett fil-PI, u peress li l-Kummissjoni tfittex li kull meta jkun possibbli tuża data fuq livell aktar granulari, din id-data tista’ tintuża biex jiġi ddeterminat il-parametru referenzjarju għall-manodopera. Huwa argumenta li l-parametru referenzjarju għall-manodopera ddeterminat fuq din il-bażi jkun ta’ TL 201,61 fis-siegħa. |
|
(346) |
Fil-kummenti ta’ konfutazzjoni tiegħu, Hankook Group ikkontesta l-affermazzjoni. Huwa argumenta li d-data tal-Istitut Tork tal-Istatistika kienet tikkostitwixxi stampa aktar newtrali u rappreżentattiva tal-kostijiet lavorattivi medji fis-settur tat-tajers Tork milli mill-istruttura tal-kostijiet interni ta’ produttur wieħed. Huwa staqsa wkoll dwar il-preċiżjoni tal-kalkolu tal-ilmentatur u li l-ilmentatur ikkalkula ħażin fil-fehma tiegħu l-għadd ta’ impjegati. |
|
(347) |
Il-Kummissjoni qieset li d-data tal-Istitut Tork tal-Istatistika kienet tikkostitwixxi parametru referenzjarju aktar rappreżentattiv u xieraq għall-fini tad-determinazzjoni tal-kostijiet lavorattivi fit-Turkija, aktar milli d-data ta’ kumpanija waħda. Għalhekk, hija rrifjutat l-affermazzjoni. |
3.2.5.4.
|
(348) |
Biex tistabbilixxi l-parametru referenzjarju għall-elettriku, il-Kummissjoni użat l-istatistika dwar il-prezzijiet tal-elettriku ppubblikata mill-EMRA, l-Awtorità Regolatorja tas-Suq tal-Enerġija tat-Turkija fl-istqarrijiet għall-istampa regolari tagħha (164). Il-Kummissjoni użat prezz medju tal-elettriku industrijali fil-faxxa tal-konsum korrispondenti f’kWh li jkopri l-perjodu ta’ investigazzjoni, jiġifieri 0,7183 CNY/KwH. |
3.2.5.5.
|
(349) |
Il-prezz tal-gass naturali għall-utenti industrijali fit-Turkija huwa ppubblikat mill-Istitut Tork tal-Istatistika. Il-Kummissjoni użat il-prezz disponibbli għat-tieni semestru tal-2021 u l-ewwel semestru tal-2022 li jikkorrispondi għall-faxxa tal-konsum ta’ 2 610 000 – 26 100 000 m3 (165). Dan il-prezz ġie aġġustat ulterjorment għall-inflazzjoni bl-użu tal-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Produtturi ppubblikat mill-Istitut Tork tal-Istatistika (166) biex jirrifletti l-prezz fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-VAT, li hija inkluża fil-prezz ippubblikat, tnaqqset peress li l-produtturi Torok tal-prodott taħt investigazzjoni huma intitolati għar-rimborż tagħha. |
|
(350) |
Għall-gass tal-fwar, il-parametru referenzjarju ġie derivat mill-punt ta’ riferiment tal-gass naturali bl-użu ta’ proporzjon ta’ konverżjoni. B’mod speċifiku, taħt kundizzjonijiet standard, huwa stmat li jiġu kkunsmati madwar 72,37 m3 ta’ gass naturali biex tiġi prodotta tunnellata waħda ta’ gass tal-fwar. |
3.2.5.5.1. Pretensjonijiet dwar l-inflazzjoni fit-Turkija wara d-divulgazzjoni definittiva
|
(351) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, is-CRIA sostniet li t-Turkija kienet ekonomija iperinflazzjonarja li inevitabbilment affettwat il-parametri referenzjarji li għandhom jiġu stabbiliti fil-pajjiż, jiġifieri l-kostijiet lavorattivi u tal-enerġija, kif ukoll ir-riżultati tal-kumpaniji Torok użati biex jiġu stabbiliti ammonti raġonevoli u mingħajr distorsjoni għall-kostijiet SG & A u l-profitti. Hija ma qablitx li l-inflazzjoni kienet ikkumpensata b’mod sinifikanti mir-rata tal-kambju tal-lira Torka u l-RMB Ċiniż. |
|
(352) |
Għall-manodopera, is-CRIA sostniet li l-kostijiet lavorattivi żdiedu, bejn l-2022 u l-2024, b’424 % iżda li fl-istess perjodu, ir-rata tal-kambju tal-lira Torka apparagun tal-RMB Ċiniż naqset minn 0,4066 għal 0,2189, li tirrappreżenta żvalutazzjoni ta’ 186 %. Għalhekk, il-kostijiet lavorattivi rduppjaw, anke wara li ġiet applikata r-rata tal-kambju. Għall-kostijiet tal-enerġija, is-CRIA argumentat li l-parametru referenzjarju għall-gass żdied b’162 %, bejn l-2021 u l-2024 meta ġiet applikata r-rata tal-kambju ta’ RMB/TL fl-2021 u fl-2024. |
|
(353) |
Is-CRIA argumentat ukoll li l-affermazzjoni tal-Kummissjoni li fatturi oħra għajr l-inflazzjoni setgħu kkawżaw iż-żidiet fil-kostijiet lokali lanqas ma setgħet tiġi sostnuta. Iż-żieda fil-prezz tal-elettriku wara xejriet simili f’pajjiżi oħra x’aktarx waqt l-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna, jew f’termini ta’ żieda fil-kost lavorattiv, l-intervent tal-gvern Tork fis-suq tax-xogħol biex iżid f’daqqa l-paga minima mmotivata mill-aġenda politika tal-gvern Tork f’dak iż-żmien, kienu fatturi ta’ natura distorsiva b’impatt lokali jew reġjonali biss, u dawk il-fatturi ma jaffettwawx lill-produtturi esportaturi Ċiniżi. Għalhekk, dawn il-prezzijiet ma setgħux jitqiesu li jirrappreżentaw parametru referenzjarju mingħajr distorsjoni. Fil-fehma tagħha, l-impatt tal-iperinflazzjoni kien rifless fir-riżultati finanzjarji tal-kumpaniji Torok li għamlu d-data mhux affidabbli. Is-CRIA rreferiet ukoll f’dan il-kuntest għall-aġġustament fir-rapporti finanzjarji ta’ Brisa Bridgestone (“qligħ nett mill-pożizzjoni monetarja”) li jirriżulta, fil-fehma tagħha, minn kontabbiltà kompletament artifiċjali. Hija argumentat li mingħajr dan l-aġġustament, Brisa Bridgestone tkun qed tagħmel it-telf. |
|
(354) |
Għalhekk, is-CRIA sostniet li l-kost referenzjarju jista’ jiġi stabbilit f’livell raġonevoli u mingħajr distorsjoni bl-eliminazzjoni ta’ tali distorsjoni biss, u pproponiet li jintużaw il-prezzijiet referenzjarji f’pajjiżi oħra bħall-Malażja jew l-Indoneżja. Hija qieset ukoll li jekk il-Kummissjoni tqis din l-għażla bħala mhux xierqa, l-alternattiva tista’ tkun l-indiċjar tal-kost lavorattiv jew tal-enerġija tal-perjodu ta’ qabel il-perjodu tal-iperinflazzjoni, jiġifieri qabel l-2022, b’rata medja ta’ inflazzjoni li tkopri mill-inqas perjodu ta’ 10 snin. B’dan il-mod tal-aħħar, livell ta’ inflazzjoni raġjonevoli jiġi kkunsidrat fil-kost lavorattiv u tal-enerġija li għandu jiġi stabbilit. |
|
(355) |
Bl-istess mod, Shandong Yongsheng sostniet li l-Kummissjoni ma aġġustatx il-prezzijiet għall-iperinflazzjoni ta’ 58,5 % li l-lira Torka esperjenzat matul il-PI, u li dan l-aġġustament jenħtieġ li mhux biss ikopri l-gass u l-fwar, iżda wkoll il-manodopera, l-elettriku, l-ilma, u l-kostijiet ġenerali tal-manifattura, il-kostijiet SG & A u l-profitti. Hija argumentat li l-livell ta’ inflazzjoni seta’ jidher b’mod ċar fid-data finanzjarja ta’ Brisa Bridgestone, peress li l-kostijiet lavorattivi u l-imgħax żdiedu, fil-PI, b’67 %. Għalhekk, Shandong Yongsheng qieset li peress li t-Turkija sofriet minn iperinflazzjoni, l-għażla tal-Kummissjoni tat-Turkija ma kinitx raġonevoli u kontra l-liġi. Għalhekk, Shandong Yongsheng sostniet li l-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel aġġustament fil-kostijiet biex tneħħi l-effett tal-inflazzjoni kif xieraq biex tiżgura l-għażla ġusta ta’ parametru referenzjarju u t-tqabbil ġust bejn il-valur normali maħdum u l-prezz tal-esportazzjoni reali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(356) |
Barra minn hekk, Shandong Yongsheng argumentat li t-Turkija tiddependi ħafna miż-żejt Russu u tal-Asja Ċentrali għall-provvista tal-enerġija tagħha, u li wara l-invażjoni Russa tal-Ukrajna fl-2022 il-kostijiet tal-enerġija żdiedu. Fil-fehma tagħha, dawn id-distorsjonijiet kellhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’raġuni tajba suffiċjenti biex teskludi lit-Turkija minn pajjiż rappreżentattiv. Hija sostniet li l-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta l-parametru referenzjarju Messikan jew Malażjan għall-elettriku, jew, alternattivament, tnaqqas mill-parametru referenzjarju tat-Turkija l-“primjum għax-xokkijiet tal-enerġija tar-Russja” (li jista’ jiġi kkwantifikat b’referenza għad-differenzjal tal-prezz bejn l-2021 u l-2024). |
|
(357) |
Il-Kummissjoni tenniet li l-ebda parti ma ppreżentat evidenza li turi li l-inflazzjoni wasslet biex id-determinazzjoni tal-parametri referenzjarji jkunu distorti jew mhux affidabbli. Il-parametru referenzjarju inkwistjoni ġie derivat mill-prezz medju tal-manodopera, tal-elettriku u tal-gass matul il-perjodu kollu tal-investigazzjoni (PI), u b’hekk jirrifletti medja annwali. Iż-żidiet nominali fil-pagi (bejn l-2022 u l-2024) u fil-prezzijiet tal-gass fit-Turkija kienu konsistenti maż-żieda fl-għoli tal-ħajja, inklużi l-ispejjeż tal-enerġija. Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-prezzijiet kienu jikkostitwixxu parametri referenzjarji raġonevoli għall-PI. |
|
(358) |
Kif innotat ukoll il-Kummissjoni, iż-żieda ġenerali fil-kostijiet tal-enerġija fit-Turkija segwiet xejriet usa’ osservati wkoll madwar l-Unjoni — żvilupp parzjalment attribwibbli għall-aggressjoni militari Russa fl-Ukrajna. Madankollu, din il-korrelazzjoni ma kinitx timplika li l-parametri referenzjarji kienu distorti. Minkejja l-affermazzjonijiet rigward iż-żieda fil-kostijiet lavorattivi u tal-enerġija, l-ebda parti ma pprovdiet evidenza li dawn l-ispejjeż ma kinux raġonevoli jew distorti. |
|
(359) |
Fil-fatt, il-Kummissjoni enfasizzat li, fl-investigazzjoni li tikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ prodott simili (tajers tat-trakkijiet) (167) għall-perjodu ta’ investigazzjoni mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023, il-parametru referenzjarju għall-elettriku kien ta’ 1,180 CNY/kWh, li huwa ferm ogħla minn CNY 0,72/kWh applikati f’dan il-każ. Bl-istess mod, il-parametru referenzjarju għall-gass naturali fl-investigazzjoni tat-tajers tat-trakkijiet kien ta’ 5,02 CNY/m3, meta mqabbel ma’ 4,27 CNY/m3 applikati f’dan il-każ. Dawn il-paraguni wrew li l-parametri referenzjarji tal-enerġija ma żdidux b’mod sinifikanti u li ma kinux esaġerati, kif argumentaw xi partijiet. Għalhekk, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda raġuni biex tqis li l-parametri referenzjarji huma distorti, mhux raġonevoli jew mhux affidabbli, u l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
3.2.5.6.
|
(360) |
Il-Presidenza tal-Uffiċċju tal-Investiment tar-Repubblika tat-Turkija ppubblikat il-kost tal-ilma għall-użu industrijali (168). Il-Kummissjoni użat il-prezz validu fl-2023 għar-reġjun ta’ Ankara (169), nett mill-VAT peress li l-produtturi Torok tal-prodott taħt investigazzjoni huma intitolati għar-rimborż tal-VAT. |
3.2.5.7.
|
(361) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq. |
|
(362) |
L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw ġew espressi bħala sehem mill-kostijiet tal-manifattura effettivament imġarrba mill-produtturi esportaturi. Dan il-persentaġġ ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. |
|
(363) |
Biex jiġi stabbilit ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-kostijiet SG & A u l-profitti, il-Kummissjoni bbażat fuq id-data finanzjarja għall-2024 għal Brisa Bridgestone kif estratta mir-rapport annwali tal-kumpanija. |
|
(364) |
Abbażi tar-rapporti finanzjarji ta’ Brisa Bridgestone, ir-rati għall-kostijiet SG & A u l-profitti, espressi bħala perċentwal tal-kost tal-oġġetti mibjugħa, huma 18,26 % u 8,81 % rispettivament. Dawn ir-rati tqiesu raġonevoli għall-industrija tat-tajers. |
|
(365) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, is-CRIA sostniet li l-Kummissjoni kellha taċċetta li tuża d-data ta’ Sumitomo Rubber Türkiye. Hija argumentat li d-data ta’ ORBIS kienet sors użat b’mod kostanti mill-Kummissjoni għall-fini tal-istabbiliment ta’ parametri referenzjarji għall-kostijiet SG & A u l-profitti, u li tqieset affidabbli mill-Kummissjoni. Hija argumentat ukoll li peress li d-data kienet disponibbli għall-PI, ma kienx hemm raġuni għall-Kummissjoni biex ma tikkonsolidahiex bl-informazzjoni aktar dettaljata disponibbli għal Brisa Bridgestone u biex tirrifjutaha. Il-fatt li d-data inqas dettaljata ma setgħetx tiġi aġġustata ma setax jitqies bħala raġuni għar-rifjut tagħha, peress li dawn l-aġġustamenti saru biss jekk jintalbu mill-partijiet. Is-CRIA qieset ukoll li ma kienx hemm livell limitu biex jiġi stabbilit li l-kostijiet SG & A kienu baxxi wisq. Fil-fehma tagħha, l-inklużjoni ta’ din id-data żżid ir-rappreżentattività tal-grad. |
|
(366) |
Il-Kummissjoni qieset l-argumenti tas-CRIA u aċċettat li d-data ta’ Sumitomo Rubber Türkiye jenħtieġ li tintuża meta jiġu stabbiliti l-parametri referenzjarji. Hija kkalkulat mill-ġdid iż-żewġ parametri referenzjarji għall-kostijiet SG & A u għall-profitt kif xieraq. |
|
(367) |
Is-CRIA argumentat ukoll li l-parametru referenzjarju għall-kostijiet SG & A u l-profitti jenħtieġ li jqis il-gradazzjoni, b’mod simili għal dak li għamlet il-Kummissjoni fil-kalkoli tal-bejgħ taħt il-prezz, u li l-ispejjeż tar-R & Ż jenħtieġ li jitneħħew biex jirriflettu l-livell aktar baxx ta’ investimenti fir-R & Ż magħmula mill-produtturi Ċiniżi tal-grad 3. Is-CRIA talbet lill-Kummissjoni biex tal-anqas tikkonferma li ma ġie inkluż l-ebda kost tar-R & Ż fl-ispejjeż ġenerali tal-manifattura tal-produtturi esportaturi. Ġew ippreżentati wkoll argumenti simili minn Shandong Yongsheng. |
|
(368) |
Shandong Yongsheng argumentat ukoll li l-parametru referenzjarju bbażat fuq informazzjoni finanzjarja ta’ Brisa Bridgestone ma kienx jirrappreżenta d-differenza bejn il-kostijiet SG & A u l-profitti tal-kumpaniji tal-Grad 1 u tal-Grad 2 u li għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża l-proporzjon tal-profitt użat fil-komputazzjoni tal-marġni tad-dannu (Grad 1: 15,1 %; Grad 3: 9,4 %) mit-Tabella 15 kemm għall-kostijiet SG & A kif ukoll għall-profitt u għalhekk jenħtieġ li l-profitt jitnaqqas għal 5,48 % u l-kostijiet SG & A jitnaqqsu għal 11,36 %. |
|
(369) |
Argument simili tressaq minn Kumho. Hija argumentat li l-Kummissjoni nnifisha rrikonoxxiet b’mod konsistenti matul l-investigazzjoni li s-suq tat-tajers huwa strutturat skont il-gradi, u li l-produtturi tal-Grad 1 ġeneralment ġarrbu livelli differenti ta’ spejjeż ta’ R & Ż, ta’ bejgħ u ta’ kummerċjalizzazzjoni, ibbenefikaw minn rikonoxximent aktar b’saħħtu tal-marka, u operaw taħt kundizzjonijiet kummerċjali li kienu jvarjaw materjalment minn dawk prevalenti fis-segmenti tal-Grad 2 u tal-Grad 3. Hija argumentat li l-applikazzjoni ta’ parametru referenzjarju derivat essenzjalment minn produttur tal-Grad 1 għal produtturi attivi fi gradi aktar baxxi għaldaqstant toħloq ir-riskju li l-valur normali maħdum jiġi sopravalutat. |
|
(370) |
Il-Kummissjoni qieset li dawn il-proporzjonijiet stabbiliti għall-2021 abbażi tad-data tal-industrija tal-Unjoni ma setgħux jiġu estrapolati għas-sitwazzjoni tat-Turkija, u li ma jippermettux li jiġi aċċertat li jekk il-produtturi Torok kienu preżenti fil-Grad 3, il-kostijiet SG & A u l-profitti jkunu mnaqqsin kif xieraq. L-argumenti dwar il-livell differenti għal kull grad ta’ dawn il-parametri referenzjarji kienu bbażati biss fuq suppożizzjonijiet, u ma kien hemm l-ebda bażi sostanzjata u kwantifikata biex il-Kummissjoni tadatta dawn il-parametri referenzjarji fil-kuntest tad-determinazzjoni tad-dumping tagħha. Il-fatt li s-sejbiet tad-dannu stabbilixxew rabta għall-produtturi tal-Unjoni bejn il-livelli tal-kostijiet SG & A u l-profitti u l-gradi, ma setgħu jintużaw għad-determinazzjonijiet tad-dumping peress li dawn kienu żewġ analiżijiet separati u distinti. Il-kostijiet tar-R & Ż lanqas ma kienu parti mill-ispejjeż ġenerali tal-manifattura tal-produtturi esportaturi. Il-Kummissjoni tenniet li ż-żewġ parametri referenzjarji għall-kostijiet SG & A u għall-profitt kienu raġonevoli għall-industrija tat-tajers. B’hekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(371) |
Barra minn hekk, is-CRIA qieset li t-telf minn strumenti finanzjarji derivattivi kemm mill-introjtu operatorju kif ukoll minn spejjeż operatorji oħrajn fil-kontijiet ta’ Brisa Bridgestone jenħtieġ li ma jitqiesx minħabba li dan huwa marbuta ma’ tranżazzjonijiet għall-iħħeġġjar tar-riskju tal-munita barranija, u għalhekk ma jirriżultax minn attivitajiet operazzjonali normali ta’ kumpanija. |
|
(372) |
Il-Kummissjoni qieset li għal kumpanija li tesporta u tbigħ f’muniti barranin, dan il-kost jew l-introjtu huwa relatat man-negozju normali, peress li l-iskop huwa l-iħħeġġjar tar-riskju tal-munita barranija relatat ma’ xiri (ta’ materja prima) u bejgħ f’munita barranija. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-asserzjoni. |
|
(373) |
Is-CRIA sostniet ukoll li peress li l-Kummissjoni aċċettat li tnaqqas ir-royalties mill-kostijiet SG & A, jenħtieġ li tneħħihom ukoll mill-profitt, u dan ma għamlitux. Fil-konfutazzjonijiet tiegħu għall-kummenti tas-CRIA, l-ilmentatur sostna li jekk il-Kummissjoni kellha tnaqqas il-kostijiet mill-kostijiet SG & A, dawn il-kostijiet ma kellhomx jitneħħew mill-profitti minħabba li kumpanija li tfittex li timmassimizza l-profitti ma tnaqqasx il-prezz tal-bejgħ tagħha jekk ċertu kost jgħib. Għalhekk, hija argumentat kontra t-tnaqqis tar-royalties mill-profitt. |
|
(374) |
Il-Kummissjoni qieset dawn l-affermazzjonijiet, u qablet mas-CRIA li r-royalties jenħtieġ li jitneħħew ukoll mill-profitt, biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni. |
|
(375) |
Hankook Group u Kumho qiesu wkoll li l-Kummissjoni għamlet żball fil-kalkolu peress li l-introjtu mill-attivitajiet ta’ investiment baqa’ inkluż fil-marġni ta’ profitt ta’ Brisa Bridgestone, u li jenħtieġ li jitnaqqas. |
|
(376) |
Il-Kummissjoni ċċarat li l-introjtu mill-attivitajiet ta’ investiment ma kienx inkluż fil-marġni ta’ profitt, u li għalhekk ma kienx hemm żball fil-kalkolu. Għalhekk, hija ċaħdet din l-affermazzjoni. |
|
(377) |
Hankook Group argumenta wkoll li peress li l-Kummissjoni naqqset mir-royalties tal-prezz tal-esportazzjoni li jirrappreżentaw 5 % tal-prezz tal-esportazzjoni tagħha, l-istess perċentwal kellu jitnaqqas mill-kostijiet SG & A ta’ Brisa Bridgestone. |
|
(378) |
Il-Kummissjoni ċaħdet dan l-approċċ, u argumentat li l-applikazzjoni ta’ tnaqqis perċentwali uniformi kemm għall-ispejjeż SG & A kif ukoll għall-prezz tal-esportazzjoni ma kienx ġustifikat. Sabiex jinkiseb tqabbil ġust, ir-royalties attwali ġew eliminati miż-żewġ varjabbli, irrispettivament minn jekk kinux jirrappreżentaw 2 % jew 5 % tal-valur tal-esportazzjoni. |
|
(379) |
Abbażi tal-argumenti ppreżentati mill-partijiet interessati, il-Kummissjoni adattat il-parametri referenzjarji għall-kostijiet SG & A u l-profitti billi inkludiet id-data finanzjarja ta’ Sumitomo Rubber Türkiye u billi naqqset ir-royalties mill-profitt ta’ Brisa Bridgestone. Il-parametri referenzjarji għall-kostijiet SG & A u l-profitti, espressi bħala perċentwal tal-kost tal-oġġetti mibjugħa, huma 15,04 % u 6,02 % rispettivament. |
|
(380) |
Wara d-divulgazzjoni finali addizzjonali, Shandong Yongsheng argumentat li Brisa Bridgestone u Sumitomo Rubber Türkiye kienu fil-biċċa l-kbira produtturi tal-grad 1 u tal-grad 2, u għalhekk, id-data finanzjarja konsolidata tagħhom naqset milli tipprovdi parametru referenzjarju realistiku għall-importazzjonijiet Ċiniżi tat-tajers tal-PC-LL, li fil-biċċa l-kbira jinsabu fil-grad 3. Hija pproponiet li taġġusta l-parametri referenzjarji abbażi tal-metodoloġija spjegata fil-kummenti tagħha wara d-divulgazzjoni definittiva. |
|
(381) |
Il-Kummissjoni rreferiet għall-analiżi tagħha fit-Taqsima 3.2.4.6. Hija qieset li l-parametri referenzjarji kemm għall-SG & A kif ukoll għall-profitti kienu bbażati fuq data tal-kumpaniji li jipproduċu tajers fi gradi differenti u li dawn l-ammonti ta’ kostijiet SG & A u l-profitti li kellhom jiġu inklużi fil-valur normali maħdum kienu raġonevoli, mingħajr distorsjoni u rappreżentattivi biżżejjed tas-settur. Peress li ma kienx hemm element ġdid fis-sottomissjoni ta’ Shandong Yongsheng, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(382) |
Wara d-divulgazzjoni finali addizzjonali, il-Koalizzjoni argumentat li l-kostijiet SG & A ta’ Sumitomo Rubber Türkiye ma kinux raġonevoli peress li kienu jirrappreżentaw biss madwar 6 %, meta mqabbla mal-proporzjon SG & A tas-settur kollu fit-Turkija ta’ 21,18 %, u li l-Kummissjoni inizjalment irreferiet għal din l-istatistika u qieset li tali proporzjon SG & A baxx ma kienx raġonevoli. |
|
(383) |
Il-Koalizzjoni argumentat ukoll li d-data ta’ Sumitomo Rubber Türkiye minn ORBIS ma kinitx dettaljata biżżejjed, u barra minn hekk, peress li l-kostijiet SG & A u l-profitti rrapportati ma kinux raġonevoli, kellhom jiġu injorati. Alternattivament, jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li żżomm lil Sumitomo Rubber Türkiye fil-kalkolu tal-kostijiet SG & A u tal-profitti, il-Kummissjoni kellha terġa’ lura għall-informazzjoni disponibbli f’ORBIS għal Brisa Bridgestone, sabiex tqabbel il-kontijiet fl-istess livell ta’ dettall. |
|
(384) |
Il-Kummissjoni fakkret li l-parametru referenzjarju għall-kostijiet SG & A kien ibbażat fuq il-medja għaż-żewġ kumpaniji, Sumitomo Rubber Türkiye u Brisa Bridgestone, u mhux fuq id-data individwali ta’ Sumitomo Rubber Türkiye. Minkejja li l-parametru referenzjarju li rriżulta ta’ 15,04 % kien inqas minn 21,18 % skont l-istatistika tas-settur Tork kollu, il-Kummissjoni qieset li tali parametru referenzjarju kien aktar preċiż u raġonevoli, u li fi kwalunkwe każ kien jirrappreżenta l-aħjar informazzjoni disponibbli għad-dispożizzjoni tagħha. Il-Kummissjoni fakkret ukoll li d-data ta’ Sumitomo Rubber Türkiye kienet disponibbli biss f’ORBIS, li normalment tintuża għall-kalkolu tal-kostijiet SG & A u tal-profitti fin-nuqqas ta’ data oħra disponibbli. Madankollu, kull meta tkun disponibbli, il-Kummissjoni tuża informazzjoni finanzjarja aktar dettaljata. Għalhekk, f’dan il-każ, hija użat ir-rapporti finanzjarji ta’ Brisa Bridgestone, u mhux id-data minn ORBIS. Iż-żewġ sorsi ta’ data setgħu jiġu kkonsolidati u ma kienx hemm raġuni biex Brisa Bridgestone terġa’ lura għad-data inqas dettaljata minn ORBIS. Għalhekk, l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
3.2.5.8.
|
(385) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(386) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni applikat il-kostijiet ta’ unità mingħajr distorsjoni għall-konsum effettiv tal-fatturi individwali ta’ produzzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera. Dawn ir-rati ta’ konsum ġew ivverifikati matul il-verifika. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-fatturi tal-użu bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità osservata fil-pajjiż rappreżentattiv, kif deskritt fit-Taqsima 3.2.3.5. |
|
(387) |
Ladarba ġie stabbilit il-kost tal-manifattura mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni applikat l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura. Il-Kummissjoni mbagħad żiedet il-kostijiet SG & A ta’ 15,04 % u l-profitt ta’ 6,02 %. |
3.3. Prezz tal-esportazzjoni
|
(388) |
Il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun esportaw lejn l-Unjoni jew direttament lil klijenti indipendenti jew permezz ta’ kumpaniji relatati li jaġixxu bħala importaturi. |
|
(389) |
Fil-każ li l-produtturi esportaturi esportaw il-prodott ikkonċernat direttament lill-klijenti indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz li tħallas realment jew dak pagabbli għall-prodott ikkonċernat meta nbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
|
(390) |
Jekk il-produtturi esportaturi li esportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni permezz ta’ kumpaniji relatati li jaġixxu bħala importatur, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit abbażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa’ nbiegħ għall-ewwel darba lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ, saru aġġustamenti fil-prezz għall-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inklużi l-kostijiet SG & A reali, u għall-profitti akkumulati. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn importatur mhux relatat, il-Kummissjoni serrħet fuq il-profitt stabbilit matul l-investigazzjoni ta’ prodott simili, it-tajers tat-trakkijiet imsemmijin hawn fuq, jiġifieri 6,3 %. |
|
(391) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, Hankook Group sostna li meta l-Kummissjoni ħadmet il-prezz tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, hija wettqet żball klerikali dwar il-perċentwal tal-kostijiet SG & A ta’ waħda mill-partijiet relatati tiegħu u talab lill-Kummissjoni tikkoreġi dan l-iżball. |
|
(392) |
Il-Kummissjoni kkoreġiet l-iżball flimkien ma’ żball klerikali simili li sabet f’waħda mit-tabelli l-oħra tal-entitajiet relatati ta’ Hankook Group. Il-korrezzjonijiet irriżultaw f’żieda żgħira fil-prezzijiet CIF użati għad-determinazzjoni kemm tal-marġnijiet tad-dannu kif ukoll tad-dumping. |
3.4. Tqabbil
|
(393) |
L-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-istess livell ta’ kummerċ u li tikkunsidra d-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. Fil-każ preżenti, il-Kummissjoni għażlet li tqabbel il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fil-livell tal-kummerċ mill-fabbrika. |
|
(394) |
Fejn iġġustifikat biex jiġi żgurat tqabbil ġust, il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ġew aġġustati sabiex: (i) jerġgħu jinġiebu netti fil-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika; u (ii) isiru konċessjonijiet għad-differenzi fil-fatturi li ġew iddikjarati, u li ntwerew, li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. |
3.4.1. Aġġustamenti magħmula għall-valur normali
|
(395) |
Kif spjegat fit-Taqsima 3.2, il-valur normali ġie stabbilit abbażi tal-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni flimkien mal-ammonti għall-kostijiet SG & A u għall-profitti, li tqiesu raġonevoli għal dak il-livell ta’ kummerċ. Għalhekk, ma kien hemm bżonn tal-ebda aġġustament biex il-valur normali jiġi nnettjat lura għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. |
|
(396) |
Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda raġuni biex tagħmel kwalunkwe konċessjoni għall-valur normali, u dawn il-konċessjonijiet lanqas ma ġew iddikjarati minn xi wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. |
3.4.2. Aġġustamenti magħmula għall-prezz tal-esportazzjoni
|
(397) |
Sabiex il-prezz tal-esportazzjoni jiġi nnettjat lura għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, saru aġġustamenti minħabba: it-trasport tal-merkanzija fl-Unjoni, id-dazju doganali, l-iskontijiet fuq il-kwantità, il-kostijiet tal-kreditu u l-imposti bankarji, il-kummissjonijiet u r-royalties. |
3.4.3. Rata tal-kambju
|
(398) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, Shandong Yongsheng sostniet li meta kkalkolat il-prezz tal-esportazzjoni, il-Kummissjoni użat ir-rata tal-kambju li ntużat fil-kotba ta’ Yongsheng, iżda li għall-fini tal-kalkoli tad-dannu, il-Kummissjoni użat ir-rata tal-kambju uffiċjali li ppubblikat fil-fajl. Il-Kummissjoni użat ukoll ir-rati tal-kambju uffiċjali biex tikkonverti d-data tat-Turkija meta ħadmet il-valur normali. Shandong Yongsheng argumentat li sabiex ikun hemm tqabbil ġust, il-Kummissjoni kellha tuża l-istess sors li skont Shandong Yongsheng kellu jkun ir-rata tal-kambju uffiċjali ppubblikata mill-Kummissjoni fil-fajl meta ġie stabbilit il-prezz tal-esportazzjoni. L-istess affermazzjoni ġiet ippreżentata wara d-divulgazzjoni finali addizzjonali. |
|
(399) |
L-użu tal-informazzjoni tal-kumpanija skont il-kotba tagħha stess għall-kalkolu tal-valur normali huwa maħsub biex jippermetti lill-Kummissjoni tivverifika l-informazzjoni mar-rekords tal-kumpanija stess li jinsabu f’RMB. Id-data tal-bejgħ għall-fini tal-kalkoli tad-dannu tintuża biex jinħadem il-prezz CIF li huwa espress f’EUR skont ir-rata tal-kambju uffiċjali li tippubblika fil-fajl sabiex jitqabbel mal-prezz tal-industrija tal-Unjoni, fil-qafas ta’ eżerċizzju li huwa differenti mill-kalkolu tal-marġni tad-dumping. Għalhekk, ma hemm l-ebda asimmetrija bejn dawk iż-żewġ approċċi, u l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
3.5. Marġnijiet tad-dumping
|
(400) |
Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(401) |
Fuq din il-bażi, il-marġnijiet medji peżati ta’ dumping, espressi bħala perċentwal tal-prezz tal-kost, assigurazzjoni u nol (CIF) fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
|
(402) |
Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni kkalkolat il-marġni medju peżat ta’ dumping, f’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, dan il-marġni ġie stabbilit abbażi tal-marġnijiet tal-produtturi esportaturi fil-kampjun, filwaqt li ġew injorati l-marġnijiet tal-produtturi esportaturi b’marġnijiet ta’ dumping żero u de minimis, kif ukoll il-marġnijiet stabbiliti skont iċ-ċirkostanzi msemmijin fl-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(403) |
Abbażi ta’ dan, il-marġni tad-dumping definittiv tal-produtturi esportaturi li kkooperaw illi ma humiex fil-kampjun huwa ta’ 24,4 %. |
|
(404) |
Għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fiċ-Ċina, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni tad-dumping fuq il-bażi tal-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. Il-livell ta’ kooperazzjoni huwa l-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw lejn l-Unjoni espress bħala proporzjon tal-importazzjonijiet totali mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni, li ġew stabbiliti abbażi tal-Eurostat. |
|
(405) |
Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ huwa għoli minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu kważi 100 % tat-total tal-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx fil-livell tal-kumpanija li kkooperat inkluża fil-kampjun eżaminata fuq bażi individwali bl-ogħla marġini tad-dumping. |
|
(406) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, Kumho ssottomettiet li l-Kummissjoni nnifisha rrikonoxxiet li s-suq huwa kkaratterizzat minn segmentazzjoni ċara skont il-gradi, l-użu ta’ medja globali unika għall-produtturi esportaturi kollha li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ma jirriflettix b’mod adegwat l-istruttura tas-suq. Għalhekk, Kumho sostniet li l-miżuri applikabbli għall-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun li joperaw b’mod predominanti fil-grad 2 jenħtieġ li jiġu limitati fil-livell tal-marġni tad-dannu identifikat għall-produtturi tal-grad 2, jew tal-inqas, fil-livell tal-marġni tad-dumping identifikat għall-produtturi tal-grad 2. |
|
(407) |
Argument simili tressaq mill-Grupp GITI li qies li peress li huwa produttur tal-Grad 2, jikkondividi similaritajiet materjali mal-Hankook Group u li għalhekk, jenħtieġ li jiġi assenjat id-dazju tal-Hankook Group, u mhux il-medja tal-kampjun. Huwa qies li kien ippenalizzat mill-fatt li Hankook Group li kien ukoll produttur tal-Grad 2, kien se jkun soġġett għad-dazju tad-dumping ta’ 3,4 % (170) filwaqt li l-Grupp GITI jkun soġġett għal dazju tad-dumping ta’ 29,9 % (171), minkejja li l-Grupp GITI jopera fl-istess segment tas-suq, jikkompeti għall-istess klijenti jew għal klijenti simili, u jbigħ bi prezzijiet simili. Il-Grupp GITI sostna wkoll li huwa forna wkoll lil klijenti ta’ reputazzjoni tajba, u li kien fost għadd limitat ta’ produtturi Ċiniżi li jikkonformaw mar-Regolament tal-UE dwar id-deforestazzjoni. Il-Grupp GITI qies li r-Regolament bażiku (l-Artikolu 9(4)) jippermetti l-impożizzjoni ta’ dazju aktar baxx “jekk ikun adatt biex jelimina d-dannu”, u li skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 il-qadim (172) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni fil-passat assenjat dazju lil kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun abbażi tal-kategorija jew l-istatus ta’ dawn il-kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun. Huwa ta eżempji ta’ każijiet tal-passat fejn il-Kummissjoni tat dazji differenti lil kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun skont jekk il-kumpaniji kinux jikkwalifikaw jew le għal trattament ta’ ekonomija tas-suq jew għal trattament individwali. |
|
(408) |
Il-Kummissjoni ċaħdet dawn id-dikjarazzjonijiet. L-aġġustament issuġġerit minn Kumho mhuwiex fost l-aġġustamenti previsti mir-Regolament bażiku. Barra minn hekk, il-fatt li skont ir-Regolament (KE) Nru 384/96, il-Kummissjoni ttrattat b’mod differenti kumpaniji li kkwalifikaw jew le għal trattament ta’ ekonomija tas-suq jew trattament individwali ma stabbilixxiex preċedent għall-Kummissjoni biex tassenja marġnijiet ta’ dazju differenti bbażati fuq is-segment tas-suq skont il-qafas legali attwali. |
|
(409) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-Koalizzjoni sostniet li skont ir-Regolament bażiku, id-determinazzjoni tal-marġni tad-dumping trid tkopri l-firxa sħiħa tal-prattiki tad-dumping u li għalhekk, il-ponderazzjoni normali tal-marġni tad-dumping tal-produtturi esportaturi li kkooperaw ma kinitx xierqa. Hija argumentat li f’dan il-każ speċifiku, il-Kummissjoni nnifisha rrikonoxxiet li l-prezz ta’ Hankook kien 50 % ogħla mill-prezz medju tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, u li dan huwa prinċipalment minħabba l-ispeċifiċità tas-sitwazzjoni ta’ Hankook u l-fatt li esporta fis-segment tas-suq tal-Grad 2 u kważi tal-Grad 1. Il-Koalizzjoni rreferiet ukoll għall-analiżi tad-dannu li kkonfermat l-effett dannuż tal-importazzjonijiet tal-Grad 3. Għalhekk, u minħabba li l-miżuri anti-dumping huma maħsuba biex joħolqu kundizzjonijiet ekwi u jipprovdu rimedju effettiv u adegwat lill-industrija tal-Unjoni, il-Koalizzjoni qieset li l-impatt dannuż differenzjat tal-prattiki tad-dumping fil-livell tal-gradi jenħtieġ li jiġi rifless fil-miżuri adottati, peress li anke d-dumping huwa l-aktar attribwibbli għas-segment tal-Grad 3 li jirrappreżenta l-biċċa l-kbira tal-influss tal-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping li jridu jitqiesu fil-livell tad-dazji. Il-Koalizzjoni għalhekk qieset li l-marġnijiet tad-dumping tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun jenħtieġ li jiġu ponderati fuq is-sehem ta’ kull livell li għalih ġew iddeterminati l-marġnijiet tad-dumping tagħhom li jirrappreżentaw fis-sehem ta’ dawk il-gradi fl-esportazzjonijiet Ċiniżi totali. Jekk nassumu li 20 % tal-importazzjonijiet kienu fil-Grad 1 jew 2 u 80 % tal-Grad 3, il-marġni tad-dumping li jirriżulta għall-produtturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun jenħtieġ li jammonta għal 44 %. |
|
(410) |
Il-Kummissjoni tenniet li l-kalkolu tal-marġni tad-dumping diġà qies il-gradi differenti, u li ma kien hemm l-ebda bażi biex tiġi stabbilita kwalunkwe ponderazzjoni, il-Kummissjoni kkalkolat il-marġni medju peżat ta’ dumping, f’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni li kellha twettaq kalkoli alterattivi tal-marġni tad-dumping għall-produtturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. |
|
(411) |
Il-marġnijiet tad-dumping definittivi, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(412) |
Il-prodott simili ġie mmanifatturat minn mill-inqas 10 gruppi ta’ produtturi fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(413) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ġiet stabbilita għal madwar 251 miljun tajer. Il-Kummissjoni stabbiliet din iċ-ċifra abbażi tad-data tal-EUROPOOL (173) ġestita minn Tyres Europe (“Tyres Europe”) li qabel kienet magħrufa bħala l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Manifatturi tat-Tajers u l-Lastiku, l-ETRMA u l-Eurostat. Il-membri ta’ Tyres Europe jirrappreżentaw il-maġġoranza l-kbira tal-produtturi tal-Unjoni. Tyres Europe tiġbor data tas-suq mill-membri tagħha u tipprovdi lill-membri tagħha b’data akkurata u aggregata dwar is-suq tat-tajers. |
|
(414) |
Kif indikat fil-premessa (16), tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 14,5 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili fil-perjodu taħt investigazzjoni. L-indikaturi mikroekonomiċi ġew eżaminati abbażi tad-data verifikata miksuba mit-tweġibiet ta’ dawk it-tliet produtturi tal-Unjoni. |
4.2. Konsum tal-Unjoni
|
(415) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi tal-informazzjoni pprovduta minn Tyres Europe (data tal-EUROPOOL). |
|
(416) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 2 Konsum tal-Unjoni (tajers, unitajiet)
|
||||||||||||||||||||||
|
(417) |
Il-konsum tal-Unjoni żdied bi ftit fl-2022 u mbagħad reġa’ naqas fl-2023 u reġa’ żdied fil-perjodu ta’ investigazzjoni. B’mod ġenerali, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-konsum żdied bi 8 %, jiġifieri b’madwar 25 miljun tajer. |
4.3. Karatteristiċi tas-suq tal-Unjoni
|
(418) |
Is-suq tal-Unjoni għat-tajers tal-karozzi tal-passiġġieri u tat-trakkijiet ħfief huwa suq kompetittiv ħafna, b’diversi gruppi ta’ produtturi u marki. |
|
(419) |
Hemm żewġ mezzi ewlenin ta’ bejgħ fis-suq tal-Unjoni, jiġifieri t-Tagħmir Oriġinali (“OE”) u t-Tagħmir ta’ Sostituzzjoni. |
|
(420) |
Fis-segment tal-OE, il-manifatturi tat-tajers ibigħu l-prodott taħt investigazzjoni lill-manifatturi tal-vetturi biex jiġi mmuntat fuq vetturi ġodda. Għalhekk, dawn it-tajers jeħtieġ li jissodisfaw speċifikazzjonijiet dettaljati skont l-aspettattivi tal-manifattur tat-tagħmir oriġinali. It-tajers żviluppati għas-suq tal-OE ġeneralment jinbiegħu mill-istess manifatturi tat-tajers ukoll fis-suq tat-tagħmir ta’ sostituzzjoni, li jfisser li l-manifatturi tat-tajers huma ħerqana li jiżguraw il-bejgħ tal-OE biex jiggarantixxu bejgħ futur fis-suq tat-tagħmir ta’ sostituzzjoni. B’riżultat ta’ dan, il-manifatturi tal-karozzi għandhom saħħa konsiderevoli ta’ negozjar matul in-negozjati kuntrattwali u għalhekk il-profittabbiltà għall-produtturi tat-tajers fuq il-bejgħ tal-OE normalment tkun aktar baxxa. |
|
(421) |
Fis-segment tat-tagħmir ta’ sostituzzjoni, it-tajers jinbiegħu lil distributuri relatati/mhux relatati, bejjiegħa bl-imnut li mbagħad jerġgħu jbigħuhom lill-utenti finali. Kif spjegat fil-premessa (420) hawn fuq, il-produtturi tat-tajers normalment jirrealizzaw marġnijiet ogħla fis-suq tat-tagħmir ta’ sostituzzjoni milli fil-bejgħ ta’ tagħmir oriġinali (OE). |
|
(422) |
Abbażi tal-informazzjoni pprovduta minn Tyres Europe matul iż-żjara ta’ verifika, is-segment tal-OE jirrappreżenta madwar 16 % - 20 % tal-konsum totali tal-Unjoni filwaqt li l-bqija huwa magħmul mis-suq tat-tagħmir ta’ sostituzzjoni. |
|
(423) |
Minbarra ż-żewġ kanali tal-bejgħ, kif spjegat fit-taqsima 2.4.1, is-suq tal-prodott taħt investigazzjoni huwa wkoll segmentat fi tliet gradi. Għall-finijiet ta’ din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni użat il-kategorizzazzjoni kif miġbura fil-qosor fit-taqsima 2.4.2 hawn fuq. |
|
(424) |
Is-CRIA u l-Grupp GITI sostnew li ma kien hemm l-ebda interkambjabbiltà jew interkambjabbiltà limitata ħafna bejn tajers minn diversi gradi u għalhekk talbu li l-investigazzjoni tinkludi analiżi segmentata tad-dannu u l-kawżalità. Is-CRIA allegat ukoll li l-gradi differenti jservu segmenti tas-suq differenti peress li l-klijenti tal-gradi 1 u 2 japprezzaw is-sikurezza, il-prestazzjoni u l-marka aktar milli l-prezz. Barra minn hekk, hemm effett lock-in magħruf sew li jfisser li b’mod speċjali s-sidien ta’ karozzi lussużi/ta’ kwalità għolja juru lealtà qawwija lejn il-marka u ġeneralment (speċjalment fis-snin bikrija tal-użu tal-karozza) jitolbu tajers ta’ sostituzzjoni tal-istess marka bħat-tajers OE mmuntati inizjalment. Skont is-CRIA, ir-rekwiżiti tat-tikkettar tal-Unjoni jikkontribwixxu wkoll għal dan l-effett lock-in billi jissensibilizzaw lill-konsumaturi dwar diversi aspetti ta’ sikurezza u prestazzjoni. Għalhekk is-CRIA kkonkludiet li d-dinamika tas-suq bejn it-tajers tat-trakkijiet u tal-karozzi tal-passiġġieri hija fundamentalment differenti u għalhekk il-kompetizzjoni bejn il-gradi stabbilita fil-każ tat-tajers tat-trakkijiet ma tapplikax għall-prodott taħt investigazzjoni. |
|
(425) |
Il-Kummissjoni sabet li l-argumenti mressqa mill-partijiet kienu bla bażi. L-ewwel u qabel kollox, it-tajers tal-gradi kollha jistgħu jiġu mmuntati fuq karozzi tal-passiġġieri jew trakkijiet ħfief u għalhekk huma suffiċjentement interkambjabbli. Il-fatt li l-konsumaturi ta’ marki primjum japprezzaw il-prestazzjoni u s-sikurezza aktar milli l-prezz jista’ tabilħaqq jillimita l-kompetizzjoni diretta bejn il-grad 1 u l-grad 3, iżda l-istess ma jistax jingħad għall-grad 3 kontra l-grad 2. Barra minn hekk, ħafna marki klassiċi tal-grad 3 jippożizzjonaw lilhom infushom dejjem aktar abbażi tal-aspetti tekniċi u ta’ kwalità tagħhom minflok ma jkunu sempliċement irħas (174). Bħala riżultat ta’ investimenti kontinwi u miżjuda fir-riċerka u l-iżvilupp, bosta marki tal-grad 3 jipprovdu kwalità li dejjem titjieb bi prezzijiet kompetittivi ħafna u bħala tali jippreżentaw b’mod ċar soluzzjoni alternattiva għat-tajers tal-grad 2 li jippruvaw jibbilanċjaw il-kunsiderazzjonijiet tal-kwalità u tal-prezz. Barra minn hekk, il-linji diviżorji bejn il-gradi ma humiex stabbiliti b’mod ċar u definittiv, u dan huwa evidenzjat mill-fatt li l-istess marki (Falken, Giti, Cooper...eċċ.) jistgħu jiġu kkwotati bħala tal-grad 3 jew tal-grad 2 minn diversi sorsi inklużi siti web ta’ reċensjonijiet tat-tajers li jintużaw komunement u siti web ta’ negozjanti speċjalizzati (175). Bl-istess mod, għal xi marki, hemm klassifikazzjonijiet tal-grad 1 u tal-grad 2 li jikkoinċidu (Vredestein, Hankook). Il-ħolqien ta’ klassifikazzjonijiet alternattivi bħal “kwalità ta’ grad medju”, “ekonomiku ta’ grad għoli”, “kwalità primjum” u “ekonomiku ta’ kwalità” jikkomplika aktar id-diviżjoni stretta bejn il-gradi. Il-kompetizzjoni u s-sostitwibbiltà bejn il-gradi huma appoġġati wkoll mill-fatt li numru dejjem jikber ta’ marki tal-grad 3 jiżguraw iċ-ċertifikazzjoni OE (176) ma’ manifatturi tal-karozzi magħrufa u jippożizzjonaw lilhom infushom abbażi tal-kwalità u tal-kisbiet, li normalment hija karatteristika għall-marki tal-grad 2. |
|
(426) |
B’mod ġenerali, il-Kummissjoni kkunsidrat li anke jekk xi klijenti jistgħu japprezzaw il-marka u l-kwalità, tali mġiba tal-klijenti hija influwenzata wkoll mid-differenza fil-prezz li eventwalment ikunu lesti li jaċċettaw għal dawn l-attributi. Għalhekk, l-effett lock-in imsemmi mis-CRIA jista’ tabilħaqq jillimita l-kompetizzjoni diretta bejn it-tajers tal-grad 1 u tal-grad 3 fis-suq tat-tagħmir ta’ sostituzzjoni (għalkemm xi produtturi tal-grad 3 jinvestu ħafna fir-R & Ż u jeċċellaw f’ċerti parametri tekniċi), madankollu dan ma jiċħadx is-sostitwibbiltà bejn il-grad 3 u l-grad 2 u, bl-istess mod, bejn il-grad 2 u l-grad 1. B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tajers tal-grad 3 huma f’kompetizzjoni ma’ gradi ogħla (b’mod partikolari l-grad 2) u għalhekk jeżerċitaw pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet ta’ dawn il-gradi ogħla permezz ta’ effett kaskata bil-maqlub. Għalhekk, l-affermazzjonijiet dwar in-nuqqas ta’ interkambjabbiltà ġew irrifjutati. Fuq l-istess bażi, lanqas ma ġew aċċettati talbiet għal analiżi kompletament segmentata tad-dannu u l-kawżalità, kif spjegat ulterjorment fil-premessi (469) u (534) rispettivament. |
|
(427) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, is-CRIA tenniet l-affermazzjoni tagħha dwar in-nuqqas ta’ kompetizzjoni bejn il-gradi, minħabba li għalkemm huwa minnu li kien hemm kompetizzjoni bejn segmenti kontigwi fi gradi ġirien, jiġifieri bejn it-tajers tal-grad 3 ta’ kwalità ogħla u t-tajers tal-grad 2 ta’ kwalità aktar baxxa u b’mod simili bejn it-tajers tal-grad 2 ta’ kwalità ogħla u t-tajers tal-grad 1 ta’ kwalità aktar baxxa, dan madankollu skont is-CRIA, ma setax jiġi estrapolat f’sostitwibbiltà sħiħa fil-livelli kollha. |
|
(428) |
Kumho qieset li l-Kummissjoni ma spjegatx u ma ssostanzjatx il-konklużjoni tagħha li l-prodotti tal-grad 3 u tal-grad 2 kienu f’kompetizzjoni diretta b’mod partikolari fid-dawl tal-premessa (425) fejn irrikonoxxiet li l-kompetizzjoni diretta tista’ tkun limitata bejn il-prodotti tal-grad 1 u tal-grad 3. Kumho ddikjarat li l-istess fatturi ta’ limitazzjoni, jiġifieri l-preferenzi tal-kwalità u tas-sikurezza għat-tajers japplikaw bl-istess mod bejn il-grad 2 u l-grad 3. Kumho affermat ukoll li fl-analiżi tal-gradi tal-Kummissjoni l-perċezzjoni tal-konsumatur ma ġietx indirizzata b’mod adegwat. |
|
(429) |
Shandong Yongsheng affermat li t-tajers Ċiniżi tal-grad 3 ġew esklużi mis-suq tal-OE tal-Unjoni li juri distakk strutturali ċar bejn it-tajers tal-grad 3 miċ-Ċina u livelli oħra, u ddikjarat li l-evidenza tal-Kummissjoni għall-kuntrarju kienet “bla sorsi, mhux ivverifikata u mhux speċifika”. F’dan ir-rigward, Shandong Yonghseng argumentat li ċ-ċertifikazzjoni OE ta’ Linglong kienet reċenti ħafna, mill-2024 u kienet tikkonċerna impjant tal-manifattura Serb u għalhekk kienet mingħajr inċidenza għal din l-investigazzjoni. Shandong Yongsheng argumentat ukoll li l-Kummissjoni naqset milli tivvaluta b’mod adegwat il-perċezzjoni tal-konsumaturi tal-prodotti Ċiniżi tal-grad 3 u pprovdiet eżempji ta’ “reklami negattivi” minn żewġ distributuri Franċiżi. |
|
(430) |
Il-Kummissjoni nnotat li s-CRIA, filwaqt li rrikonoxxiet li t-tajers ta’ gradi kontigwi kienu effettivament jikkompetu ma’ xulxin, sempliċiment ċaħdet l-eżistenza ta’ sostitwibbiltà sħiħa mingħajr l-ebda evidenza jew spjegazzjoni. Il-Kummissjoni sabet li l-affermazzjoni tas-CRIA hija parzjalment ambigwa, peress li mhuwiex ċar eżattament xi jfisser it-terminu “sostitwibbiltà sħiħa fil-gradi kollha” u għaliex dan ikun saħansitra meħtieġ biex tiġi stabbilita kompetizzjoni bejn il-gradi. Jista’ jiġi argumentat li l-prodotti jikkompetu ma’ dawk l-eqreb tagħhom f’termini ta’ kwalità u prezz, kemm fi ħdan il-gradi kif ukoll bejn il-gradi, u dan kien eżattament il-punt li l-Kummissjoni kienet qed tagħmel u li ġie aċċettat ukoll mis-CRIA. |
|
(431) |
Sa fejn hija kkonċernata l-affermazzjoni ta’ Kumho, ir-raġunament kif ukoll l-evidenza rigward il-kompetizzjoni diretta bejn il-grad 3 u l-grad 2 diġà ġew spjegati b’mod partikolari fil-premessi (425) u (426) hawn fuq, u Kumho ma ressqet l-ebda evidenza konkreta biex tinnegaha. Kif diġà ġie spjegat, it-tajers tal-grad 3 jikkompetu ma’ tal-grad 2 abbażi tal-parametri tekniċi u ta’ sikurezza tagħhom, u għalhekk joħolqu alternattiva vijabbli għall-klijenti li jfittxu l-aħjar valur għall-kapaċità tal-akkwist tagħhom. Bl-istess mod, ġie ddikjarat f’diversi okkażjonijiet (pereżempju, iżda mhux biss, fit-taqsima 2.4.1), li l-gradazzjoni kienet influwenzata ħafna mill-perċezzjoni tas-suq u preċiżament għal din ir-raġuni, il-linji diviżorji spiss kienu mċajpra u ċertament mhux kostanti. Il-kummerċjanti u l-importaturi li joffru tajers tal-grad 3 għandhom interess kbir fil-bejgħ ta’ dawn it-tajers u li jinfluwenzaw il-perċezzjoni tal-konsumatur favur il-portafoll tal-prodotti tagħhom. |
|
(432) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni ta’ Shandong Yongsheng, u b’mod partikolari r-referenza għas-sorsi msemmija fil-premessa (425), il-Kummissjoni nnotat li Shandong Yongsheng ma pprovdiet l-ebda argument li jinnega l-veraċità tal-informazzjoni. Il-Kummissjoni qieset li l-artikli pubbliċi minn distributuri online, bħal Trojan, speċjalizzati fin-negozju tat-tajers b’aktar minn 30 sena esperjenza, preżenza kummerċjali globali u b’portafoll varjat ta’ prodotti b’riżultati ta’ testijiet dettaljati u speċifikazzjonijiet tekniċi, ikollhom biżżejjed “sorsi” u jkunu “speċifiċi” biżżejjed li juru bidla kontinwa fil-perċezzjoni globali ta’ diversi marki tal-grad 3. Fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni OE ta’ Linglong, il-fatt li din kienet tikkonċerna fabbrika fis-Serbja ma kienx jimmina l-konklużjoni li Linglong, bħala ditta, kienet kisbet kuntratti għal tagħmir oriġinali mill-manifatturi tal-karozzi Ewropej. F’dan ir-rigward, hija enfasizzat li l-klassifikazzjoni tal-gradi u l-perċezzjoni tal-konsumatur huma marbutin ma’ isem id-ditta, u mhux mal-pajjiż tal-oriġini. Barra minn hekk, din il-biċċa evidenza tirreferi għall-2024, li tikkoinċidi mal-perjodu tal-investigazzjoni. |
|
(433) |
Fi kwalunkwe każ, kif iddikjarat fil-premessa (422), is-suq tal-OE kien jikkostitwixxi biss madwar 16 - 20 % tal-konsum ġenerali tal-Unjoni u hekk kif tajer irid jinbidel, il-kompetizzjoni sseħħ fis-suq tat-tagħmir ta’ sostituzzjoni, għalhekk l-affermazzjoni ta’ Shandong Yongsheng li tallega li t-tajers Ċiniżi tal-grad 3 kienu strutturalment maqtugħa mill-bqija tas-suq tqieset infondata. |
|
(434) |
Il-Kummissjoni qieset l-affermazzjoni ta’ Yongsheng Shandong dwar il-perċezzjoni negattiva tal-marki Ċiniżi bħala mhux sostanzjata. Ir-reklami negattivi minn xi distributuri ma jurux il-fehma ta’ distributuri u negozjanti oħra li jimportaw u jikkummerċjalizzaw b’mod attiv diversi tajers Ċiniżi tal-grad 3 fis-suq tal-Unjoni. Bħala eżempju, il-Koalizzjoni tal-Importaturi tal-PC-LL, fis-sottomissjoni tagħha, targumenta eżattament l-oppost fir-rigward tal-prodotti Ċiniżi tal-grad 3, u tenfasizza l-effiċjenza u l-vantaġġ kompetittiv tal-produtturi Ċiniżi. Barra minn hekk, l-affermazzjoni ta’ Yongsheng Shandong hija f’kuntrast ċar mas-sottomissjoni tas-CRIA li targumenta li fil-fatt hija l-kwalità fqira tat-tajers tal-grad 3 tal-Unjoni meta mqabbla mal-kompetituri Ċiniżi tagħha li trid tiġi analizzata bħala kawża ta’ dannu kif spjegat aktar fil-premessa (554) hawn taħt. |
|
(435) |
Fil-qosor, fir-rigward tal-affermazzjonijiet dwar in-nuqqas ta’ sostituzzjoni bejn il-gradi u ta’ kompetizzjoni bejn il-gradi, il-Kummissjoni nnotat li l-fatt stess li t-tajers jikkompetu fuq diversi aspetti tekniċi u ta’ kwalità kif ukoll fl-istess ħin fuq il-prezz tagħhom, juri b’mod ċar li d-deċiżjoni għall-għażla ta’ prodott jew marka speċifika hija r-riżultat ta’ eżerċizzju ta’ ponderazzjoni ta’ preċiżament dawn il-fatturi, u f’dan is-sens it-tajers kollha huma f’kompetizzjoni ma’ xulxin. Barra minn hekk, il-fatt li ċerti marki jinsabu bejn il-gradi jew qed jiġu rreklamati taħt termini ġeneralment assoċjati ma’ gradi ogħla bbażati fuq l-iżviluppi tekniċi u l-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħhom, dan jinfluwenza l-perċezzjoni tal-klijenti u jsaħħaħ il-kompetizzjoni bejn il-gradi. L-ebda waħda mill-partijiet li kkummentaw ma ppreżentat argumenti li jinnegaw dan ir-raġunament bażiku. |
|
(436) |
Għalhekk, il-konklużjonijiet dwar il-kompetizzjoni bejn il-gradi u l-interkambjabbiltà tal-prodotti kif deskritt fil-premessi (425) u (426) inżammu. |
4.4. Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
4.4.1. Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
|
(437) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tal-konsum tal-Unjoni kif muri fit-Tabella 2. |
|
(438) |
L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej: Tabella 3 Kwantità tal-importazzjoni (tajers, unitajiet) u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(439) |
Il-volumi tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat żdiedu b’mod kostanti minn sena għal sena matul il-perjodu kkunsidrat b’żieda ġenerali impressjonanti ta’ 62 % li tikkorrispondi għal madwar 35 miljun tajer. It-tkabbir tal-volumi tal-importazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni għalhekk qabeż it-tkabbir tal-konsum tal-Unjoni (25 miljun tajer). |
|
(440) |
Iż-żieda fil-volumi tal-importazzjonijiet issarrfet fi qligħ ċar fis-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi minn 18 % fl-2021 għal 28 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
4.5. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, it-twaqqigħ tal-prezzijiet u s-soppressjoni tal-prezzijiet
|
(441) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat. It-twaqqigħ tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi ta’ data verifikata tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun. |
|
(442) |
Il-prezz medju tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej: Tabella 4 Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/unità)
|
||||||||||||||||||||||
|
(443) |
Fl-2022, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet l-ewwel żdiedu f’daqqa b’26 % imbagħad naqsu fl-2023 għal livelli ’l fuq mill-2021 u baqgħu fl-istess medda matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu b’mod ġenerali bi 12 %, li hija żieda modesta meta mqabbla max-xejra segwita mill-prezz medju tal-importazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi oħra fl-Unjoni (+26 %). Anke l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, li kienu ħafna ogħla mill-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi matul il-perjodu kollu kkunsidrat, immarkaw żieda akbar ta’ 15 %. |
|
(444) |
Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet:
|
|
(445) |
It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip jiġifieri n-numru tal-kontroll tal-prodott (“PCN”) inkluża s-segmentazzjoni fil-livell tal-grad, kif ukoll id-differenzjazzjoni bejn is-swieq tal-OE u tat-tagħmir ta’ sostituzzjoni kif xieraq, għal tranżazzjonijiet fl-istess livell kummerċjali, debitament aġġustati fejn meħtieġ, u wara t-tnaqqis tar-rifużjonijiet u l-iskontijiet. Għall-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li operaw fi ħdan struttura ta’ grupp fejn il-kwartieri ġenerali u l-entitajiet tal-bejgħ relatati kienu involuti fil-bejgħ, il-prezzijiet tal-bejgħ ġew aġġustati billi tneħħew il-kostijiet SG & A relatati mal-attivitajiet tal-entitajiet tal-bejgħ u l-profitt ta’ importatur mhux relatat b’analoġija mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala persentaġġ tal-fatturat teoretiku tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(446) |
Minħabba s-segmentazzjoni tas-suq, twettqu kalkoli separati tat-twaqqigħ tal-prezz għal kull grad. L-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun ma biegħ tajers tal-grad 1, għalhekk ma seta’ jsir l-ebda kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz f’dan is-segment. Fil-grad 3, il-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz varjaw minn 7,2 % sa 36,9 % b’marġni medju tat-twaqqigħ tal-prezz ta’ 32,2 %. Fis-segment tal-grad 2 ma nstab l-ebda twaqqigħ tal-prezz. Madankollu, dan għandu x’jaqsam mal-fatt li min-naħa tal-produtturi esportaturi, il-bejgħ tal-grad 2 kien magħmul esklużivament mill-marka “Hankook”, li hija meqjusa b’mod wiesa’ bħala waħda mill-aqwa tajers tal-grad 2. Jiġifieri, matul is-snin, il-marka Hankook kisbet diversi kuntratti OE ma’ manifatturi ewlenin tal-karozzi inklużi Audi, BMW, Mercedes u Porsche. Bosta negozjanti/importaturi jikklassifikaw lil Hankook bħala “tajers intermedjarji ta’ kwalità għolja / top-end” jew ’l hekk imsejħa tajers “alternattivi primjum”. Fi kliem ieħor, l-analiżi tal-grad 2 hija kemxejn limitata peress li tqabbel ġabra omoġenja ta’ marka top-end tal-grad 2 ma’ taħlita wiesgħa ta’ tajers tal-grad 2 prodotti mill-industrija tal-Unjoni. L-analiżi tal-prezzijiet medji tal-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun kif irrappurtat fil-formoli ta’ kampjunar tagħhom, ikkonfermat li s-sejbiet relatati mat-tajers Hankook tal-grad 2 ma jistgħux jiġu estrapolati mill-bqija tal-importazzjonijiet Ċiniżi. Il-prezzijiet medji ta’ Hankook qabżu b’mod sinifikanti l-prezz medju tal-produtturi esportaturi Ċiniżi b’firxa ta’ aktar minn 50 %. Il-marġni medju ponderat tat-twaqqigħ tal-prezz (il-gradi 2 u 3 flimkien) laħaq is-17 %, li huwa sinifikanti. |
|
(447) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, Hankook sostna li d-distinzjoni bejn tagħmir oriġinali u ta’ sostituzzjoni fl-analiżi tad-dannu ma kinitx legalment ġustifikata peress li din ma saritx min-naħa tad-dumping. Barra minn hekk, Hankook qies li din id-distinzjoni ma kinitx meħtieġa peress li ma setgħet tiġi identifikata l-ebda xejra ċara tal-ipprezzar fil-kanali tal-bejgħ fir-rigward tal-bejgħ tiegħu stess lill-Unjoni, u fil-fatt, meta jitneħħew iċ-ċifri finali li jidentifikaw il-bejgħ bħala OE apparagun tal-bejgħ tat-tagħmir ta’ sostituzzjoni mill-PCN, il-marġni tad-dannu ta’ Hankook jonqos minn 3,4 % għal 3,1 %. |
|
(448) |
L-ilmentatur talab lill-Kummissjoni tikkalkula marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz addizzjonali, fuq il-kamp ta’ applikazzjoni kollu tal-prodott ibbażat fuq il-prezzijiet medji sabiex jintwera d-daqs tat-twaqqigħ tal-prezz għas-suq kollu tat-tajers bħala ħaġa waħda. |
|
(449) |
Il-Grupp Giti sostna li l-Kummissjoni kkontradixxiet lilha nnifisha meta ddikjarat li n-nuqqas ta’ twaqqigħ tal-prezz għal Hankook ma setax jiġi estrapolat mill-bqija tal-importazzjonijiet Ċiniżi filwaqt li fl-istess ħin, matul l-eżerċizzju ta’ kampjunar, hija sostniet li l-bejgħ ta’ Hankook kien rappreżentattiv. Bl-istess mod, Kumho ddikjarat li l-Kummissjoni ma tistax tinjora s-sejba li ma sarx twaqqigħ tal-prezz fil-grad 2 billi targumenta li Hankook kien speċifiku filwaqt li fl-istess ħin tinkludih fil-kampjun u tirrifjuta li żżid produtturi esportaturi oħra. |
|
(450) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni ta’ Hankook, il-Kummissjoni nnotat li l-ebda waħda mill-partijiet ma kkontestat is-sejbiet rigward id-differenza fil-prezz/il-profittabbiltà bejn l-OE u s-segment tat-tagħmir ta’ sostituzzjoni kif introdotti fil-premessi (420) u (421). Il-Kummissjoni qieset li jenħtieġ li twettaq it-tqabbil tal-prodotti fuq livell kemm jista’ jkun granulari (dment li d-data tkun disponibbli u vverifikata). Il-fatt li l-bejgħ ta’ Hankook allegatament ma segwiex din ix-xejra jista’ jiġi spjegat minn diversi deċiżjonijiet kummerċjali addizzjonali, bħall-volum tal-bejgħ, it-twaqqit u d-dewmien fil-konsenja tiegħu, u għalhekk ma jimminax il-ġustifikazzjoni biex issir distinzjoni. Bl-istess mod, il-fatt li l-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz kien ikun ogħla jew aktar baxx ma huwiex fattur determinanti biex jiġi deċiż il-livell ta’ komparabbiltà tal-prodott. Id-differenza bejn iż-żewġ xenarji tal-kalkolu tal-marġni tad-dannu ppreżentati minn Hankook (b’referenza għall-OE jew għas-suq tat-tagħmir ta’ sostituzzjoni kif ukoll mingħajr referenza fil-paragun) tidher preġudikata peress li ma kinitx tiddependi fuq is-sett sħiħ tal-kostijiet/il-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, iżda biss fuq l-informazzjoni divulgata lill-grupp Hankook. Fi kwalunkwe każ, id-differenza kkalkulata mill-Hankook Group tammonta għal madwar 10 %; dan juri li tali distinzjoni kienet iġġustifikata. Fil-każ tal-kalkoli tad-dumping, il-valur normali maħdum jiġi kkalkolat abbażi ta’ parametri referenzjarji għal fatturi ta’ produzzjoni li ma għandhom l-ebda dimensjoni ta’ OE jew ta’ sostituzzjoni, jiġifieri l-kostijiet lavorattivi, il-kostijiet tal-enerġija u l-prezzijiet tal-materja prima ma jvarjawx skont jekk it-tajer prodott huwiex se jinbiegħ lil manifattur tal-vetturi jew fis-suq sekondarju. L-informazzjoni fil-fajl relatata mal-kostijiet SG & A u l-profitt fil-pajjiż rappreżentattiv lanqas ma ppermettiet tali distinzjoni. Konsegwentement, il-valur normali u l-marġnijiet tad-dumping konsegwenti ma setgħux jiġu differenzjati skont il-kanal tal-użu aħħari. B’kuntrast ma’ dan, l-analiżi tad-dannu topera fuq data attwali dwar it-tranżazzjonijiet li tinkludi l-kanal tal-bejgħ. L-analiżi għat-tagħmir oriġinali u ta’ sostituzzjoni kienet għalhekk iġġustifikata u fattwalment meħtieġa għal eżami oġġettiv. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(451) |
Dwar l-affermazzjoni tal-ilmentatur, il-Kummissjoni qieset li l-marġni medju ponderat tat-twaqqigħ tal-prezz li jikkombina (iqabbel) it-tajers tal-grad 3 u tal-grad 2 kien irrifletta b’mod suffiċjenti t-twaqqigħ tal-prezz. Jekk jiġu injorati t-tipi ta’ prodotti u jiġu inklużi l-mudelli tal-grad 1 li ma ġewx esportati mill-esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun, dan inaqqas il-livell ta’ komparabbiltà żgurat mid-differenzjazzjoni tal-PCN, u għalhekk ma tkunx qed tingħata aktar informazzjoni. Għalhekk, din it-talba ġiet miċħuda. |
|
(452) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni mill-Grupp GITI, il-Kummissjoni enfasizzat li Hankook ġie kkampjunat sabiex tiġi żgurata r-rappreżentattività f’termini ta’ volum ta’ bejgħ u ta’ rappreżentazzjoni tal-gradi, irrispettivament minn jekk eventwalment ġiex ikklassifikat bħala tal-grad 1 jew tal-grad 2. Eventwalment, il-klassifikazzjoni fil-grad 2 tqieset aktar xierqa abbażi ta’ taħlita ta’ raġunijiet, kif spjegat fil-premessa (94) hawn fuq. Fl-istess ħin, l-evidenza miġbura matul l-investigazzjoni kif deskritta fil-premessa (446) wriet ukoll b’mod ċar (mingħajr ma ġiet ikkontestata mill-ebda waħda mill-partijiet) li Hankook huwa meqjus b’mod wiesa’ għal tajers tal-ogħla medda tal-grad 2, u huwa marka fi tranżizzjoni mill-grad 2 għall-grad 1. Dan huwa enfasizzat ukoll mid-differenza sinifikanti fil-prezzijiet bejn il-prezzijiet ta’ Hankook u l-medja tal-bqija tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, inklużi bosta produtturi oħra tal-grad 2, kif deskritt fil-premessa (446) hawn fuq. Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-limitazzjonijiet espressi fl-interpretazzjoni u fl-estrapolazzjoni tas-sejba ta’ ebda twaqqigħ tal-prezz fil-grad 2 abbażi tad-data ta’ Hankook apparagun tal-bqija tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, inklużi dawk tal-grad 2 inżammu, u l-affermazzjonijiet tal-Grupp GITI u Kumho ġew miċħuda. |
|
(453) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-kumpanija T identifikat żball klerikali fil-komputazzjoni tal-kostijiet SG & A u talbet lill-Kummissjoni biex taġġusta l-komputazzjoni ta’ dawn il-kostijiet. Il-kumpanija G identifikat żball klerikali fil-konsolidazzjoni tad-data dwar il-kost tal-produzzjoni, u talbet lill-Kummissjoni taġġusta tali kost. |
|
(454) |
Il-Kummissjoni analizzat dawn l-affermazzjonijiet u sabet li kienu ġustifikati. Il-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz ġew adattati kif xieraq. Peress li dawn il-korrezzjonijiet kienu jikkonċernaw data sensittiva speċifika għall-kumpaniji, dawn ġew iddivulgati mill-ġdid lill-kumpaniji kkonċernati biss. |
|
(455) |
Il-marġnijiet il-ġodda tat-twaqqigħ tal-prezz, inklużi wkoll il-bidliet li saru fil-prezzijiet medji ponderati għal kull tip ta’ prodott tal-importazzjonijiet mill-esportaturi Ċiniżi li kkooperaw inklużi fil-kampjun fil-livell CIF, kif deskritt fil-premessa (392) hawn fuq, għall-grad 3 varjaw minn 10,2 % sa 39,2 % b’marġni medju ta’ twaqqigħ tal-prezz ta’ 34,7 %. Fis-segment tal-grad 2 ma nstab l-ebda twaqqigħ tal-prezz għall-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun. Il-marġni medju ponderat tat-twaqqigħ tal-prezz (il-gradi 2 u 3 flimkien) laħaq id-19 %. |
|
(456) |
Fil-kummenti tagħha ppreżentati wara l-iskadenza għall-kummenti dwar il-prodott u wara l-verifiki tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, is-CRIA ddikjarat li l-PCN fil-forma kurrenti tiegħu ma jistax jidentifika tajers ta’ riżerva u tat-trejlers għal użu temporanju, anke jekk dawn iż-żewġ tipi huma irħas b’mod sinifikanti mit-tajers standard tal-parametri korrispondenti. B’konsegwenza ta’ dan, is-CRIA argumentat li l-PCN ma żgurax tqabbil ġust bejn il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi lejn l-UE u l-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-industrija tal-Unjoni f’dak li għandu x’jaqsam ma’ dawn it-tipi speċifiċi ta’ prodotti u b’hekk jagħmel il-valutazzjoni tad-dannu mhux akkurata. |
|
(457) |
L-investigazzjoni sabet li l-ebda tajer tat-trejlers ma ġie esportat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun. Tajers ta’ riżerva għal użu temporanju ġew esportati minn wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun u rrappreżentaw inqas minn 1 % tal-volum tal-bejgħ tal-esportazzjoni fil-kampjun. Il-produttur esportatur ma ppreżenta l-ebda kumment f’dan ir-rigward u lanqas ma talab xi forma ta’ aġġustament relatat ma’ dan it-tip ta’ tajer. Fi kwalunkwe każ, minħabba l-volum limitat ta’ dawn it-tajers, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-impatt tagħhom ma setax ibiddel ir-riżultat ġenerali tat-tqabbil tal-prodott. |
|
(458) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, is-CRIA kkummentat dwar il-premessa (457) ta’ hawn fuq u ddikjarat li “l-ħtieġa għal analiżi segmentata tirriżulta min-nuqqas ta’ interkambjabbiltà u mhux mill-volumi tal-esportazzjoni”. Is-CRIA argumentat ukoll li peress li l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ma biegħ tajers tat-trejlers, il-Kummissjoni meta ddikjarat fil-premessa (77) li l-industrija tal-Unjoni kienet qed taqa’ lura f’dawn it-tipi ta’ prodotti partikolari minħabba pressjoni qawwija eżerċitata minn importazzjonijiet Ċiniżi bi prezz baxx mhux raġonevoli, għamlet konstatazzjoni preġudizzjali li ma kinitx appoġġata minn evidenza fattwali. |
|
(459) |
Il-kummenti dwar l-analiżi segmentata huma indirizzati fid-dettall fit-taqsima 4.7 hawn taħt. L-iskop tal-ispjegazzjoni fil-premessa (457) kien li jiġi enfasizzat li t-tqabbil tal-prezzijiet imwettaq abbażi tal-PCN ma kienx affettwat materjalment mill-fatt li l-PCN ma ddifferenzjax bejn tajers tat-trejlers jew tajers temporanji li allegatament kienu orħos. Barra minn hekk, id-determinazzjoni tad-dumping twettqet abbażi tad-data vverifikata tal-produttur esportatur inkluż fil-kampjun għall-kamp ta’ applikazzjoni sħiħ tal-prodott u, bħala tali, kienet appoġġata minn evidenza fattwali. Barra minn hekk, il-fatt li l-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ma esportawx dan it-tip ta’ tajer ma jfissirx li produtturi esportaturi oħra ma esportawhomx lejn l-Unjoni u ma pprovokawx impatt negattiv fuq il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Dawn l-affermazzjonijiet ġew għalhekk miċħuda. |
|
(460) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’marġini konsiderevoli b’mod aggregat (grad 2 u grad 3) u separatament fil-grad 3. |
|
(461) |
Barra minn hekk, it-tqabbil tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi mal-prezzijiet tal-bejgħ u l-kostijiet tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni wera soppressjoni persistenti tal-prezzijiet ikkawżata minn importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta’ dumping. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni baqgħu konsistentement taħt il-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, kemm fuq livell medju aggregat kif ukoll għall-grad 3 separatament (ara t-Tabelli 10 u 11 hawn taħt). Huwa importanti li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienu wkoll taħt il-prezz unitarju medju tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi saħansitra waqgħu taħt il-kost unitarju tal-produzzjoni tal-grad 3 tal-industrija tal-Unjoni, is-segment bl-inqas kostijiet u l-grad ewlieni tal-importazzjonijiet Ċiniżi (it-Tabella 11). Kif spjegat fit-taqsima 4.6.3.1 hawn taħt, il-kostijiet unitarji tal-industrija tal-Unjoni żdiedu aktar malajr mill-prezzijiet tal-bejgħ tagħha matul il-perjodu kollu f’kull grad. Dan juri li l-industrija ma setgħetx tittrasferixxi kompletament il-kostijiet li qed jogħlew minħabba pressjoni sostnuta fuq il-prezzijiet minn volumi dejjem jiżdiedu ta’ importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet baxxi. |
|
(462) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, is-CRIA argumentat li l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni baqgħu ogħla mill-kostijiet tal-produzzjoni tagħha matul il-perjodu kkunsidrat, li wera l-assenza ta’ tnaqqis jew soppressjoni tal-prezzijiet li kapaċi jikkawżaw dannu. Kumho żiedet li l-fatt li l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżid il-prezzijiet tagħha wera li kien hemm nuqqas ta’ soppressjoni tal-prezzijiet. |
|
(463) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat li s-soppressjoni tal-prezzijiet ma tirrikjedix li l-industrija tkun qed tagħmel it-telf u lanqas ma tipprekludi l-eżistenza ta’ żidiet fil-prezzijiet. L-istandard legali skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament bażiku huwa sempliċiment jekk l-importazzjonijiet soġġetti għall-investigazzjoni humiex qed jipprevjenu “żidiet fil-prezzijiet li altrimenti kieku kienu jseħħu”, li huwa eżattament dak li ġara f’dan il-każ, kif muri fit-Tabella 8, li turi li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx taġġusta l-prezz tal-bejgħ tagħha għall-kost tal-produzzjoni, b’dan tal-aħħar jiżdied b’pass aktar mgħaġġel. Għalhekk, l-affermazzjonijiet tas-CRIA u ta’ Kumho ġew miċħuda. |
4.6. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.6.1. Kummenti ġenerali
|
(464) |
F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi valutazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(465) |
Kif imsemmi fil-premessa (16), intuża l-kampjunar għad-determinazzjoni tad-dannu possibbli mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(466) |
Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fl-ilment, it-tweġiba għall-kwestjonarju makro pprovduta minn Tyres Europe u l-istatistika tal-Eurostat. Id-data minn Tyres Europe kienet tirrigwarda aktar minn 10 gruppi ta’ produtturi tal-Unjoni, li jirrappreżentaw aktar minn 90 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(467) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat. |
|
(468) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
|
(469) |
Kif diġà msemmi fil-premessi (425) u (426), il-Kummissjoni qieset li minkejja s-segmentazzjoni tas-suq tal-Unjoni fi gradi, it-tajers kif definiti fit-taqsima 2.1, jikkondividu l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użu bażiku. B’konsegwenza ta’ dan, id-determinazzjoni tad-dannu saret fil-grad tal-prodott taħt investigazzjoni (il-gradi kollha flimkien). B’mod partikolari, il-Korp tal-Appell sab li “meta l-awtoritajiet investigattivi jwettqu eżami ta’ parti waħda tal-industrija domestika, fil-prinċipju, huma jenħtieġ li jeżaminaw, bl-istess mod, il-partijiet l-oħrajn kollha li jiffurmaw din l-industrija, kif ukoll jeżaminaw l-industrija kollha kemm hi” (177). Madankollu, minħabba n-natura segmentata tas-suq, l-analiżi aggregata ġiet ikkomplementata b’analiżi tal-gradi meta dan kien possibbli. |
4.6.2. Indikaturi makroekonomiċi
|
(470) |
L-indikaturi makroekonomiċi ġew stabbiliti bl-użu tat-tweġiba verifikata għall-kwestjonarju ta’ Tyres Europe għall-kwestjonarju, fejn l-informazzjoni miġbura mid-data tal-EUROPOOL ġiet ikkombinata ma’ informazzjoni addizzjonali pprovduta minn produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw il-maġġoranza l-kbira tal-produzzjoni tal-Unjoni (aktar minn 80 % tal-produzzjoni tal-Unjoni). |
4.6.2.1.
|
(471) |
Il-produzzjoni tal-Unjoni ġiet stabbilita billi ngħaddu flimkien il-bejgħ tal-Unjoni (kif irrappurtat minn Tyres Europe) u l-bejgħ għall-esportazzjoni bbażat fuq l-Eurostat, aġġustati bil-varjazzjoni tal-istokk kif irrappurtat mill-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw il-maġġoranza l-kbira tal-produzzjoni tal-Unjoni. L-aġġustament tal-istokk kien taħt il-1 % tal-livell totali tal-produzzjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(472) |
L-użu tal-kapaċità kien ibbażat fuq id-data rrapportata mill-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw il-maġġoranza l-kbira tal-produzzjoni tal-Unjoni u l-kapaċità tal-produzzjoni ġiet stmata abbażi tal-produzzjoni diviża bir-rata tal-użu tal-kapaċità. |
|
(473) |
Il-produzzjoni totali, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità stmati tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 5 Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(474) |
Il-produzzjoni tal-Unjoni naqset gradwalment kull sena matul il-perjodu kkunsidrat. B’mod ġenerali, f’suq li qed jikber (Tabella 2 hawn fuq), il-produzzjoni tal-Unjoni naqset bi 8 % jiġifieri b’madwar 20 miljun tajer. |
|
(475) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni naqset ukoll matul il-perjodu kkunsidrat għalkemm kemxejn aktar gradwalment. B’mod ġenerali, matul il-perjodu kkunsidrat il-kapaċità tal-produzzjoni naqset b’madwar 13-il miljun tajer li jikkorrispondu għal tnaqqis ta’ 4 %. |
|
(476) |
Konsegwentement, l-użu tal-kapaċità naqas bi 3 punti perċentwali minn 86 % fl-ewwel nofs tal-perjodu kkunsidrat għal 83 % fit-tieni nofs. Dan jirrifletti l-isforzi tal-industrija tal-Unjoni biex iżżomm livell aċċettabbli ġenerali ta’ użu tal-kapaċità billi taġġusta l-kapaċità tal-produzzjoni u l-output tal-produzzjoni b’reazzjoni għat-tnaqqis fil-bejgħ (it-Tabella 6 hawn taħt). |
4.6.2.2.
|
(477) |
Il-bejgħ tal-Unjoni ġie stabbilit bit-tneħħija tal-importazzjonijiet tal-Unjoni (it-Tabella 3 hawn fuq) mill-konsum tal-Unjoni (it-Tabella 2 hawn fuq). Il-kwantità ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 6 Kwantità tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(478) |
Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni baqa’ jonqos matul il-perjodu kkunsidrat b’żieda żgħira fil-perjodu ta’ investigazzjoni, iżda madankollu baqa’ taħt il-livell tal-2021. B’mod ġenerali, il-volum tal-bejgħ naqas b’madwar 7 miljun tajer, li jikkorrispondi għal tnaqqis ta’ 4 %, b’kuntrast mal-evoluzzjoni tal-konsum tal-Unjoni li żdied bi 8 % matul il-perjodu kkunsidrat (it-Tabella 2 hawn fuq). |
|
(479) |
Minħabba t-tkabbir tas-suq tal-Unjoni, dan it-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ irriżulta f’telf notevoli tas-sehem mis-suq għall-industrija tal-Unjoni, minn 60 % fl-2021 għal 53 % fl-2024, ekwivalenti għal tnaqqis ta’ 12 %. |
4.6.2.3.
|
(480) |
Minkejja li l-konsum tal-Unjoni żdied b’madwar 25 miljun tajer matul il-perjodu kkundisdrat, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika minn din ix-xejra pożittiva. Minflok, il-volum tal-bejgħ tagħha naqas b’madwar 7 miljun tajer u tilfet 7 punti perċentwali tas-sehem mis-suq. Fl-istess ħin, il-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni żdied b’mod stabbli b’madwar 35 miljun tajer u assuma fuqu s-sehem mis-suq mitluf tal-industrija tal-Unjoni (it-Tabelli 2 u 3 hawn fuq). |
4.6.2.4.
|
(481) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 7 Impjiegi u produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(482) |
L-impjiegi naqsu b’5 % matul il-perjodu kkunsidrat filwaqt li segwew ix-xejriet fil-produzzjoni. Dan it-tnaqqis jikkorrispondi għal telf ta’ madwar 4 500 impjieg full-time ekwivalenti fl-Unjoni. |
|
(483) |
Il-produttività naqset gradwalment mill-2021 sal-2023 b’żieda żgħira fil-PI. B’mod ġenerali tul il-perjodu kkunsidrat din naqset bi 2 %. |
4.6.2.5.
|
(484) |
Il-marġnijiet kollha tad-dumping kienu ferm ogħla mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet reali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, b’kunsiderazzjoni tal-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. |
|
(485) |
Din hija l-ewwel investigazzjoni anti-dumping dwar il-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, ma kienx hemm data disponibbli biex jiġu vvalutati l-effetti ta’ dumping possibbli fil-passat. 4.6.3. Indikaturi mikroekonomiċi |
4.6.3.1.
|
(486) |
Il-prezz medju ponderat tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 8 Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni u l-kost tal-produzzjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(487) |
Il-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni l-ewwel żdied bi 15 % fl-2022 u b’20 % fl-2023 mill-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Il-prezz medju fil-perjodu ta’ investigazzjoni naqas għal-livell tal-prezzijiet tal-2022 iżda baqa’ ogħla mil-livelli tal-2021 b’żieda ġenerali ta’ 15 %, li tikkorrispondi għal żieda ta’ kważi 8 EUR/tajer. |
|
(488) |
Kif muri fit-Tabella 4 hawn fuq, il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni, prinċipalment relatati mat-tajers tal-grad 3, baqgħu b’mod konsistenti taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul l-istess perjodu. |
|
(489) |
Il-kost tal-produzzjoni tal-Unjoni żdied aktar mill-prezzijiet tal-bejgħ, b’25 % (bħala medja bi 11-il EUR/tajer) matul il-perjodu kkunsidrat. Iż-żieda sinifikanti fil-kost hija prinċipalment dovuta għaż-żieda fil-kostijiet tal-enerġija u tal-manodopera kif ukoll f’xi wħud mill-prezzijiet tal-materja prima. Minħabba t-tnaqqis fil-kwantità tal-produzzjoni, il-kostijiet fissi, bħad-deprezzament u l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura għal kull unità żdiedu wkoll. |
|
(490) |
Kif jidher mix-xejriet ta’ hawn fuq, ir-rata tat-tkabbir tal-kost tal-produzzjoni qabżet ir-rata taż-żidiet fil-prezzijiet tal-bejgħ, li jfisser li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet soppressjoni tal-prezzijiet u ma setgħetx tittrasferixxi għalkollox iż-żieda fil-kostijiet tagħha għall-prezzijiet tal-bejgħ. |
|
(491) |
Twettqet analiżi separata għal kull grad kif miġbur fil-qosor hawn taħt. Tabella 9 Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni u kost tal-produzzjoni - Grad 1
Tabella 10 Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni u kost tal-produzzjoni - Grad 2
Tabella 11 Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni u kost tal-produzzjoni - Grad 3
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(492) |
Kif jidher mit-tabelli ta’ hawn fuq, jistgħu jiġu osservati xejriet simili f’kull grad individwalment, bħal fil-grad aggregat. |
|
(493) |
Il-prezzijiet tal-bejgħ għal kull unità żdiedu f’kull grad bejn l-2021 u l-2023 imbagħad naqsu xi ftit fil-perjodu ta’ investigazzjoni. B’mod ġenerali, il-prezzijiet żdiedu b’9 %, b’20 % u b’24 % fil-grad 1, 2 u 3 rispettivament. B’paragun, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni baqgħu b’mod kostanti taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni tal-gradi kollha, kif diġà spjegat fil-premessa (461) ta’ hawn fuq. |
|
(494) |
Il-kost tal-produzzjoni għal kull unità tal-industrija tal-Unjoni segwa xejriet simili bħall-prezzijiet tal-bejgħ għall-gradi 2 u 3, jiġifieri żdied bejn l-2021 u l-2023 u mbagħad naqas xi ftit fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Fis-snin kollha tal-perjodu kkunsidrat u għall-gradi kollha, il-pass taż-żieda fil-kost għal kull unità qabeż dak tal-prezz tal-bejgħ għal kull unità, u dan jikkonferma x-xejra osservata fil-grad aggregat. |
4.6.3.2.
|
(495) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 12 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||||
|
(496) |
Il-kostijiet lavorattivi medji żdiedu gradwalment minn sena għal sena matul il-perjodu kkunsidrat. Iż-żieda ġenerali ammontat għal 13 % li hija prinċipalment dovuta għal xejriet inflazzjonarji fl-Unjoni. Barra minn hekk, iż-żieda fl-2024 tirrifletti wkoll il-kost lavorattiv supplimentari marbut mas-sensji li seħħew f’dan il-perjodu. |
4.6.3.3.
|
(497) |
Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 13 Stokks
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
(498) |
Il-livelli tal-inventarju wrew xi varjazzjoni żgħira matul il-perjodu kkunsidrat iżda baqgħu relattivament stabbli f’termini tal-perċentwal tal-produzzjoni tagħhom, li varja bejn 14 % u 17 %. Il-livell u l-varjazzjoni osservati fl-inventarju jistgħu jitqiesu bħala normali għall-industrija tat-tajers. Kumplessivament, il-livell tal-istokks tal-għeluq żdied b’4 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.6.3.4.
|
(499) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 14 Profittabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(500) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala persentaġġ tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. |
|
(501) |
Il-profittabbiltà (il-gradi kollha kkombinati) uriet xejra ċara ta’ tnaqqis matul il-perjodu kkunsidrat. B’mod ġenerali, il-profittabbiltà naqset minn 14,8 % fl-2021 għal 8 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni li jfisser tnaqqis b’6,8 punti perċentwali jew b’46 %, li huwa sinifikanti. |
|
(502) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-abbiltà tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. Ix-xejra fil-fluss tal-flus nett żviluppat b’mod pożittiv bi tnaqqis fl-2022, imbagħad żieda sa tmiem il-perjodu kkunsidrat. B’mod ġenerali, is-sitwazzjoni tal-fluss tal-flus tjiebet b’57 %. |
|
(503) |
L-investimenti żdiedu b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat, b’mod ġenerali b’159 %, bl-akbar żieda annwali ta’ 54 % li seħħet mill-2023 sal-2024, fi tmiem il-perjodu kkunsidrat. F’termini assoluti, l-investimenti laħqu EUR 225 miljun fl-2024, li jista’ jitqies bħala ammont importanti li jirrappreżenta kwart tal-assi fissi użati għall-produzzjoni tat-tajers. Filwaqt li l-industrija tal-Unjoni naqqset il-kapaċità tagħha, hija investiet ukoll fil-modernizzazzjoni tat-tagħmir tal-produzzjoni tagħha biex tiżgura s-sostenibbiltà tagħha. |
|
(504) |
Is-CRIA sostniet li investimenti għoljin huma prova ta’ nuqqas ta’ dannu kif ġie konkluż mill-Kummissjoni f’investigazzjonijiet oħra (178) fil-passat. |
|
(505) |
L-ewwelnett, huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-każijiet evokati mis-CRIA kkonkludew dwar in-nuqqas ta’ dannu abbażi ta’ taħlita ta’ indikaturi multipli ta’ dannu, mhux biss investimenti. Barra minn hekk, il-grad għoli ta’ investimenti murija mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat u b’mod partikolari fl-2024, jeħtieġ li jitqies fil-kuntest ta’ kompetizzjoni akbar minn importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta’ dumping li wasslu għal għeluq reċenti u imminenti ta’ impjanti u l-adattament mill-ġdid u l-modernizzazzjoni meħtieġa tal-faċilitajiet ta’ produzzjoni li fadal lejn prodotti ta’ kwalità primjum b’rim ogħla sabiex tiġi żgurata t-tmexxija u l-vijabbiltà tal-industrija tal-Unjoni għall-inqas fis-segmenti ogħla (b’mod partikolari l-grad 1). F’kuntest ta’ kapaċità mnaqqsa u biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tagħha, l-industrija tal-Unjoni ma kellha l-ebda għażla oħra ħlief li tkompli tinvesti f’teknoloġiji ġodda u tissostitwixxi t-tagħmir biex tibdel il-fokus għal fuq prodotti li kienu jiffaċċaw kompetizzjoni inqas inġusta. |
|
(506) |
Il-modernizzazzjoni tal-faċilitajiet ta’ produzzjoni ġiet evokata f’bosta sottomissjonijiet minn partijiet interessati, b’mod partikolari minn Deldo u Interpneu. Fis-sottomissjoni tagħhom, b’mod kemxejn kuntrarju, Deldo u Interpneu argumentaw li d-dannu huwa fil-fatt dovut għal kostijiet ta’ investiment għoljin li ġew affettwati mill-industrija tal-Unjoni fit-tfittxija ta’ effiċjenza u kompetittività akbar, għall-kuntrarju tal-importazzjonijiet Ċiniżi. Madankollu, dawn il-partijiet ma ssostanzjawx l-affermazzjoni tagħhom dwar kif il-kostijiet ta’ investiment għoljin jaffettwaw id-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, l-affermazzjoni li d-dannu kien dovut għal kostijiet ta’ investiment għoljin hija miċħuda. |
|
(507) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’persentaġġ tal-valur nett kontabilistiku tal-investimenti (jiġifieri l-assi fissi totali użati għall-produzzjoni). Dan l-indikatur finanzjarju żviluppa wkoll b’mod pożittiv b’żieda gradwali minn sena għal sena matul il-perjodu kkunsidrat u tkabbir ġenerali ta’ 27 %. |
|
(508) |
Saret ukoll analiżi individwali dwar il-profittabbiltà għal kull grad. Minħabba li l-gradi kollha jistgħu jiġu prodotti fuq l-istess linji ta’ produzzjoni u l-makkinarju mhux assenjat għal gradi partikolari, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tipprovdi tqassim sinifikanti tal-gradi għall-indikaturi finanzjarji l-oħra analizzati f’din it-taqsima. Tabella 15 Profittabbiltà – Grad 1, Grad 2 u Grad 3
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(509) |
Kif jidher mit-Tabella 15 hawn fuq, il-profittabbiltà naqset f’kull grad matul il-perjodu kkunsidrat, u kkonfermat ix-xejra osservata fil-grad tal-prodott aggregat (it-Tabella 14 hawn fuq). |
|
(510) |
Fis-segment primjum tal-grad 1, il-profittabilità naqset kontinwament matul il-perjodu kkunsidrat u naqset minn 15,1 % fl-2021 għal 7,9 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Fi kliem ieħor, il-profittabbiltà kważi naqset bin-nofs (naqset bi 48 %). |
|
(511) |
Is-segment tal-grad 2 esperjenza tnaqqis aktar moderat bi tnaqqis ġenerali ta’ 26 % minn 17,6 % fl-2021 għal 13 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(512) |
Ma hijiex xi ħaġa sorprendenti li l-profittabbiltà ddeterjorat bl-aktar mod viżibbli fis-segment ekonomiku tal-grad 3 fejn hija diretta l-maġġoranza tal-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping. Fil-fatt, f’dan is-segment, l-industrija tal-Unjoni ma rnexxilhiex tikseb livelli ta’ profitt vijabbli bl-eċċezzjoni tal-2021. F’termini konkreti, il-profittabbiltà naqset minn 9,4 % għal 5,7 % fl-2022 u saħansitra saret negattiva fl-2023 (-2 %). Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-profittabbiltà rkuprat kemxejn għal 2,1 % iżda xorta baqgħet b’mod sinifikanti taħt il-livell tagħha tal-2021. |
4.7. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(513) |
Kif muri fit-Tabella 3 hawn fuq, matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi fl-Unjoni żdied bi 62 %, jew madwar 35 miljun tajer. Fl-istess perjodu, il-prezz tal-importazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni żdied bi 12 % (it-Tabella 4 hawn fuq), li hija żieda żgħira meta mqabbla mal-iżvilupp tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni, jiġifieri l-prezzijiet ta’ importazzjonijiet oħra ta’ pajjiżi terzi (+26 % kif muri fit-Tabella 17 hawn taħt), kif ukoll meta mqabbla mal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni li huma diġà ferm ogħla (+15 % kif muri fit-Tabella 8 hawn taħt). |
|
(514) |
L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika miż-żieda fil-konsum tal-Unjoni u tilfet kemm il-volumi tal-produzzjoni kif ukoll tal-bejgħ b’20 miljun u 7 miljun tajer rispettivament. Hija tilfet 7 punti perċentwali tas-sehem mis-suq, li naqas minn 60 % għal 53 %. Il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni naqset b’4 % u l-użu tal-kapaċità naqas minn 86 % għal 83 %. L-impjiegi naqsu gradwalment matul il-perjodu kkunsidrat u b’5 % b’mod ġenerali li jikkorrispondi għal telf ta’ madwar 4 500 impjieg full-time ekwivalenti. Il-produttività naqset ukoll bi 2 %. |
|
(515) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-kost medju tal-produzzjoni għal kull unità (il-gradi kollha flimkien) tal-industrija tal-Unjoni żdied b’25 %, li jikkorrispondi għal madwar 11-il EUR/tajer, filwaqt li l-prezzijiet medji tal-bejgħ tagħha fl-Unjoni żdiedu bi 15 % biss, inqas minn 8 EUR/tajer. Fi kliem ieħor, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tittrasferixxi ż-żidiet fil-kostijiet tagħha lill-klijenti tagħha. L-istess xejriet ġew osservati wkoll f’livell ta’ grad aktar granulari. Konsegwentement, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni naqset kemm fil-livell aggregat (-46 %) kif ukoll f’kull grad individwalment (-48 %, -26 % u -78 % fil-grad 1, 2 u 3 rispettivament). |
|
(516) |
Filwaqt li ftit indikaturi tad-dannu wrew xejra stabbli jew li qed tiżdied, jiġifieri l-fluss tal-flus kontanti, l-investimenti u r-redditu fuq l-investiment (ara t-Tabella 14 hawn fuq), dawn l-indikaturi ma humiex determinanti tal-kundizzjoni ġenerali tal-industrija. Jiġifieri, iż-żieda fl-investimenti fil-każ kurrenti tikkostitwixxi rispons strateġiku għal kundizzjonijiet avversi fil-forma ta’ riorganizzazzjoni u adattament mill-ġdid rapidi, aktar milli evidenza ta’ industrija b’saħħitha li qed tespandi kif spjegat fil-premessa (503) hawn fuq. Bl-istess mod, it-titjib fir-redditu fuq l-investiment ma jirriflettix is-saħħa operattiva. Dan jirrifletti ritrattament strutturali minn segmenti ta’ gradi aktar baxxi, fejn l-industrija ma tistax tibqa’ tikkompeti fuq il-prezz, lejn prodotti tal-grad 1 fejn il-kompetizzjoni fil-prezzijiet hija inqas severa. Ir-redditu jitjieb mhux għax il-prestazzjoni sottostanti tal-industrija tjiebet, iżda sempliċement għax il-prodotti ta’ grad 1 għandhom prezzijiet ogħla u għalhekk marġini ogħla. Barra minn hekk, il-fluss tal-flus kontanti jista’ jkun ir-riżultat ta’ prattiki tal-kontabilità (eż. il-posponiment tal-manutenzjoni, id-deprezzament mhux fi flus kontanti) aktar milli riflessjoni tal-prestazzjoni immedjata tas-suq kompetittiv. Għalhekk, dawn l-indikaturi jistgħu jibqgħu temporanjament stabbli anke f’ċirkostanzi fejn l-indikaturi operattivi ewlenin, bħall-volumi tal-bejgħ, il-prezzijiet, u l-profittabbiltà, diġà jkunu qed jiddeterjoraw bħala riżultat ta’ dumping dannuż. |
|
(517) |
Bħala konklużjoni, il-maġġoranza tal-indikaturi tad-dannu bħall-produzzjoni, il-kapaċità, l-użu tal-kapaċità, il-kwantità tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, l-impjiegi, il-profittabbiltà u l-produttività wrew xejra negattiva ċara matul il-perjodu kkunsidrat. Ix-xejriet negattivi ġew ikkonfermati mill-analiżi tal-gradi, jiġifieri fuq il-kostijiet, il-prezzijiet u l-profittabbiltà għal kull grad, li wriet żieda fil-kostijiet li taqbeż dik tal-prezzijiet tal-bejgħ li tfisser tnaqqis fil-profittabbiltà f’kull grad, fejn il-grad 3 sar ekonomikament mhux vijabbli għall-industrija tal-Unjoni meta din tiffaċċa volumi ta’ importazzjonijiet li żdiedu mir-RPĊ. Fl-istampa ġenerali tad-dannu, meta jiġu vvalutati b’mod olistiku, dawn l-iżviluppi negattivi jegħlbu s-sinjali pożittivi limitati (fil-fluss tal-flus kontanti u r-redditu fuq l-investimenti) u jappoġġaw sejba ta’ dannu materjali. |
|
(518) |
Diversi partijiet, Deldo u Interpneu, il-Grupp GITI u s-CRIA, sostnew li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu, b’mod partikolari fis-segmenti tal-grad 1 u l-grad 2. Jiġifieri, Deldo u Interpneu argumentaw li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali u semmew ir-riżultati finanzjarji tajbin fir-rapporti finanzjarji tal-2024 disponibbli għall-pubbliku ta’ wħud mill-akbar gruppi ta’ produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet iddikjaraw ukoll li l-ebda analiżi xierqa tad-dannu ma setgħet titwettaq mingħajr ma tkun magħrufa d-distribuzzjoni tal-volumi tal-bejgħ għal kull grad. |
|
(519) |
Il-Kummissjoni nnotat li r-rapporti finanzjarji disponibbli għall-pubbliku ta’ ċerti gruppi ta’ produtturi tal-Unjoni ma kinux relatati mal-prodott taħt investigazzjoni u lanqas mal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni esklużivament u għalhekk ma ċaħdux is-sejbiet tad-dannu. |
|
(520) |
Fir-rigward tat-talba għall-analiżi tad-dannu b’informazzjoni dwar il-volumi tal-bejgħ għal kull grad, il-Kummissjoni żiedet tali informazzjoni fit-Tabella 16 hawn taħt billi pprovdiet sommarju bbażat fuq id-data vverifikata tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. L-analiżi tax-xejriet ta’ tnaqqis fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fil-grad 2 u l-grad 3 hija indikatur ċar tal-pressjoni kompetittiva tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina. Tabella 16 Distribuzzjoni tal-gradi tal-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni (%)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(521) |
Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (469), l-investigazzjoni kkonkludiet li huwa xieraq li titwettaq l-investigazzjoni u l-valutazzjoni tad-dannu dwar il-kamp ta’ applikazzjoni sħiħ tal-prodott (il-gradi kollha flimkien) u li din tiġi kkomplementata, fejn fattibbli, b’analiżi aktar granulari tal-gradi. Kif muri fit-Tabelli 9, 10, 11 u 15 hawn fuq, id-data dwar il-gradi, bid-distribuzzjoni tal-volumi tal-bejgħ kif muri fit-Tabella 16 hawn fuq, ikkonfermat id-dannu li nstab fil-grad aggregat. Kif imsemmi fil-premessi (425) u (426), il-Kummissjoni sabet li kien hemm kompetizzjoni bejn il-gradi. B’riżultat ta’ dan, l-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezz baxx li huma fil-biċċa l-kbira tal-grad 3 qed jimbuttaw lill-industrija tal-Unjoni fis-segmenti superjuri iżda minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet, dawk is-segmenti wkoll esperjenzaw tnaqqis fil-volumi u fil-profittabbiltà. Ir-raġunament wara din il-pressjoni fuq il-prezzijiet huwa li anke jekk id-differenza fil-prezzijiet fost diversi gradi kellha tiġi ġġustifikata sa ċertu punt minn standards ogħla ta’ kwalità u ta’ prestazzjoni fil-gradi superjuri, aktar ma tikber id-differenza fil-prezzijiet bejn il-grad 3 u s-segmenti superjuri, aktar ikun hemm xerrejja li jaqilbu għal segmenti aktar baxxi. Għaldaqstant, l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping mhux biss iwaqqgħu s-segment li fih jikkompetu direttament, iżda joħolqu distorsjoni fl-imġiba tax-xiri fis-suq kollu kemm hu, u b’hekk irażżnu d-domanda u l-prezzijiet tat-tajers prodotti fl-Unjoni f’kull grad. Dan huwa saħansitra aktar minnu meta jitqies il-fatt li l-prodotti tal-grad 2 jew 3 għandhom, għal ċerti parametri tekniċi, prestazzjonijiet simili għal prodotti minn gradi ogħla. Għalhekk, l-affermazzjonijiet dwar in-nuqqas ta’ dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni ġew miċħuda. |
|
(522) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-Grupp GITI qabel li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali mill-importazzjonijiet Ċiniżi fil-biċċa l-kbira tal-grad 3, madankollu huwa sostna li dan id-dannu kien limitat għall-grad 3 (jiġifieri 14 % tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni) u ma setax jiġi estrapolat għall-bqija tal-bejgħ tal-Unjoni, jiġifieri għall-gradi 1 u 2, mingħajr analiżi tad-dannu segmentata sħiħa. Il-Grupp Giti rrefera għas-sejbiet tal-Korp tal-Appell fil-kawża taċ-Ċina - HP-SSST (il-Ġappun) (179), mingħajr ma pprovda aktar dettalji fil-kummenti miftuħa tiegħu. Skont il-Grupp GITI, meta wieħed iħares lejn il-grad 1 u l-grad 2 separatament, ma seta’ jinstab l-ebda dannu. F’dan ir-rigward, il-Grupp GITI argumenta li t-tnaqqis fil-profittabbiltà fil-grad 1 kien ikkontestat mix-xejriet fir-redditu fuq l-investiment, u l-investiment waqt l-istess perjodu u fi kwalunkwe każ, ma setax ikun dovut għall-importazzjonijiet Ċiniżi fil-biċċa l-kbira tal-grad 3 minħabba l-kompetizzjoni diretta limitata bejn il-grad 3 u l-grad 1. Minflok, il-Grupp GITI argumenta li l-profittabbiltà għall-grad 1 naqset minħabba t-telf fil-volum tal-esportazzjoni u ż-żieda sussegwenti fil-kost unitarju. Għall-grad 2, il-Grupp GITI qies li l-Kummissjoni naqset milli tanalizza sa liema punt it-tnaqqis fil-profitt seta’ kien ikkawżat minn xaqlib lejn il-bejgħ tal-OE. Barra minn hekk, il-Grupp GITI argumenta li minħabba li ma nstab l-ebda twaqqigħ tal-prezz fil-grad 2, il-Kummissjoni, bl-estrapolazzjoni tas-sejbiet tagħha dwar it-twaqqigħ tal-prezz minn 14 % tal-bejgħ tagħha għall-bqija tal-bejgħ, kisret l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 3(2) u 3(3) tar-Regolament bażiku, jiġifieri li tistabbilixxi l-effetti fuq il-prezzijiet abbażi ta’ investigazzjoni oġġettiva u evidenza pożittiva. B’riżultat ta’ dan, il-Grupp GITI sostna li l-miżuri (jekk ikun hemm) jistgħu jiġu imposti biss fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-grad 3. |
|
(523) |
B’mod simili, Kumho argumentat li suq segmentat talab valutazzjoni segmentata tad-dannu u li d-dannu kien limitat għall-grad 3 u ma setax jiġi estrapolat għall-industrija kollha tal-Unjoni, li kellha 86 % tal-bejgħ tagħha fil-gradi 1 u 2. Kumho qieset li l-gradi 1 u 2 ma wrew l-ebda sinjal ta’ dannu peress li f’dawk iż-żewġ gradi ma nstab l-ebda twaqqigħ tal-prezz u l-industrija tal-Unjoni baqgħet profittabbli. Kumho żiedet ukoll li l-marġni medju tat-twaqqigħ tal-prezz li jaggrega l-grad 2 u l-grad 3 kien metodoloġikament difettuż, peress li ma kienx iqabbel prodotti simili. Fl-aħħar nett, Kumho żiedet ukoll li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa’ ogħla minn 50 % matul il-perjodu kkunsidrat, u naqas biss sa ċertu punt limitat. Kumho evokat kawża tal-qorti (180) fejn f’ċirkostanzi simili l-Qorti annullat Regolament li jimponi dazji anti-dumping definittivi minħabba żball manifest mill-Kummissjoni meta kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni kienet ġarrbet dannu materjali. |
|
(524) |
Is-CRIA żiedet ukoll li l-Kummissjoni trid twettaq analiżi kompletament segmentata tad-dannu u tal-kawżalità filwaqt li teżamina wkoll l-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi. Is-CRIA ddikjarat li t-tnaqqis fis-sehem mis-suq kien jeħtieġ li jitqies fil-kuntest tal-espansjoni tal-konsum tal-Unjoni li fil-biċċa l-kbira kien ikkonċentrat fil-grad 3 filwaqt li l-bejgħ fil-gradi 1 u 2 baqa’ stabbli. Is-CRIA affermat li għalkemm il-profittabbiltà naqset, din baqgħet pożittiva u fid-dawl taż-żieda fl-investimenti ma kinitx tikkostitwixxi dannu materjali. Fl-aħħar nett, is-CRIA insistiet ukoll fuq il-ħtieġa ta’ analiżi segmentata addizzjonali għat-tajers niċċa minħabba n-nuqqas ta’ interkambjabbiltà tagħhom u rreferiet għad-data pprovduta minn Shandong Linglong, produttur esportatur inkluż fil-kampjun fl-investigazzjoni parallela dwar is-sussidju (181) li għaddejja, li abbażi tagħha tista’ titwettaq din l-analiżi. |
|
(525) |
Il-Kummissjoni qieset li minħabba s-sostitwibbiltà tal-prodott u r-relazzjoni kompetittiva fost il-gradi u d-diversi tipi ta’ prodotti (inklużi tajers niċċa), kif indirizzat fit-taqsima 4.3 hawn fuq, il-kundizzjonijiet għal analiżi segmentata bis-sħiħ tad-dannu u tal-kawżalità ma ġewx issodisfati. Fir-rigward tal-allegat nuqqas ta’ dannu materjali fil-gradi 1 u 2, il-Kummissjoni fakkret li l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz u indikaturi oħra tad-dannu jenħtieġ li ma jittieħdux b’mod iżolat u li elementi bħat-trażżin tal-prezzijiet u l-evoluzzjoni tal-profittabbiltà għall-gradi 1 u 2 jindikaw b’mod ċar dannu materjali f’kuntest ta’ żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi li għandhom impatt fuq il-gradi kollha kemm direttament kif ukoll indirettament (il-kompetizzjoni bejn il-gradi). Barra minn hekk, l-argument ta’ GITI li jqabbel l-evoluzzjoni tar-redditu fuq l-investiment u l-investimenti mal-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fil-grad 1 ma setax jiġi aċċettat peress li kien jiddependi fuq informazzjoni li tappartjeni għal settijiet differenti ta’ data (il-gradi kollha vs il-grad 1 biss). Bl-istess mod, id-dikjarazzjoni li d-deterjorament tal-prestazzjoni tal-grad 1 kien marbut ma’ tnaqqis fil-prestazzjoni tal-esportazzjoni kellha tiġi miċħuda. Filwaqt li l-volum tal-esportazzjoni tabilħaqq naqas, il-Kummissjoni osservat li l-prezzijiet tal-esportazzjoni żdiedu b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat (+39 %, kif indikat fit-Tabella 18). Tali żieda kienet ħafna aktar sinifikanti minn dik osservata fis-suq tal-Unjoni matul l-istess perjodu (+15 %, bħal fit-Tabella 8). Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tnaqqis fil-volum tal-esportazzjoni kien fil-biċċa l-kbira kkumpensat minn żieda fil-prezzijiet u maqtugħ mill-evoluzzjoni tal-prestazzjoni fil-grad 1. Fi kwalunkwe każ, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni hija relatata mal-gradi kollha filwaqt li l-GITI rrefera biss għall-prestazzjoni fil-grad 1. L-affermazzjoni spekulattiva dwar xaqlib lejn il-bejgħ tal-OE ġiet miċħuda fin-nuqqas ta’ evidenza ta’ sostenn. |
|
(526) |
Bl-istess mod, dawn il-partijiet li argumentaw li d-dannu mġarrab fil-grad 3 mill-industrija tal-Unjoni ma setax jiġi estrapolat għall-bqija tal-bejgħ tagħha minħabba n-nuqqas ta’ twaqqigħ tal-prezz fil-gradi 2 u 1 injoraw is-sejbiet dwar is-soppressjoni tal-prezzijiet fil-livelli kollha. L-Artikolu 3(3) tar-Regolament bażiku jirrikonoxxi bl-istess mod is-soppressjoni tal-prezzijiet bħala indikazzjoni valida tal-impatt fuq il-prezzijiet tal-esportazzjonijiet oġġett ta’ dumping, li ġie nnotat fil-gradi kollha, kif muri fit-taqsimiet 4.6.3.1 u fil-premessa (521) ta’ hawn fuq. Bi tweġiba għall-affermazzjoni dwar il-validità tal-marġni aggregat tat-twaqqigħ tal-prezz, il-Kummissjoni nnotat li hija xorta żgurat it-tqabbil tal-prodott u dan ingħata bħala indikazzjoni addizzjonali u mhux bħala sostituzzjoni għat-tqabbil tal-prezzijiet fil-livell tal-grad. Fir-rigward tal-livell ta’ profittabbiltà u tas-sehem mis-suq, il-Kummissjoni nnotat li sabiex tingħata indikazzjoni tal-prestazzjoni ekonomika, dawn l-indikaturi jridu jitqiesu fit-termini tax-xejriet tagħhom għall-kuntrarju tal-livell assolut tagħhom. Ix-xejriet tagħhom urew deterjorament ċar (fil-każ ta’ profittabbiltà fil-gradi kollha) u b’hekk ikkwalifikaw li juru dannu. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni qieset li l-profittabbiltà medja ta’ 8 % miksuba fil-perjodu ta’ investigazzjoni ma kinitx biżżejjed għal industrija intensiva fil-kapital bħal tat-tajers, u taħt il-profitt fil-mira stabbilit. Fir-rigward tas-sehem mis-suq, kif ipprovdut fit-Tabella 6 hawn fuq, telf ta’ 10 punti perċentwali huwa sinjal ieħor ta’ dannu materjali. Barra minn hekk, l-affermazzjoni tas-CRIA li ż-żieda fil-konsum tal-Unjoni kienet limitata għall-grad 3 ma kinitx sostanzjata u fi kwalunkwe każ ma kinitx ikkonfermata mill-investigazzjoni, u dan juri li l-industrija tal-Unjoni setgħet (għalkemm sa ċertu punt b’mod limitat) iżżid il-volumi tal-bejgħ tagħha fi gradi ogħla (kif indikat fit-Tabella 16 hawn fuq). Għalhekk, l-affermazzjonijiet tal-Grupp GITI, ta’ Kumho u tas-CRIA ġew miċħuda. |
|
(527) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
5. KAWŻALITÀ
|
(528) |
F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufin oħra setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi għajr l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi kienu: il-prestazzjoni tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni; l-importazzjonijiet fl-Unjoni minn pajjiżi terzi oħra; livell għoli ta’ awtoimportazzjonijiet miċ-Ċina realizzati mill-industrija tal-Unjoni, u ż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni. |
5.1. Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping
|
(529) |
Kif spjegat fit-taqsima 4.6.2, l-analiżi tal-indikaturi tad-dannu wriet li f’suq tal-Unjoni li qed jikber, l-industrija tal-Unjoni tilfet il-bejgħ, l-ishma mis-suq u l-volumi tal-produzzjoni filwaqt li matul l-istess perjodu, l-importazzjonijiet Ċiniżi fl-Unjoni żdiedu b’aktar minn 35 miljun unità. B’konsegwenza ta’ dan, il-produtturi esportaturi Ċiniżi rnexxielhom iżidu s-sehem mis-suq tagħhom minn 18 % għal 28 % prinċipalment għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni, li esperjenzat tnaqqis fis-sehem mis-suq minn 60 % għal 53 %. |
|
(530) |
Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping waqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kif muri fil-premessa (445), il-marġni medju tat-twaqqigħ tal-prezzijiet (b’paragun li jiżgura t-tqabbil tal-gradi li għalih intalbet informazzjoni fil-livell tat-tranżazzjonijiet tal-bejgħ) laħaq id-19 %. Fil-grad 3, it-twaqqigħ medju tal-prezzijiet kien saħansitra ogħla, jiġifieri 34,7 %. Barra minn hekk, kif diġà ġie spjegat fil-premessa (461), l-industrija tal-Unjoni kienet soġġetta għal soppressjoni tal-prezzijiet kontinwa u li qed tiżdied. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni kienu dejjem taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u mhux biss fil-grad tal-prodott kollu kemm hu, iżda wkoll meta wieħed iħares lejn il-gradi 3 u 2 individwalment. Billi kienu irħas b’mod konsistenti mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, l-importazzjonijiet Ċiniżi eżerċitaw soppressjoni kontinwa tal-prezzijiet u b’hekk żammew lill-industrija tal-Unjoni milli tkun tista’ tgħolli l-prezzijiet tagħha skont iż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni. B’konsegwenza ta’ dan, il-profittabbiltà ġenerali tal-industrija tal-Unjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni sħiħ tal-prodott uriet xejra ’l isfel ċara, ikkonfermata minn analiżi tal-gradi (Tabelli 14 u 15). |
|
(531) |
Fil-qosor, l-analiżi tal-indikaturi tad-dannu wriet b’mod ċar li s-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet marret għall-agħar u li dan ikkoinċida maż-żieda sinifikanti fil-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet baxxi ħafna. Il-prezzijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi waqqgħu dawk tal-industrija tal-Unjoni u eżerċitaw soppressjoni tal-prezzijiet fuq l-industrija tal-Unjoni, u b’hekk kisbu ishma mis-suq. |
|
(532) |
Is-CRIA, Deldo, il-Grupp GITI u Interpneu argumentaw li anke jekk l-industrija tal-Unjoni esperjenzat xi dannu, dan ma jistax jiġi attribwit għall-importazzjonijiet miċ-Ċina, peress li dawk kienu kkonċentrati kważi esklużivament fil-grad 3 li għandu rwol marġinali fil-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, li biddlet il-fokus tagħha għal gradi ogħla u aktar profittabbli. Konsegwentement, is-CRIA u l-Grupp GITI appellaw lill-Kummissjoni biex twettaq analiżi tal-kawżalità għal kull grad. |
|
(533) |
Bi tweġiba għal dawn l-affermazzjonijiet, kif diġà spjegat fil-premessi (425) u (426), il-Kummissjoni sabet li t-tajers oġġett ta’ dumping minn gradi aktar baxxi jeżerċitaw pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet tat-tajers minn gradi ogħla u b’hekk inaqqru l-profittabbiltà tagħhom. Barra minn hekk, l-affermazzjoni li l-grad 3 għandu biss rwol marġinali tinjora n-natura integrata tal-produzzjoni tat-tajers. Tajers destinati għal gradi differenti ġeneralment jiġu manifatturati fuq l-istess tagħmir li jfisser li tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni fi grad wieħed jaffettwa gradi oħra fl-istess ħin, peress li inevitabbilment iħalli impatt fuq l-użu tal-kapaċità, l-assorbiment tal-kostijiet, u l-effiċjenza ġenerali fil-gradi kollha. Din l-interdipendenza tfisser li l-pressjoni f’segment wieħed ma tistax tiġi iżolata mingħajr konsegwenzi għall-industrija kollha kemm hi. Konsegwentement, il-valutazzjoni tad-dannu twettqet fuq il-kamp ta’ applikazzjoni sħiħ tal-prodott, b’analiżi addizzjonali ta’ ċerti indikaturi tad-dannu fuq livell ta’ gradi. Din l-analiżi kkonfermat id-dannu mġarrab fi gradi ogħla (grad 2 u grad 1) ukoll. |
|
(534) |
Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessi (425) u (426), il-Kummissjoni kkunsidrat li kien hemm kompetizzjoni bejn il-gradi, li tfisser li tajers minn gradi differenti kienu qed jikkompetu ma’ xulxin u konsegwentement l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping tal-grad 3 eżerċitaw pressjoni ’l isfel mhux biss fuq il-prezzijiet tal-grad 3 iżda wkoll fuq dawk ta’ gradi ogħla. Għalhekk, analiżi separata tal-kawżalità skont il-grad ma kinitx ġustifikata. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
|
(535) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, is-CRIA, il-Grupp GITI, Kumho u Shandong Yongsheng argumentaw li minħabba s-sostitwibbiltà limitata u t-trikkib kompetittiv bejn il-grad 1 u l-grad, 3 ma kien hemm l-ebda rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi fil-biċċa l-kbira tal-grad 3 u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, li kkonċentrat l-attività ekonomika tagħha fil-gradi 1 u 2. F’dan ir-rigward, is-CRIA enfasizzat li t-trikkib marġinali mal-grad 3 kien kompletament insuffiċjenti biex tiġi eżerċitata pressjoni kompetittiva fuq il-grad 2 u wisq inqas fuq il-grad 1. Il-Grupp Giti żied ukoll li minħabba li l-analiżi tal-prezzijiet ma kinitx konformi mal-Artikoli 3(2) u 3(3) tar-Regolament bażiku, jiġifieri li għandha tiġi stabbilita abbażi ta’ investigazzjoni oġġettiva u evidenza pożittiva kif spjegat fil-Premessa (522) hawn fuq, l-analiżi kollha tal-kawżalità ġiet imminata wkoll. Shandong Yongsheng argumentat ukoll li l-fatt li l-industrija tal-Unjoni kienet għadha kapaċi żżid il-prezzijiet tagħha u tibqa’ profittabbli wera wkoll l-istatus b’saħħtu tagħha, u għalhekk l-effett fuq il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi kien manifestament sopravalutat. |
|
(536) |
L-affermazzjonijiet li jikkonċernaw aspetti ta’ interkambjabbiltà, kompetizzjoni bejn il-gradi u l-analiżi tal-prezzijiet diġà ġew ikkonfutati fid-dettall mill-Kummissjoni fit-taqsimiet 4.3 u 4.7 hawn fuq, u konsegwentement l-argumenti li jikkontestaw ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fuq il-bażi tagħhom ġew miċħuda. Il-Kummissjoni għaldaqstant żammet mal-konklużjoni dwar ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping Ċiniżi u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
5.2. Effetti ta’ fatturi oħrajn
5.2.1. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(537) |
Il-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 17 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra (tajers, unitajiet)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(538) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volumi tal-importazzjonijiet Ċiniżi qabżu bil-bosta l-volumi minn kwalunkwe pajjiż esportatur ieħor. Fil-fatt, mill-2023, l-importazzjonijiet miċ-Ċina biss kienu ogħla mill-importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra kollha flimkien. |
|
(539) |
Il-volum totali tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra kollha minbarra ċ-Ċina naqas b’madwar 4 miljun unità matul il-perjodu kkunsidrat u s-sehem mis-suq tagħhom naqas minn 22 % għal 19 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-Kummissjoni ma għandhiex informazzjoni dwar id-distribuzzjoni tal-gradi tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra lejn l-Unjoni, iżda fi kwalunkwe każ, il-grad medju tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi kien ferm ogħla mill-prezzijiet medji tal-industrija tal-Unjoni tal-grad 3 u tal-grad 2 matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, b’kuntrast mal-iżviluppi fil-prezzijiet Ċiniżi, ir-rata taż-żieda fil-prezzijiet tal-esportazzjonijiet minn pajjiżi terzi kienet bejn wieħed u ieħor konformi mar-rata taż-żieda fil-kostijiet tal-industrija tal-Unjoni, u għalhekk x’aktarx ma kinitx se trażżan il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(540) |
Abbażi tad-data ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina ma kkawżawx dannu lill-industrija tal-Unjoni, la f’termini ta’ volum u lanqas f’termini ta’ prezzijiet. |
5.3. Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(541) |
Il-volum u l-prezzijiet medji tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 18 Prestazzjoni tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni (tajers, unitajiet)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(542) |
Abbażi tal-Eurostat, il-volumi tal-esportazzjoni naqsu bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat, jiġifieri b’madwar 10 miljun unità. Dan it-tnaqqis jenħtieġ li jitqies fil-kuntest tat-tnaqqis ġenerali fil-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, li kien id-doppju, jiġifieri 20 miljun tajer. Madankollu, il-livell medju tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet żdied b’mod stabbli f’konformità mal-iżviluppi tal-kostijiet tal-produzzjoni u b’mod proporzjonali aktar mill-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni. Minħabba din ix-xejra fil-prezzijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-attività tal-esportazzjoni ma setgħetx tnaqqas ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu li nstab. |
5.4. Żieda fil-kost tal-produzzjoni
|
(543) |
Is-CRIA, Deldo, il-Grupp GITI, Guangzhou Jiachi Tire Co Ltd (“Jiachi”) u Interpneu sostnew li d-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni, jekk kien hemm, kien dovut għaż-żieda ġenerali fil-kostijiet tal-produzzjoni fl-Unjoni, b’mod partikolari fil-kostijiet tal-enerġija u tal-manodopera kif ukoll xi prezzijiet tal-materja prima, bħal-lastiku sintetiku u l-iswed tal-karbonju li għalihom kellhom jinstabu fornituri alternattivi minflok ir-Russja mill-produtturi tal-Unjoni. |
|
(544) |
Tabilħaqq, kif diġà msemmi fit-taqsima 4.6.3.1 u fit-Tabella 11, il-kost għal kull unità tal-produzzjoni żdied matul il-perjodu kkunsidrat. B’mod importanti, l-investigazzjoni sabet ukoll li minħabba s-soppressjoni aggressiva tal-prezzijiet minn importazzjonijiet Ċiniżi bi prezz baxx li huma oġġett ta’ dumping, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgħolli l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha skont dawn l-iżviluppi fil-kostijiet. F’dan ir-rigward, huwa wkoll sinifikanti ħafna li, kif jidher fit-Tabella 4 u spjegat fil-premessa (443), ir-rata taż-żieda fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi baqgħet taħt dik tal-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha individwalment u f’daqqa (Tabella 17). Din l-imġiba aggressiva fl-ipprezzar kienet ir-raġuni ewlenija għall-inkapaċità tal-industrija tal-Unjoni li taġġusta l-prezzijiet tagħha għaż-żidiet fil-kostijiet li min-naħa tagħhom wasslu għat-tnaqqis fil-profittabbiltà. Iż-żidiet fil-kostijiet, kif imsemmi fil-premessa (489), kienu parzjalment dovuti għall-kostijiet fissi ogħla, bħad-deprezzament u l-ispejjeż ġenerali għal kull unità, li jirriżultaw mit-tnaqqis fil-produzzjoni. Dan it-tnaqqis fil-volumi tal-produzzjoni kien, fil-biċċa l-kbira min-naħa tiegħu, konsegwenza tal-preżenza tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, l-operaturi ekonomiċi ġeneralment jistgħu jittrasferixxu ż-żidiet fil-kostijiet tagħhom, mingħajr ma jkunu mġiegħla jġarrbu l-impatt sħiħ ta’ kostijiet fissi ogħla, b’mod speċjali meta relatati ma’ dawk l-elementi tal-kostijiet li ma humiex speċifiċi għall-industrija (l-enerġija u l-manodopera) u li jaffettwaw bl-istess mod industriji/setturi oħra wkoll. |
|
(545) |
Għalhekk, abbażi ta’ dak ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li anke jekk iż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni setgħet ikkontribwiet għad-diffikultajiet ekonomiċi tal-industrija tal-Unjoni, din ma naqqsetx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi li huma oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab. |
|
(546) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, is-CRIA, Kumho u Shandog Yongsheng tennew l-affermazzjoni tagħhom li ż-żieda fil-kostijiet tal-enerġija u l-inflazzjoni kienu l-kawżi ewlenin tad-dannu. F’dan ir-rigward, Kumho affermat li fl-analiżi tal-kostijiet tagħha l-Kummissjoni naqset milli tindirizza l-impatt tal-kriżi tal-enerġija u l-politiki Ewropej dwar l-enerġija u s-sostenibbiltà. Skont Kumho, il-Kummissjoni naqset ukoll milli tissostanzja s-sejbiet tagħha li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgħaddi ż-żidiet fil-kostijiet lill-klijenti tagħha minħabba l-imġiba tal-ipprezzar tal-importazzjonijiet Ċiniżi. Minflok, minħabba li t-tnaqqis fil-profittabbiltà kien konformi maż-żieda fil-kostijiet, Kumho kkonkludiet li d-dannu rifless fit-tnaqqis fil-profittabbiltà kien dovut għaż-żidiet fil-kostijiet. Shandong Yongsheng sostniet ukoll li ż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni ċertament għamlet ħsara lill-industrija tal-Unjoni. |
|
(547) |
Il-Kummissjoni qieset li dawn l-argumenti jew ma kinux issostanzjati jew ma kkontestawx b’fatti l-analiżi u l-konklużjonijiet milħuqa fil-premessi (544) u (545) hawn fuq. B’mod partikolari, il-Kummissjoni diġà kkonfermat li analizzat l-impatt taż-żidiet fil-kostijiet tal-produzzjoni, li kienu jinkludu wkoll dawk tal-kostijiet tal-enerġija. Il-fatt li t-tnaqqis fil-profittabbiltà kkoinċida ma’ żieda fil-kostijiet ma jfissirx fih innifsu li kien dovut għalihom, jew li ż-żieda/żidiet fil-kost(ijiet) hija/huma l-unika kawża ta’ dannu. Din l-analiżi hija sinifikanti biss flimkien max-xejriet tal-prezzijiet, li juru b’mod ċar li fl-istess perjodu u fil-gradi kollha, ir-rata taż-żidiet fil-prezzijiet tal-bejgħ kienet konsistentement taħt ir-rata taż-żidiet fil-kostijiet, u dan jikkostitwixxi d-definizzjoni ta’ soppressjoni tal-prezzijiet. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat li ż-żieda fil-prezz tal-bejgħ miksuba mill-industrija tal-Unjoni kienet saħansitra aktar modesta fid-dawl tal-pressjoni inflazzjonarja evokata mis-CRIA, u dan ikompli jsaħħaħ l-argument li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx qed topera f’kundizzjonijiet normali tas-suq, iżda minflok b’soppressjoni tal-prezzijiet. L-evoluzzjoni tal-prezzijiet fis-swieq tal-esportazzjoni kif ippreżentata fit-Tabella 18 tappoġġa wkoll dan ir-raġunament. Abbażi ta’ dan, id-dikjarazzjonijiet tagħhom ġew miċħuda. |
5.5. Dannu awtoinflitt: investimenti u awtoimportazzjonijiet mir-RPĊ
|
(548) |
Diversi partijiet affermaw li d-dannu tal-industrija tal-Unjoni, jekk hemm, huwa dovut għad-deċiżjonijiet kummerċjali tagħha stess, b’mod partikolari l-kostijiet għoljin tal-investiment kif ukoll il-volum għoli ta’ awtoimportazzjonijiet mill-industrija tal-Unjoni mir-RPĊ. |
|
(549) |
Is-CRIA, Deldo, il-Grupp GITI u Interpneu sostnew li t-tnaqqis fil-profitti tal-industrija tal-Unjoni, jekk hemm, kien dovut għall-kostijiet għoljin tal-investimenti li għandhom l-għan li jtejbu l-produzzjoni u l-awtomatizzazzjoni f’diversi impjanti li jiffukaw fuq il-prodotti tal-grad 1. Il-partijiet interessati semmew diversi artikli tal-aħbarijiet u avviżi minn produtturi ewlenin tal-Unjoni dwar l-attivitajiet ta’ investiment eżegwiti jew ippjanati tagħhom. |
|
(550) |
Deldo u Interpneu affermaw ukoll li l-industrija tal-Unjoni kkontribwiet għad-dannu tagħha stess billi żiedet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat miċ-Ċina matul il-perjodu kkunsidrat filwaqt li rreferew għall-Anness 10 tal-ilment li jindika żieda ta’ 237 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(551) |
Kif diġà ġie spjegat fit-taqsima 4.6.3.4 hawn fuq, il-livell għoli ta’ investimenti fil-fehma tal-Kummissjoni, huwa aktar konsegwenza, pjuttost milli l-kawża tad-dannu. Kif ġie indikat sew mill-partijiet interessati nfushom, dawn l-investimenti kienu meħtieġa sabiex jadattaw għal sitwazzjoni tas-suq li nbidlet, jiġifieri l-importazzjonijiet Ċiniżi li kienu l-oġġett ta’ dumping li daħlu f’volum dejjem jikber. L-industrija tal-Unjoni ma kellha l-ebda għażla oħra ħlief li żżid l-investimenti bil-għan li ttejjeb l-effiċjenza tal-produzzjoni u li tadatta l-portafoll tal-prodotti u l-faċilitajiet tal-impjanti għal segment ogħla, li madankollu kien diġà affettwat b’mod negattiv minn importazzjonijiet Ċiniżi inġusti. Barra minn hekk, dawn l-allegazzjonijiet instabu li kienu spekulattivi u mhux sostanzjati. Il-partijiet interessati ma wrewx l-eżistenza ta’ xi investiment li ma kienx ekonomikament ġustifikat. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(552) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni dwar iż-żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina tal-prodott ikkonċernat mill-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li, minħabba l-volum ġenerali baxx (inqas minn 1 % tal-volumi totali tal-importazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni), ir-rata taż-żieda ma setax kellha impatt importanti. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm xejn fil-fajl li jindika li l-volum u/jew ix-xejra tal-importazzjonijiet miċ-Ċina mill-industrija tal-Unjoni jikkawżaw kwalunkwe dannu lill-industrija tal-Unjoni, wisq inqas li jkissru r-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(553) |
Wara d-divulgazzjoni finali, is-CRIA tenniet l-allegazzjoni li investimenti għoljin kienu l-kawża ewlenija tat-tnaqqis fil-profittabbiltà. Skont is-CRIA, minħabba t-twaqqit ta’ dawn l-investimenti (l-aktar żieda sinifikanti fl-investimenti diġà kienet seħħet fl-2022, meta l-profittabbiltà kienet għadha ta’ 12,8 %), dawn l-investimenti ma setgħux jiġu interpretati bħala miżura reattiva għall-importazzjonijiet Ċiniżi. Is-CRIA żiedet li minflok, l-investimenti kienu dovuti għal rekwiżiti ambjentali stretti prevalenti fl-Unjoni. Shandong Yongsheng sostniet li l-investimenti eċċessivi kienu r-raġuni tat-tnaqqis fil-profittabbiltà fil-grad 1 permezz taż-żieda fil-kost tad-deprezzament għall-kuntrarju tal-importazzjonijiet Ċiniżi tal-grad 3. Kumho u CRIA t-tnejn argumentaw li d-dannu kien ikkawżat minn investimenti għoljin, li rriżultaw minn deċiżjoni kummerċjali strateġika tal-industrija tal-Unjoni li tipprijoritizza segmenti ta’ profitt ogħla (bħall-gradi 1 u 2) u għalhekk it-tnejn li huma kkontestaw il-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-enfasi fuq gradi ogħla kienet konsegwenza tal-importazzjonijiet Ċiniżi, u argumentaw li minflok kienet deċiżjoni kummerċjali deliberata u ekonomikament ġustifikata sew. Din il-fehma kienet kondiviża wkoll mill-Koalizzjoni tal-Importaturi tal-PC-LL. |
|
(554) |
Is-CRIA sostniet ukoll li l-Kummissjoni naqset milli tivvaluta s-sottomissjoni preċedenti tagħha, jiġifieri li d-dannu kien fil-fatt dovut għall-kwalità ħażina tat-tajers tal-grad 3 tal-Unjoni. B’appoġġ għal dan, is-CRIA pprovdiet lista ta’ riżultati tat-testijiet li jindikaw għadd ta’ marki tal-Unjoni li ma jgħaddux minn diversi testijiet tas-sikurezza. |
|
(555) |
Fir-rigward tal-affermazzjonijiet dwar l-investimenti, il-Kummissjoni diġà spjegat fil-premessi (505) u (516) hawn fuq li dawn seħħew fil-kuntest tal-għeluq tal-impjanti u tar-riorganizzazzjoni meħtieġa, tal-adattament mill-ġdid tal-produzzjoni, u xejn fit-twaqqit tagħhom jew fir-rata ta’ żieda tagħhom ma jikkontradixxi dak li ġie ddeterminat, li għall-kuntrarju tad-dikjarazzjoni tas-CRIA, laħqu l-ogħla livell fil-perjodu tal-investigazzjoni fi kwalunkwe każ. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li, għall-kuntrarju tal-affermazzjoni tas-CRIA, l-investimenti fil-qasam ambjentali kienu inqas minn 6 % tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu kkunsidrat, meta tali informazzjoni kienet disponibbli. Dwar id-dikjarazzjonijiet li jikkonċernaw l-industrija tal-Unjoni, li volontarjament abbandunat il-grad 3, il-Kummissjoni nnotat li minbarra li ma kinux sostanzjati, dawn l-affermazzjonijiet jidhru li jiċħdu r-raġuni sottostanti ewlenija għal din il-bidla, jiġifieri l-kundizzjonijiet tas-suq insostenibbli maħluqa mill-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping. Dan minkejja l-fatt li fl-istess sottomissjonijiet, dawn l-istess partijiet irrikonoxxew li l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-grad 3 ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. |
|
(556) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni dwar il-kwalità fqira tat-tajers tal-grad 3 tal-industrija tal-Unjoni, it-testijiet ta’ falliment imressqa mis-CRIA jinkludu bl-istess mod il-marki tal-grad 3 u tal-grad 2, li jkomplu jikkonfermaw żewġ determinazzjonijiet importanti ħafna. L-ewwel waħda, li fl-aspetti tal-kwalità (riflessi fir-riżultati tat-test) hemm trikkib bejn it-tajers tal-grad 3 u tal-grad 2, u t-tieni li kemm it-tajers tal-grad 3 kif ukoll dawk tal-grad 2 huma għalhekk ikkontestati minn alternattivi Ċiniżi bi prestazzjoni għolja. Għalhekk, l-affermazzjonijiet ta’ CRIA, Kumho u Shandong Yongsheng ġew miċħuda. |
5.6. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(557) |
Ġiet stabbilita rabta kawżali ġenwina u sostanzjali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u ż-żieda fil-volumi tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina. |
|
(558) |
Il-volum u l-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitati fuq l-industrija tal-Unjoni mill-volum dejjem akbar ta’ importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi miċ-Ċina matul il-perjodu kkunsidrat ma ppermettewx lill-industrija tal-Unjoni tibbenefika mit-tkabbir fil-konsum tal-Unjoni. B’konsegwenza ta’ dan, il-produtturi esportaturi Ċiniżi kisbu sehem mis-suq għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, minħabba s-soppressjoni tal-prezzijiet, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha f’konformità maż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni. |
|
(559) |
Il-valutazzjoni tat-twaqqigħ tal-prezzijiet skont il-gradi kkonfermat ukoll l-analiżi ta’ hawn fuq. Il-prezz medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi baqa’ taħt il-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fil-gradi kollha, anke fil-grad 3, u b’hekk ikkonferma l-pressjoni ’l isfel fuq l-industrija tal-Unjoni. |
|
(560) |
Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufin fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. L-impatt ta’ fatturi identifikati oħrajn, jiġifieri: importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn; il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni; l-evoluzzjoni tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-investimenti kif ukoll tal-awtoimportazzjonijiet instabet li kienet negliġibbli jew li ma kinitx teżisti fl-iżviluppi negattivi tal-industrija tal-Unjoni, bħat-telf fil-produzzjoni, fil-volum tal-bejgħ, fis-sehem mis-suq kif ukoll it-tnaqqis fil-profittabbiltà. |
|
(561) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mir-RPĊ ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni u li l-fatturi l-oħrajn, ikkunsidrati individwalment jew b’mod kollettiv, ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali. 6. LIVELL TAL-MIŻURI |
|
(562) |
Sabiex tiddetermina l-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni eżaminat jekk dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed sabiex jitneħħa d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping lill-industrija tal-Unjoni. |
6.1. Marġni tad-dannu
|
(563) |
Id-dannu jitneħħa jekk l-industrija tal-Unjoni setgħet tikseb profitt fil-mira billi tbigħ bi prezz fil-mira fis-sens tal-Artikolu 7(2c) u 7(2d) tar-Regolament bażiku. |
|
(564) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, sabiex tistabbilixxi l-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin: il-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiż li qiegħed jiġi investigat, il-livell ta’ profittabbiltà meħtieġ sabiex ikopri l-kostijiet u l-investimenti kollha, ir-R & Ż u l-innovazzjoni, u l-livell ta’ profittabbiltà li wieħed għandu jistenna f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni normali. Jenħtieġ li tali marġni ta’ profitt ma jkunx anqas minn 6 %. |
|
(565) |
Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni stabbiliet profitt bażiku li jkopri l-kostijiet sħaħ f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Fin-nuqqas ta’ data disponibbli oħra, il-Kummissjoni stabbiliet il-profitt fil-mira fil-marġni tal-profitt tal-industrija tal-Unjoni għall-bejgħ tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni fl-2021, l-ewwel sena tal-perjodu ta’ investigazzjoni. Minkejja li, din is-sena, l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu diġà preżenti fis-suq tal-Unjoni, is-sehem mis-suq tagħhom (18 %) kien l-aktar baxx matul il-perjodu kkunsidrat u l-prezz medju tal-bejgħ tagħhom (27 EUR/tajer) kien f’medda simili għal dik tal-industrija tal-Unjoni (fis-segment tal-grad 3, 29 EUR/tajer). F’dik is-sena, il-marġni ta’ profitt ġie stabbilit għal medja ta’ 14,8 % u 15,1 %, 17,6 % u 9,4 % għall-gradi 1, 2 u 3 rispettivament. |
|
(566) |
Il-Grupp GITI sostna li l-2021 ma kinitx sena adegwata għall-profitt fil-mira minħabba r-rati ta’ profitt artifiċjalment għoljin miksuba minħabba l-lockdown fiċ-Ċina u t-tfixkil fil-kummerċ marittimu. Biex isostni l-affermazzjoni tiegħu, il-Grupp GITI evoka diversi investigazzjonijiet anti-dumping fejn il-Kummissjoni ċaħdet l-użu tal-livelli ta’ profitt tal-2021 abbażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, bħal plywood tal-artab u xemgħat (182). |
|
(567) |
Il-Kummissjoni fakkret li l-għażla ta’ profitt fil-mira adegwat kienet ir-riżultat ta’ analiżi kull każ għalih, u kienet kontinġenti fuq parametri speċifiċi għall-industrija. Fi kliem ieħor, il-konklużjonijiet milħuqa dwar snin adegwati għall-profitt fil-mira f’investigazzjoni waħda ma jipprekludux l-aktar għażla adegwata f’oħra. Aktar importanti minn hekk, minbarra dikjarazzjoni ġenerika u referenza għal każijiet oħra, il-parti ma pprovdiet l-ebda evidenza jew statistika konkreta dwar is-sitwazzjoni tas-suq fl-Unjoni li tikkonċerna l-prodott taħt investigazzjoni biex tissostanzja l-affermazzjoni tagħha li l-2021 ma kinitx xierqa għad-determinazzjoni tal-profitt fil-mira. Fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat miċ-Ċina, la l-volum tagħhom u lanqas il-livell tal-prezz tagħhom ma wrew tnaqqis jew żieda partikolari fl-2021 meta mqabbla mas-snin ta’ qabel il-perjodu kkunsidrat, jiġifieri l-2019 jew l-2020 li jissuġġerixxu ċirkostanza eċċezzjonali tas-suq favur l-industrija tal-Unjoni fl-2021. Il-volumi tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienu madwar 57 miljun tajer fl-2019 (l-istess volum bħal fl-2021) u 55 miljun fl-2020. Il-livell tal-prezz tagħhom kien ta’ 24,9 EUR/tajer u 23,8 EUR/tajer fl-2019 u fl-2020 rispettivament. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(568) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva Hankook u Kumho sostnew li s-sena 2021 ma kinitx tirrifletti l-kundizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni tas-suq u li l-profitt fil-mira użat għall-grad 2 kien għoli b’mod mhux raġonevoli. Fir-rigward tas-sena 2021, dawn il-partijiet argumentaw li kienet sena ta’ rkupru, b’irkupru qawwi wara l-lockdowns u r-restrizzjonijiet fuq il-mobbiltà kkawżati mill-COVID-19. Dawn il-partijiet żiedu wkoll li fir-rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi użati għall-karozzi tal-linja u għat-trakkijiet (183) (“il-każ tat-tajers TBR”), il-Kummissjoni nnifisha sabet li l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni tjiebet fuq bażi eċċezzjonali fl-2021. Dawn il-partijiet komplew isostnu li l-profitt fl-2021 seta’ tkabbar, peress li dik is-sena kien hemm nuqqasijiet ta’ semikondutturi li influwenzaw b’mod negattiv il-bejgħ tal-OE u dan min-naħa tiegħu seta’ żied is-sehem tal-bejgħ tat-tagħmir ta’ sostituzzjoni li bħala medja huwa aktar profittabbli. Biex juru n-natura eċċezzjonali tal-2021, dawn il-partijiet irreferew għall-klassifikazzjoni NACE korrispondenti tal-Eurostat (184) li rrapportat marġnijiet ta’ profitt ħafna aktar modesti, bejn 8 % u 10 %. Fir-rigward tal-livell tal-profitt fil-mira użat mill-Kummissjoni, dawn il-partijiet argumentaw li l-Kummissjoni kienet naqset milli tispjega għaliex il-livell ta’ profitt fil-grad 2 kien ogħla mill-grad 1, u li fi kwalunkwe każ, il-marġni ta’ profitt tal-grad 2 kien għoli b’mod mhux raġonevoli fid-dawl tal-marġnijiet tal-EBIT irrapportati f’rapporti finanzjarji disponibbli għall-pubbliku minn Michelin u Pirelli, żewġ manifatturi ewlenin tat-tajers tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, dawn il-partijiet ipproponew li fin-nuqqas ta’ twaqqigħ tal-prezz fil-grad 2 fil-perjodu ta’ investigazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża l-profitt miksub mill-industrija tal-Unjoni f’dak il-perjodu, jiġifieri 13 % bħala profitt fil-mira għall-grad 2. |
|
(569) |
Fir-rigward tas-sena 2021, il-Kummissjoni qieset li l-affermazzjoni li ġiet iġġenerata profittabbiltà eċċezzjonali jew straordinarja għall-industrija tal-Unjoni ma kinitx sostanzjata. Is-sena 2021 tabilħaqq rat irkupru minn tnaqqis rekord esperjenzat matul il-lockdowns u r-restrizzjonijiet tal-COVID-19, madankollu, dawn il-partijiet ma ressqu l-ebda evidenza biex juru li minbarra n-normalizzazzjoni, din is-sena kienet tabilħaqq irriżultat f’żieda eċċezzjonali. Bl-istess mod, għall-kuntrarju tad-dikjarazzjonijiet ta’ dawn il-partijiet, il-każ tat-tajers TBR ma stabbiliex li l-2021 kienet ikkaratterizzata minn profitti eċċezzjonalment jew irraġonevolment għoljin, pjuttost li l-profitti rkupraw mill-2019 u kienu l-ogħla fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni (2019 – 2023). L-istatistika pprovduta bbażata fuq is-settur tan-NACE ma tqisitx bħala approssimazzjoni aħjar tal-profitt fil-mira għal din l-industrija partikolari peress li rreferiet għal settur ħafna usa’, li jinvolvi wkoll ir-retreaders, li ċertament joperaw b’marġnijiet ta’ profitt konsiderevolment aktar baxxi. Barra minn hekk, din l-istess statistika fil-livell tan-NACE ma wrietx tnaqqis fil-profittabbiltà fl-2020, u b’hekk ikkontradixxiet l-argument ta’ dawn il-partijiet stess. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li l-affermazzjoni relatata mas-sitwazzjoni fis-suq tas-semikondutturi u l-impatt potenzjali tagħha fuq it-tajers kienu spekulattivi u mhux appoġġati minn evidenza fir-rigward tal-allegati konsegwenzi inferiti. Fi kwalunkwe każ, in-nuqqas fil-provvista tas-semikondutturi ma jfissirx awtomatikament li l-profitti miksuba mill-industrija tal-Unjoni żdiedu. Huwa minnu li dawn l-istess nuqqasijiet setgħu kkawżaw telf/dewmien importanti fil-kuntratti tal-OE u b’hekk affettwaw b’mod negattiv il-prestazzjoni ġenerali tal-industrija tal-Unjoni. Fi kliem ieħor, ma kien hemm xejn fil-fajl li jissuġġerixxi li dan l-avveniment kellu spinta pożittiva fuq il-profittabbiltà medja tal-industrija tal-Unjoni. Fir-rigward tal-affermazzjonijiet dwar il-livell tal-profitt fil-mira u b’mod partikolari dak tal-grad 2, il-Kummissjoni nnotat li dan kien ibbażat fuq data vverifikata tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u bħala tali ma ġiex ikkontestat mir-riżultati aggregati tal-profitt ippubblikati fir-rapporti finanzjarji minn ċerti produtturi tal-Unjoni li preżumibbilment ikopru kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott u distribuzzjoni reġjonali konsiderevolment usa’. Barra minn hekk, għall-finijiet ta’ kompletezza, il-Kummissjoni nnotat li fir-riżultati finanzjarji kkwotati minn dawn il-partijiet, il-profitti tal-2021 ġew introdotti bit-termini: “ir-ritorn għan-normalità” fil-każ ta’ Pirelli u “lura għal-livelli tal-2019” minn Michelin, li jkompli jikkontradixxi l-allegazzjoni li l-2021 kienet sena straordinarja għal din l-industrija. Rigward il-fatt li l-livell ta’ profitt tal-grad 2 kien ogħla minn dak tal-grad 1, il-Kummissjoni nnotat li l-ewwel nett, kif rikonoxxut mill-partijiet infushom, dan jista’ jkollu diversi raġunijiet ekonomiċi validi (inklużi t-taħlita tal-prodott u ta’ OE apparagun tal-bejgħ tat-tagħmir ta’ sostituzzjoni) u t-tieni, dan ma kellu l-ebda effett fuq l-investigazzjoni, peress li l-livell ta’ profitt tal-grad 1 lanqas biss intuża fil-kalkoli tad-dannu minħabba l-assenza ta’ importazzjonijiet f’dan il-grad mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. L-affermazzjoni, li l-marġni ta’ profitt tal-grad 2 kien għoli wisq ma kinitx issostanzjata. Abbażi ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, dawn l-affermazzjonijiet dwar il-profitt fil-mira ġew miċħudin. |
|
(570) |
Wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ipprovda evidenza li l-livell tiegħu ta’ investimenti, ta’ R & Ż u ta’ innovazzjoni matul il-perjodu kkunsidrat kien ikun ogħla f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Il-Kummissjoni vverifikat din l-informazzjoni u sabet li l-affermazzjoni hija ġġustifikata. Biex tirrifletti dan fil-profitt fil-mira, il-Kummissjoni kkalkolat id-differenza bejn il-kostijiet tal-IRI f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni kif ipprovduti mill-industrija tal-Unjoni u vverifikati mill-Kummissjoni mal-kostijiet reali tal-IRI matul il-perjodu kkunsidrat. Abbażi ta’ dan, il-marġni ta’ profitt fil-mira żdied b’[1 % sa 2 %] għal dak il-produttur. |
|
(571) |
Għalhekk, il-profitt fil-mira li ġie stabbilit f’din l-investigazzjoni u f’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku varja bejn 9,4 % u [18,6 % - 19,6 %]. |
|
(572) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkalkolat prezz mhux dannuż għall-prodott simili tal-industrija tal-Unjoni billi applikat il-marġnijiet ta’ profitt fil-mira speċifiċi għall-gradi msemmija hawn fuq għall-kost tal-produzzjoni (185) tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(573) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku, bħala pass finali, il-Kummissjoni vvalutat il-kostijiet futuri li jirriżultaw mill-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li l-Unjoni hija parti minnhom, u tal-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia li l-industrija tal-Unjoni se ġġarrab matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżura skont l-Artikolu 11(2). Wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ipprovda informazzjoni verifikabbli bbażata fuq ir-rekords u l-previżjonijiet tal-kumpanija, li abbażi tagħhom ġie miżjud kost ta’ konformità addizzjonali marbut max-xiri ta’ kwoti tal-emissjonijiet tas-CO2 [inqas minn 0,5 EUR/tajer] mal-prezz fil-mira, kif stabbilit fil-premessa (572), f’konformità mal-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku. |
|
(574) |
Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell ta’ marġni tad-dannu abbażi ta’ tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun fil-pajjiż ikkonċernat, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, bil-prezz mhux dannuż medju ponderat tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala persentaġġ tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni. |
|
(575) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, l-ilmentatur talab li l-kost sħiħ tal-produzzjoni jintuża għall-kalkolu tal-prezz fil-mira, inkluż ukoll l-SG & A sħiħ (eskluż it-trasport), imġarrab fil-livell tal-entitajiet tal-bejgħ relatati, għall-bejgħ fis-suq tal-Unjoni. Skont l-ilmentatur, dan kien iġġustifikat minħabba li l-prezz fil-mira għandu l-għan li jistabbilixxi l-prezz li fuqu ma jibqax iseħħ id-dannu u bħala tali jenħtieġ li jkopri l-kostijiet kollha assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili. In-nuqqas ta’ dan jissottovaluta l-prezz fil-mira u għaldaqstant il-marġni tad-dannu, u f’dan il-livell ġew stabbiliti d-dazji għal Hankook. L-ilmentatur żied li, alternattivament, jenħtieġ li l-Kummissjoni taġġusta l-livell tal-profitt fil-mira mill-2021 ’l hawn apparagun tal-kostijiet imnaqqsa li kienu inklużi fil-prezz fil-mira, jiġifieri l-istess ammont ta’ profitt ikun jikkorrispondi għal marġni ogħla. Fl-aħħar nett, l-ilmentatur argumenta wkoll li l-kalkolu tad-dannu kellu jiġi emendat sal-punt li għal xi tranżazzjonijiet il-prezz tal-bejgħ reali kien ogħla mill-prezz fil-mira. |
|
(576) |
Shandong Yongsheng talbet lill-Kummissjoni tivverifika mill-ġdid il-kalkolu tad-dannu tagħha peress li kost tal-produzzjoni maħdum bil-maqlub ibbażat fuq il-kalkoli divulgati u l-prezzijiet medji tal-bejgħ u l-profitt fil-mira għal-grad 3 urew riżultat inkonsistenti mal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, Shandong Yongsheng u CRIA talbu lill-Kummissjoni tneħħi l-PCNs bi kwantitajiet mhux rappreżentattivi jew negattivi mill-kalkolu tad-dannu. Shandong Yongsheng indikat ukoll tqabbil baxx ħafna bejn il-bejgħ tagħha u dak tal-industrija tal-Unjoni (157 PCN biss mill-500 PCN mibjugħa minn Shandong Yongsheng) u appellat lill-Kummissjoni biex tespandi t-tqabbil billi tuża l-eqreb PCNs komparabbli sabiex jinkiseb eżitu aktar ġust. Dawn l-affermazzjonijiet ġew imtennija minn Shandong Yongsheng wara d-divulgazzjoni finali addizzjonali. |
|
(577) |
Fir-rigward tal-inklużjoni tal-kost SG & A sħiħ (eskluż it-trasport) imġarrab fil-livell tal-entitajiet tal-bejgħ relatati fuq il-bejgħ fis-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni nnotat li, meta l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku jiġi applikat b’analoġija għall-finijiet tal-istabbiliment tal-prezz tal-esportazzjoni, dak il-prezz jinħadem fil-fruntiera tal-Unjoni billi jittieħed il-prezz CIF tal-importazzjoni, jiżdiedu d-dazji doganali u l-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni, u jitnaqqsu l-SG & A u l-profitt nozzjonali tal-importatur relatat. Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni maħdum li jirriżulta jitqiegħed fil-fruntiera tal-Unjoni, livell li huwa funzjonalment ekwivalenti għall-prezz mill-fabbrika ta’ produttur tal-Unjoni li jbigħ direttament lill-ewwel klijent indipendenti tiegħu. Peress li ż-żewġ elementi tat-tqabbil iridu jitqiegħdu f’livell ekwivalenti ta’ kummerċ, il-prezz fil-mira tal-industrija tal-Unjoni jrid jiġi stabbilit bl-istess mod fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika u kif spjegat fil-premessa (572) hawn fuq, diġà kien jinkludi l-ammont tal-SG & A fl-impjant tal-produzzjoni u/jew fil-kwartieri ġenerali relatati tiegħu. Għaldaqstant ma kien hemm l-ebda bażi biex jiżdiedu l-SG & A tan-negozjanti relatati min-naħa tal-industrija tal-Unjoni meta ġie stabbilit dak il-prezz fil-mira, peress li dan kien jimbotta l-prezz ta’ referenza tal-industrija tal-Unjoni għal livell ta’ kummerċ downstream fil-fruntiera tal-Unjoni, u b’hekk kien joħloq asimmetrija mal-prezz tal-esportazzjoni maħdum. Għalhekk, l-argument ġie miċħud. |
|
(578) |
Fir-rigward tal-proposta biex jiġi aġġustat il-profitt fil-mira, il-Kummissjoni nnotat li l-profitt fil-mira huwa marġni nozzjonali rappreżentattiv tal-industrija kollha kemm hi u huwa appoġġat minn evidenza li nstabet fl-investigazzjoni. Dan jitqies bħala indikattiv għall-industrija kollha tal-Unjoni. B’mod simili, il-prezz fil-mira huwa kostruzzjoni fil-livell tal-industrija, bl-għan li tiġi protetta l-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li ma kienx iġġustifikat li dan il-prezz ipotetiku ’l fuq jiġi aġġustat biex jaqbel mal-prezzijiet attwali tal-produtturi individwali inklużi fil-kampjun li jistgħu, f’sena partikolari, fuq tranżazzjonijiet speċifiċi jkunu kisbu prezzijiet ogħla minn tali medja tal-industrija (għal raġunijiet bħal taħlita unika ta’ prodotti, termini kuntrattwali eċċezzjonali jew kundizzjonijiet speċifiċi tas-suq). |
|
(579) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni ta’ Shandong Yongsheng dwar il-kalkoli, il-Kummissjoni kkonfermat li dawn ġew ivverifikati mill-ġdid u vvalidati. Fir-rigward tal-PCNs bi kwantitajiet mhux rappreżentattivi, il-Kummissjoni nnotat li dawn kienu jirriflettu tranżazzjonijiet ta’ bejgħ ġenwini tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u kienu fil-medda tal-prezzijiet ta’ PCNs simili. B’mod simili, kwantitajiet negattivi (noti ta’ kreditu jew redditi eventwali) tqiesu wkoll bħala tranżazzjonijiet validi u ġew innettjati fil-livell ta’ PCN, ta’ kumpanija jew tal-industrija tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-proporzjon ta’ PCNs li jaqblu laħaq madwar 70 % tal-volum u l-valur tal-bejgħ ta’ Shandong Yongshengs, u għalhekk tqies għoli biżżejjed. Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, l-affermazzjonijiet ta’ Shandong Yongsheng u CRIA ġew miċħuda. |
|
(580) |
Il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu għal “kumpaniji oħra li kkooperaw” u għall-“importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat” huwa definit bl-istess mod bħall-marġni tad-dumping għal dawn il-kumpaniji u l-importazzjonijiet (ara l-premessi (400) u (401)). |
|
(581) |
Kif deskritt fil-premessi minn (391) sa (392) u minn (453) sa (455), il-prezz CIF tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u d-data tal-Kumpanija T u tal-Kumpanija G ġew ikkoreġuti u bħala riżultat il-marġnijiet tad-dannu ġew emendati għal Hankook Group, Shandong Yongsheng, għal “kumpaniji oħra li kkooperaw” u għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat”, kif muri fit-tabella ta’ hawn taħt:
|
|
(582) |
F’dan il-każ, l-ilmentaturi sostnew l-eżistenza ta’ distorsjonijiet fil-materja prima skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, sabiex titwettaq il-valutazzjoni fuq il-livell xieraq ta’ miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta’ dazju neċessarju biex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ distorsjonijiet skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Imbagħad hija eżaminat jekk il-marġni tad-dumping tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ikunx ogħla mill-marġni tad-dannu tagħhom. |
6.2. Eżami tal-marġni adegwat biex jitneħħa d-dannu lill-industrija tal-Unjoni
|
(583) |
Wara li nstab li għal Shandong Yongsheng, il-bejgħ taħt il-prezz kien ogħla mid-dumping, l-analiżi tad-distorsjonijiet tal-materja prima saret bla valur peress li d-dazju anti-dumping li għandu jiġi impost ma jistax ikun ogħla mill-marġni tad-dumping stabbilit għal dan il-produttur esportatur. |
|
(584) |
Madankollu, fil-każ ta’ Hankook Group, peress li l-marġni tad-dumping kien ogħla mill-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz, il-Kummissjoni vvalutat jekk kienx hemm distorsjonijiet fil-materja prima fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. |
Distorsjonijiet fil-materja prima
|
(585) |
L-ilmentatur ipprovda evidenza suffiċjenti fl-ilment li hemm distorsjonijiet fil-materja prima skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku fiċ-Ċina fir-rigward tal-prodott ikkonċernat. Skont l-evidenza fl-ilment, il-lastiku sintetiku, l-iswed tal-karbonju u l-kordi tal-azzar, li kull waħda minnhom tammonta għal aktar minn 17 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat, kienu soġġetti għall-VAT fuq l-esportazzjoni mhux rimborżabbli fir-RPĊ. |
|
(586) |
Għalhekk, kif imħabbar fin-Notifika tal-Bidu, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat l-allegati distorsjonijiet, u kwalunkwe distorsjoni oħra koperta mill-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku fiċ-Ċina. |
|
(587) |
Il-Kummissjoni l-ewwel identifikat il-materja prima prinċipali użata fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat minn kull wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Bħala materja prima prinċipali ġiet ikkunsidrata dik il-materja prima li hija probabbli li tirrappreżenta mill-inqas 17 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. |
|
(588) |
Madankollu, l-investigazzjoni stabbiliet li l-ebda wieħed minn dawn il-materjali ma kien jirrappreżenta 17 % jew aktar tal-kostijiet tal-produzzjoni ta’ Hankook Group. Dan sar f’konformità mar-Regolament bażiku abbażi ta’ prezzijiet mingħajr distorsjoni tal-materja prima kif stabbilit fit-taqsima 3.2.5.1. Għalhekk, il-kundizzjoni tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku ma ġietx issodisfata u ġew stabbiliti miżuri anti-dumping definittivi f’konformità mar-regola dwar id-dazju inferjuri fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. |
7. INTERESS TAL-UNJONI
|
(589) |
Wara li ddeċidiet li tapplika l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ dumping dannuż, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inkluż dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, tal-bejjiegħa bl-ingrossa, tal-bejjiegħa bl-imnut, tal-utenti, u tal-konsumaturi. |
7.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(590) |
Il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw maġġuranza kbira tal-volum tal-produzzjoni tal-Unjoni kkooperaw mal-investigazzjoni. |
|
(591) |
L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni kienet qed iġġarrab dannu materjali u li ma kinitx tista’ tibbenefika mis-suq domestiku li qed jikber u lanqas ma kienet tista’ tittrasferixxi bis-sħiħ iż-żidiet fil-kostijiet lill-klijenti tagħha u l-marġnijiet tal-profitt tagħha kienu naqsu. |
|
(592) |
Il-miżuri, jekk jiġu imposti, x’aktarx jippermettu lill-industrija tal-Unjoni terġa’ tikseb uħud mill-volumi tal-bejgħ u mis-sehem mis-suq mitlufa. Barra minn hekk, id-dazji, billi jneħħu l-pressjoni inġusta fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping, jippermettu lill-industrija tal-Unjoni żżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha f’konformità mal-evoluzzjoni tal-kostijiet u b’hekk ittejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha. |
|
(593) |
Fin-nuqqas ta’ miżuri, minħabba l-imġiba aggressiva fl-ipprezzar murija mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, hemm probabbiltà kbira li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping jiżdiedu fil-volum u jeżerċitaw pressjoni ulterjuri ’l isfel fuq il-prezzijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Dan iwassal għal aktar tnaqqis kemm fil-volumi tal-bejgħ kif ukoll fil-profittabbiltà. |
|
(594) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impożizzjoni tal-miżuri kienet b’mod ċar fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
7.2. Interess ta’ importaturi mhux relatati u ta’ utenti
|
(595) |
Erba’ importaturi mhux relatati wieġbu għall-kwestjonarju dwar il-kampjunar. Huma kienu jirrappreżentaw [10 % - 15 %] tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kif imsemmi hawn fuq fit-taqsima 1.6, l-ebda wieħed mill-importaturi inklużi fil-kampjun ma pprovda tweġiba għall-kwestjonarju. |
|
(596) |
L-ebda wieħed mill-utenti jew l-ebda assoċjazzjoni tal-utenti ma pprovdiet tweġiba għall-kwestjonarju u lanqas ma għamlet sottomissjoni bil-miktub dwar kwistjonijiet relatati mal-interess tal-Unjoni. |
|
(597) |
Fis-sottomissjoni tagħhom, Deldo u Interpneu, żewġ importaturi kbar argumentaw kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri filwaqt li affermaw li d-dazji jwasslu għal nuqqas ta’ provvista, speċjalment fil-grad 3. Skont l-affermazzjoni tagħhom, tali diskrepanza fil-provvista tagħmel ħsara lin-negozji (jiġifieri l-manifatturi tal-karozzi peress li tkompli żżid il-prezzijiet tal-karozzi) kif ukoll lill-konsumaturi li, b’riżultat ta’ dan, idumu ma jissostitwixxu t-tajers tagħhom, u dan iwassal għal kwistjonijiet ta’ sikurezza fit-toroq u ambjentali. Huma allegaw ukoll li d-dazji jwasslu għal aktar konċentrazzjoni f’suq li diġà kien qed jiġi investigat għal imġiba mhux kompetittiva. |
|
(598) |
Partijiet interessati oħra, jiġifieri CRIA u Hankook tennew xi wħud minn dawn l-affermazzjonijiet. B’mod partikolari, huma argumentaw li d-dazji jnaqqsu l-effiċjenza tas-suq u l-kompetizzjoni u jwasslu għal nuqqas ta’ provvista fis-segment ekonomiku li jaffettwa klijenti aktar sensittivi għall-prezzijiet b’mod sproporzjonat. |
|
(599) |
Barra minn hekk, bosta partijiet affermaw li l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq ċerti tipi ta’ prodotti speċifiċi kienet kontra l-interess tal-Unjoni peress li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx tipproduċihom jew kienet tipproduċihom fi kwantitajiet mhux suffiċjenti. Dan ikkonċerna b’mod partikolari t-tajers temporanji (4M Pro&Invest, CRIA, Hyundai u Hankook) u t-tajers tat-trejlers (4M Pro&Invest, CRIA u Otto Just), tajers bil-whitewall (Vannetukku) u diversi tajers niċċa oħra bħal tajers off-road, tajers bias, tajers għal karozzi antiki, marki speċifiċi għal vetturi vintage, tajers tat-trejlers b’veloċità għolja u tajers tal-kompetizzjonijiet, tajers semi-slick użati għad-drifting fil-motorsport (B.I.S. Srl, Baltityre Group, Bronson Wheels AB, Edison, Gummistrada B.V, Maxxis Hellas, Pneurama Lda u VA-PA Toute Oy). |
|
(600) |
Il-Kummissjoni qieset il-biċċa l-kbira ta’ dawn l-affermazzjonijiet bħala pjuttost ġeneriċi u mhux sostanzjati. B’mod partikolari, ma kien hemm xejn fil-fajl li jissostanzja l-affermazzjoni li, jekk il-produtturi tal-karozzi jkomplu jimportaw it-tajers tagħhom mir-RPĊ, dawn ma jkunux jistgħu jittrasferixxu ż-żieda żgħira fil-prezz fuq il-prodott finali tagħhom (karozzi) lill-klijenti tagħhom. Bl-istess mod, l-affermazzjonijiet dwar dewmien fis-sostituzzjoni tat-tajers minħabba żieda fil-prezzijiet huma spekulattivi ħafna u minħabba r-rekwiżiti regolatorji stretti u l-kontrolli fis-seħħ f’dan ir-rigward, ma humiex ikkonfermati. Fl-aħħar nett, rigward l-affermazzjonijiet dwar il-konċentrazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni nnotat li bħalissa hemm mill-inqas 10 produtturi tal-Unjoni magħrufa li qed joperaw fis-suq tal-Unjoni u fi kwalunkwe każ, il-partijiet naqsu milli jressqu xi evidenza dwar għaliex id-dazji jwasslu għal aktar konċentrazzjoni. Bl-istess mod, l-investigazzjoni li għaddejja msemmija mill-partijiet għandha kamp ta’ applikazzjoni differenti kemm fil-perjodu ta’ żmien tagħha kif ukoll fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott u fi kwalunkwe każ, ma wasslet għal ebda sejba konkreta li tissostanzja l-affermazzjoni li d-dazji anti-dumping ikunu kontra l-interess tal-Unjoni. |
|
(601) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni dwar in-nuqqas ta’ provvista, dawn ma ġewx ikkonfermati mill-investigazzjoni. L-ewwelnett, l-industrija tal-Unjoni tipproduċi tajers tal-grad 3 fi kwantitajiet sinifikanti u tista’ żżid il-volum tal-produzzjoni tagħha. Anke jekk f’dawn l-aħħar snin, l-industrija tal-Unjoni tilfet mill-volum tal-bejgħ f’dan il-grad minħabba kompetizzjoni inġusta kkawżata minn prezzijiet baxxi b’mod mhux sostenibbli offruti mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, dan ma jfissirx li ladarba l-prezzijiet jiġu normalizzati, l-industrija tal-Unjoni ma tkunx tista’ jew ma tkunx lesta li żżid il-produzzjoni u l-bejgħ tagħha ta’ prodotti tal-grad 3. L-istess japplika għat-tipi ta’ prodotti aktar speċifiċi elenkati fil-premessa (599) hawn fuq. Il-Kummissjoni sabet li l-biċċa l-kbira ta’ dawn it-tajers speċifiċi, bħal tajers temporanji, tajers tat-trejlers, tajers bil-whitewall, tajers bias u tajers professjonali off-road kienu fil-fatt prodotti mill-industrija tal-Unjoni. Filwaqt li huwa possibbli li għal ċerti tipi ta’ prodotti, l-industrija tal-Unjoni ġiet imrażżna minn importazzjonijiet Ċiniżi bi prezz baxx, l-ebda waħda mill-partijiet ma pprovdiet affermazzjoni sostanzjata li l-industrija tal-Unjoni, magħmula minn aktar minn 70 impjant u minn aktar minn 20 ċentru tar-R & Ż madwar l-Ewropa, ma tkunx kapaċi tipproduċi xi wieħed minn dawn it-tajers speċjalizzati. Barra minn hekk, hemm diversi sorsi alternattivi ta’ provvista disponibbli kif jidher mit-taqsima 5.2.1 dwar l-importazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi. |
|
(602) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva bosta partijiet esprimew in-nuqqas ta’ qbil tagħhom mal-konklużjonijiet dwar l-interess tal-Unjoni. |
|
(603) |
Hyundai sostniet li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx interessata fil-produzzjoni ta’ stepnis għal użu temporanju. Hyundai argumentat li anki jekk dan is-segment kien żgħir, jenħtieġ li ma jiġix injorat speċjalment fid-dawl tal-investigazzjoni parallela antisussidji li tista’ tkompli żżid il-livell tad-dazji u appellat għal valutazzjoni bbilanċjata. Skont Hyundai, il-konklużjoni li l-produtturi tal-karozzi setgħu jgħaddu ż-żidiet fil-prezzijiet li rriżultaw mid-dazji kienet inammissibbli peress li ma kinitx tindirizza b’mod adegwat l-interessi taċ-ċittadini tal-Unjoni. Hyundai qieset ukoll li d-disponibbiltà ta’ sorsi alternattivi ta’ provvista ma kinitx rilevanti għall-interess tal-Unjoni peress li ma appoġġatx l-industrija tal-Unjoni. |
|
(604) |
Otto Just tenna li d-dazji fuq it-tajers tat-trejlers iwasslu għal nuqqas ta’ provvista peress li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx qed tipproduċihom fi kwantitajiet suffiċjenti u skont l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa. |
|
(605) |
Il-Koalizzjoni tal-Importaturi tal-PC-LL tenniet li abbażi tal-għarfien estiż tagħha tas-suq, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx interessata fis-segment tal-grad 3 li minnu rtirat deliberatament sabiex tiffoka fuq prodotti aktar profittabbli. Din il-parti interessata sostniet ukoll li ma kien hemm l-ebda sors alternattiv għaċ-Ċina bi skala u prezz komparabbli għat-tajers tal-grad 3. Skont din il-parti, id-dazji għalhekk iżidu direttament il-prezzijiet u jolqtu lix-xerrejja l-aktar sensittivi għall-prezzijiet. Barra minn hekk, anki jekk id-dazji jistgħu jwasslu għal xi devjazzjoni tal-kummerċ permezz ta’ żieda fil-bejgħ lejn l-Unjoni mit-Tajlandja, mill-Vjetnam jew mill-Kambodja, dan ma jgħinx lill-industrija tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, il-Koalizzjoni tal-Importaturi tal-PC-LL enfasizzat l-appoġġ wiesa’ għall-fehmiet tagħhom espressi f’ittra konġunta ffirmata minn aktar minn 100 bejjiegħ bl-ingrossa u distributur indipendenti tat-tajers. |
|
(606) |
Mileage Tyres, importatur, esprima tħassib simili u sostna li d-dazji, billi jżidu l-prezz tat-tajers irħas u ta’ livell medju jkollhom impatt dirett fuq il-konsumaturi, b’mod partikolari l-unitajiet domestiċi b’introjtu aktar baxx. Dawn l-ispejjeż addizzjonali jistgħu jdewmu s-sostituzzjoni tat-tajers u potenzjalment iwasslu għal implikazzjonijiet għas-sikurezza fit-toroq. Skont Mileage Tyres, il-provvisti barra miċ-Ċina kellhom kapaċità ta’ produzzjoni limitata u kienu joperaw b’ħinijiet itwal ta’ konsenja u kostijiet ogħla. In-negozjanti, speċjalment il-garaxxijiet iżgħar u l-bejjiegħa bl-imnut li diġà jaħdmu fuq marġnijiet żgħar jintlaqtu bla bżonn minn dawn il-miżuri. Fl-aħħar nett, Mileage Tyres żiedet li d-dazji jnaqqsu b’mod sinifikanti d-differenza fil-prezz bejn it-tajers irħas u ta’ livell medju, u dan iwassal għal tnaqqis fl-għażla tal-konsumatur u bidla fid-domanda li jistgħu jikkawżaw problemi ta’ provvista. |
|
(607) |
Kumho sostniet li l-konklużjoni tal-Kummissjoni li d-dazji se jippermettu lill-industrija tal-Unjoni żżid il-prezzijiet tagħha f’konformità mal-kostijiet tagħha ma kinitx sostanzjata. Kumho qieset ukoll li l-Kummissjoni naqset milli tqis b’mod adegwat l-interess tal-konsumaturi u tal-industrija awtomobilistika li kienet qed tesperjenza diffikultajiet ekonomiċi minħabba, fost l-oħrajn, żidiet fil-kostijiet, ambjent regolatorju tal-UE dejjem aktar strett kif ukoll tnaqqis fil-bejgħ, b’mod partikolari minħabba l-kompetizzjoni mill-manifatturi Ċiniżi. Fl-aħħar nett, Kumho ddikjarat ukoll li l-miżuri jillimitaw il-kompetizzjoni u l-effiċjenza fis-suq tal-Unjoni. |
|
(608) |
Il-Kummissjoni qieset li minħabba l-eżistenza tas-soppressjoni tal-prezzijiet, kien hemm l-aspettattiva leġittima li d-dazji jikkontribwixxu għall-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li żżid il-prezzijiet tagħha f’konformità mal-kostijiet tagħha. Il-konsumaturi jistgħu jiġu affettwati b’mod negattiv miż-żieda fil-prezz. Madankollu, il-preservazzjoni tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li toffri firxa wiesgħa ta’ prodotti hija fl-aħħar mill-aħħar fl-interess tal-konsumaturi wkoll. L-istess japplika għall-manifatturi tal-karozzi. Minkejja d-diffikultajiet validi mqajma minn Kumho u Hyundai, fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn kwalunkwe utent u data vverifikata, ma kien hemm xejn fil-fajl li jirfed il-konklużjoni li l-manifatturi tal-karozzi tabilħaqq ma jkunux jistgħu jgħaddu din iż-żieda fl-ispiża marġinali. L-għan tal-miżuri huwa li jerġgħu jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ġusti fis-suq tal-Unjoni u l-affermazzjoni li dawn jillimitaw il-kompetizzjoni jew l-effiċjenza nstab li għal kollox ma kinitx sostanzjata. Bl-istess mod, l-affermazzjonijiet dwar in-nuqqas ta’ provvista ta’ tajers speċifiċi (it-tajers tat-trejlers jew l-istepnis għal użu temporanju) jew effettivament tas-segment kollu tal-grad 3 minħabba deċiżjoni deliberata mill-industrija tal-Unjoni li tirtira b’mod permanenti minn dawn il-prodotti ma kinux sostanzjati. Barra minn hekk, dawn l-affermazzjonijiet jidhru li jiċħdu kompletament ir-raġuni sottostanti ewlenija għal xaqlib lejn gradi ogħla mill-industrija tal-Unjoni, jiġifieri l-kundizzjonijiet tas-suq insostenibbli maħluqa mill-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping fis-segment tal-grad 3. L-allegati limitazzjonijiet li jikkonċernaw provvisti alternattivi minn pajjiżi terzi kienu ugwalment mhux sostanzjati. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni trid tenfasizza li f’investigazzjoni anti-dumping trid tivvaluta l-kwalità u s-sostanzjar tal-evidenza pprovduta, u r-ripetizzjoni jew saħansitra l-appoġġ wiesa’ fih innifsu ma jikkwalifikax bħala prova jew evidenza għal allegazzjoni, speċjalment meta l-ebda importatur/utent rappreżentattiv ma jkun ipprovda tweġibiet għall-kwestjonarju. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-sejbiet tagħha ma kinux ikkontestati b’mod sostantiv mill-kummenti dwar id-divulgazzjoni definittiva u, b’hekk, il-valutazzjoni tagħha kif spjegata fil-premessi (600) u (601) inżammet. |
7.3. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(609) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri fuq l-importazzjonijiet ta’ tajers għal karozzi tal-passiġġieri u trakkijiet ħfief li joriġinaw mir-RPĊ. |
8. MIŻURI ANTI-DUMPING DEFINITTIVI
|
(610) |
Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni dwar id-dumping, id-dannu, il-kawżalità, il-livell tal-miżuri u l-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping definittivi sabiex jiġi evitat li jiġi kkawżat aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping. |
|
(611) |
Jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ tajers għal karozzi tal-passiġġieri u trakkijiet ħfief li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, f’konformità mar-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qabblet il-marġnijiet tad-dannu u l-marġnijiet tad-dumping fit-taqsima 6 ta’ hawn fuq. L-ammont tad-dazji ġie stabbilit fil-livell l-aktar baxx tal-marġni tad-dumping u l-marġni tad-dannu. |
|
(612) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-rati tad-dazju anti-dumping definittivi, espressi skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, jenħtieġ li jkunu kif ġej:
|
|
(613) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva Kumho argumentat li l-prezzijiet minimi tal-importazzjoni (“PMI”) ikunu l-aktar forma xierqa ta’ miżuri. |
|
(614) |
Il-Grupp Giti, Hankook, Kumho u l-Koalizzjoni tal-Importaturi tal-PC-LL sostnew li l-miżuri għandhom jieħdu forma ta’ dazju fiss. Dawn il-partijiet sostnew li f’suq segmentat bħal tat-tajers, id-dazji ad valorem ma kinux xierqa peress li kellhom impatt akbar fuq il-prodotti li jiswew aktar u għalhekk x’aktarx li jippreservaw jew saħansitra jinfurzaw l-inċentiv li l-bejgħ jiġi ffukat fuq l-irħas segment (tal-grad 3) li diġà kien l-aktar milqut ħażin mill-importazzjonijiet Ċiniżi. Dawn il-partijiet sostnew li ġew imposti wkoll dazji fissi fil-każ tat-tajers TBR abbażi tal-istess kunsiderazzjoni. Barra minn hekk, il-Grupp Giti enfasizza li s-sura tal-miżuri kienet parti mill-element integrali tal-effett rimedjali tagħhom. Minħabba li l-pressjoni fuq il-prezzijiet ma kinitx ugwali fost il-gradi u kienet l-aktar b’saħħitha fil-grad 3, id-dazji ad valorem li kellhom impatt akbar fuq il-gradi ogħla u l-inqas impatt fil-grad 3, għalhekk ma kinux adegwati. Hankook, Kumho u l-Koalizzjoni tal-Importaturi tal-PC-LL żiedu wkoll li x-xejriet inflazzjonarji attwali u ż-żieda probabbli fil-kostijiet tal-materja prima diġà kienu qed jgħollu l-prezzijiet tat-tajers, li għaldaqstant fil-każ ta’ dazji ad valorem ikunu aktar esaġerati u b’mod mhux ġustifikat. Fl-aħħar nett, il-Grupp Giti, Hankook u Kumho sostnew ukoll li d-dazji fissi kienu probabbilment aktar se jipproteġu kontra l-prattiki ta’ assorbiment tal-prezzijiet. |
|
(615) |
L-ilmentatur min-naħa l-oħra insista li l-effett rimedjali tad-dazji jkun jeħtieġ li jiġi ppreservat sakemm idumu fis-seħħ, u d-dazji fissi x’aktarx li jitilfu l-effett tagħhom malajr minħabba t-tendenzi inflazzjonarji reċenti u ż-żidiet fil-prezzijiet tal-materja prima kif muri mill-każ GOES (186), fejn kellha tinbeda investigazzjoni ta’ salvagwardja wara t-tneħħija tal-effett rimedjali tad-dazji f’forma ta’ PMI. L-ilmentatur għalhekk talab lill-Kummissjoni biex taċċetta dazji fissi biss taħt il-kundizzjonijiet li (a) dawn jiġu skambjati awtomatikament ma’ dazji ad valorem kull meta jsiru inferjuri għalihom u (b) id-dazji jistgħu jiġu kkonvertiti f’dazji ad valorem fuq talba tal-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni tal-Unjoni. |
|
(616) |
Il-Kummissjoni qieset li skont il-kundizzjonijiet preżenti tal-każ li jinvolvi firxa wiesgħa ta’ prodotti bi prezzijiet li jvarjaw, ikun meħtieġ li jinħolqu prezzijiet minimi tal-importazzjoni għal bosta kategoriji, li jagħmlu l-implimentazzjoni u l-infurzabbiltà ta’ tali miżura mhux prattiċi. Barra minn hekk, il-fatt li sehem sinifikanti tal-bejgħ ġie eżegwit permezz ta’ negozjanti relatati jkompli jikkomplika l-infurzar xieraq ta’ tali forma ta’ miżura minħabba kumpensi inkroċjati potenzjali. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(617) |
Minkejja li d-dazji fissi jista’ jkollhom effett korrettiv aktar b’saħħtu fuq tajers bi prezz aktar baxx, li jikkostitwixxu l-biċċa l-kbira tal-esportazzjonijiet Ċiniżi attwali tal-grad 3 lejn l-Unjoni, il-Kummissjoni nnotat li d-dannu li nstab ma kienx limitat għall-grad 3. Barra minn hekk, id-dazji fissi jipprovdu livell komparattivament imnaqqas ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ rimmijiet kbar jew prodotti itqal (it-tajers tat-trakkijiet ħfief), irrispettivament mill-klassifikazzjoni tal-grad tagħhom, mingħajr ebda ġustifikazzjoni ekonomika reali. Fir-rigward tal-każ tat-tajers TBR, minkejja s-similaritajiet, l-għażla ta’ dazji fissi kienet motivata bl-istess mod mill-interessi speċifiċi tar-retreaders li huma assenti f’dan il-każ. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li xi wħud mill-argumenti mqajma b’appoġġ għad-dazji fissi (impatt protettiv ogħla fuq it-tajers tal-grad 3) kienu fil-fatt qed jamplificaw it-tħassib tal-istess partijiet imqajjem taħt l-interess tal-Unjoni, l-allegat nuqqas ta’ provvista tal-grad 3 ikkawżat mill-impożizzjoni ta’ miżuri kif deskritt fil-premessi (605) u (606) hawn fuq. Barra minn hekk, anki jekk id-dazji fissi kienu probabbilment se jinkoraġġixxu inqas il-prattiki ta’ assorbiment, dawn ma jipprekluduhomx bħala tali, filwaqt li fl-istess ħin, l-effett rimedjali tad-dazji fissi huwa bla dubju aktar suxxettibbli għall-erożjoni minn xejriet inflazzjonarji u żidiet fil-kostijiet tal-produzzjoni, li ssemmew bl-istess mod minn dawn il-partijiet. Il-proposti tal-ilmentatur dwar dazji fissi li jistgħu jiġu skambjati jew ikkonvertiti f’dazji ad valorem taħt ċerti kundizzjonijiet tqiesu bħala mhux prattiċi. Għalhekk, fuq il-bażi ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni qieset li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti biex tinbidel il-forma tad-dazji proposta. |
|
(618) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għaldaqstant, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju huma applikabbli esklużivament għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat u prodott mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat prodott minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b’mod speċifiku, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat”. Jenħtieġ li dawn ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali. |
|
(619) |
Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk hija sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (187). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(620) |
Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. L-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali hija applikabbli biss mal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, l-importazzjonijiet jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat”. |
|
(621) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, din mhijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jistgħu jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) biex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(622) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
|
(623) |
Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazji anti-dumping, jenħtieġ li d-dazju anti-dumping għall-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-RPĊ ma japplikax biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni, iżda wkoll għall-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(624) |
Jenħtieġ li l-produtturi esportaturi li ma esportawx il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jkunu jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni sabiex tkun soġġetta għar-rata tad-dazju anti-dumping għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tilqa’ talba bħal din dment li jiġu ssodisfati tliet kundizzjonijiet. Il-produttur esportatur il-ġdid ikollu juri li: (i) ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-PI; (ii) mhuwiex relatat ma’ produttur esportatur li għamel dan; u (iii) esporta l-prodott ikkonċernat wara dan jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jagħmel dan fi kwantitajiet sostanzjali. |
9. REĠISTRAZZJONI
|
(625) |
Kif imsemmi fil-premessa (3), il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għal reġistrazzjoni. Ir-reġistrazzjoni saret bil-għan li possibbilment jinġabru d-dazji b’mod retroattiv f’konformità mal-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(626) |
Billi l-miżuri proviżorji ma ġewx imposti f’dan il-proċediment, il-kundizzjonijiet kif stabbiliti fl-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku għall-applikazzjoni retroattiva tad-dazju anti-dumping definittiv ma ġewx issodisfati. |
|
(627) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, l-ilmentatur appella għall-ġbir retroattiv tad-dazji bl-argument li dawn ma kinux kundizzjonali fuq l-applikazzjoni ta’ miżuri proviżorji u li l-erba’ kundizzjonijiet stipulati fil-punti minn (a) sa (d) tal-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku ġew issodisfati. L-ilmentatur argumenta li ma kien hemm l-ebda raġuni konċepibbli l-għaliex il-miżuri proviżorji jenħtieġ li jkunu prekundizzjoni għall-ġbir retroattiv tad-dazji, li l-għan primarju tagħhom kien li jipprevjenu li l-effett rimedjali tal-miżuri jiġi mminat, u evoka ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali (IT-749/16, Stemcor) (188) li tappoġġa din il-fehma. Bosta partijiet oħra, jiġifieri Hankook, Kumho, CRIA u Adine, sostnew min-naħa l-oħra li l-ġbir retroattiv tad-dazji kien legalment prekluż fin-nuqqas ta’ miżuri proviżorji li għalihom jirreferi b’mod ċar l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku. Adine argumentat ukoll li mingħajr miżuri proviżorji fin-nuqqas tal-informazzjoni meħtieġa f’termini ta’ baġit potenzjali u ta’ perjodu ta’ żmien għall-ġbir retroattiv, l-operaturi ekonomiċi ġew imċaħħda mid-drittijiet tagħhom li jieħdu deċiżjonijiet ibbilanċjati u edukati. Fl-aħħar nett, Adine argumentat ukoll li l-kundizzjonijiet għall-ġbir retroattiv tad-dazji stipulati skont il-punt (d) tal-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku, jiġifieri ż-żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet, lanqas ma ġew issodisfati. |
|
(628) |
Il-Kummissjoni ma qablitx mal-argumentazzjoni tal-ilmentatur u qieset li l-ġurisprudenza ċċitata ma kinitx tappoġġa l-affermazzjoni li l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji ma kinitx kundizzjoni għall-ġbir retroattiv tad-dazji, bħal fil-każ quddiem il-Qorti, u għall-kuntrarju ta’ din l-investigazzjoni, ġew effettivament imposti miżuri proviżorji u din il-kwistjoni ma ġietx indirizzata mill-Qorti. Barra minn hekk, l-approċċ irrakkomandat mill-ilmentatur kellu jirriżulta f’perjodi itwal ta’ ġbir retroattiv tad-dazji f’każijiet mingħajr miżuri proviżorji għall-kuntrarju ta’ każijiet b’miżuri proviżorji mingħajr indikazzjoni ċara dwar għaliex tali differenzjazzjoni kellha tkun maħsuba mil-leġiżlatur. Għaldaqstant, l-affermazzjoni tal-ilmentatur ġiet miċħuda. |
10. DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
(629) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (189), meta ammont irid jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li għandu jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(630) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju anti-dumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ tajers pnewmatiċi ġodda, tal-lastiku, ta’ tip użat: fuq karozzi bil-mutur (inklużi station wagons u karozzi tat-tlielaq) u fuq karozzi tal-linja jew trakkijiet b’indiċi tat-tagħbija li ma jaqbiżx il-121 li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 4011 10 00 u 4011 20 10 u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:
|
Pajjiż ta’ oriġini |
Kumpanija |
Dazju anti-dumping definittiv |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
||||||||
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
|
4,3 % |
88CO |
||||||||
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
|
45,3 % |
88CP |
||||||||
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw elenkati fl-Anness |
24,4 % |
Ara l-Anness |
||||||||
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat |
45,3 % |
8999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li (il-volum f’unitajiet li qed nużaw) ta’ (il-prodott ikkonċernat) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi (il-pajjiż ikkonċernat). Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Sakemm tiġi ppreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
L-Anness imsemmi fl-Artikolu 1(2) jista’ jiġi emendat biex jiżdiedu produtturi esportaturi ġodda mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u jagħmilhom soġġetti għar-rata tad-dazju anti-dumping medja ponderata xierqa għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. Produttur esportatur ġdid għandu jipprovdi evidenza li: (a) ma esportax l-oġġetti deskritti fl-Artikolu 1(1) matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (l-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2024); (b) mhuwiex relatat ma’ esportatur jew produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament, u li seta’ kkoopera fl-investigazzjoni oriġinali; u (c) effettivament esporta l-prodott ikkonċernat jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.
(2) Avviż ta’ bidu ta’ proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ tajers pnewmatiċi ġodda, tal-lastiku, tat-tip użat fuq karozzi bil-mutur, karozzi tal-linja jew trakkijiet b’indiċi tat-tagħbija li ma jaqbiżx il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C, C/2025/2778, 21.5.2025. ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2778/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1538 tal-25 ta’ Lulju 2025 li jissoġġetta għar-reġistrazzjoni l-importazzjonijiet ta’ tajers pnewmatiċi ġodda, tal-lastiku, tat-tip li jintuża fuq karozzi bil-mutur, karozzi tal-linja jew trakkijiet b’indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija li ma jaqbiżx il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2025/1538, 28.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1538/oj).
(4) Ara t-Taqsima 2.4.1 dwar is-segmentazzjoni tas-suq tal-Unjoni.
(5) L-investigazzjoni stabbiliet li t-tajers ta’ Hankook Group jaqgħu fil-Grad 2 u fil-Grad 3, ara t-Taqsima 2.4.2 hawn taħt.
(6) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizja tal-10 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari), Fliesen-Zentrum Deutschland vs Hauptzollamt Regensburg, Kawża C-687/13, ECLI:EU:C:2015:573, paragrafu 88.
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1690 tad-9 ta’ Novembru 2018 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi ġodda jew b’wiċċ ġdid, ta’ tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/163 (ĠU L 283, 12.11.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1690/oj).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 325, 5.12.2013, p. 66, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1239/oj), premessa 12.
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2163 tal-14 ta’ Awwissu 2024 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2024/2163, 16.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2163/oj), il-premessa 14.
(10) https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2799.
(11) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/353 tat-3 ta’ Marzu 2020 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti tat-triq tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 65, 4.3.2020, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/353/oj).
(12) Ir-Reġistru Federali / vol. 80, Nru 153, 10 ta’ Awwissu 2015.
(13) Ir-Regolament (UE) 2020/740 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri oħra, li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1369 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 (ĠU L 177, 5.6.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/740/oj).
(14) It-tajers elenkati minn CRIA kif ġej: (a) tajers professjonali off-road; (b) tajers iddisinjati biex jiġu mmuntati biss fuq vetturi reġistrati għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Ottubru 1990; (c) tajers ta’ riżerva tat-tip T għal użu temporarju; (d) tajers li l-kategorija tal-veloċità tagħhom hija ta’ anqas minn 80 km/h; (e) tajers li d-dijametru nominali tar-rimm tagħhom ma jkunx aktar minn 254 mm jew ikun 635 mm jew aktar; (f) tajers mgħammra b’mezzi addizzjonali sabiex itejbu l-proprjetajiet tat-trazzjoni, bħal tajers bl-istuds; (g) tajers iddisinjati biss biex jiġu mmuntati fuq vetturi maħsuba esklużivament għat-tlielaq u (h) tajers użati, sakemm tali tajers ma jiġux importati minn pajjiż terz.
(15) Ir-Regolament Nru 54 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ tajers pnewmatiċi għal vetturi kummerċjali u għat-trejlers tagħhom (ĠU L 183, 11.7.2008, p. 41, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/54(2)/oj).
(16) Verżjoni miftuħa tal-Ilment, nota 5 f’qiegħ il-paġna fil-paġna 5.
(17) Sors: Siti web disponibbli pubblikament ta’ diversi kummerċjanti, bħal: Coker Tire fuq https://cokertire.com/tires/styles/whitewall-tires/michelin.html (aċċessat l-aħħar) fis-27 ta’ April 2026, u Topbanden fuq: https://www.topbanden.com/NL/Pneus/MICHELIN/X%20WhiteWall, (aċċessat l-aħħar fis-27 ta’ April 2026).
(18) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2163 tal-14 ta’ Awwissu 2024 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2024/2163, 16.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2163/oj), il-premessa (40); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/261 tal-10 ta’ Frar 2025 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, (ĠU L, 2025/261, 11.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/261/oj) il-premessi (17)-(25); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 830/2014 tat-30 ta’ Lulju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1890/2005, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2/2012 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 205/2013 fir-rigward tal-prodotti soġġetti għall-miżuri tal-anti-dumping attwali dwar qfieli tal-azzar inossidabbli u partijiet minnhom, u fir-rigward ta’ talbiet għal rieżami għall-parteċipanti l-ġodda, u li jipprevedi, f’ċerti każijiet, il-possibbiltà ta’ ħlas lura jew remissjoni tad-dazji (ĠU L 228, 31.7.2014, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/830/oj, il-premessa (43); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1932 tat-23 ta’ Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 273, 24.10.2017, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/1932/oj), il-premessi (21)-(24); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2202 tas-16 ta’ Ottubru 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1259 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew ta’ pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli u ta’ ħadid fondut bil-grafit sferojdali, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajlandja (ĠU L, 2023/2202, 17.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2202/oj), il-premessi (29)-(32).
(19) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 830/2014, il-premessa (42).
(20) Grad irrapportat fil-listi tal-bejgħ b’kull tranżazzjoni għaliha tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun.
(21) https://www.tyrereviews.com/Tyre, https://www.grip500.it/pneumatico/, https://www.bandenexpert.be/bandenmerken/, https://www.bandenexpert.be/bandenmerken/, https://www.tyrecomp.co.uk/brands.htm u https://wulkanista.pl/klasy-opon/. Din il-lista ma hijiex eżawrjenti.
(22) Tire Tier Study: Exploring the Criteria and Confusion of Tire Industry Tiers: , The Results” ippubblikat fid-19 ta’ Frar 2019 (awtur: Patti Hoying). https://www.tirereview.com/tier-study-results-based-on-tire-quality-engineering-performance (l-aħħar aċċessat fit-30 ta’ Marzu 2026).
(23) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet ta’ Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, l-10 ta’ April 2024 (SWD (2024) 91 final) https://ec.europa.eu/transparency/documents-register/detail?ref=SWD(2024)91&lang=mt.
(24) The General Office of the CCP Central Committee issued Opinions on Strengthening the United Front Work of the Private Economy in the New Era, il-15 ta’ Settembru 2020, disponibbli fuq: https://interpret.csis.org/translations/the-general-office-of-the-ccp-central-committee-issued-the-opinion-on-strengthening-the-united-front-work-of-the-private-economy-in-the-new-era/.
(25) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 7.
(26) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 7-8.
(27) Ara d-Deċiżjoni tal-Kumitat Ċentrali tal-PKĊ dwar l-Approfondiment Komprensiv tar-Riforma u l-Promozzjoni tal-Modernizzazzjoni bi Stil Ċiniż, it-Taqsima II.5, disponibbli fuq: https://www.gov.cn/zhengce/202407/content_6963770.htm (aċċessat fil-11 ta’ Novembru 2025).
(28) Ara l-Opinjoni tal-Kunsill tal-Istat dwar it-Titjib Ulterjuri tas-Sistema Baġitarja għall-Operazzjonijiet Kapitali tal-Istat, disponibbli fuq: https://www.gov.cn/zhengce/content/202401/content_6924612.htm (aċċessat fil-11 ta’ Novembru 2025).
(29) Ir-Rapport – Kapitolu 2, p. 10, 18.
(30) Ara fuq: https://www.gov.cn/yaowen/liebiao/202504/content_7022018.htm (aċċessat fil-11 ta’ Novembru 2025).
(31) Ibid., l-Artikolu 5.
(32) Disponibbli fuq: http://www.npc.gov.cn/zgrdw/englishnpc/Constitution/node_2825.htm (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2025).
(33) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 29-30.
(34) Bħal pereżempju l-kategorija tal-hekk imsejħa kumpaniji “ġganti żgħar” (ara r-Rapport – Kapitolu 2, p. 22), li għalihom il-GTĊ iddikjara appoġġ kontinwu “bħala parti mill-isforzi għall-promozzjoni ta’ industrijalizzazzjoni ġdida” fl-2024; ara fuq: https://english.www.gov.cn/news/202406/19/content_WS6672c84ac6d0868f4e8e8531.html#:~:text=China%20will%20scale%20up%20support,of%20Industry%20and%20Information%20Technology (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2025).
(35) Ara: https://www.qstheory.cn/20250428/e7943a2c8fef49efb520aa336197849c/c.html, (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2025).
(36) Ir-Rapport – il-Kapitolu 4, p. 57, 92.
(37) Ara fuq: https://www.mof.gov.cn/zhengwuxinxi/caizhengxinwen/202503/t20250329_3961036.htm (aċċessat fil-11 ta’ Novembru 2025).
(38) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 149-150.
(39) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 153 -171.
(40) Ara l-Linji Gwida tal-NDRC għat-Twettiq tar-Responsabbiltajiet Ewlenin tal-Entitajiet tal-Akkwist, l-Artikolu 4, disponibbli fuq: https://www.ndrc.gov.cn/xxgk/zcfb/tz/202511/t20251111_1401536.html (aċċessat fit-12 ta’ Novembru 2025).
(41) Ir-Rapport – il-Kapitolu 7, p. 204-205.
(42) Ara l-Avviż tal-Kunsill tal-Istat dwar l-implimentazzjoni ta’ standards nazzjonali tal-prodotti għall-akkwist pubbliku u politiki oħra relatati, it-Taqsima III, disponibbli fuq: https://www.gov.cn/zhengce/content/202509/content_7042999.htm (aċċessat fit-12 ta’ Novembru 2025).
(43) Ir-Rapport – il-Kapitolu 8, p. 207-208, 242-243.
(44) Ara d-Deċiżjoni tal-Kumitat Ċentrali tal-PKĊ dwar l-Approfondiment Komprensiv tar-Riforma u l-Promozzjoni tal-Modernizzazzjoni bi Stil Ċiniż, it-Taqsima III.9, disponibbli fuq: https://www.gov.cn/zhengce/202407/content_6963770.htm (aċċessat fil-11 ta’ Novembru 2025).
(45) Ara fuq: https://www.gov.cn/zhengce/content/202511/content_7047643.htm (aċċessat fil-11 ta’ Novembru 2025).
(46) Ibid., it-Taqsima 11.
(47) Ibid., it-Taqsima V.16 (aċċessat fil-11 ta’ Novembru 2025).
(48) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 19-24, il-Kapitolu 4, p. 69, p. 99-100, il-Kapitolu 5, p. 130-131.
(49) Ara fuq: https://www.linglong.cn/ u https://www.linglong.cn/Upload/202505/20250524113047_5549.pdf, p. 81 (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2025).
(50) Ara fuq: https://www.sailungroup.com/ (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2025).
(51) Ara r-rapport annwali ta’ Sailun Group tal-2024, p.93, disponibbli fuq: https://sailuns3.s3.cn-northwest-1.amazonaws.com.cn/upload/portal/20250429/039e9b432aecd14b5a5b934b0b0cf103.pdf (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2025).
(52) Ara fuq: https://www.zcrubber.com/ (aċċessat fis-6 ta’ Ottubru 2025).
(53) Ara r-rapport annwali 2024 ta’ Zhongce Rubber Group, p. 50, disponibbli fuq: https://file.finance.qq.com/finance/hs/pdf/2025/08/20/1224519453.pdf (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2025).
(54) Ara r-rapport annwali tal-2024 ta’ Qingdao Double Star Co. Ltd., p. 63, disponibbli fuq: https://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESZ_STOCK/2025/2025-3/2025-03-28/10815489.PDF (aċċessat fis-6 ta’ Ottubru 2025).
(55) Ibid, p.159.
(56) Ara fuq: https://www.gztyre.com/ (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2025).
(57) Ara r-rapport annwali tal-2024 ta’ Guizhou Tyre Co. Ltd., p. 76 u 78, disponnibli fuq: https://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESZ_STOCK/2025/2025-4/2025-04-26/11007719.PDF (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2025).
(58) Ara fuq: https://rubber.chemchina.com/ (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2025).
(59) Ara fuq: http://www.sasac.gov.cn/n2588045/n27271785/n27271792/index.html (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2025).
(60) Ara fuq: http://www.sinopecgroup.com/group/ (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2025).
(61) Ara fuq: http://www.sasac.gov.cn/n2588045/n27271785/n27271792/index.html (aċċessat fis-6 ta’ Ottubru 2025).
(62) Ara https://pdf.dfcfw.com/pdf/H3_AP202312271615027520_1.pdf (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2025).
(63) L-Artikolu 33 tal-Kostituzzjoni tal-PKĊ, l-Artikolu 19 tal-Liġi Ċiniża dwar il-Kumpaniji, l-Artikolu 5 tal-Liġi dwar l-Ekonomija Privata. Ara wkoll ir-Rapport — Il-Kapitolu 3, p. 47-50.
(64) Ara: https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2022-04/08/content_5683972.htm (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2025).
(65) Ara: https://huanbao.bjx.com.cn/news/20211201/1191133.shtml (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2025).
(66) “L-istatistika turi li l-industrija tal-karozzi f’Changchun kisbet valur tal-output ta’ RMB 614,3 biljun fl-2021, li jammonta għal 70,3 fil-mija tal-valur tal-output industrijali totali tal-belt. (…) Barra minn hekk, iż-Żona ta’ Żvilupp Ekonomiku u Teknoloġiku tal-Karozzi ta’ Changchun tipprovdi appoġġ robust lill-industrija tal-karozzi tal-belt f’termini ta’ appoġġ għall-politika, l-akkwist ta’ talent, loġistika, u aktar.” Ara: https://en.people.cn/n3/2023/0828/c90000-20064539.html (aċċessat fil-15 ta’ Ottubru 2025).
(67) Ara: https://changchun.ifeng.com/a/20200701/14287256_0.shtml (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2025).
(68) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 24-27.
(69) Ara: https://ccb.cria.org.cn/ (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2025).
(70) Ara: https://www.cria.org.cn/c/member (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2025).
(71) Ara: https://tyre.cria.org.cn/c/id/1772857864279343106 (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2025).
(72) Ibid.
(73) Ara: https://www.cria.org.cn/c/id/1760859134713970690 (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2025).
(74) Ibid.
(75) Ir-Rapport – il-Kapitolu 3, p. 40.
(76) Ara pereżempju: Blanchette, J. -Xi’s Gamble, The Race to Consolidate Power and Stave off Disaster; Foreign Affairs, vol. 100, nru 4, Lulju/Awwissu 2021, p. 10-19.
(77) Ir-Rapport – il-Kapitolu 3, p. 41.
(78) Disponibbli fuq: https://www.reuters.com/article/us-china-congress-companies-idUSKCN1B40JU (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2025).
(79) Disponibbli fuq: https://asia.nikkei.com/Business/Companies/China-s-companies-rewrite-rules-to-declare-Communist-Party-ties#:~:text=HONG%20KONG%20--%20China’s%20Communist%20Party%20congress%20underlined%20fears%20that (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2025).
(80) Il-Linji Gwida tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Kumitat Ċentrali tal-PKĊ dwar it-tisħiħ tal-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat għall-era l-ġdida: www.gov.cn/zhengce/2020-09/15/content_5543685.htm (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2025).
(81) Financial Times (2020) - Chinese Communist Party asserts greater control over private enterprise: https://on.ft.com/3mYxP4j (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2025).
(82) Ara: https://www.sinochem.com/sinochem/guwm/zlzz/gltd/A031002002003Gone1.html (aċċessat fil-11 ta’ Novembru 2025).
(83) Ara: Qingdao Double Star Co. Ltd. Ir-rapport annwali tal-2024, p.36, disponibbli fuq: https://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESZ_STOCK/2025/2025-3/2025-03-28/10815489.PDF (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2025).
(84) Ara r-rapport annwali ta’ Guizhou Tyre Co. Ltd. tal-2024, p. 44, disponnibli fuq: https://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESZ_STOCK/2025/2025-4/2025-04-26/11007719.PDF (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2025).
(85) Ara Qingdao Double Star Co. Ltd., Ltd. ir-rapport annwali tal-2024, p. 14, disponibbli fuq: https://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESZ_STOCK/2025/2025-3/2025-03-28/10815489.PDF (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2025).
(86) Ara Guizhou Tyre Co Ltd., ir-rapport annwali tal-2023, p. 41, disponibbli fuq: https://pdf.dfcfw.com/pdf/H2_AN202404151630237833_1.pdf?1713215477000.pdf, (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2025).
(87) Ir-Rapport – il-Kapitolu 4, p. 56-57, 99-100.
(88) Ara: https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/202112/29/5665166/files/90c1c79a00b44c67b59c29392476c862.pdf (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2025).
(89) Ibid.
(90) L-14-il FYP ta’ Anhui dwar l-iżvilupp tal-industrija tal-materjali ġodda, ippubblikat fit-28 ta’ Frar 2022, it-Taqsima III, it-Tabella 6.
(91) Ibid.
(92) Ara fuq: https://gxt.gansu.gov.cn/gxt/c106992/202201/1959993/files/bc8a41db8b904e55b5bd7017eb42d119.pdf (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2025).
(93) Ibid.
(94) Ara: https://huanbao.bjx.com.cn/news/20211115/1187880.shtml (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2025).
(95) Ara: http://gxt.jl.gov.cn/xxgk/zcwj/sgxtwj/202109/t20210914_8217060.html (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2025).
(96) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 171-179.
(97) Ara: https://www.reuters.com/world/china/chinas-murky-bankruptcies-expose-hazards-foreign-investors-2025-04-15/ (aċċessat fis-17 ta’ Novembru 2025).
(98) Ir-Rapport – il-Kapitolu 9, p. 260-261.
(99) Ir-Rapport – il-Kapitolu 9, p. 257-260.
(100) Ara t-Taqsima IV.23, disponibbli fuq: https://www.gov.cn/zhengce/202407/content_6963770.htm (aċċessata fit-18 ta’ Novembru 2025).
(101) Ir-Rapport – il-Kapitolu 9, p. 252-254.
(102) Ir-Rapport – il-Kapitolu 13, p. 360-361, 364-370.
(103) Ir-Rapport – il-Kapitolu 13, p. 366.
(104) Ir-Rapport – il-Kapitolu 13, p. 370-373.
(105) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 137-140.
(106) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 146-149.
(107) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 149.
(108) Ara d-dokument ta’ politika uffiċjali tal-Kummissjoni Regolatorja taċ-Ċina dwar l-Attività Bankarja u l-Assigurazzjoni tat-28 ta’ Awwissu 2020: Pjan ta’ azzjoni ta’ 3 snin għat-titjib tal-governanza korporattiva tas-setturi bankarji u tal-assigurazzjoni (2020–2022): http://www.cbirc.gov.cn/cn/view/pages/ItemDetail.html?docId=925393&itemId=928 (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2025). Il-Pjan jagħti struzzjonijiet biex “jiġi implimentat ulterjorment l-ispirtu inkorporat fid-diskors ewlieni tas-Segretarju Ġenerali Xi Jinping dwar l-avvanz fir-riforma tal-governanza korporattiva tas-settur finanzjarju”. Barra minn hekk, it-taqsima II tal-Pjan għandha l-għan li tippromwovi l-integrazzjoni organika tat-tmexxija tal-Partit fil-governanza korporattiva: “għandna nagħmlu l-integrazzjoni tat-tmexxija tal-Partit fil-governanza korporattiva aktar sistematika, standardizzata u bbażata fuq il-proċeduri […] Il-Kumitat tal-Partit irid ikun iddiskuta kwistjonijiet operazzjonali u maniġerjali ewlenin qabel ma jiġu deċiżi mill-Bord tad-Diretturi jew mill-maniġment superjuri”.
(109) Ara l-Avviż tas-CBIRC Avviż dwar il-Metodu ta’ evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-banek kummerċjali, maħruġ fil-15 ta’ Diċembru 2020: http://jrs.mof.gov.cn/gongzuotongzhi/202101/t20210104_3638904.htm (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2025).
(110) Ara fuq: https://www.gov.cn/lianbo/bumen/202508/content_7035298.htm (aċċessat fis-17 ta’ Novembru 2025).
(111) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 157-158.
(112) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 150-152, 156-160, 165-171.
(113) Ara r-Rapport ta’ Rhodium Group, An Augmented Assessment of China’s State Support, p. 22, disponibbli fuq: https://rhg.com/research/far-from-normal-an-augmented-assessment-of-chinas-state-support/ (aċċessat fis-17 ta’ Novembru 2025).
(114) Ara fuq: https://www.bloomberg.com/graphics/2025-china-deflation-cost/?utm_campaign=202511_BATC_subs_eng_china_inflation_subs_eng_chinainflation_nov2025&utm_term=20383998&utm_source=subs-email&utm_medium=email&utm_content=15664976 (aċċessat fis-17 ta’ Novembru 2025).
(115) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2017, Viraj Profiles vs Il-Kunsill, T-67/14, EU:T:2017:481, il-punt 98.
(116) Ara pereżempju r-Rapport, il-Kapitoli 12, 14, 16.
(117) Ara r-Rapport, il-Kapitolu 3.
(118) Ara r-Rapport, il-Kapitolu 4.
(119) Rapport – il-Kapitolu 6.
(120) Data Miftuħa tal-Bank Dinji – Introjtu Medju Superjuri, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.
(121) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/755/oj) kif emendat mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/749 tal-24 ta’ Frar 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tneħħija tal-Każakistan mil-lista ta' pajjiżi fl-Anness I tagħha (ĠU L 113, 29.4.2017, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/755/2017-05-19).
(122) https://access.trade.gov/Resources/frn/summary/prc/2021-19259-1.pdf.
(123) Eż. Hock Hin (MUAR) Rubber Co., Michelin Malaysia, Toyo tyre Malaysia SDN BHD, Friendship Rubber Industry (il-Malażja) SDN. BHD. u Yamauchi (il-Malażja).
(124) Il-Grupp GITI rrefera għall-Companie Hulera Tornel.
(125) PT Goodyear Indonesia Tbk, Gajah Tunggal (identifikati minn Hankook u l-Grupp GITI).
(126) Friendship Rubber industry (il-Malażja) SDN. BHD. U Toyo Tyre Malaysia SDN. BHD.
(127) Bridgestone Tire Manufacturing (it-Tajlandja) Co. Ltd., Bridgestone Specialty Tire Manufacturing (it-Tajlandja) Co., Ltd., Thai Bridgestone company Limited, Goodyear (it-Tajlandja) Public Company limited.
Toyo Tire (it-Tajlandja) company limited, Deestone Ltd., Desstone international Company Limited, Otani Radial Co., Ltd., Sumitomo Rubber (it-Tajlandja) company Limited, Svizz-one Corportation Ltd., Yokohama Tire Manufacturing (it-Tajlandja) Co., Ltd.
(128) Informazzjoni aktar dettaljata ma tistax tiġi pprovduta għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità.
(129) https://oec.world/en/profile/hs/polyamide-fabric.
(130) https://oec.world/en/profile/hs/stranded-steel-wirecableetc-no-electric-insulation.
(131) https://www.itac.org.za/upload/document_files/20250602071614_ITAC-Preliminary-Report-No.-748---May-2025.pdf.
(132) Bl-eċċezzjoni tal-korda tal-azzar peress li s-sehem għoli tal-importazzjonijiet Ċiniżi jikkonċerna kważi l-pajjiżi rappreżentattivi possibbli kollha.
(133) eż. Michelin Siam, Maxxis International (it-Tajlandja) Co Ltd, Bridgestone Specialty Tire Manufacturing (it-Tajlandja) Co., Ltd.
(134) https://oec.world/en/profile/hs/pneumatic-tyres-new-of-rubber-for-buses-or-lorries u https://oec.world/en/profile/hs/new-rubber-pneumatic-tyres-for-motor-cars.
(135) It-tliet fatturi tal-produzzjoni (l-iswed tal-karbonju, il-Lastiku Stiren-Butadien u l-Lastiku Polybutadien jirrappreżentaw bejn madwar 4 % u 12 % fil-kostijiet tal-produzzjoni).
(136) Minn 5 % sa massimu ta’ 21 % skont il-fattur tal-produzzjoni.
(137) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/58 tal-15 ta’ Jannar 2025 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, ta’ tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2025/58, 16.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/58/oj), il-premessa (214).
(138) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/58.
(139) Is-sottintestatura SA 5902 20 (il-Vjetnam) u s-sottintestatura SA 5902 90 (il-Ġermanja), ara https://oec.world/en/profile/hs/tyre-cord-fabric-of-polyester u https://oec.world/en/profile/hs/tyre-cord-fabric-of-viscose-rayon, rispettivament.
(140) https://oec.world/en/profile/hs/tyre-cord-fabric-of-nylon-polyamides.
(141) https://oec.world/en/profile/hs/tyre-cord-fabric-of-polyester.
(142) https://oec.world/en/profile/hs/tyre-cord-fabric-of-viscose-rayon.
(143) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/428 tal-15 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 87I, 15.3.2022, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/428/oj).
(144) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1904 tas-6 ta’ Ottubru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, (ĠU L 259I, 6.10.2022, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/1904/oj).
(145) Wieħed mill-produtturi esportaturi uża l-materjal taħt wieħed mill-kodiċijiet b’mod marġinali biss (li jirrappreżenta inqas minn 0,5 % tal-kost totali tal-produzzjoni) jew irrapporta kodiċijiet SA differenti. Id-data tal-produttur esportatur l-ieħor ma ppermettitx li l-materjal jiġi distint fil-livell ta’ 8 ċifri.
(146) Eż. tariffi addizzjonali fuq prodotti minn pajjiżi terzi barra l-UE u s-sħab tal-ftehim ta’ kummerċ ħieles tagħha, valuri doganali minimi, u VAT mhux rimborsabbli.
(147) Kif intqal fir-rapport annwali tal-2024 ta’ Brisa Bridgestone, “l-applikazzjoni tat-TAS 29 tirriżulta f’aġġustament għat-telf tal-kapaċità tal-akkwist tal-lira Torka ppreżentat fl-entrata Gwadanni tal-Pożizzjoni Monetarja Netti (Telf) fit-taqsima tal-profitt jew telf tad-dikjarazzjoni tal-profitt jew telf u d-dħul komprensiv” (TAS hija l-Istandards tal-Kontabilità Torka).
(148) Global Trade Atlas.
(149) Informazzjoni aktar dettaljata ma tistax tiġi pprovduta għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità.
(150) L-Istitut Tork tal-Istatistika.
(151) Ara p. 83 tar-rapport annwali tal-2024 ta’ Brisa Bridgestone, disponibbli fuq https://www.brisa.com.tr/uploads/docs/Brisa_FR_2024_EN_Digital_Final.pdf.
(152) https://www.tcmb.gov.tr/wps/wcm/connect/EN/TCMB+EN/Main+Menu/Statistics/Real+Sector+Statistics/Company+Accounts/Company+Accounts+Data/
(153) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2659 tas-27 ta’ Novembru 2023 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2023/2659, 28.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2659/oj) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/116 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċesulfam K li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 19, 28.1.2022, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/116/oj).
(154) Id-dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti, Memorandum ta’ Deċiżjoni għar-Riżultati Preliminari tar-Rieżami Amministrattiv tad-Dazju Anti-dumping ta’ Ċerti Tajers ta’ Vetturi tal-Passiġġieri u ta’ Trakkijiet Ħfief mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, 2021-2022, p. 15; Memorandum ta’ Deċiżjoni għar-Riżultati Preliminari tar-Rieżami Amministrattiv tad-Dazju Anti-dumping ta’ Ċerti Tajers ta’ Vetturi tal-Passiġġieri u ta’ Trakkijiet Ħfief mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u Revoka, 2017-2018, p. 18; Memorandum ta’ Deċiżjoni għar-Riżultati Preliminari tar-Rieżami Amministrattiv tad-Dazju Anti-dumping ta’ Ċerti Tajers ta’ Vetturi tal-Passiġġieri u ta’ Trakkijiet Ħfief mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u Determinazzjoni Preliminari ta’ Ebda Kunsinna, 2019-2020, p.19; Memorandum ta’ Deċiżjoni għar-Riżultati Preliminari tar-Rieżami Amministrattiv tad-Dazju Anti-dumping ta’ Ċerti Tajers ta’ Vetturi tal-Passiġġieri u ta’ Trakkijiet Ħfief mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina; Revoka, Parzjali, u Determinazzjoni Preliminari tan-Numru ta’ Kunsinni; 2020-2021, p.22. Każijiet disponibbli fuq https://access.trade.gov/login.aspx.
(155) https://www.itac.org.za/upload/document_files/20250602071614_ITAC-Preliminary-Report-No.-748---May-2025.pdf.
(156) Ara Chinese Tire Set off a New Craze of Building Factories Overseas, it-13 ta’ April 2020 disponibbli fuq https://e.cria.org.cn/a/1778595313171324930.
(157) Kwotazzjoni kelma b’kelma “The enterprises choose to build factories in Southeast Asian countries such as Thailand and Vietnam mainly to solve the disadvantage of being away from raw material supply market and product export market, and avoid the influence of “Double Anti” of the U.S. from the source, however, sharp rise in the amount of tires exported by Southeast Asian countries to the U.S. draws the attention of the U.S.”, il-link fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 156. Id-“double anti” huwa komunement imsejjaħ fl-aħbarijiet Ċiniżi bħala l-ftuħ kemm ta’ investigazzjoni anti-dumping kif ukoll ta’ investigazzjoni antisussidji, ara pereżempju https://www.yys-alu.com/en/news-center/1993.html.
(158) Hock Hin (MUAR) Rubber Co., Michelin Malaysia, Toyo tyre Malaysia SDN BHD u Yamauchi (il-Malażja)
(159) L-Istitut Tork tal-Istatistika: https://www.tuik.gov.tr/Home/Index.
(160) L-Awtorità Regolatorja tas-Suq tal-Enerġija – EMRA: https://epdk.gov.tr/Home/En.
(161) L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali.
(162) https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Labour-Cost-Statistics-2024-54011.
(163) TurkStat, Indiċijiet tal-Input tax-Xogħol, Trimestru lV: Ottubru - Diċembru, 2024.
(164) epdk.gov.tr = > Stqarrijiet għall-istampa = > agħżel id-deċiżjonijiet tal-Bord tas-Suq tal-Elettriku.
(165) L-Istitut Tork tal-Istatistika – Il-prezzijiet tal-gass naturali tal-industrija skont il-faxex tal-konsum għall-perjodu Jannar-Ġunju, 2022: https://data.tuik.gov.tr/ Bulten/Index?p=Electricity-and-Natural-Gas-Prices-Period-I:-January-June,-2022-45567.
(166) L-Istitut Tork tal-Istatistika – Indiċi tal-prezzijiet tal-produtturi domestiċi u r-rata tal-kambju: https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Domestic- Producer-Price-Index-June-2024-53691.
(167) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 tat-18 ta’ Ottubru 2018 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/163 (ĠU L 263, 22.10.2018, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1579/oj).
(168) https://www.invest.gov.tr/en/investmentguide/pages/cost-of-doing-business.aspx.
(169) Ir-reġjun ta’ Ankara huwa l-eqreb reġjun għall-fabbriki ta’ Brisa Bridgestone.
(170) Id-dazju nbidel għal 4,3 % wara d-divulgazzjoni definittiva.
(171) Id-dazju nbidel għal 24,4 % wara d-divulgazzjoni definittiva.
(172) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 56, 6.3.1996, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/384/oj).
(173) Bażi tad-data aggregata miġbura mill-membri ta’ Tyres Europe.
(174) Sors: Artikli tal-aħbarijiet dwar diversi marki Ċiniżi bħal: Chinese Premium Tyres are changing the game: A new era in global tyre competition: https://trojanlimited.com/chinese-premium-tyres-are-changing-the-game-a-new-era-in-global-tyre-competition/ Fabbrika Ewropea tat-tajers Linglong iċċertifikata minn bosta OEMs: https://en.linglong.cn/content/details34_38845.html Sailun continues in the fast lane: https://www.eqs-news.com/news/media/sailun-continues-in-the-fast-lane-sailun-has-entered-the-top-10-most-valuable-tyre-brands-in-the-world-for-the-first-time-achieving-a-historic-triple/d361873f-a8c3-4601-a541-8263c80366a4_en#:~:text=Sailun%20continues%20in%20the%20fast%20lane%20+++,historic%20triple.%20%7C%20Media%20%2D%20EQS%20News, aċċessat l-aħħar fis-27 ta’ April 2026.
(175) Sors: Diversi siti web ta’ negozjanti jew ta’ reċensjonijiet tat-tajers li jikklassifikaw il-marki fi gradi, bħal: https://www.tyrereviews.com/tyre/ https://www.tyresavings.com/brands https://www.asdatyres.co.uk/brands https://www.grip500.it/pneumatico/ https://www.reifen.com/de-de/auto/reifen/marken aċċessat l-aħħar fis-27 ta’ April 2026.
(176) Sors: Chinese Premium Tyres are changing the game: A new era in global tyre competition: https://trojanlimited.com/chinese-premium-tyres-are-changing-the-game-a-new-era-in-global-tyre-competition/ Fabbrika Ewropea tat-tajers Linglong iċċertifikata minn bosta OEMs: https://en.linglong.cn/content/details34_38845.html aċċessat l-aħħar fis-27 ta’ April 2026.
(177) WT/DS184/AB/R, it-22 ta’ Awwissu 2001, L-Istati Uniti – Anti-dumping measures on Certain Hot-Rolled Steel Products from Japan, il-paragrafu 204.
(178) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1159 tat-13 ta’ Ġunju 2023 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-okoumé plywood li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 153, 14.6.2023, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1159/oj) il-premessi (173) u (178), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/931 tat-28 ta’ Ġunju 2018 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġinaw mill-Indja u mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 2.7.2018, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/931/oj), il-premessi (121) u (129).
(179) Ir-Rapporti tal-Korp tal-Appell, China – Measures Imposing Anti-dumping Duties on High Performance Stainless Steel Seamless Tubes (‘HP-SSST’) from Japan / China – Measures Imposing Anti-dumping Duties on High Performance Stainless Steel Seamless Tubes (‘HP-SSST’) from the European Union, WT/DS454/AB/R u TW/DS460/AG/R u l-add. 1, il-paragrafu 5.204 li mbagħad jikkwota lir-Rapport tal-Korp tal-Appell, United States – Anti-Dumping Measures on Certain Hot-Rolled Steel Products from Japan, WT/DS184/AB/R, il-paragrafu 195.
(180) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Frar 2021 eurocylinder systems, C-324/19, ECLI:EU:C:2021:94, il-paragrafi 49 u 50.
(181) Notifika tal-Bidu ta’ proċediment antisussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ tajers pnewmatiċi ġodda, tal-lastiku, tat-tip użat fuq karozzi bil-mutur, karozzi tal-linja jew trakkijiet b’indiċi tat-tagħbija li ma jaqbiżx il-121 li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU C, C/2025/5924, 6.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5924/oj).
(182) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2219 tat-3 ta’ Novembru 2025 li jimponi dazji anti-dumping proviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ plywood tal-artab li joriġina mir-Repubblika Federattiva tal-Brażil (ĠU L, 2025/2219, 4.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2219/oj), il-premessa (194) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1732 tat-13 ta’ Awwissu 2025 li jimponi dazju proviżorju anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ xemgħat, kandiletti u bħalhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2025/1732, 14.8.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1732/oj), il-premessa (321).
(183) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/58, il-premessi (357) u (358).
(184) Manifattura ta’ tajers tal-lastiku u tubi; retreading u rikostruzzjoni ta’ tajers tal-lastiku.
(185) Inkluż l-ammont tal-SG&A fl-impjant tal-produzzjoni u/jew il-kwartier ġenerali relatat tiegħu, skont fejn ikun iġġarrab.
(186) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1953 tad-29 ta’ Ottubru 2015 li jimponi dazju definittiv tal-anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti bi grani orjentati rrumblati ċatti ta’ azzar manjetiku tas-silikon li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Federazzjoni Russa u l-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 284, 30.10.2015, p. 109, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1953/oj).
(187) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ u s-Sigurtà Ekonomika, Directorate G, Rue de la Loi/Wetstraat 170, 1040, Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË, Indirizz elettroniku: Trade-defence-complaints@ec.europa.eu.
(188) Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Mejju 2019, Stemcor London u Samac Steel Stemcor vs Il-Kummissjoni T-749/16, ECLI:EU:T:2019:310.
(189) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).
ANNESS
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw
|
Isem il-kumpanija |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Anhui Jichi Tire Co., Ltd. |
88CQ |
|
CHENG SHIN RUBBER (XIAMEN) IND. LTD. |
88CR |
|
CHENG SHIN TIRE & RUBBER (CHINA) CO., LTD. |
88CS |
|
Continental Tires (China) Co., Ltd. |
88CT |
|
Cooper (Kunshan) Tire Co., Ltd. |
88EV |
|
DONGYING FANGXING RUBBER CO., LTD |
88CU |
|
Dongying Zhangao Rubber Co., Ltd. |
88CV |
|
Double Coin Group (Anhui) Warrior Tire Co., Ltd. |
88CW |
|
Doublestar-Dongfeng Tyre Co., Ltd. |
88CX |
|
GITI Radial Tire (Anhui) Company Ltd. |
88EW |
|
GITI Tire (Fujian) Company Ltd. |
88CY |
|
GITI Tire (Hualin) Company Ltd. |
88EX |
|
GUIZHOU TYRE CO., LTD. |
88CZ |
|
Goodyear Dalian Tire Company Limited |
88EY |
|
HEBEI WANDA TYRE CO., LTD. |
88DA |
|
JIANGSU GENERAL SCIENCE TECHNOLOGY CO., LTD. |
88EZ |
|
Jining Shenzhou Tyre Co., Ltd. |
88DB |
|
KENDA RUBBER (CHINA) CO., LTD. |
88DC |
|
KENDA RUBBER (TIANJIN) CO., LTD. |
88DD |
|
Kumho Tire (Changchun) Co., Inc. |
88FA |
|
Kumho Tire (Tianjin) Co., Inc. |
88FB |
|
Nanjing Kumho Tire Co., Ltd. |
88FC |
|
NANKANG (ZHANGJIAGANG FREE TRADE ZONE) RUBBER INDUSTRIAL CO., LTD. |
88DE |
|
Pirelli Tyre (Jiaozuo) Co., Ltd. |
88DF |
|
Pirelli Tyre Co., Ltd. |
88DG |
|
Prinx Chengshan (Shandong) Tire Co., Ltd. |
88DH |
|
Qingdao Doublestar Tire Industrial Co., Ltd. |
88DI |
|
Qingdao Fullrun Tyre Tech Corp., Ltd. |
88DJ |
|
QINGDAO NEXEN TIRE CORPORATION |
88DK |
|
Qingdao Sentury Tire Co., Ltd. |
88DL |
|
Qingzhou Rydanz Rubber Science And Technology Co., Ltd. |
88DM |
|
Sailun (Dongying) Tire Co., Ltd. |
88DN |
|
Sailun Group Co., Ltd. |
88DO |
|
Shaanxi Yanchang Petroleum Group Rubber Co., Ltd. |
88DP |
|
Shandong Changlu Hong Tire Co., Ltd. |
88DQ |
|
Shandong Duratti Rubber Corporation Co., Ltd. |
88DR |
|
Shandong Fengyuan Tire Manufacturing Co., Ltd. |
88DS |
|
Shandong Habilead Rubber Co., Ltd. |
88DT |
|
Shandong Haohua Tire Co., Ltd. |
88DU |
|
Shandong Hongsheng Rubber Technology Co., Ltd. |
88DV |
|
Shandong Linglong Tyre Co.,Ltd. |
88DW |
|
Shandong Lutai Rubber Company Limited |
88DX |
|
SHANDONG MIRAGE TYRES CO., LTD. |
88DY |
|
Shandong New Continent Tire Co., Ltd. |
88DZ |
|
Shandong Province Sanli Tire Manufacture Co., Ltd. |
88EA |
|
SHANDONG WANDA BOTO TYRE CO., LTD. |
88EB |
|
Shandong Xinghongyuan Tyre Co., Ltd. |
88EC |
|
SHANDONG YONGFENG TYRES CO., LTD. |
88ED |
|
Shandong Youyue Rubber Technology Co., Ltd. |
88EE |
|
Shouguang Firemax Tyre Co., Ltd. |
88EF |
|
Sichuan Tyre & Rubber Co., Ltd. |
88EG |
|
Sichuan Yuanxing Rubber Co., Ltd. |
88EH |
|
Sumitomo Rubber (Changshu) Co., Ltd. |
88EI |
|
Sumitomo Rubber (Hunan) Co., Ltd. |
88EJ |
|
Tercelo Tire (Qingzhou) Co., Ltd. |
88EK |
|
TIANJIN WANDA TYRE CO., LTD. |
88EL |
|
TRIANGLE TYRE CO., LTD. |
88EM |
|
Wanli Tire Corporation Limited |
88EN |
|
ZHAOQING JUNHONG CO., LTD. |
88EO |
|
Zhongce Rubber Group Co., Ltd. |
88EP |
|
Zhongyi Rubber Co., Ltd. |
88EQ |
|
ZODO TIRE CO., LIMITED |
88ER |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1540/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)