3.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/897

tat-2 ta’ Mejju 2023

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/128 li jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/128 (2) jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), kif ukoll l-ammonti disponibbli għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għas-snin finanzjarji 2021 sal-2027.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116, il-limitu massimu annwali għan-nefqa tal-FAEG għandu jkun kostitwit mill-ammonti massimi għas-sublimitu għan-nefqa relatata mas-suq u l-pagamenti diretti stipulati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (3).

(3)

F’konformità mal-Artikolu 17(5), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), Stat Membru wieħed iddeċieda fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu li jnaqqas l-ammont tal-pagamenti diretti li għandhom jingħataw lill-bdiewa għas-snin kalendarji mill-2023 sal-2026 u li jittrasferixxi l-prodott stmat tat-tnaqqis li jirriżulta lill-FAEŻR.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 103(1), il-punt (a), u l-Artikolu 103(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115, diversi Stati Membri ddeċidew fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom li għas-snin kalendarji mill-2023 sal-2026 jittrasferixxu ċertu perċentwal tal-allokazzjonijiet tagħhom għall-pagamenti diretti għall-allokazzjonijiet tagħhom għall-FAEŻR.

(5)

F’konformità mal-Artikolu 103(1), il-punt (b), u l-Artikolu 103(3) tar-Regolament (UE) 2021/2115, diversi Stati Membri ddeċidew fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom li jittrasferixxu għall-allokazzjonijiet tagħhom għall-pagamenti diretti ċertu perċentwal tal-allokazzjonijiet tagħhom għall-FAEŻR għas-snin finanzjarji mill-2024 sal-2027.

(6)

L-allokazzjonijiet rilevanti tal-Istati Membri għall-pagamenti diretti stabbiliti fl-Annessi V u IX tar-Regolament (UE) 2021/2115, kif ukoll id-diżaggregazzjoni annwali skont l-Istat Membru tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali stabbilit fl-Anness XI ta’ dak ir-Regolament, ġew adattati konsegwentement permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/813 (5).

(7)

F’konformità mal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093, il-sublimitu għan-nefqa relatata mas-suq u l-pagamenti diretti tal-qafas finanzjarju pluriennali stabbilit fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament għandu jiġi aġġustat skont l-aġġustament tekniku previst fl-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament wara li jsiru t-trasferimenti bejn il-FAEŻR u l-pagamenti diretti.

(8)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġi aġġustat il-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG għall-2024 sal-2027 kif stabbilit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/128. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, l-ammonti li għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-FAEŻR jenħtieġ li jiġu ppubblikati wkoll.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/128 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/128 huwa sostitwit bit-test tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Mejju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/128 tat-3 ta’ Frar 2021 li jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG (ĠU L 40, 4.2.2021, p. 8).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sal-2027 (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 11).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/813 tat-8 ta’ Frar 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-allokazzjonijiet tal-Istati Membri għall-pagamenti diretti u d-diżaggregazzjoni annwali skont l-Istat Membru tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali (ĠU L 102, 17.4.2023, p. 1).


ANNESS

“ANNESS

Bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG

(miljun ta’ EUR)

Sena finanzjarja

Ammonti mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-FAEŻR

Ammonti ttrasferiti mill-FAEŻR

Bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG

L-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

L-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

2021

1 099,539

58,165

600,658

40 367,954

2022

1 086,292

57,919

525,400

40 638,189

2023

1 277,253

55,858

507,322

40 692,211

 

L-Artikolu 103(1), il-punt (a) u l-Artikolu 103(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115

L-Artikolu 17(5), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/2115

L-Artikolu 103(1), il-punt (b) u l-Artikolu 103(3) tar-Regolament (UE) 2021/2115

 

2024

1 632,136

5,000

590,214

40 602,078

2025

1 702,286

5,000

590,214

40 664,928

2026

1 807,987

5,000

590,214

40 690,227

2027

1 981,419

5,000

590,214

40 650,795

”