31988R3480



Official Journal L 305 , 10/11/1988 P. 0028 - 0030
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 27 P. 0191
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 27 P. 0191


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3480/88

tad-9 ta' Novembru 1988

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1618/91 li jiffissa l-prodotti bażiċi li ma jikkwalifikawx għal ħlas bil-quddiem ta' rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2727/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2221/88 [2], u partikolarment Artikoli 16(6) misjuba fih, lid-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-regolamenti l-oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq rigward il-prodotti agrikoli,

Wara l-kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80 tal-4 ta' Marzu 1980 dwar il-ħlas bil-quddiem ta' ħlasijiet lura tal-esportazzjoni rigward prodotti agrikoli [3], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2026/83 [4],

Billi Artikolu 4(2) tar-Regolament (KEE) Nru 565/80 jgħodd għal prodotti proċessati u għal oġġetti miksuba minn prodotti bażiċi, basta iżda li arranġamenti ta' proċessar lejn l-intern mhumiex esklużi għal prodotti komparabbli;

Billi bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2236/88 tad-19 ta' Lulju 1988 li jissospendi r-regolament (KEE) Nru 866/84 jippreskrivi miżuri speċjali li jikkonċernaw l-esklużjoni ta' prodotti mill-ħalib minn arranġamenti ta' proċessar lejn l-intern u minn ċerti forom tal-maniġġ bl-idejn tas-soltu [5], il-Kunsill awtorizza rikors għal arranġamenti ta' proċessar lejn l-intern sa l-aħħar tas-sena tas-suq 1988/89 għal prodotti msemmija u billi l-ħlas lura għal prodotti bħal dawn jista' jitħallas bil-quddiem kif mistħoqq għall-perjodu indikat;

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1618/81 [6], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2880/84 [7], għandu għalhekk jiġi aġġornat u prodotti tal-ħalib għandhom jitħassru mill-lista ta' prodotti bażiċi mhux eliġibbli taħt dawk l-arranġamenti;

Billi permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u statistika u t-tariffa komuni tad-dwana [8], kif emendata bir-Regolament (KEE) Nru 3174/88 [9], il-Kunsill daħħal nomenklatura ġdida ta' oġġetti; billi Regolament (KEE) Nru 1618/81 għandu għalhekk jiġi adattat kif xieraq;

Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-kumitati kollha tat-tmexxija konċernati,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 1618/84 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. Artikolu 1 jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 1

Il-prodotti bażiċi li m'għandhomx jikkwalifikaw taħt l-arranġamenti riferiti f'Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80 huma mniżżla f'lista fl-Anness li ġej.

Madankollu, prodotti bażiċi bħal dawn għandhom jiġu esklużi biss meta jkunu maħsuba għall-użu fil-proċessat tal-prodotti msemmija:

(a) f'Anness A mar-Regolament (KEE) Nru 2727/75, barra prodotti koperti minn kodiċi tan-NK 2309 riferit fih;

(b) f'Artikolu 1(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1418/76 [10]

2. L-Anness jiġi mibdul bl-Anness ma' hawn.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fid-9 ta' Novembru 1988.

Għall-Kummissjoni

Frans Andriessen

Viċi-president

[1] ĠU L 281, ta' l-1.11.1975, p. 1.

[2] ĠU L 197, tas-26.7.1988, p.16.

[3] ĠU L 62, tas-7.3.1980, p.5.

[4] ĠU L 199, tat-22.7.1983, p.12.

[5] ĠU L 197, tas-26.7.1988, p.38.

[6] ĠU L 160, tat-18.6.1981, p.17.

[7] ĠU L 272, tat-13.10.1984, p.15.

[8] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[9] ĠU L 298, tal-31.10.1988, p. 1.

[10] Ġu nru l 166, tal- 25.6.1976, p.1.".

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS

Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni |

1104 | Qmugħ taċ-ċereali maħduma mod ieħor (per eżempju, imfesdqa, irrumblati, perlati, imfella jew mitħuna fi frak oħxon), minbarra ross ta’ l-intestatura Nru 1006; raħs taċ-ċereali, sħiħ, irrumblat, imċarqaċ jew mitħun: |

110430 | — Raħs taċ-ċereali, sħiħ, irrumblat, imqarqa ’jew mitħun |

1106 | Dqiq u dqiq oħxon mill-ħaxix ta’ l-ikel tal-legumi niexef ta’ l-intestatura Nru 0713, tas-sago jew ta’ għeruq jew tuberi ta’ l-intestatura Nru 0714; dqiq, dqiq oħxon u trab tal-prodotti f’ Kapitolu 8: |

110620 | — Dqiq u dqiq oħxon tas-sago, għeruq jew tuberi ta’ l-intestatura Nru 0714: |

| — — Oħrajn: |

11062091 | — — — Għall-fabbrikazzjoni ta’ lamti |

11062099 | — — — Oħrajn: |

11090000 | Glutina tal-qamħ, sewwa jekk imnixxfa u sewwa jekk le |

2302 | Nuħħala, ponot u residwi oħra, sewwa jekk fl-għamla ta’ gerbub derivati mill-għarbiel, tħin jew ħdim ieħor ta’ ċereali jew pjanti tal-legumi u sewwa jekk le: |

230210 | — Tal-qamħirrum (mai\e/corn) |

230220 | — Tar-ross |

230230 | — Tal-qamħ |

230240 | — Ta’ ċereali oħra |

2303 | Residwi ta’ fabbrikazzjoni tal-lamtu u residwi simili, polpa tal-pitravi, bagasse (fdal li jibqa’ mill-qasba taz-zokkor wara li tkun ingħasret), u skart ieħor mill-fabrikazzjoni taz-zokkor, brewing jew distillazzjoni ta’ font taż-żjut u skart, sewwa jekk fl-għamla ta’ gerbub u sewwa jekk li: |

230310 | Residwi ta’ fabbrikazzjoni tal-lamtu u residwi simili oħra: |

| — — Residwi mill-fabbrikazzjoni tal-lamtu mill-qamħ ir-rum (esklużi likuri steeping konċentrati), ta’ kontenut ta’ proteina kalkolata fuq il-prodott niexef: |

23031011 | — — — Li jaqbżu l-40 % skond l-użin |

"

--------------------------------------------------