European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2664

9.10.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/2664

tat-8 ta’ Ottubru 2024

li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Jannar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK (1), li tikkonċerna miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija.

(2)

Abbażi ta’ rieżami mill-Kunsill, jenħtieġ li l-entrati għal żewġ persuni u l-informazzjoni dwar id-drittijiet tad-difiża tagħhom u d-dritt tagħhom għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva jitħassru.

(3)

Fis-27 ta’ Novembru 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2686 (2), li emendat ċerti deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar miżuri restrittivi sabiex jiddaħħlu dispożizzjonijiet dwar eċċezzjonijiet umanitarji.

(4)

Il-Kunsill iqis li jenħtieġ li tiġi introdotta klawżola ta’ rieżami relatata ma’ dawk l-eċċezzjonijiet.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2011/72/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2011/72/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 5, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   L-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 1(6) u (7) fir-rigward tal-Artikolu 1(1) u (2) għandhom jiġu riveduti f’intervalli regolari, u mill-inqas kull 12-il xahar, jew fuq talba urġenti minn kwalunkwe Stat Membru, mir-Rappreżentant Għoli, jew mill-Kummissjoni wara bidla fundamentali fiċ-ċirkostanzi.”

;

(2)

l-Anness huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta’ Ottubru 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

VARGA M.


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK tal-31 ta’ Jannar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, 2.2.2011, p. 62).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2686 tas-27 ta’ Novembru 2023 biex jiġu emendati ċerti Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar miżuri restrittivi sabiex jiddaħħlu dispożizzjonijiet dwar eċċezzjonijiet umanitarji (ĠU L, 2023/2686, 28.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2686/oj).


ANNESS

Fit-taqsimiet A u B tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK, jitħassru l-entrati għall-persuni li ġejjin:

18.

Moez Ben Moncef Ben Mohamed TRABELSI;

21.

Houssem Ben Mohamed Naceur Ben Mohamed TRABELSI.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2664/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)