|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2238 |
9.11.2023 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 83/2023
tat-28 ta’ April 2023
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/2238]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/973 tal-14 ta’ Marzu 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi kriterji dwar l-effiċjenza agronomika u s-sikurezza għall-użu ta’ prodotti sekondarji fi prodotti fertilizzanti tal-UE (1) għandu jiġi inkorporat dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 1 (ir-Regolament (UE) Nru 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XIV tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“1a. |
32022 R 0973: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/973 tal-14 ta’ Marzu 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi kriterji dwar l-effiċjenza agronomika u s-sikurezza għall-użu ta’ prodotti sekondarji fi prodotti fertilizzanti tal-UE (ĠU L 167, 24.6.2022, p. 29).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2022/973 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ April 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 77/2023 tat-28 ta’ April 2023 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2023.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L 167, 24.6.2022, p. 29.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
(2) ĠU L, 2023/2233, 9.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/2233/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2238/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)