|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/146 |
30.1.2025 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/146
tad-29 ta’ Jannar 2025
li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għaż-żoksammid f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1), il-punt (a), u l-Artikolu 49(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-livelli massimi ta’ residwi (“MRLs”) għas-sustanza attiva żoksammid ġew stabbiliti fl-Anness II u fil-Parti B tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(2) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ressqet opinjoni motivata dwar ir-rieżami tal-MRLs eżistenti għaż-żoksammid f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 u dwar l-istabbiliment ta’ tolleranza tal-importazzjoni għall-basal, għat-tewm u għax-xalotti (2). |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 6(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, tressqet applikazzjoni għal tolleranza tal-importazzjoni għaż-żoksammid fil-basal, fit-tewm u fix-xalotti. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, l-applikazzjoni ġiet evalwata mill-Istat Membru kkonċernat u f’konformità mal-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament, u r-rapport ta’ evalwazzjoni ntbagħat lill-Kummissjoni. |
|
(5) |
L-Awtorità vvalutat l-applikazzjoni u r-rapport ta’ evalwazzjoni, u eżaminat b’mod partikolari r-riskji għall-konsumaturi u, fejn rilevanti, għall-annimali u għaddiet l-opinjoni motivata tagħha lill-applikant, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, u għamlitha disponibbli għall-pubbliku. |
|
(6) |
L-Awtorità kkonkludiet li r-rekwiżiti kollha tad-data ġew issodisfati u li l-modifika fl-MRLs mitluba mill-applikant kienet aċċettabbli abbażi ta’ valutazzjoni tal-esponiment tal-konsumaturi li turi li l-konsum fuq perjodu ta’ żmien qasir u twil ta’ residwi li jirriżultaw mill-użu taż-żoksammid skont il-prattiki agrikoli fuq il-basal, it-tewm u x-xalotti, x’aktarx li ma jippreżentax riskju għas-saħħa tal-konsumaturi. |
|
(7) |
L-Awtorità rrakkomandat li jiġu stabbiliti MRLs għall-patata, għat-tadam, għall-ħjar, għall-ħjar tal-pikles, għaz-zukkini, għall-bettieħ, għall-qara’ aħmar u għad-dulliegħ, li għalihom tressqet u ġiet ivvalutata biżżejjed data ta’ sostenn dwar prattiki agrikoli tajba. Billi ma hemmx riskju għall-konsumaturi, jixraq li l-MRLs għal dawn il-prodotti jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell identifikat mill-Awtorità. |
|
(8) |
L-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għall-brunġiel, xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u li kienet meħtieġa iktar konsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskji. Peress li ma hemmx riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dan il-prodott jenħtieġ li jinżammu fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Se jsir rieżami ta’ dawn l-MRLs; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(9) |
Għall-prodotti l-oħra kollha, jixraq li l-MRLs jiġu stabbiliti għal-LOD speċifiku għall-prodott f’konformità mal-Artikolu 14(1), il-punt (a), tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, flimkien mal-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni kkonsultat lil-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi taż-żoksammid fir-rigward tal-ħtieġa li jiġu adattati ċerti LODs. Dawk il-laboratorji pproponew LODs speċifiċi għall-prodott li jistgħu jinkisbu b’mod analitiku għall-prodotti kollha. |
|
(11) |
Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-kummenti tagħhom ġew meqjusa. |
|
(12) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(13) |
Sabiex ikun jistgħu jseħħu l-kummerċjalizzazzjoni, l-ipproċessar u l-konsum normali tal-prodotti, dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikax għall-prodotti li jkunu ġew prodotti jew introdotti fis-suq qabel ma bdew japplikaw l-MRLs il-ġodda għaż-żoksammid u li għalihom inżamm livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur. Dan huwa l-każ għall-prodotti kollha. |
|
(14) |
Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs il-ġodda, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw ruħhom għar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs. |
|
(15) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat b’dan ir-Regolament għandu jibqa’ japplika għall-prodotti li jkunu ġew introdotti fis-suq tal-Unjoni qabel id-19 ta’ Awwissu 2025.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mid-19 ta’ Awwissu 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/396/oj.
(2) European Food Safety Authority; Review of the existing maximum residue levels for zoxamide according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005 and setting of an import tolerance for onions, garlic and shallots; EFSA Journal 2023; 21(12):e8427. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2023.8427.
ANNESS
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness II, il-kolonna għaż-żoksammid hija sostitwita b’dan li ġej: “Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tar-residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
fil-Parti A tal-Anness III, titħassar il-kolonna għaż-żoksammid. |
(*1) Jindika l-limitu l-iktar baxx ta’ kwantifikazzjoni analitika
(1) Għal-lista sħiħa tal-prodotti ta’ oriġini mill-pjanti u l-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I
((+)) Kombinament ta’ pestiċidi u ta’ prodotti li għalih teżisti nota f’qiegħ il-paġna. Il-lista tan-noti f’qiegħ il-paġna hija pprovduta hawn taħt.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/146/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)