Official Journal L 382 , 31/12/1988 P. 0044 - 0044
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Minuta Maqbula li timmodifika l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u Hong Kong dwar il-kummerċ ta' prodotti tessili (88/666/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi, sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għall-konklużjoni tiegħu, il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u Hong Kong dwar il-kummerċ ta' prodotti tessili, li ġie mniehdi fit-2 ta' Ottubru 1986, ġie applikat proviżorjament mill-1 ta' Jannar 1987 skond, min-naħa tal-Kommunità, permezz tad-Deċiżjoni Nru 88/213/KEE [1]; Billi l-Ftehim joffri l-possibbiltà ta' aġġustamenti kwantitattivi tal-kwoti għal ċerti kategoriji, biex tipprovdi l-introduzzjoni tan-nomenklatura magħquda; Billi wara konsultazzjonijiet li ġejjin bejn il-Komunità u Hong Kong, Minuta Maqbula li timmodifika l-kwoti tal-prodotti tal-kategorija 7 u 78 previsti fil-Ftehim li ġie mniehdi fid-29 ta' Lulju 1988; Billi sat-tlestija tal-proċeduri neċessarji għall-konklużjoni tal-Ftehim u l-Minuta Maqbula, il-Minuta Maqbula għandha tiġi applikata proviżorjament, bis-seħħ mill-1 ta' Jannar 1988, dment li jkun hemm applikazzjoni proviżorja reċiproka minn Hong Kong, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għall-konklużjoni, il-Minuta Maqbula li timmodifika l-Ftehim fuq kummerċ ta' prodotti tessili bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u Hong Kong għandha tiġi applikata proviżorjament fil-Komunità, bis-seħħ mill-1 ta' Jannar 1988, dment li jkun hemm applikazzjoni proviżorja reċiproka mill-parti ta' Hong Kong. It-test tal-Minuta Maqbula huwa mehmuż ma’ din id-deċiżjoni. Artikolu 2 Il-Kummissjoni hija mistiedna li tilħaq ftehim tal-Gvern ta' Hong Kong fuq l-applikazzjoni proviżorja tal-Minuta Maqbula msemmija fl-Artikolu 1 u tinnotifika lill-Kunsill b'dan. Magħmula fi Brussel, fil-21 ta' Diċembru 1988. F'isem il-Kunsill Il-President V. Papandreou [1] ĠU L 97, ta' l-14.4.1988, pġ. 1. --------------------------------------------------