12004V440

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI IV - DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI - Artikolu IV-440

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0188 - 0189


Artikolu IV-440

Kamp ta' l-Applikazzjoni

1. Dan it-Trattat għandu japplika għar-Renju tal-Belġju, r-Repubblika Ċeka, r-Renju tad-Danimarka, r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, r-Repubblika ta' l-Estonja, r-Repubblika Ellenika, r-Renju ta' Spanja, r-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, r-Repubblika Taljana, r-Repubblika ta' Ċipru, r-Repubblika tal-Latvja, r-Repubblika tal-Litwanja, l-Gran Dukat tal-Lussemburgu, r-Repubblika ta' l-Ungerija, r-Repubblika ta' Malta, r-Renju ta' l-Olanda, r-Repubblika ta' l-Awstrija, r-Repubblika tal-Polonja, r-Repubblika Portugiża, r-Repubblika tas-Slovenja, r-Repubblika Slovakka, r-Repubblika tal-Finlandja, r-Renju ta' l-Isvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.

2. Dan it-Trattat għandu japplika għall-Gwadalupa, l-Gujana Franċiża, Martinique, Réunion, l-Azores, l-Madeira u l-Gżejjer Kanarji skond l-Artikolu III-424.

3. L-arranġamenti speċjali għall-assoċjazzjoni stabbiliti fit-Titolu IV tal-Parti III ta' dan it-Trattat għandhom japplikaw għall-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej elenkati fl-Anness II.

Dan it-Trattat m'għandux japplika għal pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għandhom relazzjonijiet speċjali mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq li mhumiex inklużi f'dik il-lista.

4. Dan t-Trattat għandu japplika għat-territorji Ewropej li għar-relazzjonijiet esterni tagħhom hu responsabbli xi Stat Membru.

5. Dan it-Trattat għandu japplika għall-Gżejjer Åland bid-derogi li oriġinarjament dehru fit-Trattat previst fl-Artikolu IV-437(2)(d) tal-Kostituzzjoni u li ġew riprodotti fis-Sezzjoni V tat-Titolu V tal-Protokoll dwar it-Trattati u l-Atti ta' l-Adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, tar-Repubblika Ellenika, tar-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża, u tar-Repubblika ta' l-Awstrija, r-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja.

6. Minkejja l-paragrafi 1 sa 5 preċedenti:

a) dan it-Trattat m'għandux japplika għall-Gżejjer Faeroe;

b) dan it-Trattat għandu japplika għal Akrotiri u Dhekelia, iż-Żoni ta' Bażi Sovrana tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq f'Ċipru, biss sa fejn hu meħtieġ biex jassigura l-implimentazzjoni ta' l-arranġamenti oriġinarjament previsti fil-Protokoll dwar iż-Żoni ta' Bażi Sovrana tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq f'Ċipru, anness ma' l-Att ta' l-Adeżjoni li hu parti integrali tat-Trattat previst fl-Artikolu IV-437(2)(e) tal-Kostituzzjoni, u li ġie riprodott fit-Titolu III tal-Parti II tal-Protokoll dwar it-Trattat u l-Att ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, r-Repubblika ta' l-Estonja, r-Repubblika ta' Ċipru, r-Repubblika tal-Latvja, r-Repubblika tal-Litwanja, r-Repubblika ta' l-Ungerija, r-Repubblika ta' Malta, r-Repubblika tal-Polonja, r-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka;

ċ) dan it-Trattat għandu japplika għaċ-Channel Islands u l-Isle of Man biss sa fejn huwa meħtieg biex tiġi aċċertata l-implimentazzjoni ta' l-arranġamenti għal dawk il-gżejjer oriġinarjament previsti fit-Trattat imsemmi fl-Artikolu IV-437(2)(a), u li ġie riprodott fis-Sezzjoni 3 tat-Titolu II tal-Protokoll dwar it-Trattati u l-Atti ta' l-Adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, tar-Repubblika Ellenika, tar-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża, u tar-Repubblika ta' l-Awstrija, r-Repubblika tal-Finlandja, u r-Renju ta' l-Isvezja.

7. Il-Kunsill Ewropew, fuq l-inizjattiva ta' l-Istat Membru konċernat, jista' jadotta deċiżjoni Ewropea li temenda l-istatus, fir-rigward ta' l-Unjoni, ta' pajjiż jew territorju Daniż, Franċiż jew Olandiż previst fil-paragrafi 2 u 3. Il-Kunsill Ewropew għandu jaġixxi b'mod unanimu wara li jikkonsulta l-Kummissjoni.

--------------------------------------------------