Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-31 ta’ Jannar 2019 dwar abbozz ta’ deċiżjoni preliminari b’rabta mal-Każ M.8677 — Siemens/Alstom
Relatur: L-Estonja
(2019/C 300/05)
Konċentrazzjoni
|
1.
|
Il-Kumitat Konsultattiv (14-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20.1.2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (1).
|
|
2.
|
Il-Kumitat Konsultattiv (14-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata taqa’ taħt dimensjoni tal-UE skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.
|
Definizzjoni tas-swieq
|
3.
|
Il-Kumitat Konsultattiv (14-il Stat Membru) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq tal-prodotti rilevanti li ġejjin:
|
a.
|
Vetturi ferrovjarji b’veloċità għolja (inklużi vetturi ferrovjarji b’veloċità għolja ħafna) jew, b’mod separat, vetturi ferrovjarji b’veloċità għolja ħafna;
|
|
c.
|
Proġetti OBU tal-ETCS;
|
|
d.
|
Proġetti indipendenti tal-ATP ETCS għaż-żoni maġenb il-binarji (l-hekk imsejħin proġetti ta’ trikkib);
|
|
e.
|
Proġetti ta’ risinjalazzjoni tal-ATP ETCS għaż-żoni maġenb il-binarji (pakkett ta’ ATP ETCS għaż-żoni maġenb il-binarji u lokkjaturi);
|
|
f.
|
Proġetti indipendenti ta’ lokkjatura; u
|
|
g.
|
Tagħmir ta’ lokkjatura.
|
|
|
4.
|
Il-Kumitat Konsultattiv (14-il Stat Membru) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq ġeografiċi rilevanti li ġejjin:
|
a.
|
Is-suq fiż-ŻEE kollha jew fid-dinja kollha (minbarra ċ-Ċina, il-Korea t’Isfel u l-Ġappun) ta’ vetturi ferrovjarji b’veloċità għolja u b’veloċità għolja ħafna;
|
|
b.
|
Is-suq nazzjonali għal proġetti tal-OBU miruta;
|
|
c.
|
Is-suq taż-ŻEE kollha għal proġetti tal-OBU ETCS;
|
|
d.
|
Is-suq taż-ŻEE kollha għal proġetti (ta’ trikkib) indipendenti tal-ATP ETCS għaż-żoni maġenb il-binarji;
|
|
e.
|
Is-suq taż-ŻEE kollha għal proġetti ta’ risinjalazzjoni tal-ATP ETCS għaż-żoni maġenb il-binarji;
|
|
f.
|
Is-suq nazzjonali għal proġetti ta’ lokkjatura indipendenti; u
|
|
g.
|
Is-suq nazzjonali għal tagħmir ta’ lokkjatura.
|
|
Valutazzjoni kompetittiva
|
5.
|
Il-Kumitat Konsultattiv (14-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata tkun tirriżulta f’effetti orizzontali mhux koordinati li jkunu jimpedixxu b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-swieq:
|
a.
|
Tal-vetturi ferrovjarji b’veloċità għolja (kif ukoll b’veloċità għolja ħafna) jew b’veloċità għolja ħafna fiż-ŻEE jew madwar id-dinja (minbarra ċ-Ċina, il-Korea t’Isfel u l-Ġappun);
|
|
b.
|
Tal-proġetti tal-OBU ETCS fiż-ŻEE;
|
|
c.
|
Tal-proġetti (ta’ trikkib) indipendenti tal-ATP ETCS għaż-żoni maġenb il-binarji;
|
|
d.
|
Tal-proġetti ta’ risinjalazzjoni tal-ATP ETCS għaż-żoni maġenb il-binarji fiż-ŻEE;
|
|
e.
|
Tal-proġetti tal-OBU miruta fil-Belġju;
|
|
f.
|
Tal-proġetti ta’ lokkjatura indipendenti f’dawn li ġejjin: il-Belġju, il-Kroazja, il-Greċja, l-Ungerija, il-Portugall, ir-Rumanija, Spanja, u r-Renju Unit;
|
|
g.
|
Tat-tagħmir ta’ lokkjatura fir-Renju Unit.
|
|
|
6.
|
Il-Kumitat Konsultattiv (14-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata tkun tirriżulta f’effetti mhux orizzontali li jkunu jimpedixxu b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-swieq tal-proġetti ta’ lokkjatura indipendenti fir-Renju Unit.
|
Rimedju
|
7.
|
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji offruti mill-Partijiet fil-25 ta’ Jannar 2019 (l-“Impenji”) ma jindirizzawx it-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni fis-swieq:
|
a.
|
Tal-vetturi ferrovjarji b’veloċità għolja (kif ukoll b’veloċità għolja ħafna) jew b’veloċità għolja ħafna fiż-ŻEE jew madwar id-dinja (minbarra ċ-Ċina, il-Korea t’Isfel u l-Ġappun); 13-il Stat Membru jaqblu u Stat Membru wieħed jastjeni.
|
|
b.
|
Tal-proġetti tal-OBU ETCS fiż-ŻEE; 14-il Stat Membru jaqblu.
|
|
c.
|
Tal-proġetti (ta’ trikkib) indipendenti tal-ATP ETCS għaż-żoni maġenb il-binarji fiż-ŻEE; 14-il Stat Membru jaqblu.
|
|
d.
|
Tal-proġetti ta’ risinjalazzjoni tal-ATP ETCS għaż-żoni maġenb il-binarji fiż-ŻEE; 14-il Stat Membru jaqblu.
|
|
e.
|
Tal-proġetti tal-OBU miruta fil-Belġju; 14-il Stat Membru jaqblu.
|
|
f.
|
Tal-proġetti ta’ lokkjatura indipendenti f’dawn li ġejjin: il-Belġju, il-Kroazja, il-Greċja, l-Ungerija, il-Portugall, ir-Rumanija, Spanja, u r-Renju Unit; 14-il Stat Membru jaqblu.
|
|
g.
|
Tat-tagħmir ta’ lokkjatura fir-Renju Unit. 14-il Stat Membru jaqblu.
|
|
|
8.
|
Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li, bla ħsara għall-Impenji, it-tranżazzjoni notifikata tkun timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f’parti sostanzjali minnu. Stat Membru wieħed jastjeni.
|
|
9.
|
Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata għalhekk trid tiġi ddikjarata inkompatibbli mas-suq intern f’konformità mal-Artikolu 2(3) u mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u mal-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE. Stat Membru wieħed jastjeni.
|
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).