02018R1081 — MT — 24.02.2020 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1081 tat-30 ta' Lulju 2018 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni, ►M1 Asahi Calpis Wellness Co. Ltd, rappreżentata fl-Unjoni Ewropea minn Pen & Tec Consulting S.L.U. ◄ ) (ĠU L 194 31.7.2018, p. 137) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/146 tat-3 ta’ Frar 2020 |
L 31 |
3 |
4.2.2020 |
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1081
tat-30 ta' Lulju 2018
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni, ►M1 Asahi Calpis Wellness Co. Ltd, rappreżentata fl-Unjoni Ewropea minn Pen & Tec Consulting S.L.U. ◄ )
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
|
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
|
CFU/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||
|
Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana |
|||||||||
|
4b1820 |
►M1 Asahi Calpis Wellness Co. Ltd, rappreżentata fl-Unjoni Ewropea minn Pen & Tec Consulting S.L.U. ◄ |
Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) |
Kompożizzjoni tal-addittiv Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) b'minimu ta' 1,0 × 1010 CFU/g Għamla solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Spori vijabbli (CFU) tal-Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) Metodu analitiku (1) Enumerazzjoni: metodu tat-tifrix bl-użu tal-agar tat-triptonju tas-soja fil-matriċi kollha fil-mira (EN 15784:2009) Identifikazzjoni: elettroforeżi bil-ġell f'kamp pulsat (PFGE). |
Ħnieżer tas-simna |
— |
1,5 × 108 |
— |
1. Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana. 2. Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u l-miżuri organizzazzjonali biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-użu. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa għal-livell minimu bi proċeduri u miżuri ta' dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir ta' protezzjoni personali. |
20.8.2028 |
|
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: www.irmm.jrc.ec.europa.eu/crl-feed-additives |
|||||||||