European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1542

31.5.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/1542

tal-4 ta’ Marzu 2024

dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Aġenzija Spazjali Ewropea dwar is-sigurtà u l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-laqgħa tiegħu tal-24 ta’ Ottubru 2022, il-Kunsill iddeċieda li jawtorizza lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) biex jiftaħ negozjati sabiex jiġi emendat il-Ftehim bejn l-Aġenzija Spazjali Ewropea u l-Unjoni Ewropea dwar is-sigurtà u l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata (1), iffirmat f’Brussell fit-18 ta’ Lulju 2008.

(2)

Ir-Rappreżentant Għoli, f’isem l-Unjoni, innegozja Ftehim mal-Aġenzija Spazjali Ewropea dwar is-sigurtà u l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata.

(3)

Jenħtieġ li l-Ftehim mal-Aġenzija Spazjali Ewropea dwar is-sigurtà u l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata flimkien mad-dikjarazzjoni konġunta annessa miegħu jiġu approvati f’isem l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Aġenzija Spazjali Ewropea dwar is-sigurtà u l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata (il-“Ftehim”) u d-dikjarazzjoni konġunta annessa miegħu huma b’dan approvati f’isem l-Unjoni (2).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex tintrabat l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 17(1) tal-Ftehim (3).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Marzu 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

A. VERLINDEN


(1)   ĠU L 219, 14.8.2008, p. 59.

(2)  It-test tal-Ftehim huwa ppubblikat fil-ĠU L, 2024/1543, 31.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree/2024/1543/oj.

(3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1542/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)