|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1971 |
29.2.2024 |
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill mal-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/765 [Reviżjoni tal-QFP], li għandhom jiddaħħlu fil-minuti tal-Kunsill
Dikjarazzjoni fir-rigward tal-finanzjament tal-Faċilità għall-Ukrajna
(C/2024/1971)
Il-Kunsill jieħu nota ta' u jikkommetti ruħu li jsegwi l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-1 ta' Frar 2024, li skonthom, abbażi tar-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Ukrajna, il-Kunsill Ewropew ser ikollu dibattitu kull sena dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità bil-ħsieb li jipprovdi gwida. Jekk meħtieġ, fi żmien sentejn il-Kunsill Ewropew ser jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta għar-rieżami fil-kuntest tal-QFP il-ġdid.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1971/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)