|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2285 |
9.11.2023 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 142/2023
tat-28 ta’ April 2023
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/2285]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/525 tal-1 ta’ April 2022 li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 dwar ir-regoli u l-proċeduri għall-operazzjoni ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 66zbc (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/947) tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“— |
32022 R 0525: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/525 tal-1 ta’ April 2022 (ĠU L 105, 4.4.2022, p. 3).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/525 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ April 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 115/2023 tat-28 ta’ April 2023 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2023.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
(2) ĠU L, 2023/2264, 9.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2264/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2285/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)