|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/2820 |
1.6.2026 |
Avviż ta’ pożizzjoni vakanti — CONS/AD/205/26 — Direttur għal-LIFE.1
(C/2026/2820)
TAGĦRIF ĠENERALI
|
Dipartiment |
LIFE.1 Politika Agrikola Komuni |
|
Post tax-xogħol |
Brussell, il-Bini Justus Lipsius |
|
Titlu tal-pożizzjoni |
Direttur |
|
Grupp tal-funzjoni u grad |
AD 14 |
|
Approvazzjoni tas-sigurtà meħtieġa |
le |
|
SKADENZA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET |
Il-15 ta’ Ġunju 2026 — 12:00 (nofsinhar) ħin ta’ Brussell |
Min aħna
Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK) jassisti lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill tal-UE u l-korpi preparatorji tagħhom fl-oqsma kollha tal-attivitajiet tagħhom. Taħt l-awtorità tas-Segretarju Ġenerali, jipprovdi pariri u sostenn lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill u lill-Presidenti tagħhom fl-oqsma kollha ta’ attività, inkluż pariri politiċi u legali, koordinazzjoni ma’ istituzzjonijiet oħra, tfassil ta’ kompromessi u abbozzar, superviżjoni kif ukoll trattament tal-aspetti prattiċi kollha li huma meħtieġa għat-tħejjija u t-tmexxija bla xkiel tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill.
Id-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Affarijiet Soċjali u s-Saħħa (DG LIFE) jikkoordina l-organizzazzjoni tal-konfigurazzjonijiet tal-Kunsill “Agrikoltura u Sajd” u “Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur” (EPSCO), li kull waħda minnhom tiltaqa’, rispettivament, madwar għaxar u erba’ darbiet fis-sena.
DG LIFE huwa magħmul minn ħames direttorati: LIFE.1, li jittratta l-Politika Agrikola Komuni; LIFE.2, li jittratta s-Sajd; LIFE.3, li jittratta Kwistjonijiet Veterinarji u ta’ Saħħa tal-Pjanti, Ikel u Forestrija; LIFE.4, li jittratta l-Impjiegi u l-Politika Soċjali; LIFE.5 li jittratta s-Saħħa; u kollha kemm huma jirrappurtaw lid-Direttur Ġenerali.
Id-Direttorat LIFE.1 jipprovdi appoġġ għall-ħidma tal-Kunsill AGRIFISH. Għal dan l-għan, id-direttorat jagħti pariri politiċi u proċedurali kif ukoll appoġġ prattiku lill-Kunsill, lill-membri tiegħu, u lill-Presidenza b’rotazzjoni, dwar fajls leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi relatati mal-politika agrikola. LIFE.1 jaħdem f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ dipartimenti oħra tas-SĠK, kif ukoll ma’ dipartimenti rilevanti tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea.
Id-Direttorat LIFE.1 huwa magħmul minn 14-il membru tal-persunal: 7 amministraturi, 5 assistenti/segretarji u trainee.
Qed noffru
Il-kariga ta’ Direttur f’LIFE.1 hija pożizzjoni impenjattiva u ta’ sodisfazzjon, fit-tmexxija tad-Direttorat li jittratta l-Politika Agrikola Komuni (PAK), l-aktar politika komuni tal-UE li ilha stabbilita. It-tim jaħdem ukoll mill-qrib ma’ servizzi oħra biex jiżgura l-koerenza bejn il-PAK u politiki oħra, inkluż kwistjonijiet bħas-sigurtà tal-ikel, il-kwalità tal-ikel u l-kummerċ internazzjonali.
Taħt l-awtorità tad-Direttur Ġenerali, int timmaniġġa d-Direttorat tiegħek u r-riżorsi tiegħu b’mod professjonali, tikkoordina u torganizza l-attivitajiet tiegħu, filwaqt li tappoġġa u timmotiva lill-persunal tiegħek f’xogħlu. Tiżgura l-kwalità tas-servizzi mwettqa mit-tim tiegħek, f’termini ta’ prodotti, komunikazzjoni u kooperazzjoni effettivi, fid-Direttorat u lil hinn minnu.
Tiddefinixxi l-objettivi li għandhom jintlaħqu mid-Direttorat tiegħek, filwaqt li tqis ix-xenarju politiku u organizzattiv ġenerali kif ukoll il-partikolaritajiet tal-fajls ittrattati mit-tim tiegħek. Tistabbilixxi l-programm ta’ ħidma tad-Direttorat u tiżgura l-implimentazzjoni tiegħu.
Tagħti pariri politiċi u proċedurali strateġiċi u ta’ livell għoli lill-Kunsill, lill-Coreper u lil korpi preparatorji oħra u lill-Presidenza tagħhom, u lis-Segretarju Ġenerali dwar l-aspetti kollha tad-dossiers fil-kompetenza tad-Direttorat. F’dan il-kuntest, tassisti lill-Presidenza fin-negozjati u tiżgura komunikazzjoni u kooperazzjoni effettivi ma’ istituzzjonijiet, aġenziji u korpi oħra tal-UE.
Tkun responsabbli għall-attivitajiet ta’ analiżi tal-politika ttrattati mit-tim tiegħek, bl-għan li tipprovdi pariri għat-teħid tad-deċiżjonijiet.
Tippjana u torganizza x-xogħol b’mod flessibbli, filwaqt li tqis is-sigħat tax-xogħol u l-iskeda tal-laqgħat tad-Direttorat tiegħek. Int u l-persunal tiegħek tkunu tistgħu tgawdu mill-arranġamenti tax-xogħol tas-SĠK, inkluż it-telexogħol.
Ikunu meħtieġa missjonijiet okkażjonali barra mill-pajjiż, pereżempju fil-Lussemburgu u Strażburgu, normalment ġewwa l-UE.
Qed infittxu
Qed infittxu maniġer b’kompetenza stabbilita fit-tfassil tal-politika tal-UE u l-proċess leġiżlattiv tal-UE u għarfien sod tagħhom, flimkien ma’ fehim b’saħħtu tal-kwistjonijiet istituzzjonali tal-UE u dinamika politika usa’. L-għarfien espert muri fil-qasam tal-agrikoltura, inkluż l-implimentazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni tal-UE, u l-familjarità mar-rwol u l-funzjonament tal-Kunsill f’dan il-qasam ta’ politika ser ikunu ta’ vantaġġ.
Il-qafas ta’ kompetenza tas-SĠK għall-maniġers jipprovdi gwida dwar il-ħiliet li l-maniġers kollha huma mistennija jiżviluppaw u jkollhom (https://www.consilium.europa.eu/media/nrehuprg/competency-framework-for-managers-booklet-a5_en-for-web.pdf).
B’mod partikolari, il-persuna impjegata jeħtieġ li jkollha l-kompetenzi li ġejjin:
ĦSIEB STRATEĠIKU
|
— |
taħseb u tippjana b’mod strateġiku, tantiċipa u tidentifika problemi potenzjali u tipproponi kompromessi u soluzzjonijiet fattibbli; |
KONSULENZA
|
— |
sens ta’ diplomazija; |
|
— |
iżżomm l-attenzjoni għad-dettall mingħajr ma tinsa l-kuntest ġenerali; |
|
— |
tilħaq qbil u għanijiet komuni billi tagħti pariri speċifiċi lill-partijiet ikkonċernati u billi tiffaċilita d-diskussjonijiet b’mod effettiv u kostruttiv; |
|
— |
tippromwovi u żżomm relazzjonijiet tax-xogħol tajba ma’ firxa ta’ interlokuturi interni u esterni; |
TMEXXIJA
|
— |
timmaniġġa t-tibdil u tappoġġa lill-persunal tul it-tibdil; |
|
— |
ħiliet ta’ komunikazzjoni eċċellenti, inkluż ħiliet ta’ komunikazzjoni interpersonali; |
|
— |
tiffaċilita l-ħidma kollaborattiva fuq proġetti u kwistjonijiet trażversali, u tiżgura koerenza f’oqsma differenti ta’ ħidma fl-organizzazzjoni kollha; |
ABILITAZZJONI TAL-PERSUNAL
|
— |
tippromwovi spirtu ta’ tim qawwi u tiggwida, timmotiva u tawtonomizza lill-persunal f’ambjent ta’ diversità u multikulturali, b’enfasi qawwija fuq l-iżvilupp tal-persunal; |
|
— |
tinvolvi ruħek fi djalogu miftuħ mal-persunal biex toħloq atmosfera tax-xogħol pożittiva u inklużiva; |
|
— |
trawwem b’mod attiv l-innovazzjoni u tismal-ideat tal-membri tal-persunal dwar approċċi ġodda, metodi ta’ ħidma ġodda u l-applikazzjoni tal-aħħar teknoloġiji; |
ĠESTJONI TAR-RIŻORSI B’MOD SOSTENIBBLI U FLESSIBBLI
|
— |
torganizza x-xogħol ġenerali tad-Direttorat sabiex jintlaħqu l-iskadenzi kruċjali u tiżgura t-tqassim ġust tax-xogħol u l-ippjanar tas-suċċessjoni; |
RAPPREŻENTANZA U RESPONSABBILTÀ
|
— |
tistabbilixxi u trawwem relazzjonijiet strateġiċi kollaborattivi biex jinżamm u jiġi żviluppat aktar il-valur tas-SĠK. |
Peress li s-SĠK iħaddan politika ta’ mobbiltà għall-managers tiegħu, li huma mistennija jkollhom esperjenza estensiva, il-kandidati għandhom ikunu lesti u kapaċi jaħdmu f’oqsma ta’ attività differenti matul il-karriera tagħhom fis-SĠK.
POLITIKA TA’ REKLUTAĠĠ
L-applikanti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin fid-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet:
(a) Kondizzjonijiet ġenerali
|
— |
ikunu ċittadini ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea; |
|
— |
igawdu d-drittijiet kollha tagħhom bħala ċittadini; |
|
— |
ikunu wettqu kwalunkwe obbligu impost fuqhom mil-liġijiet dwar il-lieva. |
(b) Kondizzjonijiet speċifiċi
|
— |
ikollhom lawrja universitarja (1); |
|
— |
ikollhom mill-inqas 15-il sena esperjenza professjonali rilevanti li minnhom ikunu effettivament wettqu mill-inqas 3 snin f’responsabbiltajiet maniġerjali u organizzattivi. Tliet snin esperjenza f’pożizzjoni b’responsabbiltajiet sinifikanti ta’ koordinazzjoni jkunu ekwivalenti għall-esperjenza maniġerjali meħtieġa; |
|
— |
peress li l-Ingliż u l-Franċiż jintużaw b’mod estensiv għall-komunikazzjoni fis-SĠK u ma’ istituzzjonijiet oħra, huwa meħtieġ għarfien eċċellenti ta’ waħda miż-żewġ lingwi u għarfien tajjeb tal-oħra. L-għarfien ta’ lingwi uffiċjali oħra tal-UE jkun ta’ vantaġġ. |
|
NB: |
Il-kandidat li jintgħażel għandu jew għandha tkun lesta ssegwi l-programm ta’ taħriġ tas-SĠK fil-ħiliet ministerjali. |
PROĊEDURA TAL-GĦAŻLA
|
— |
Fl-għażla tal-kandidati għall-pożizzjoni, l-Awtorità tal-Ħatra ser tkun megħjuna minn kumitat konsultattiv ta’ selezzjoni. Il-kumitat konsultattiv ta’ selezzjoni jkollu l-appoġġ ta’ ċentru ta’ evalwazzjoni, immexxi minn konsulenti tar-reklutaġġ esterni. Rapporti stabbiliti miċ-ċentru ta’ evalwazzjoni għall-istess tip ta’ pożizzjoni ma jibqgħux validi wara sentejn mid-data li fiha saru l-eżerċizzji rilevanti jew mat-tmiem tal-kuntratt qafas bejn is-SĠK u ċ-ċentru ta’ evalwazzjoni inkwistjoni — skont liema data tiġi l-ewwel. |
|
— |
Il-kumitat konsultattiv ta’ selezzjoni l-ewwel jevalwa u jqabbel il-kwalifiki, l-esperjenza u l-motivazzjoni tal-applikanti kollha, abbażi tal-applikazzjonijiet tagħhom. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni komparattiva, il-kumitat konsultattiv ta’ selezzjoni jagħmel lista ristretta tal-kandidati li, fl-opinjoni tiegħu, huma l-aktar adatti sabiex jiġu mistiedna għall-ewwel intervista. Peress li din l-ewwel għażla hija bbażata fuq evalwazzjoni komparattiva tal-applikazzjonijiet, l-ilħuq tar-rekwiżiti għal dan l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti ma jiggarantix stedina għall-ewwel intervista. Minn fost il-kandidati intervistati, il-kumitat konsultattiv ta’ selezzjoni jagħżel il-kandidati li għandhom jattendu ċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, kif ukoll għat-tieni intervista mal-kumitat konsultattiv ta’ selezzjoni. |
L-ippjanar proviżorju għall-proċedura ta’ selezzjoni huwa kif ġej:
|
— |
huwa mistenni li l-kandidati magħżula għall-intervisti ser jiġu infurmati fit-tieni nofs ta’ Ġunju 2026; |
|
— |
l-ewwel ċiklu ta’ intervisti huwa previst li jsir fl-aħħar ta’ Ġunju 2026; |
|
— |
iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni mistenni jsir f’nofs Lulju 2026; |
|
— |
it-tieni ċiklu ta’ intervisti huwa previst għall-ewwel nofs ta’ Settembru 2026. |
|
NB: |
L-iskeda mogħtija hawn fuq hija purament indikattiva u tista’ tinbidel. |
BAŻI LEGALI
Din il-pożizzjoni hija ppubblikata fl-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni Ewropea u barra mill-istituzzjonijiet, f’konformità mal-Artikolu 29, il-paragrafi 1 u 2, tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).
KIF TAPPLIKA
Id-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet hija l-15 ta’ Ġunjju 2026 f’12:00 (nofsinhar) ħin ta’ Brussell.
L-applikazzjonijiet jintlaqgħu biss bil-posta elettronika u jridu jintbagħtu lil applications.management@consilium.europa.eu (3) sa mhux aktar tard mid-data u l-ħin tal-għeluq. Applikazzjonijiet li jaslu tard mhumiex ser jitqiesu.
Għandu jintuża l-indirizz elettroniku indikat hawn fuq għal kwalunkwe korrispondenza dwar il-proċedura tal-għażla (fil-linja tas-suġġett għandha titniżżel ir-referenza li ġejja: CONS/AD/205/26 LIFE.1 Common Agricultural Policy).
Qabel ma jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom, il-kandidati għandhom jivverifikaw sew jekk jissodisfawx ir-rekwiżiti mniżżla hawn fuq, taħt “Politika ta’ Reklutaġġ”, biex b’hekk jevitaw l-esklużjoni awtomatika mill-proċedura tal-għażla.
Biex ikun validu, il-fajl tal-applikazzjoni jrid jinkludi d-dokumenti li ġejjin f’format pdf (NB: dokumenti maqfula, protetti bil-password jew b’firma elettronika ma jiġux aċċettati):
|
(a) |
il-formola tal-applikazzjoni mimlija u datata kif suppost (il-fajl għandu jissemma “XXX (KUNJOMOK) - Application form.pdf”); biex tniżżel il-formola tal-applikazzjoni elettronika (EN jew FR) agħfas fuq il-ħolqa t-tajba hawn taħt jew ikkopjaha u ppejstjaha fil-browser tiegħek (4): https://www.consilium.europa.eu/media/68640/gsc-application_form_senior_management_en.docx https://www.consilium.europa.eu/media/68641/gsc-application_form_senior_management_fr.docx |
|
(b) |
curriculum vitae dettaljat bl-Ingliż jew bil-Franċiż (mingħajr ritratti inklużi), preferibbilment fil-format Europass (https://europa.eu/europass/en/create-europass-cv; https://europa.eu/europass/mt/create-europass-cv), li jkopri l-karriera kollha tal-applikant u jelenka, fost oħrajn, il-kwalifiki, l-għarfien lingwistiku, l-esperjenza u d-dmirijiet attwali tal-applikant (il-fajl għandu jissemma “XXX (KUNJOMOK) - CV.pdf”); |
|
(c) |
ittra ta’ motivazzjoni, bl-Ingliż jew bil-Franċiż (il-fajl għandu jissemma “XXX (KUNJOMOK) - Motivation letter.pdf”). |
Jekk ma jiġux inklużi dawn id-dokumenti l-applikazzjoni tkun invalida.
|
NB: |
Ser jintalbu l-kopji ta’ diplomi li jiċċertifikaw l-edukazzjoni u l-kopji ta’ dokumenti u ċertifikati relatati mal-esperjenza professjonali mingħand il-kandidati preselezzjonati mistiedna għall-ewwel ċiklu ta’ intervisti. Id-dokumenti ta’ sostenn iridu jkunu nħarġu minn parti terza. |
Id-dokumenti ta’ sostenn għandhom jiġu nnumerati (Anness 1, 2, eċċ.) u għandhom jinġabru flimkien f’dokument pdf wieħed (fajl li għandu jissemma “XXX (KUNJOMOK) - Supporting documents.pdf”). Dan għandu jinkludi indiċi.
In-nuqqas ta’ sottomissjoni tad-dokumenti ta’ sostenn kollha sa mhux aktar tard mill-jum ta’ qabel l-ewwel intervista, jista’ jitqies bħala bażi għal skwalifika.
Applikazzjonijiet li jaslu bil-posta jew permezz ta’ soluzzjonijiet ta’ ħżin ta’ data bbażati fi cloud jew pjattaformi għall-kondiviżjoni ta’ fajls ma jiġux ikkunsidrati.
Il-persuna magħżula minn fost il-kandidati tintalab tipprovdi d-dokumenti oriġinali msemmija hawn fuq.
Il-kandidati jirċievu email li tinfurmahom li l-applikazzjoni tagħhom tkun waslet. Madankollu, jistgħu jinqalgħu diffikultajiet tekniċi li minħabba fihom l-emails ma jaslux. Għalhekk, il-kandidati li ma jirċevux email li tikkonferma l-wasla tal-applikazzjoni huma mitluba jikkuntattjaw lil applications.management@consilium.europa.eu. Peress li l-kumitat konsultattiv ta’ selezzjoni ser jibda l-ħidma tiegħu ftit wara d-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet, kull korrispondenza dwar il-wasla tal-applikazzjoni għandha ssir fil-ġimgħa ta’ wara dik id-data.
DIVERSITÀ U INKLUŻJONI
Is-SĠK huwa impenjat favur id-diversità u l-inklużjoni. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ara d-dikjarazzjoni rilevanti:
https://www.consilium.europa.eu/en/general-secretariat/jobs/diversity-and-inclusion/.
RIEŻAMI TAL-APPLIKAZZJONIJIET
Għal informazzjoni dwar il-proċeduri marbuta mat-talbiet għal ilmenti, appelli u riferimenti lill-Ombudsman Ewropew tista’ tikkonsulta lil:
https://www.consilium.europa.eu/media/56631/complaint-en.pdf.
PROTEZZJONI TAD-DATA
Ir-regoli li jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali b’rabta ma’ din il-proċedura ta’ selezzjoni jinsabu fid-dikjarazzjoni ta’ privatezza:
https://www.consilium.europa.eu/media/s0rleii2/jobs-data-protection-083r02-en.pdf.
(1) L-Artikolu 5(3)(c) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ir-Regolamenti tal-Persunal) jesiġi li l-applikanti jkollhom mill-inqas:
|
(i) |
livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompluti, iċċertifikati b’diploma, fejn il-perjodu normali ta’ edukazzjoni universitarja hu ta’ 4 snin jew iżjed, jew |
|
(ii) |
livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompluti, iċċertifikati b’diploma u esperjenza professjonali adegwata ta’ mill-inqas sena, fejn it-tul ta’ żmien normali tal-edukazzjoni universitarja hu ta’ mill-inqas 3 snin. |
(2) Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1), test konsolidat disponibbli fuq
https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A01962R0031-20260101.
(3) Dan l-indirizz elettroniku jappartjeni għal kaxxa postali funzjonali u jista’ jipproċessa biss messaġġi bil-kunfidenzjalità speċifikata bħala “Normali”; emails b’livell ta’ kunfidenzjalità differenti (pereżempju “Personal”, “Private”, “Confidential” jew posta kriptata) ma jistgħux jiġu pproċessati. Għaldaqstant, jekk jogħġbok agħżel il-livell ta’ kunfidenzjalità “Normal”. L-email ma tridx tkun akbar minn 25 MB. Jekk id-daqs tal-email tiegħek bl-hemżiet magħha jkun ikbar minn dan, jekk jogħġbok qassam l-hemżiet fuq għadd ta’ emails.
(4) Jekk teħtieġ aktar informazzjoni u/jew tiltaqa’ ma’ problemi tekniċi, jekk jogħġbok ibgħat email lil: applications.management@consilium.europa.eu.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2820/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)