|
19.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 339/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2336
tas-7 ta' Frar 2017
SA.21877 (C 24/2007), SA.27585 (2012/C) u SA.31149 (2012/C) – Il-Ġermanja għajnuna allegata mill-Istat lil Flughafen Lübeck GmbH, lil Infratil Limited, lil Ryanair u lil linji tal-ajru oħra li jużaw l-ajruport
(notifikata bid-dokument C(2017) 602)
(It-test Ġermaniż biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu
Wara li talbet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjoni ċċitata hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Wara li talbet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjoni ċċitata hawn fuq (2) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. PROĊEDURA SA.21877
|
(1) |
Fl-2002, fl-2003, fl-2004, fl-2005 u fl-2006, il-Kummissjoni rċiviet diversi lmenti mingħand il-linja tal-ajru Air Berlin, mingħand NGO ambjentali (Bund Umwelt und Naturschutz) u mingħand ċittadini privati rigward l-għajnuna allegata mill-Istat lil Flughafen Lübeck GmbH (“FLG”), lil Infratil Limited (“Infratil”) (3) u lil-linja tal-ajru Ryanair (4). |
|
(2) |
Fis-7 ta' Novembru 2005, il-Kummissjoni talbet informazzjoni mingħand il-Ġermanja, li l-Ġermanja pprovdiet fis-7 ta' Frar 2006. Intalbet iktar informazzjoni permezz tal-ittra datata t-22 ta' Marzu 2006, li għaliha l-Ġermanja wieġbet fit-12 ta' Ġunju 2006. Il-laqgħat bejn is-servizzi tal-Kummissjoni, Infratil, is-sid b'maġġoranza tal-kumpanija li topera l-ajruport, u l-Belt Ħansjatika ta' Lübeck (“Hansestadt Lübeck”) saru fl-14 ta' Ottubru u fl-4 ta' Diċembru 2006. Wara dawn il-laqgħat, Infratil ipprovdiet informazzjoni addizzjonali b'ittri elettroniċi u b'faxes datati s-16 u l-31 ta' Ottubru 2006, is-6 ta' Novembru 2006 u l-4, is-6 u l-21 ta' Diċembru 2006. |
|
(3) |
Permezz tal-ittra datata t-18 ta' Jannar 2007, il-Ġermanja talbet lill-Kummissjoni tissospendi l-investigazzjoni preliminari tal-fajl. F'ittra tat-2 ta' Mejju 2007, il-Kummissjoni ċaħdet it-talba. |
|
(4) |
Fl-24 ta' April 2007, il-Ġermanja bagħtet kummenti addizzjonali lill-Kummissjoni. Fil-21 ta' Ġunju 2007, saret laqgħa bejn il-Ġermanja u s-servizzi tal-Kummissjoni. |
|
(5) |
Permezz tal-ittra datata l-10 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni għarrfet lill-Ġermanja bid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE fir-rigward tal-finanzjament tal-ajruport ta' Lübeck, tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn Hansestadt Lübeck u Infratil, u tar-relazzjonijiet finanzjarji tal-ajruport ma' Ryanair (id-“Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2007”). Il-proċedura ta' investigazzjoni formali ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ SA.21877 (C 24/2007). |
|
(6) |
Fl-24 ta' Ottubru 2007 ġiet adottata rettifika tad-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2007. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2007 ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5) fid-29 ta' Novembru 2007. Ir-rettifika ġiet ippubblikata fis-7 ta' Diċembru 2007 (6). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar il-miżuri relevanti. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni rċiviet kummenti mingħand Ryanair, mingħand Air Berlin, mingħand FLG, mingħand żewġ NGOs (7), mingħand il-Kamra tal-Industrija u tal-Kummerċ ta' Lübeck (“IHK Lübeck”) (8), mingħand l-assoċjazzjoni tal-linji tal-ajru tal-Ġermanja (Bundesverband der Deutschen Fluggesellschaften, “BDF”) u mingħand persuni individwali (9). Il-Ġermanja wieġbet għal dawk il-kummenti fis-17 ta' April 2008. |
|
(9) |
Il-konsulent indipendenti tal-Kummissjoni, Ecorys, talab informazzjoni mingħand il-Ġermanja fl-24 ta' Lulju 2008 biex jikkumpila rapport dwar il-każ. Il-Ġermanja indirizzat lill-Kummissjoni fl-1 ta' Awwissu 2008 biex tikkontesta d-dritt ta' Ecorys li jikseb l-informazzjoni u d-dokumenti. Il-Kummissjoni wieġbet fit-8 ta' Awwissu 2008, u kkonfermat li l-kompetenzi tal-Kummissjoni huma estiżi lil Ecorys f'dan il-każ. Konsegwentement, l-informazzjoni mitluba nkisbet fit-18 ta' Settembru 2008. |
|
(10) |
Fis-16 ta' April 2009, il-Kummissjoni talbet iktar informazzjoni mingħand il-Ġermanja. Il-Ġermanja talbet li tiġi estiża l-iskadenza fil-21 ta' April 2009, u mill-ġdid fis-7 ta' Lulju 2009. L-informazzjoni mitluba ġiet sottomessa fit-30 ta' Ottubru 2009. Il-Kummissjoni talbet iktar informazzjoni fid-29 ta' Ottubru 2009, li l-Ġermanja ssottomettiet fis-16 ta' Diċembru 2009. |
|
(11) |
Fis-17 ta' Ottubru 2010, il-Kummissjoni rċiviet informazzjoni mingħand Air Berlin. |
|
(12) |
F'ittra datata t-28 ta' Marzu 2011, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mingħand il-Ġermanja. Il-Ġermanja talbet li tiġi estiża l-iskadenza fil-15 ta' April 2011. Fl-20 ta' April 2011, il-Kummissjoni laqgħet it-talba tal-Ġermanja għal estensjoni. Fil-21 ta' April 2011, il-Ġermanja talbet estensjoni ulterjuri tal-iskadenza, li l-Kummissjoni laqgħet fis-27 ta' April 2011. Il-Ġermanja ssottomettiet l-ewwel parti tal-informazzjoni mitluba fis-16 ta' Mejju 2011. F'ittra datata l-20 ta' Mejju 2011, il-Kummissjoni kkunsidrat l-informazzjoni sottomessa inkompluta u talbet l-informazzjoni li kienet nieqsa. Il-Ġermanja kkontestat dan f'ittra mis-7 ta' Ġunju 2011. Il-Kummissjoni wieġbet fil-15 ta' Ġunju 2011, li fiha talbet l-informazzjoni nieqsa. |
|
(13) |
Fit-8 ta' April 2011, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lil Ryanair. It-tweġibiet intbagħtu lura lill-Kummissjoni sal-4 ta' Lulju 2011. Il-Kummissjoni għaddiet dawn is-sottomissjonijiet fit-18 ta' Lulju 2011 lill-Ġermanja, u stiednet kummenti sat-18 ta' Awwissu 2011. Fit-8 ta' Awwissu 2011, il-Kummissjoni bagħtet verżjoni tradotta tas-sottomissjonijiet ta' Ryanair lill-Ġermanja, u pposponiet il-possibbiltà li l-Ġermanja tikkummenta għad-9 ta' Settembru 2011. Finalment, il-kummenti tal-Ġermanja ntbagħtu lill-Kummissjoni fit-8 ta' Settembru 2011. Fis-7 ta' Frar 2012, il-Kummissjoni talbet iktar informazzjoni mingħand Ryanair dwar l-istudju ta' Oxera, li ġie sottomess minn Ryanair fl-4 ta' Lulju 2011. Fit-13 ta' Frar 2012, Ryanair talbet estensjoni tal-iskadenza biex twieġeb. Fis-16 ta' Frar 2012, Oxera talbet kjarifika mingħand il-Kummissjoni rigward waħda mill-mistoqsijiet li saru. Il-kjarifika ġiet sottomessa mill-Kummissjoni fis-17 ta' Frar 2012. Ryanair bagħtet il-kummenti tagħha fit-13 ta' April 2012. Dawn il-kummenti ntbagħtu lill-Ġermanja mill-Kummissjoni fis-27 ta' Ġunju 2012. Il-Ġermanja kkummentat dwar is-sottomissjonijiet ta' Ryanair f'ittra mill-10 ta' Settembru 2012. |
|
(14) |
Ir-rapport finali minn Ecorys mid-29 ta' Marzu 2011 intbagħat lill-Ġermanja fid-29 ta' Ġunju 2011, filwaqt li l-Ġermanja ġiet mistiedna tikkummenta. Intbagħtet traduzzjoni tar-rapport lill-Ġermanja fl-24 ta' Awwissu 2011, filwaqt li l-Ġermanja ġiet mistiedna tikkummenta sas-26 ta' Settembru 2011. Il-Ġermanja bagħtet il-kummenti tagħha fl-10 ta' Ottubru 2011. |
|
(15) |
Fit-30 ta' Ġunju 2011, il-Ġermanja bagħtet it-tieni parti tal-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni. Il-Ġermanja wieġbet għall-ittra tal-Kummissjoni tal-15 ta' Ġunju 2011 fid-29 ta' Ġunju 2011. Fil-5 ta' Lulju 2011, il-Kummissjoni talbet lill-Ġermanja tibgħat l-informazzjoni nieqsa. Fil-15 ta' Lulju 2011, il-Ġermanja bagħtet l-informazzjoni nieqsa. |
|
(16) |
Fl-4 ta' Lulju 2011, Ryanair bagħtet kummenti lill-Kummissjoni, li ngħaddew lill-Ġermanja fit-8 ta' Awwissu 2011. Il-Ġermanja kkummentat dwar dawn is-sottomissjonijiet fit-8 ta' Ottubru 2011. |
|
(17) |
Il-Kummissjoni talbet iktar informazzjoni mingħand il-Ġermanja fl-20 ta' Frar 2012. Fid-19 ta' Marzu 2012, il-Ġermanja talbet estensjoni tal-iskadenza biex tissottometti l-informazzjoni sas-17 ta' April 2012. Din ingħatat mill-Kummissjoni fil-21 ta' Marzu 2012. F'ittra datata s-17 ta' April 2012, il-Ġermanja wieġbet għall-mistoqsijiet tal-Kummissjoni mill-24 ta' Frar 2012. Fit-18 ta' April 2012, il-Kummissjoni talbet lill-Ġermanja tibgħat l-informazzjoni nieqsa sat-28 ta' April 2012, mingħajr il-possibbiltà ta' estensjoni. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li, f'każ ta' nuqqas ta' konformità, tinħareġ inibizzjoni tal-informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (10). Fit-2 ta' Mejju 2012 saret laqgħa bejn il-Kummissjoni u l-Ġermanja. Fit-3 ta' Mejju 2012, il-Kummissjoni qablet fuq estensjoni sal-11 ta' Mejju 2012. F'ittra datata s-7 ta' Mejju 2012, il-Ġermanja osservat żbalji proċedurali min-naħa tal-Kummissjoni u rrifjutat is-sottomissjoni ta' iktar informazzjoni. |
|
(18) |
F'ittra mill-10 ta' April 2013, Ryanair bagħtet lill-Kummissjoni rapport dwar l-approċċ ta' Oxera għall-Prinċipju tal-Operatur f'Ekonomija tas-Suq (“il-prinċipju MEO”). Ir-rapport intbagħat lill-Ġermanja fit-3 ta' Mejju 2013. Sottomissjonijiet oħra ta' Ryanair intbagħtu lill-Kummissjoni fl-20 ta' Diċembru 2013. |
|
(19) |
F'ittra mill-24 ta' Frar 2014, il-Kummissjoni stiednet lil Ryanair tikkummenta dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni (11). Fil-21 ta' Marzu 2014, il-Kummissjoni stiednet lil Infratil tikkummenta dwar il-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni. Stedina formali għall-partijiet interessati kollha biex jissottomettu kummenti dwar il-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali fil-15 ta' April 2014 (12). Il-Ġermanja bagħtet il-kummenti tagħha fit-12 ta' Mejju 2014. Ġew sottomessi kummenti addizzjonali minn Air Berlin, minn Infratil u minn Schutzgemeinschaft gegen Fluglärm Lübeck und Umgebung eV (“SGF”) (13). |
1.2. IL-PROĊEDURI SA.27585 U SA.31149
|
(20) |
Fit-28 ta' Jannar 2009, SGF bagħtet ilment rigward il-każ SA.21877. Din ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ tal-għajnuna mill-Istat CP 31/2009 (SA.27585). |
|
(21) |
Permezz tal-ittra datata l-5 ta' Frar 2009, il-Kummissjoni talbet informazzjoni mingħand il-Ġermanja rigward rapporti fl-istampa dwar l-ajruport ta' Lübeck. Il-Ġermanja wieġbet permezz tal-ittri datati l-5 ta' Marzu 2009 u t-12 ta' Marzu 2009. |
|
(22) |
Permezz tal-ittra datata s-16 ta' April 2009, il-Kummissjoni talbet iktar informazzjoni mingħand il-Ġermanja. Il-Ġermanja wieġbet fid-9 ta' Lulju 2009. |
|
(23) |
Fit-22 ta' Ġunju 2010 u fit-30 ta' Ġunju 2010, SGF issottomettiet ilment ieħor, li fih allegat li l-Ġermanja pprovdiet għajnuna illegali oħra mill-Istat favur FLG u Infratil. Dan l-ilment ġie rreġistrat bin-numru tal-każ tal-għajnuna mill-Istat CP 162/2010 (SA.31149). |
|
(24) |
Permezz tal-ittra datata s-7 ta' Lulju 2010, il-Kummissjoni bagħtet dak l-ilment lill-Ġermanja u talbet informazzjoni. Permezz tal-ittra datata t-13 ta' Lulju 2010, il-Ġermanja talbet li l-iskadenza tiġi estiża. Il-Kummissjoni laqgħet it-talba permezz tal-ittra datata l-14 ta' Ottubru 2010. |
|
(25) |
Permezz tal-ittra datata t-28 ta' Marzu 2011, il-Kummissjoni talbet iktar informazzjoni mingħand il-Ġermanja. Permezz tal-ittra datata t-8 ta' April 2011, il-Kummissjoni talbet informazzjoni mingħand Ryanair rigward il-ftehimiet tagħha ma' FLG. |
|
(26) |
Il-Ġermanja talbet li l-iskadenza tiġi estiża sal-15 ta' Lulju 2011. Permezz tal-ittra datata l-20 ta' April 2011, il-Kummissjoni stiednet lill-Ġermanja twieġeb għall-mistoqsijiet dwar l-ilmenti sat-28 ta' April 2011. Permezz tal-ittra datata l-21 ta' April 2011, il-Ġermanja talbet għal estensjoni ulterjuri tal-iskadenza. Permezz tal-ittra datata s-27 ta' April 2011, il-Kummissjoni aċċettat l-estensjoni tal-iskadenza sas-16 ta' Mejju 2011. Il-Ġermanja bagħtet l-informazzjoni fis-16 ta' Mejju 2011. |
|
(27) |
Fl-20 ta' Mejju 2011, il-Kummissjoni bagħtet tfakkira skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, li fiha ddikjarat li l-informazzjoni mibgħuta ma kinitx waħda kompluta. L-iskadenza għat-tweġiba kienet is-7 ta' Ġunju 2011. Il-Ġermanja wieġbet permezz tal-ittra datata s-7 ta' Ġunju 2011, li fiha rrifjutat li l-ittra tal-20 ta' Mejju 2011 kienet tfakkira skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, peress li tnejn mill-mistoqsijiet dehru li ġew ifformulati bi kliem ieħor u fil-fehma tagħha waħda mill-mistoqsijiet kienet ġdida. |
|
(28) |
Permezz tal-ittra datata l-15 ta' Ġunju 2011, il-Kummissjoni bagħtet it-tieni tfakkira skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 lill-Ġermanja, li fiha tatha l-possibbiltà li tipprovdi l-informazzjoni sad-29 ta' Ġunju 2011. F'każ ta' nuqqas ta' konformità ma' dik it-tfakkira, il-Kummissjoni tikkkunsidra li toħroġ inibizzjoni tal-informazzjoni. Il-Ġermanja wieġbet permezz tal-ittra datata d-29 ta' Ġunju 2011 għal uħud mill-mistoqsijiet u informat lill-Kummissjoni li t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jifdal kienu se jiġu pprovduti matul Lulju 2011. |
|
(29) |
Permezz tal-ittra datata l-4 ta' Lulju 2011, il-Kummissjoni rċiviet iktar informazzjoni mingħand Ryanair. |
|
(30) |
Permezz tal-ittra datata l-5 ta' Lulju 2011, il-Kummissjoni bagħtet it-tielet tfakkira skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 lill-Ġermanja li fiha tatha l-possibbiltà li tipprovdi informazzjoni dwar il-mistoqsijiet li kien fadal sal-15 ta' Lulju 2011. Il-Ġermanja wieġbet permezz tal-ittra datata l-15 ta' Lulju 2011. |
|
(31) |
Permezz tal-ittra datata t-18 ta' Lulju 2011, il-Kummissjoni għaddiet is-sottomissjoni ta' Ryanair mill-4 ta' Lulju 2011 lill-Ġermanja, li fiha stidnitha tikkummenta. Il-Ġermanja talbet it-traduzzjoni tas-sottomissjoni ta' Ryanair fil-Ġermaniż. Il-Kummissjoni bagħtet il-verżjoni bil-Ġermaniż tas-sottomissjoni lill-Ġermanja permezz tal-ittra datata t-8 ta' Awwissu 2011. |
|
(32) |
Permezz tal-ittra datata t-8 ta' Settembru 2011, il-Ġermanja pprovdiet kummenti dwar is-sottomissjoni ta' Ryanair. Fis-7 ta' Frar 2012, il-Kummissjoni talbet iktar informazzjoni mingħand Ryanair dwar l-istudju ta' Oxera. Fit-13 ta' Frar 2012, Ryanair talbet estensjoni tal-iskadenza biex twieġeb. Fis-16 ta' Frar 2012 intalbet kjarifika dwar waħda mill-mistoqsijiet li għamlet il-Kummissjoni. Dik il-kjarifika ġiet ipprovduta mill-Kummissjoni fis-17 ta' Frar 2012. |
|
(33) |
Permezz tal-ittra datata t-22 ta' Frar 2012, il-Kummissjoni għarrfet lill-Ġermanja bid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE fir-rigward tal-għajnuna potenzjali mill-Istat favur Infratil, FLG, Ryanair u linji tal-ajru oħra li joperaw mill-ajruport ta' Lübeck (id-“deċiżjoni tal-ftuħ tal-2012”) (14). Fit-tweġiba, il-Ġermanja talbet lill-Kummissjoni permezz tal-ittra datata l-14 ta' Marzu 2012 biex tiġi mgħottija ċerta informazzjoni li tinsab fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2012. Il-Kummissjoni laqgħet it-talba f'parti minnha permezz tal-ittra datata l-20 ta' Marzu 2012, li fiha spjegat li ma setgħetx taqbel li tiġi mgħottija ċerta informazzjoni. Il-Ġermanja kkontestat ulterjorment il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwari l-kunfidenzjalità f'ittra mit-3 ta' April 2012. Il-Kummissjoni bagħtet ittra lill-Ġermanja fil-25 ta' April 2012 fuq din il-kwistjoni, li fiha ssottomettiet verżjoni oħra tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2012 u pprovdiet iktar argumenti. |
|
(34) |
Fit-2 ta' Marzu 2012, Ryanair bagħtet talba lill-Kummissjoni dwar il-possibbiltà li tirrieżamina d-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2012 qabel ma tiġi ppubblikata, biex tipprevjeni l-pubblikazzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali. Il-Kummissjoni wieġbet fis-6 ta' Marzu 2012 billi indikat li hu f'idejn l-Istat Membru li jissottometti tali informazzjoni lil Ryanair. Wara diversi skambji bejn Ryanair, il-Kummissjoni u l-Ġermanja, Ryanair issottomettiet lista ta' talbiet għat-tneħħija ta' informazzjoni kunfidenzjali u barra minn hekk ikkritikat kwistjonijiet proċedurali fis-27 ta' April 2012. Barra minn hekk, fit-30 ta' April 2012 il-Ġermanja ssottomettiet lill-Kummissjoni talbiet oħra minn Ryanair biex tingħata ċerta informazzjoni. Fid-29 ta' Ġunju 2012, il-verżjoni b'partijiet mgħottija tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2012 intbagħtet lil Ryanair. |
|
(35) |
Kif talbet il-Kummissjoni fis-7 ta' Frar 2012, Ryanair issottomettiet kummenti fl-ittra datata t-13 ta' April 2012. Dawk il-kummenti ngħaddew lill-Ġermanja mill-Kummissjoni fis-27 ta' Ġunju 2012. Il-Ġermanja kkummentat dwar is-sottomissjonijiet ta' Ryanair fl-ittra datata l-10 ta' Settembru 2012. |
|
(36) |
Fl-ittra datata l-24 ta' Frar 2012, il-Kummissjoni talbet lill-Ġermanja tipprovdi iktar informazzjoni dwar il-każijiet fi żmien 20 jum. Fid-19 ta' Marzu 2012, il-Ġermanja talbet li l-iskadenza tiġi estiża sal-20 ta' April 2012. Il-Kummissjoni qablet ma' estensjoni tal-iskadenza sas-17 ta' April 2012 fl-ittra datata l-21 ta' Marzu 2012. Il-Ġermanja ssottomettiet l-informazzjoni mitluba fis-17 ta' April 2012. Fl-ittra datata t-18 ta' April 2012, il-Kummissjoni ddikjarat li l-informazzjoni sottomessa mill-Ġermanja ma kinitx kompluta u talbet li l-informazzjoni nieqsa tiġi sottomessa sat-28 ta' April 2012. Il-Kummissjoni żiedet li f'każ ta' nuqqas ta' konformità, tinħareġ inibizzjoni tal-informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. Fit-3 ta' Mejju 2012, il-Kummissjoni indirizzat ittra oħra lill-Ġermanja, li fiha kienet tesiġi li din tibgħat l-informazzjoni nieqsa sal-11 ta' Mejju 2012. |
|
(37) |
Fl-14 ta' Mejju 2012, il-Ġermanja ssottomettiet kummenti lill-Kummissjoni dwar id-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2012. |
|
(38) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2012 ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali fl-10 ta' Awwissu 2012 (15). Il-partijiet interessati kollha ngħataw il-possibbiltà li jikkummnetaw dwar id-deċiżjoni fi żmien xahar. Permezz taż-żewġ ittri datati s-16 ta' Awwissu 2012 u t-22 ta' Awwissu 2012, Ryanair talbet li l-iskadenza tiġi estiża sal-24 ta' Settembru 2012. Wizz Air talbet estensjoni sal-24 ta' Settembru fl-24 ta' Awwissu 2012. Fil-31 ta' Awwissu 2012, Infratil talbet estensjoni sal-10 ta' Ottubru 2012. Fil-5 ta' Settembru 2012, Hansestadt Lübeck u FLG talbu lill-Kummissjoni testendi l-iskadenza sal-10 ta' Ottubru 2012. Fis-7 ta' Settembru 2012, Bundesverband der deutschen Verkehrsflughäfen (“ADV”) (16) talbet estensjoni tal-iskadenza sal-10 ta' Ottubru 2012. Dakinhar stess, il-Kummissjoni laqgħet it-talbiet għal estensjoni għal Ryanair, għal Wizz Air, għal ADV, għal Hansestadt Lübeck, għal FLG u għal Infratil. |
|
(39) |
Fid-9 ta' Settembru 2012, Pro Airport Lübeck e.V. issottomettiet l-osservazzjonijiet tagħha. |
|
(40) |
Fl-10 ta' Settembru 2012, Flughafen Hamburg GmbH (“l-Ajruport ta' Hamburg”) u Landesregierung (il-gvern tal-Istat) ta' Schleswig-Holstein talbu lill-Kummissjoni testendi l-iskadenza biex jissottomettu l-kummenti sal-10 ta' Ottubru 2012. L-għada, il-Kummissjoni qablet mal-estensjoni. Fl-10 ta' Settembru 2012, SGF issottomettiet il-kummenti tagħha lill-Kummissjoni. |
|
(41) |
Ryanair issottomettiet il-kummenti tagħha lill-Kummissjoni fl-24 ta' Settembru 2012, inkluż rapport ikkumpilat minn Oxera. Permezz tal-ittra datata t-8 ta' Ottubru 2012, Hansestadt Lübeck issottomettiet il-kummenti tagħha lill-Kummissjoni. Fl-10 ta' Ottubru 2012, ADV, FLG, Infratil u Wizz Air issottomettew kummenti lill-Kummissjoni, inkluż rapport minn Oxera. Dakinhar stess, Ryanair żiedet mas-sottomissjonijiet tagħha diversi rappoti kkumpilati minn Oxera. |
|
(42) |
Fit-3 ta' Mejju 2014, il-Ġermanja għaddiet il-verżjonijiet mhux kunfidenzjali tar-rapporti ta' Oxera lill-Ġermanja, li fihom stiednet lill-Ġermanja tikkummenta. |
|
(43) |
Fil-15 ta' Mejju 2013, fis-17 ta' Jannar 2014 u fil-31 ta' Jannar 2014, Ryanair issottomettiet informazzjoni addizzjonali. |
|
(44) |
Permezz tal-ittra datata l-11 ta' Frar 2013, il-Kummissjoni talbet lill-Ġermanja tissottometti l-kuntratti kollha relatati mal-privatizzazzjoni tal-ajruport ta' Lübeck fi żmien 20 jum. Tali divulgazzjoni ġiet miċħuda lill-Kummissjoni fl-ittra mit-28 ta' Frar 2014, peress li l-privatizzazzjoni tal-ajruport ta' Lübeck ma kinitx parti mill-proċedura attwali. Wara konsultazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-Ġermanja, il-Ġermanja bagħtet id-dettalji dwar il-privatizzazzjoni tal-ajruport ta' Lübeck f'ittra mit-13 ta' Marzu 2014. |
|
(45) |
Fl-24 ta' Frar 2013 u fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kummissjoni għarrfet lill-Ġermanja bl-introduzzjoni tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni u bir-rilevanza ta' dawn għall-proċedimenti attwali, u stiednet lill-Ġermanja tissottometti kummenti. Bi tweġiba, il-Ġermanja ssottomettiet informazzjoni fis-27 ta' Marzu 2014. Saru sottomissjonijiet oħra minn Wizz Air, fl-ittra datata t-30 ta' April 2014, u mill-Ġermanja fit-12 ta' Mejju 2014. |
|
(46) |
Permezz tal-ittri datati t-2 ta' Settembru 2014, it-12 ta' Settembru 2014 u s-26 ta' Settembru 2014, Ryanair issottomettiet rapporti oħra mħejjija minn Oxera dwar l-approċċ riċenti tal-Kummissjoni rigward il-prinċipju tal-MEO. |
1.3. IL-PROĊEDURA KONĠUNTA RIGWARD SA.21877, SA.27585 U SA.31149
|
(47) |
Il-Kummissjoni għaqqdet il-proċeduri SA.21877, SA.27585 u SA.31149 fl-2014. |
|
(48) |
Permezz tal-ittra datata t-30 ta' Settembru 2014, il-Kummissjoni talbet iktar informazzjoni mingħand il-Ġermanja. |
|
(49) |
Fis-6 ta' Ottubru 2014, il-Ġermanja talbet lill-Kummissjoni testendi l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-informazzjoni mitluba sat-30 ta' Novembru 2014. Il-Kummissjoni estendiet l-iskadenza sas-17 ta' Novembru 2014. Fil-21 ta' Novembru 2014, il-Kummissjoni bagħtet tfakkira lill-Ġermanja biex din tissottometti l-informazzjoni mitluba sat-3 ta' Diċembru 2014. Il-Kummissjoni ddikjarat li f'każ ta' nuqqas ta' konformità ma' dik it-tfakkira, tinħareġ inibizzjoni tal-informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. Il-Ġermanja pprovidet l-informazzjoni mitluba fit-3 ta' Diċembru 2014. Wara telekonferenza fit-18 ta' Diċembru 2014, il-Ġermanja ssottomettiet iktar informazzjoni fit-12 ta' Jannar 2015 u fl-14 ta' Jannar 2015. |
|
(50) |
Permezz tal-ittri elettroniċi datati s-26 ta' Jannar 2015, id-9 ta' Frar 2015 u s-27 ta' Frar 2015, il-Kummissjoni rċiviet sottomissjonijiet mingħand Ryanair. |
|
(51) |
Fit-30 ta' Jannar 2015, Air Berlin iddikjarat l-interess tagħha f'Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna allegata mill-Istat lil Ryanair. |
|
(52) |
Fl-ittra datata t-23 ta' Marzu 2015, il-Kummissjoni ssottomettiet kummenti oħra mingħand partijiet terzi, u stiednet lill-Ġermanja tikkummenta. Il-Ġermanja wieġbet fid-9 ta' April 2015 billi bagħtet il-kummenti tagħha dwar is-sottomissjonijiet ta' partijiet terzi. |
|
(53) |
F'ittra elettronika mill-20 ta' April 2015, il-Kummissjoni talbet iktar informazzjoni dwar Yasmina Flughafenmanagement GmbH (“Yasmina”) (17), l-operatur tal-ajruport ta' Lübeck fl-2013 u fl-2014. Fl-4 ta' Mejju 2015 il-Ġermanja bagħtet mistoqsijiet addizzjonali dwar il-premju tal-opzjoni put imħallas minn Infratil. |
|
(54) |
Hansestadt Lübeck wieġbet fil-5 ta' Mejju 2015, u wieġbet il-mistoqsijiet dwar Yasmina. Fl-ittra datata l-11 ta' Mejju 2015, il-Ġermanja wieġbet għat-talba tal-Kummissjoni għal iktar informazzjoni dwar il-prezz tal-opzjoni put. |
|
(55) |
Fit-13 ta' Mejju 2015, il-Kummissjoni għamlet mistoqsija lil Oxera dwar l-għajnuna allegata mill-Istat għall-imposta fuq it-tneħħija tas-silġ. Bi tweġiba, Oxera ssottomettiet rapport dwar it-tneħħija tas-silġ fit-18 ta' Mejju 2015. |
|
(56) |
Fl-ittra elettronika datata t-22 ta' Mejju 2015, il-Kummissjoni talbet kjarifika mingħand Oxera dwar ir-rapporti tagħha minn Settembru 2014 u minn Frar 2015 dwar il-profittabilità tal-Ittri ta' Akkumpanjament tal-2010, konklużi bejn Ryanair u FLG. Il-Kummissjoni rċiviet tweġiba fit-28 ta' Mejju 2015. |
|
(57) |
Fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kummissjoni għamlet mistoqsijiet addizzjonali lill-Ġermanja. It-tweġibiet waslu fil-25 ta' Ġunju 2015 u fit-3 ta' Lulju 2015. Il-Kummissjoni bagħtet mistoqsijiet oħra lill-Ġermanja fid-29 ta' Ġunju 2015, li t-tweġibiet għalihom wasslu fl-ittra datata l-24 ta' Lulju 2015. |
|
(58) |
Ryanair bagħtet nota ta' spjegazzjoni ta' Oxera lill-Kummissjoni fit-3 ta' Lulju 2015. |
|
(59) |
Fl-4 ta' Awwissu 2015, il-Kummissjoni għamlet mistoqsijiet addizzjonali lill-Ġermanja. It-tweġibiet waslu fl-10 ta' Settembru 2015. |
|
(60) |
Fit-30 ta' Novembru 2015, Ryanair issottomettiet nota oħra ta' Oxera lill-Kummissjoni li tindirizza l-valutazzjonijiet tal-MEO tal-ftehimiet bejn l-ajruport u l-linji tal-ajru fil-kuntest tal-profittabilità ġenerali tal-ajruport. Hansestadt Lübeck issottomettiet informazzjoni addizzjonali fl-20 ta' Jannar 2016 u lill-Ġermanja fid-19 ta' Frar 2016. |
1.4. APPELL TAD-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ TAL-2012 B'RABTA MAL-ISKEDA TAL-IMPOSTI TAL-AJRUPORT
|
(61) |
Hansestadt Lübeck applikat għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2012. Il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2012 b'rabta mal-iskeda tal-imposti tal-ajruport għall-ajruport ta' Lübeck adottata fl-2006 (“l-iskeda tal-imposti tal-2006”) (18). Il-Kummissjoni appellat kontra din is-sentenza quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li kkonfermat is-sentenza tal-Qorti Ġenerali (19). Għaldaqstant, id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2012 ġiet annullata b'mod definittiv b'rabta mal-iskeda tal-imposti tal-2006. Għaldaqstant, l-iskeda tal-imposti tal-2006 mhix se tiġi vvalutata f'din id-Deċiżjoni. |
2. DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURI
2.1. L-ISFOND TAL-INVESTIGAZZJONI U L-KUNTEST TAL-MIŻURI
2.1.1. Iż-żona milħuqa, l-iżvilupp tal-passiġġieri u l-linji tal-ajru li jaqdu l-ajruport
|
(62) |
L-ajruport ta' Lübeck jinsab madwar 73 kilometru mill-belt ta' Hamburg, fil-Land Schleswig-Holstein, il-Ġermanja. |
|
(63) |
L-ajruport innifsu jiddefinixxi ż-żona milħuqa tiegħu bħala ż-żona metropolitana tal-belt ta' Hamburg u Öresund (Kopenhagen/Malmö l-Kbira). Dan ir-reġjun jista' jkun moqdi mill-ajruporti li ġejjin:
|
|
(64) |
Skont l-istudju tas-suq imwettaq mill-ajruport fl-2009, il-maġġoranza tal-passiġġieri (sejrin) fl-ajruport ta' Lübeck ġew minn Hamburg (jiġifieri 47,20 %). L-ajruport stenna żieda fil-passiġġieri sejrin Daniżi wara t-tlestija tal-Konnessjoni Fissa tal-Kanal ta' Fehmarn bejn il-Ġermanja u d-Danimarka. Il-Figure 1 tiġbor fil-qosor l-oriġini tal-passiġġieri fl-ajruport ta' Lübeck. Figura 1 L-oriġini tal-passiġġieri sejrin fl-ajruport ta' Lübeck (Studju tas-Suq, 2009) Hamburg; 47 % Schleswig-Holstein; 33 % Bremen; 14 % Denmark; 5 % |
|
(65) |
It-traffiku tal-passiġġieri fl-ajruport kien żdied minn 48 652 fl-1999 għal 546 146 fl-2010 (ara t-Tabella 1). L-ajruport kien qed jistenna li jżid in-numri tal-passiġġieri tiegħu għal 2,2 miljun sal-2015. Madankollu, dak l-iżvilupp ma mmaterjalizzax. Tabella 1 L-iżvilupp tal-passiġġieri fl-ajruport ta' Lübeck fl-1999 u fl-2013 (20)
|
|
(66) |
Fid-data ta' din id-Deċiżjoni, ma hemm ebda linja tal-ajru li qed topera minn Lübeck. Lanqas ma huma offruti titjiriet skedati jew charter. |
2.1.2. Is-sjieda tal-ajruport
|
(67) |
Oriġinarjament, l-ajruport ta' Lübeck kien operat minn FLG, li kienet kumpanija b'responsabbiltà limitata. Is-sjieda ta' sehem mill-infrastruttura tal-ajruport u tal-art kienet għadha ta' Hansestadt Lübeck. FLG setgħet tuża l-infrastruttura tal-ajruport fuq il-bażi ta' ftehim ta' lokazzjoni. Is-sjieda ta' FLG inbidlet diversi drabi fl-aħħar snin. Sat-30 ta' Novembru 2005, l-uniku azzjonist ta' FLG kien Hansestadt Lübeck, li kellha 100 % tal-ishma. Skont il-“Ftehim ta' Parteċipazzjoni tal-2005” (Beteiligungsvertrag), Hansestadt Lübeck bigħet b'effett mill-1 ta' Diċembru 2005, 90 % tal-ishma tagħha f'FLG lil Infratil. L-10 % li kien fadal baqgħu miżmuma minn Hansestadt Lübeck, bħala azzjonist ta' minoranza. Il-Ftehim ta' Parteċipazzjoni tal-2005 inkluda numru ta' kundizzjonijiet u opzjonijiet put/call għaż-żewġ partijiet (għal iktar dettalji ara t-taqsima 2.3.1). |
|
(68) |
Biex jiġi evitat milli Infratil teżerċita l-opzjoni put tagħha, fl-2009 ġie ffirmat Ftehim Addizzjonali (Ergänzungsvereinbarung 2009) bejn Hansestadt Lübeck u Infratil. Skont il-Ftehim Addizzjonali tal-2009, Infratil kellha tibqa' topera l-ajruport sa Ottubru 2009 u min-naħa l-oħra ġiet ikkumpensata għal ċerti kostijiet (ara t-Tabella 3). |
|
(69) |
Fi tmiem l-2009, Infratil eżerċitat l-opzjoni put tagħha u bigħet lura l-ishma tagħha lil Hansestadt Lübeck. |
|
(70) |
Minn Novembru 2009, Hansestadt Lübeck reġgħet saret is-sid uniku (100 % tal-ishma) ta' FLG). F'Novembru 2009, il-Kunsill tal-Belt ta' Lübeck (“Bürgerschaft”) (21) iddeċieda li jenħtieġ li sa tmiem Frar 2010 jinstab investitur privat ġdid għal FLG u li jenħtieġ li l-ajruport ma jirċivix xi finanzjament ulterjuri. |
|
(71) |
Fil-25 ta' April 2010, iċ-ċittadini tal-Hansestadt Lübeck iddeċidew b'vot pubbliku li jiżguraw is-sopravivenza tal-ajruport ta' Lübeck. Hansestadt Lübeck qieset li investimenti ulterjuri għat-titjib tal-infrastruttura tal-ajruport kienu neċessarji, biex l-ajruport jiġi pprivatizzat. |
|
(72) |
Fis-16 ta' Awwissu 2012, Hansestadt Lübeck ippubblikat sejħa għall-offerti fis-suppliment għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (22) rigward il-bejgħ tal-ajruport ta' Lübeck. Sal-24 ta' Settembru 2012, ġew sottomessi seba' ittri ta' interess. Sal-15 ta' Ottubru 2012, ħames partijiet għamlu offerti indikattivi mhux vinkolanti.Sal-20 ta' Novembru 2012, tliet partijiet għamlu offerti vinkolanti u finali. Sar tqabbil tat-tliet offerti. Dan inkluda sistema ta' distribuzzjoni tal-punti, b'kunsiderazzjoni kemm tal-offerta finanzjarja kif ukoll tal-pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju u ta' żvilupp rispettivi. L-offerta minn 3Y Logistic und Projektbetreuung GmbH, Frankfurt (“3Y”) li kienet tipprevedi negozju ta' assi, kienet biċ-ċar l-iktar waħda vantaġġuża. 3Y kienet il-kumpanija azzjonarja ta' Yasmina, kumpanija b'responsabbiltà limitata stabbilita għall-finijiet ta' xiri u ta' operar tal-ajruport ta' Lübeck. Fid-29 ta' Novembru 2012, il-Bürgerschaft ta' Lübeck qabel mat-termini u mal-bejgħ. Il-kuntratt tal-bejgħ ġie ffirmat fl-14 ta' Diċembru 2012 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2013. Yasmina xtrat uħud mill-assi ta' FLG. L-assi mhux mibjugħa lil Yasmina ġew ittrasferiti lil Hansestadt Lübeck bil-fużjoni ta' FLG f'Hansestadt Lübeck (bil-Ġermaniż “Verschmelzung”). B'hekk, FLG ma baqgħetx teżisti bħala entità ġuridika indipendenti. |
|
(73) |
Bħala riżultat tat-telf kontinwu li kien qed jagħmel l-ajruport, Yasmina ħabbret l-insolvenza f'April 2014, li rriżultat fit-tnedija tal-proċedimenti ta' insolvenza fit-23 ta' April 2014. Fl-1 ta' Awwissu 2014, l-ajruport ta' Lübeck ġie akkwistat minn investitur Ċiniż, PuRen Germany GmbH (“PuRen”). PuRen ħabbret insolvenza f'Settembru 2015, li rriżultat fit-tnedija ta' proċedimenti ta' insolvenza fit-30 ta' Settembru 2015. Fl-1 ta' Lulju 2016, l-ajruport ta' Lübeck ġie akkwiżit minn Stöcker Flughafen GmbH & Co. KG (“Stöcker”). |
|
(74) |
Il-Kummissjoni investigat il-miżuri li ġejjin, li possibilment kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat favur FLG, Infratil, Ryanair u linji tal-ajru oħra li jużaw l-ajruport. |
2.2. GĦAJNUNA POTENZJALI MILL-ISTAT FAVUR FLG
|
(75) |
Il-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta' investigazzjoni formali fuq il-miżuri li ġejjin favur FLG:
|
2.3. GĦAJNUNA POTENZJALI MILL-ISTAT FAVUR INFRATIL
2.3.1. Bejgħ tal-ishma f'FLG
|
(76) |
Fid-dawl tat-telf operatorju kontinwu ta' FLG, Hansestadt Lübeck iddeċidiet li tbigħ l-ishma tagħha f'FLG. Biex tidentifika l-aħjar xerrej, hi nediet sejħa għall-offerti, li ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta' Marzu 2003. |
|
(77) |
Hansestadt Lübeck irċiviet indikazzjonijiet ta' interess mingħand ħames intrapriżi. Hi bagħtet pakkett li kien fih informazzjoni iktar dettaljata lill-ewwel erba' intrapriżi. Intrapriża minnhom kienet issottomettiet l-offerta indikattiva tagħha fis-17 ta' Ġunju 2003, wara li għaddiet l-iskadenza. |
|
(78) |
Intrapriża waħda biss, Infratil, issottomettiet offerta formali. Għalhekk, Hansestadt Lübeck bdiet bin-negozati ma' Infratil. F'Marzu 2005 ġie konkluż l-ewwel ftehim ta' bejgħ. Madankollu, dan kien kundizzjonali għall-fatt li tinkiseb approvazzjoni definittiva tal-ippjanar (Planfeststellungsbeschluss) biex tiġi estiża r-runway tal-ajruport fi ħdan perjodu speċifiku ta' żmien. Wara d-deċiżjoni tal-Qorti Amministrattiva Superjuri (Oberverwaltungsgericht – “OVG”) ta' Schleswig tat-18 ta' Lulju 2005 (24), din il-kundizzjonijiet ma setgħetx tiġi ssodisfata. |
|
(79) |
Is-sentenza biddlet b'mod fundamentali l-pożizzjoni ta' negozjar taż-żewġ partijiet. Peress li l-eżitu tal-eks proċedura għall-għoti ta' kuntratt kien offerta formali waħda biss, Hansestadt Lübeck qieset li kien improbabbli li wara s-sospensjoni tal-espansjoni tal-ajruport kien se jkun hemm iktar partijiet interessati. B'riżultat ta' dan, hi ddeċidiet kontra l-pubblikazzjoni tat-tieni sejħa għall-offerti. Minflok, Hansestadt Lübeck u Infratil reġgħu fetħu n-negozjati fuq il-bażi tal-fatti l-ġodda, u qablu fuq kuntratt ta' privatizzazzjoni kundizzjonali. Fl-24 ta' Ottubru 2005 ġie konkluż Ftehim ta' Parteċipazzjoni (“il-Ftehim ta' Parteċipazzjoni tal-2005”). Dan daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2005. |
|
(80) |
Il-Ftehim ta' Parteċipazzjoni tal-2005 kien jipprevedi t-trasferiment ta' 90 % tal-ishma f'FLG minn Hansestadt Lübeck lil Infratil mill-1 ta' Diċembru 2005. Min-naħa tagħha, Infratil ħallset 'l hekk imsejjaħ “Prezz tax-Xiri I” ta' EUR […] (*1) kif ukoll EUR […] addizzjonali lil Hansestadt Lübeck, li jikkorrispondu għal kreditu fi flus li Hansestadt Lübeck kienet preċedentement tat lil FLG għall-iffinanzjar tal-kostijiet operatorji u ta' investimenti ġodda. Infratil kellha takkwiżixxi wkoll it-telf operatorju tal-ajruport għas-sena 2005. |
|
(81) |
Barra minn hekk, il-Ftehim ta' Parteċipazzjoni tal-2005 stabbilixxa li Infratil kellha tħallas “Prezz tax-Xiri II” ta' EUR […] iktar tard, jekk jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(82) |
Il-kontenut speċifikat kuntrattwalment tal-approvazzjoni tal-ippjanar kien ikopri dawn li ġejjin:
|
|
(83) |
Il-partiti li ġejjin kellhom jitnaqqsu mill-Prezz tax-Xiri II:
|
|
(84) |
Skont il-Ftehim ta' Parteċipazzjoni tal-2005, il-kostijiet ta' approvazzjoni tal-ippjanar ikopru l-kostijiet kollha li jaffettwaw il-likwidità (liquiditätswirksam). Dan jinkludi kostijiet ta' miżuri ta' kumpens (Aufwendungen für Ausgleichsmaßnahmen) għall-proċedura tal-approvazzjoni tal-ippjanar li jseħħu bejn l-1 ta' Ottubru 2005 u l-31 ta' Diċembru 2008. |
|
(85) |
Barra minn hekk, il-Ftehim ta' Parteċipazzjoni tal-2005 kien fih opzjoni put, li tippermetti lil Infratil treġġa' lura x-xirja oriġinali tal-ishma f'FLG u tirrimborża uħud mill-kostijiet miftiehma, jekk
|
|
(86) |
F'każ tal-eżerċizzju tal-opzjoni put, Hansestadt Lübeck kienet obbligata tirrimborża l-Prezz tax-Xiri I u tikkumpensa ċertu telf. Skont il-Ftehim ta' Parteċipazzjoni tal-2005, Hansestadt Lübeck ikollha tħallas EUR […] lil Infratil jekk din tal-aħħar teżerċita l-opzjoni put. Dan l-ammont ġie kkalkolat kif ġej: Tabella 2 Il-prezz tal-opzjoni put sal-31 ta' Diċembru 2008 f'EUR
|
2.3.2. Il-Ftehim Addizzjonali tal-2009 u r-rinegozjar tal-opzjoni put – Akkwiżizzjoni ta' iktar telf, investimenti u kostijiet oħra
|
(87) |
Fl-2008, Infratil ħabbret li kienet se terżerċita l-opzjoni put tagħha, peress li l-approvazzjoni tal-ippjanar ma kinitx inkisbet, in-numri ta' klijenti ma kinux tjiebu sal-livell speċifikat fil-Ftehim ta' Parteċipazzjoni tal-2005 u t-telf operatorju ta' FLG kien ikbar minn dak mistenni. Biex iżżomm lil Infratil bħala operatur tal-ajruport, Hansestadt Lübeck qablet li terġa' tinnegozja ċerti termini tal-Ftehim ta' Parteċipazzjoni tal-2005 fir-rigward tal-opzjoni put. Ir-riżultat kien il-Ftehim Addizzjonali tal-2009, iffirmat fit-12 ta' Novembru 2008, li żied iktar telf, investimenti u kostijiet oħra relatati mal-operat tal-ajruport fl-2009 għall-prezz tal-opzjoni put li Hansestadt Lübeck kien ikollha tħallas lil Infratil skont il-Ftehim ta' Parteċipazzjoni tal-2005. |
|
(88) |
Skont il-Ftehim Addizzjonali tal-2009, il-prezz tal-opzjoni put il-ġdid ġie kkalkolat kif ġej: Tabella 3 Il-prezz tal-opzjoni put f'Ottubru 2009 f'EUR
|
|
(89) |
Il-benefiċċji tal-assigurazzjoni tal-grupp kienu pagabbli minn Hansestadt Lübeck fil-kuntest ta' self tal-azzjonisti li kien ingħata lil FLG minn Infratil. Il-polza ta' assigurazzjoni kopriet l-ajruporti kollha ġestiti minn Infratil. Is-sehem tal-kostijiet attribwibbli lil FLG kien jammonta għal EUR […]. |
|
(90) |
B'hekk, id-differenza bejn il-prezz tal-opzjoni put imħallas f'konformità mal-Ftehim Addizzjonali tal-2009 u l-prezz tal-opzjoni put li Hansestadt Lübeck kien ikollha tħallas skont il-Ftehim ta' Parteċipazzjoni tal-2005 tammonta għal EUR […]. |
|
(91) |
Min-naħa tagħha, Infratil irrinunzjat għad-dritt tagħha li teżerċita l-opzjoni put tagħha qabel it-22 ta' Ottubru 2009 u tat lil Hansestadt Lübeck drittijiet ta' parteċipazzjoni ulterjuri. Barra minn hekk, Infratil ipprovdiet lil Hansestadt Lübeck b'Ittra ta' Intenzjoni miktuba bejn FLG u Ryanair, li fiha ż-żewġ partijiet ikkonfermaw l-intenzjoni tagħhom li jżidu n-numri tal-passiġġieri u jikkooperaw fir-rigward tal-istabbiliment ta' bażi ta' Ryanair fl-ajruport ta' Lübeck. |
2.4. GĦAJNUNA POTENZJALI MILL-ISTAT FAVUR RYANAIR
2.4.1. Il-Ftehim tal-2000
|
(92) |
Sal-2000, FLG kienet ajruport li jiddependi fuq l-introjtu tal-avjazzjoni ġġenerat minn titjiriet charter u mill-avjazzjoni ġenerali. Fl-2000, l-ajruport biddel il-mudell kummerċjali tiegħu f'ajruport għal operaturi low-cost li fih l-introjtu jiġi ġġenerat pemrezz ta' taħlita ta' attivitajiet tal-avjazzjoni u mhux tal-avjazzjoni. |
|
(93) |
FLG iffirmat Ftehim ta' Servizzi tal-Ajru ma' Ryanair fid-29 ta' Mejju 2000 (“il-Ftehim tal-2000”). Il-Ftehim tal-2000 ma' Ryanair inkluda speċifikazzjoni tal-imposti tal-ajruport li trid tħallas Ryanair, kif ukoll l-inċentivi ta' appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni li għandu jħallas l-ajruport. Il-Ftehim tal-2000 kien skedat biex jibda fl-1 ta' Ġunju 2000 u jkompli sal-31 ta' Mejju 2010. |
|
(94) |
Għar-rotta lejn Stansted, l-ajruport kien ivvaluta l-kostijiet u l-introjtu kif ġej: Tabella 4 Kostijiet u introjtu involuti fil-Ftehim tal-2000 mill-perspettiva ta' FLG
|
2.4.2. Il-Ftehimiet tal-2010
|
(95) |
Fid-29 ta' Marzu 2010, Ryanair u l-ajruport ta' Lübeck iffirmaw l-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 1 għall-Ftehim tal-2000 li tkopri l-perjodu bejn mit-28 ta' Marzu 2010 sat-30 ta' Ottubru 2010. L-ittra ta' akkumpanjament tawlet il-Ftehim tal-2000 sat-30 ta' Ottubru 2010 u introduċiet pagament ta' inċentiv ġdid għal kull passiġġier ta' EUR […] li għandu jitħallas minn FLG lil Ryanair, minbarra l-pagament għas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni speċifikat fil-Ftehim tal-2000 ta' EUR […] għal kull passiġġier (inqas minn 18-il rotazzjoni fil-ġimgħa(jew EUR […] għal kull passiġġier (iktar minn 18-il rotazzjoni fil-ġimgħa). Peress li Ryanair tajret iktar minn 18-il rotazzjoni fil-ġimgħa, b'kollox kellu jitħallas total ta' EUR […] għal kull passiġġier minn FLG lil Ryanair. Peress li nżammu l-kundizzjonijiet l-oħrajn kollha mill-Ftehim tal-2000, il-pagamenti tat-tariffi tas-servizz ta' trasport ta' passiġġieri għal kull passiġġier sejjer li kellhom jitħallsu lil FLG ammontaw għal EUR […], l-imposti ta' mmaniġġjar fir-rampa għal kull rotazzjoni ammontaw għal EUR […], l-imposti ta' mmaniġġjar għal kull passiġġier kienu ta' EUR […] u l-imposti tas-sigurtà għal kull passiġġier kienu ta' EUR […]. |
|
(96) |
F'Ottubru 2010, ġiet iffirmata Ittra ta' Akkumpanjament Nru 2, li ma żammitx il-kundizzjonijiet tal-Ittra ta' akkumpanjament ta' Marzu 2010, iżda rritornat għall-iskeda tal-pagamenti tal-kummerċjalizzazzjoni kif stipulati fil-Ftehim oriġinali tal-2000. L-Ittra ta' akkumpanjament ta' Ottubru 2010 estendiet it-termini tal-Ftehim tal-2000 għal 3 snin sal-1 ta' Novembru 2013. |
|
(97) |
Dakinhar li daħlet fis-seħħ l-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 1, jiġifieri d-29 ta' Marzu 2010, FLG iffirmat ukoll Ftehim tas-Servizzi ta' Kummerċjalizzazzjoni ma' Airport Marketing Services Limited (“AMS”), sussidjarja li hi kompletament proprjetà ta' Ryanair. Dak il-ftehim tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni kopra wkoll il-perjodu mid-29 ta' Marzu 2010 sat-30 ta' Ottubru 2010 u stabbilixxa s-servizzi ta' reklamar li għandhom jiġu pprovduti minn AMS fuq is-sit web www.ryanair.com, bil-ħlas ta' somma ta' EUR […] li għandha titħallas minn FLG. |
2.5. IMPOSTI GĦAT-TNEĦĦIJA TAS-SILĠ TAL-INĠENJI TAL-AJRU FL-AJRUPORT
|
(98) |
L-imposti għat-tneħħija tas-silġ huma stabbiliti fi skema ta' imposti speċjali, applikabbli għal-linji tal-ajru kollha li jużaw l-ajruport. L-iskema ta' imposti speċjali hi dokument separat mill-iskeda ta' imposti ġenerali applikabbli fl-ajruport. Hi tiġi aġġornata kull ftit snin. L-iskema ta' imposti speċjali tagħmel distinzjoni bejn diversi kategoriji, jiġifieri t-tneħħija tas-silġ sa piż massimu ta' 10t fil-qtugħ mill-art, it-tneħħija tas-silġ għal inġenji tal-ajru minn piż massimu ta' 10t fil-qtugħ mill-art, il-likwidu tat-tneħħija tas-silġ u l-ilma jaħraq u tistabbilixxi prezz għal kull waħda minn dawn il-kategoriji. |
3. RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TA' PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI
|
(99) |
Fid-Deċiżjonijiet tal-ftuħ tagħha tal-2007 u tal-2012, il-Kummissjoni fetħet investigazzjonijiet dwar għajnuna possibbli mill-Istat favur FLG, Infratil u Ryanair, Wizz Air u linji tal-ajru charter oħra li jaqdu lil Globalis Reisen. |
3.1. GĦAJNUNA POTENZJALI MILL-ISTAT FAVUR FLG
|
(100) |
Il-Kummissjoni kellha dubji dwar il-ftehim ta' trasferiment tat-telf tad-19 ta' Ottubru 1978 (“ftehim ta' trasferiment tat-telf”), li skont dan, Hansestadt Lübeck kopriet it-telf operatorju ta' FLG fil-perjodu ta' bejn l-1978 u l-2004, il-ftehim ta' lokazzjoni għall-art u għall-infrastruttura tal-ajruport u l-akkwiżizzjoni ta' obbligazzjonijiet pendenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kellha dubji fuq l-għajnuna għall-investiment possibbli permezz tad-deċiżjoni tal-2005 dwar l-Ajruporti Reġjonali u l-ksur allegat ta' din, il-kumpens tat-telf minn Novembru 2009, il-finanzjament tal-investimenti infrastrutturali minn Hansestadt Lübeck u mil-Land Schleswig-Holstein u s-subordinazzjoni tas-self tal-azzjonisti ta' Hansestadt Lübeck lil FLG. B'rabta ma' dawk il-miżuri, il-Kummissjoni esprimiet dubji fuq jekk, f'kundizzjonijiet normali tas-suq, operatur f'ekonomija tas-suq kienx jipprovdi vantaġġi simili lil FLG. |
3.2. GĦAJNUNA POTENZJALI MILL-ISTAT FAVUR INFRATIL
|
(101) |
Meta 90 % tal-ishma f'FLG inbiegħu lil Infratil, il-Kummissjoni kellha dubji rigward il-kompatibbiltà tal-proċess ta' privatizzazzjoni mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssuspettat għajnuna possibbli mill-Istat meta t-termini tal-opzjoni put ġew innegozjati mill-ġdid fl-2008/2009. |
3.3. GĦAJNUNA POTENZJALI MILL-ISTAT FAVUR RYANAIR
|
(102) |
Fir-rigward tal-Ftehim tal-2000 ma' Ryanair u l-Ittri ta' akkumpanjament ta' Marzu u ta' Ottubru 2010, il-Kummissjoni kellha dubji jekk dawn tawx vantaġġ selettiv lil Ryanair u, għalhekk, kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. |
3.4. IMPOSTI GĦAT-TNEĦĦIJA TAS-SILĠ TAL-INĠENJI TAL-AJRU FL-AJRUPORT
|
(103) |
Il-Kummissjoni kellha dubji fuq jekk l-imposti għat-tneħħija tas-silġ, li ilhom jintalbu minn Novembru 2009, kinux jinvolvu għajnuna mill-Istat, peress li kien hemm indikazzjonijiet li l-prezzijiet mitluba għat-tneħħija tas-silġ kienu inqas mill-kostijiet imġarrba mill-ajruport. |
4. KUMMENTI MILL-ĠERMANJA
4.1. GĦAJNUNA POTENZJALI MILL-ISTAT FAVUR FLG
|
(104) |
Il-Ġermanja indikat li FLG m'għadhiex teżisti. Matul il-privatizzazzjoni tal-ajruport ta' Lübeck, FLG ġiet fuża f'Hansestadt Lübeck. B'hekk, Hansestadt Lübeck saret is-suċċessur universali ta' FLG u l-pretensjonijiet kollha tagħha bejn FLG u Hansestadt Lübeck għebu. Għaldaqstant, il-Ġermanja tiddikjara li l-kwistjonijiet kolha tal-għajnuna mill-Istat bejn Hansestadt Lübeck u FLG saru mingħajr oġġett. Barra minn hekk, il-Ġermanja kkummentat fuq il-miżuri speċifiċi, filwaqt li ddikjarat li l-miżuri kollha kienu konformi mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, peress li dawn jikkostitwixxu għajnuna eżistenti jew inkella jikkonformaw mal-prinċipju tal-MEO.
|
4.2. GĦAJNUNA POTENZJALI MILL-ISTAT FAVUR INFRATIL
4.2.1. Bejgħ tal-ishma f'FLG
|
(105) |
Il-Ġermanja argumentat li l-prezz tax-xiri miftiehem kien konformi mal-istandards tas-suq. Il-Ġermanja ddikjarat ukoll li l-proċedura tal-offerti għall-akkwiżizzjoni ta' 90 % tal-ishma ta' FLG kienet miftuħa, trasparenti, nondiskriminatorja u mingħajr kundizzjonijiet. Il-Ġermanja ddikjarat li rinegozjar tal-ftehim, li kellu jsir fid-dawl tad-deċiżjoni ta' OVG Schleswig mit-18 ta' Lulju 2005, (26) ma biddilx l-eżitu tal-proċedura ta' offerti, li kien li l-offerta ta' Infratil kienet l-unika u l-ogħla offerta. Skont il-Ġermanja, sejħa ġdida għall-interess, wara s-sentenza, kienet tkun żejda u ma tħallix frott, peress li s-sitwazzjoni dak iż-żmien kienet saħansitra inqas attraenti għall-offereti potenzjali milli qabel. |
|
(106) |
Il-Ġermanja ddikjarat li ma kien hemm ebda raġuni għal sejħa ġdida għall-interess, peress li d-deċiżjoni ta' OVG Schleswig biddlet il-valur tal-ajruport, iżda mhux is-suġġett attwali tal-proċedura ta' offerti. Barra minn hekk, il-Ġermanja hi tal-fehma li modifika tal-ftehimiet trid tkun possibbli f'kull waqt. Dawn l-argumenti kienu sostnuti b'referenza għad-dritt tal-Ġermanja dwar l-akkwist pubbliku. |
|
(107) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja ddikjarat li l-perizja ta' Ernst & Young ikkonkludiet li l-kundizzjonijiet tal-privatizzazzjoni kienu jirriflettu l-valur tas-suq kurrenti ta' FLG u kienu jaqbżu bil-bosta r-riżultati ekonomiċi ta' likwidazzjoni potenzjali. |
4.2.2. Il-Ftehim Addizzjonali tal-2009 u r-rinegozjar tal-opzjoni put – Akkwiżizzjoni ta' iktar telf, investimenti u kostijiet oħra
|
(108) |
Il-Ġermanja ddikjarat li l-ftehim bejn Infratil u Hansestadt Lübeck irid jiġi vvalutat fil-kuntest tas-sitwazzjoni legali u ekonomika tal-ajruport ta' Lübeck fl-2009. Dan jinkludi l-approvazzjoni ta' ppjanar pendenti, il-kawżi tal-qorti pendenti li jinvolvu l-ajruport u l-kriżi ekonomika u finanzjarja. |
|
(109) |
Il-Ġermanja kkontestat l-allegazzjoni li kien hemm vantaġġ għal Infratil, peress li l-prezz għall-opzjoni put diġà kien ġie nnegozjat fil-kuntest tal-ftehim inizjali ma' Infratil fl-2005 permezz ta' proċedura ta' offerti pubblika, trasparenti u nondiskriminatorja. Il-Ġermanja argumentat li ż-żieda moderata fil-prezz fl-2009 meta mqabbel mal-ammont miftiehem fl-2005 jenħtieġ li titqies bħala proporzjonata meta mqabbla mal-eżekuzzjoni korrispettiva minn Infratil. |
|
(110) |
Il-Ġermanja ddikjarat li l-akkwiżizzjoni tat-telf kien iktar ekonomikament vantaġġuż milli l-konsegwenzi mill-eżerċizzju tal-opzjoni put minn Infratil. L-ewwel nett, il-Ġermanja saħqet li l-għeluq tal-ajruport ma kienx possibbli, peress li l-operat bla heda tal-ajruport kien obbligu ta' servizz pubbliku. It-tieni, ma kienx ikun possibbli li jinstab investitur privat ġdid fi ħdan żmien raġjonevoli, peress li għal dan kien ikun hemm bżonn ta' proċedura għall-għoti ta' kuntratt madwar l-Unjoni kollha. Tali proċedura teħtieġ iż-żmien (madwar 12-il xahar) u r-riżorsi. |
4.3. GĦAJNUNA POTENZJALI MILL-ISTAT FAVUR RYANAIR
4.3.1. Il-Ftehim tal-2000
|
(111) |
Skont il-Ġermanja, ma kien hemm ebda vantaġġ ekonomiku għal Ryanair. Il-Ġermanja ddikjarat li operatur privat komparabbli ma' FLG kien jaċċetta l-ftehim ma' Ryanair f'kundizzjonijiet simili. Meta kkonkludiet il-Ftehim tal-2000, FLG kienet qed tfittex strateġija biex issir profittabbli fit-tul. F'dak il-kuntest, il-Ġermanja argumentat li l-istrateġija tan-negozju tal-ajruporti normalment kienet ibbażata fuq attivitajiet ajrunawtiċi kif ukoll fuq attivitajiet mhux ajrunawtiċi, inkluż l-operat ta' ħwienet, ta' ristoranti u ta' parkeġġi. Għaldaqstant, fil-fehma tal-Ġermanja, hu profittabbli li toffri tariffi tal-avjazzjoni baxxi lil-linji tal-ajru kollha biex iżżid in-numri tal-passiġġieri u tikseb tkabbir sinifikanti fis-settur mhux ajrunawtiku, li jista' jikkumpensa għal inqas dħul fis-settur ajrunawtiku. |
|
(112) |
Il-Ġermanja ddikjarat ukoll li kien hemm diversi vantaġġi fir-reklutaġġ tal-linji tal-ajru li jipprovdu servizzi skedati. B'mod partikolari, il-Ġermanja argumentat li l-ajruport jista' jistenna li l-linji tal-ajru rispettivi ma jidħlux fi ftehim ma' ajruporti kompetituri fil-ġejjieni. Barra minn hekk, l-ajruport kien mistenni jattira lil linji tal-ajru oħra. |
|
(113) |
Il-Ġermanja sostniet l-argument tagħha dwar il-konformità mal-kundizzjonijiet fis-suq mal-perizja ta' Ernst & Young. Barra minn hekk, il-Ġermanja indikat li anki l-azzjonist ta' maġġoranza privat, Infratil, kompla jsostni l-istrateġija stipulata fil-premessa 112 wara l-privatizzazzjoni tal-ajruport. |
|
(114) |
Il-Ġermanja argumentat li l-istrateġija tan-negozju mill-2000 tibqa' valida minn perspettiva ex post. In-numri tal-passiġġieri żdiedu b'mod konsiderevoli, Ryanair żiedet destinazzjonijiet ġodda u l-ajruport ta' Lübeck irnexxielu jikseb linji tal-ajru ġodda bħal Wizz Air. Il-Ġermanja ddikjarat li l-ftehim ma' Ryanair kien essenzjali għall-attrazzjoni tal-investitur privat Infratil. |
|
(115) |
Il-Ġermanja ddikjarat ukoll li ma kien hemm ebda vantaġġ selettiv għal Ryanair, peress li FLG kienet toffri l-istess kundizzjonijiet lil kwalunkwe linja tal-ajru interessata oħra. |
|
(116) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja hi tal-fehma li l-vantaġġi allegati favur Ryanair ma jistgħux jiġu imputati lill-Istat minħabba s-sentenza ta' Stardust Marine (27). Skont il-Ġermanja, FLG aġixxiet b'awtonomija u mingħajr ma l-Istat eżerċita influwenza qabel, matul u wara l-konklużjoni tal-Ftehim tal-2000. Barra minn hekk, il-Ġermanja ddikjarat li FLG ma kinitx integrata fl-istrutturi tal-amministrazzjoni pubblika. Finalment, il-Ġermanja ddikjarat li s-superviżjoni tal-awtoritajiet pubbliċi fuq l-immaniġġjar ta' FLG hi limitata għall-avjazzjoni u għall-kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-mandat pubbliku u ma tinkludix attivitajiet ta' mmaniġġjar tan-negozju. Barra minn hekk, il-Ġermanja argumentat li Hansestadt Lübeck u b'mod partikolari l-bord superviżorju ta' FLG ma kinux involuti fid-deċiżjoni li tikkonċerna l-Ftehim tal-2000, kif ikkonfermat mill-minuti tal-laqgħa tal-bord superviżorju mill-11 ta' Lulju 2000 u minn konferma bil-miktub tal-eks CEO ta' FLG. |
|
(117) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja ddikjarat li l-Ftehim tal-2000 ma jfixkilx u lanqas ma jhedded li jfixkel il-kompetizzjoni u ma jaffettwax il-kummerċ bejn l-Istati Membri, peress li ma hemm ebda relazzjoni kompetittiva vera bejn l-ajruport ta' Lübeck u ajruporti oħra. |
4.3.2. Il-Ftehimiet tal-2010
|
(118) |
Il-Ġermanja ssottomettiet li l-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 1 tikkonforma mal-kundizzjonijiet tas-suq u li hi ma tantx vantaġġ lil Ryanair. B'referenza għall-kawża Helaba I (28), il-Ġermanja argumentat li ma hemm ebda vantaġġ meta operaturi oħrajn ta' ajruporti reġjonali joffru kundizzjonijiet simili lil Ryanair. Il-Ġermanja argumentat ukoll li dan intwera mill-analiżi ta' tqabbil ta' Ryanair. |
|
(119) |
Il-Ġermanja argumentat li operaturi low cost bħal Ryanair u Wizz Air għandhom inqas eżiġenzi fir-rigward tas-servizzi fuq l-art u tas-servizzi infrastrutturali. L-ewwel nett, huma meħtieġa inqas bankijiet taċ-check-in peress li ċ-check-in għal titjiriet ta' Ryanair hu disponibbli online u jinġarru inqas bagalji. It-tieni, ma hemm ebda karozzi tal-linja għall-passiġġieri. It-tielet, peress li d-distanzi tal-mixi huma iqsar fl-ajruport ta' Lübeck, il-ħżin għall-ajruplani ta' Ryanair fuq l-art hu iqsar. Ir-raba', peress li ma hemm ebda titjira ta' trasferiment, ma hi meħtieġa ebda faċilità għat-trasferiment. Finalment, peress li l-ekwipaġġ tat-titjira spiss ikun inkarigat biex inaddaf ġewwa tal-ajruplan, hemm inqas domanda għal servizzi ta' tindif fuq l-art. |
|
(120) |
Il-Ġermanja argumentat li ma kien hemm ebda imputabbiltà lill-Istat, billi użat l-istess argumenti użati għall-Ftehim tal-2000. |
|
(121) |
Il-Ġermanja indikat li l-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 2 hi estensjoni tal-Ftehim tal-2000, u ma biddlitx b'mod sostanzjali l-Ftehim tal-2000. Peress li l-Ftehim tal-2000 jikkonforma mar-rekwiżiti tas-suq, l-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 2 tagħmel dan ukoll. |
|
(122) |
Finalment, il-Ġermanja ddikjarat li ma hemm ebda impatt negattiv fuq il-kompetizzjoni jew fuq il-kummerċ, peress li l-ajruport ta' Lübeck hu ajruport reġjonali żgħir u mhuwiex f'kompetizzoni mal-ajruport ta' Hamburg. |
4.4. IMPOSTI GĦAT-TNEĦĦIJA TAS-SILĠ TAL-INĠENJI TAL-AJRU FL-AJRUPORT
|
(123) |
Il-Ġermanja ddikjarat li l-imposti għat-tneħħija tas-silġ mhumiex innegozjati b'mod individwali iżda huma bbażati fuq skema għal servizzi speċjali, li huma applikabbli għal-linji tal-ajru kollha. Il-Ġermanja nnotat ukoll li ma kien hemm ebda għajnuna mill-Istat peress li l-elementi bażiċi għat-tali għajnuna kienu nieqsa. L-ewwel nett, l-imposti ma kinux selettivi. It-tieni, l-imposti ma kinux imputabbli lill-Istat, li hu kkonfermat mill-fatt li Infratil u Yasmina, żewġ investituri privati, kienu responsabbli għall-iffissar ta' dawk l-imposti matul il-perjodu li fih kienu qed joperaw l-ajruport għal żmien sostanzjali. It-tielet, ma kien hemm ebda vantaġġ. L-investituri privati Investitur u Yasmina ddeċidew li ma jbiddlux l-iskema għal servizzi speċjali, li hi indikazzjoni li l-imposti għat-tneħħija tas-silġ kienu konformi mar-rekwiżiti tas-suq. |
5. KUMMENTI MINN PARTIJIET TERZI
5.1. GĦAJNUNA POTENZJALI MILL-ISTAT FAVUR FLG
|
(124) |
B'rabta ma' għajnuna possibbli mill-Istat favur FLG, il-maġġoranza tal-partijiet li kkummentaw qablet mal-Ġermanja fuq il-kwistjoni. B'mod partikolari, Ryanair, FLG, IHK Lübeck u ADV. |
|
(125) |
Il-partijiet terzi li ma qablux kienu SGF, BDF u żewġ persuni individwali Peter C. Klanowski u Horst Conrad. Dawn il-partijiet argumentaw li FLG irċiviet għajnuna mill-Istat mingħand Hansestadt Lübeck:
|
5.2. GĦAJNUNA POTENZJALI MILL-ISTAT FAVUR INFRATIL
5.2.1. Bejgħ tal-ishma f'FLG
5.2.1.1. Infratil
|
(126) |
Infratil iddikjarat li l-ishma għal FLG inxtraw f'konformità ma' proċedura għall-għoti ta' kuntratt li saret madwar l-Unjoni, kienet miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja. Barra minn hekk, il-prezz tax-xiri hu daqs il-valur tas-suq ta' 90 % tal-ishma f'FLG fiċ-ċirkustanzi partikolari. Għaldaqstant, il-Ftehim ta' Parteċipazzjoni tal-2005 ma kien fih ebda element ta' għajnuna mill-Istat. Infratil żiedet li hi tat l-aħjar offerta, li ma tistax tinbidel mill-fatt li Hansestadt Lübeck u Infratil daħlu fit-tieni serje ta' negozjati biex jimmodifikaw it-termini tal-ftehim oriġinali. |
5.2.1.2. Ryanair
|
(127) |
Skont Ryanair, il-privatizzazzjoni saret bi proċedura għall-għoti ta' kuntratt miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja, kif iddikjarat minn perizja mfassla minn Ernst & Young. F'dan ir-rigward, Ryanair saħqet fuq ir-reputazzjoni u l-indipendenza ta' Ernst & Young. Skont Ryanair, l-għeluq tal-ajruport ma kienx possibbli minħabba raġunijiet ekonomiċi u ta' politika. |
5.2.1.3. Schutzgemeinschaft
|
(128) |
Fir-rigward tal-għajnuna possibbli mill-Istat b'rabta mal-privatizzazzjoni ta' FLG, SGF esprimiet dubji kbar dwar il-kompatibbiltà tal-prezz tax-xiri mal-istandard tas-suq. Barra minn hekk, SGF argumentat li l-ftehim kien fih garanziji minn Hansestadt Lübeck, li wkoll huma rilevanti għall-għajnuna mill-Istat. |
5.2.2. Il-Ftehim Addizzjonali tal-2009 u r-rinegozjar tal-opzjoni put – Akkwiżizzjoni ta' iktar telf, investimenti u kostijiet oħra
5.2.2.1. Infratil
|
(129) |
Infratil spjegat li l-Ftehim Addizzjonali tal-2009 irid jiġi kkunsidrat fil-kuntest tal-Ftehim Addizzjonali tal-2005 u l-kundizzjoni tal-kisba tal-approvazzjoni tal-ippjanar. Peress li l-approvazzjoni tal-ippjanar eventwalment ma nkisbitx minħabba s-sentenza tal-OVG, Infratil ħabbret li kienet se teżerċita l-opzjoni put tagħha fl-2008. L-unika għażla għal Hansestadt Lübeck biex tipprevjeni lil Infratil milli tieħu dan il-pass kien il-Ftehim Addizzjonali tal-2009. |
|
(130) |
Infratil iddikjarat li l-għażla magħżula minn Hansestadt Lübeck issodisfat ir-rekwiżiti tas-suq. Li kieku Infratil eżerċitat l-opzjoni put, HL kien ikollha ġġarrab il-kostijiet u t-telf kollha li jirriżultaw mill-operazzjoni tal-ajruport ta' Lübeck mill-31 ta' Diċembru 2008. Il-bejgħ mill-ġdid tal-ajruport lil investitur privat ma kienx ikun possibbli fi ħdan perjodu qasir ta' żmien u l-għeluq tal-ajruport ma kienx possibbli għal Hansestadt Lübeck, minħabba obbligu skont id-dritt pubbliku u minħabba raġunijiet finanzjarji. Barra minn hekk, it-tluq ta' Infratil aktarx kien iwassal biex Ryanair tnaqqas jew twaqqaf milli toffri s-servizzi tagħha fl-ajruport ta' Lübeck. Għalhekk, Infratil iddikjarat li t-telf operatorju ta' FLG kien ikun ogħla li kieku Infratil eżerċitat l-opzjoni put tagħha. |
|
(131) |
Infratil iddikjarat li d-differenza bejn l-opzjoni put imħallsa f'konformità mal-Ftehim Addizzjonali tal-2009 u l-prezz tal-opzjoni put li kien ikun pagabbli f'Jannar 2009 kellha l-bażi tagħha fl-eżerċitazzjonijiet miftiehma mill-partijiet. Hansestadt Lübeck kien ikollha tkopri l-ammonti addizzjonali kollha ħlief tnejn fi kwalunkwe każ wara d-deprivatizzazzjoni, u dan iwassal għall-konklużjoni li l-Ftehim Addizzjonali tal-2009 kien l-iktar deċiżjoni ekonomika (“wirtschaftlich”). |
|
(132) |
Infratil argumentat ukoll li l-ammonti addizzjonali ma kinux jikkostitwixxu vantaġġ għal Infratil. L-ewwel nett, il-kopertura addizzjonali tat-telf fl-2009 ma kienx ikollha titħallas minn Infratil, li kieku eżerċitat l-opzjoni put tagħha. It-tieni, l-obbligu ta' Hansestadt Lübeck li tħallas l-imgħax għas-self tal-azzjonisti għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2009 u t-22 ta' Ottubru 2009 ma jistax jitqies vantaġġ ekonomiku, peress li Infratil kienet tagħmel l-istess redditu jew saħansitra redditu ikbar mir-rikavati tal-opzjoni put f'Jannar 2009. F'xenarju ipotetiku, Infratil kienet tuża r-rikavati għar-ripagament tad-djun eżistenti biex tiffranka l-imgħax. Barra minn hekk, ma ngħata ebda vantaġġ lil Infratil peress li l-ajruport ta' Lübeck ma kienx mistenni jagħmel profitti fuq perjodu ta' żmien qasir, iżda kien ikompli jagħmel it-telf. |
|
(133) |
Infratil argumentat li l-eżerċizzju tal-opzjoni put ma ppermettiex lil Infratil treġġa' lura s-sitwazzjoni ex quo ante għalkollox, peress li Infratil kellha ġġarrab ċertu telf (id-differenza bejn it-telf operatorju approvat u t-telf operatorju attwali) mingħajr kumpens. |
|
(134) |
Anki li kieku l-Kummissjoni kellha ssib li r-rinegozjar tal-opzjoni put kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, Infratil tqis li dan ikun konformi mas-suq intern. Li kieku l-Kummissjoni kellha ssib li Hansestadt Lübeck tat għajnuna lil Infratil billi akkwiżixxiet it-telf imġarrab minn FLG fl-2009, skont Infratil tali għajnuna kienet tkun sempliċiment kumpens għat-telf imġarrab fir-rilaxx tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali. |
5.2.2.2. Hansestadt Lübeck
|
(135) |
Hansestadt Lübeck argumentat li l-ftehim għall-akkwiżizzjoni tat-telf kien l-inqas għażla għolja u riskjuża. Dan hu partikolarment iġġustifikat fuq il-bażi tal-obbligu ġuridiku għal Hansestadt Lübeck li topera l-ajruport skont il-paragrafu 45(1) tar-Regolament tal-Ġermanja dwar l-Awtorizzazzjoni tat-Traffiku tal-Ajru (Luftverkehrs-Zulassungs-Ordnung, “LuftVZO”). Għalhekk, l-għeluq tal-ajruport ma kienx ikun possibbiltà. Barra minn hekk, l-għeluq tal-ajruport kien jirrekjedi wisq żmien u riżorsi. |
|
(136) |
Minbarra dan, Hansestadt Lübeck fakkret lill-Kummissjoni li la Hansestadt Lübeck u lanqas Infratil ma kellhom esperjenza fl-imgħoddi fil-privatizzazzjoni ta' ajruport. Dan seta' jwassal għal ċerti kalkoli ħżiena, iżda ċertament mhux għall-konklużjoni li xi parti ma aġixxietx f'konformità mal-prinċipji tas-suq. Barra minn hekk, Hansestadt Lübeck argumentat li Infratil kienet l-uniku offerent fil-kuntest tal-privatizzazzjoni u għalhekk dan ċekken is-saħħa ta' Hansestadt Lübeck fin-negozjati. |
5.2.2.3. Schutzgemeinschaft
|
(137) |
SGF iddikjarat li l-Ftehim Addizzjonali tal-2009 jikkostitwixxi għajnuna ġdida, li jwassal għal vantaġġ għal Infratil. Peress li dik l-għajnuna taqbeż il-livell limitu de minimis, missha ġiet innotifikata, xi ħaġa li l-Ġermanja m'għamlitx. |
|
(138) |
Skont SGF, jidher ċar li Infratil irċiviet vantaġġ mill-Ftehim Addizzjonali tal-2009. Rigward l-applikazzjoni tat-test tal-MEO, SGF indikat li l-impatt pożittiv ta' ftehim fuq ir-reġjun jenħtieġ li ma jiġix ikkunsidrat. F'dak il-kuntest, SGF iddikjarat li l-ajruport ta' Lübeck ma kellu ebda prospett ta' profittabilità. SGF żiedet li FLG setgħet tipprevjeni l-insolvenza fil-bidu tal-2008 minħabba l-konċessjonijiet li għamlet Infratil biss. SGF ma qablitx li t-test tal-MEO kien issodisfat, peress li ebda investitur privat ma kien ikun lest li jibqa' jopera b'telf bħal dak, hekk kif juri l-eżerċizzju tal-opzjoni put minn Infratil. |
|
(139) |
Fir-rigward tal-għeluq tal-ajruport, SGF argumentat li Hamburg hi mgħammra b'biżżejjed kapaċitajiet biex jopera mingħajr Lübeck bħala ajruport ta' riżerva. Barra minn hekk, skont SGF, il-kostijiet għall-għeluq kienu stmati eċċessivi minn FLG. It-Tabella 5 tqieset iktar realistika, għad li xorta waħda tista' tkun stmata eċċessiva skont SGF. Tabella 5 Kostijiet għall-għeluq tal-ajruport ta' Lübeck kif sottomessi minn Schutzgemeinschaft
|
|
(140) |
Barra minn hekk, id-dmir allegat li jiġi operat l-ajruport bħala servizz pubbliku hu mixħut f'dubju minn SGF, peress li l-permess għall-operar tal-ajruport ma jwassalx għal servizz ta' interess ekonomiku ġenerali. Tali permess jista' jitħassar. |
5.2.2.4. Ryanair
|
(141) |
Ryanair argumentat li d-differenza bejn il-prezzijiet tal-opzjoni put miftiehma fl-2005 u fl-2009 u l-prezz attwali tal-opzjoni put imħallas minn Hansestadt Lübeck setgħet kienet ikkawżata minn numru ta' fatturi, bħal xejriet fil-prezzijiet tal-assi. Il-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti fl-2005 kienu ferm iktar pożittivi milli fl-2009, u d-differenza fil-prezz setgħet kienet riflessjoni ta' dan. |
5.3. GĦAJNUNA POTENZJALI MILL-ISTAT FAVUR RYANAIR
5.3.1. Il-Ftehim tal-2000
5.3.1.1. Ryanair
|
(142) |
Ryanair iddikjarat li l-kuntratt ma' FLG ġie stabbilit fuq il-bażi ta' kunsiderazzjonijiet ekonomiċi. L-ajruport ta' Lübeck kien meqjus bħala ajruport sekondarju vijabbli għall-ajruport ta' Hamburg u Lübeck stess kienet meqjusa bħala destinazzjoni kulturali siewja. Barra minn hekk, tnedew servizzi fl-ajruport ta' Lübeck biex tiġi assigurata bażi low-cost u tiġi analizzata d-demografija biex jiġi stabbilit jekk kienx hemm biżżejjed hinterland madwar ajruport ġdid. Għad li Ryanair ma setgħetx toffri pjan ta' direzzjoni tan-negozju biex fuqu tibbaża d-deċiżjoni tagħha li tibda s-servizzi fl-ajruport ta' Lübeck, Ryanair saħqet li tali pjan ta' direzzjoni tan-negozju ġeneralment ma jkunx meħtieġ għal investitur privat f'suq. Ryanair spjegat li s-servizzi tagħha mill-ajruport ta' Lübeck twaqqfu minħabba kunsiderazzjonijiet kummerċjali, inklużi żidiet fil-kostijiet u rendiment inqas minn dak antiċipat (bħala konsegwenza tar-riċessjoni ekonomika). |
|
(143) |
Ryanair iddikjarat li l-ajruporti reġjonali fl-Unjoni jinsabu f'pożizzjoni tas-suq diffiċli. Għalhekk, l-introjtu tal-ajruporti kemm minn attivitajiet ajrunawtiċi kif ukoll mhux ajrunawtiċi jrid jiġi kkunsidrat, approċċ li jissejjaħ “single till approach”. Peress li l-kuntratti ma' Ryanair normalment iwiegħdu numru kbir ta' passiġġieri, tali relazzjonijiet kummerċjali spiss jgħinu biex jikber l-isem tal-ajruport u biex jiġu attirati linji tal-ajru oħra kif ukoll bejjiegħa bl-imnut u fornituri ta' servizzi oħra. Barra minn hekk, Ryanair iddikjarat li kien hemm evidenza b'saħħitha li n-numru ikbar ta' passiġġieri jġib miegħu żieda fid-dħul mhux ajrunawtiku. Bħala prova ta' dan, Ryanair issottomettiet it-tabella li ġejja: Tabella 6 Dħul mhux ajrunawtiku bħala perċentwal mid-dħul totali f'ajruporti partikolari
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(144) |
Ryanair argumentat li, minn perspettiva ta' operatur f'ekonomija tas-suq, kwalunkwe offerta kummerċjali normalment tkun titjib fuq is-sitwazzjoni kurrenti ta' dak iż-żmien, diment li jkun jistenna li l-benefiċċji marġinali jisbqu l-kostijiet marġinali tiegħu. Barra minn hekk, Ryanair argumentat li jrid jiġi kkunsidrat li Ryanair naqqset b'mod sinifikanti l-ħtiġijiet tagħha meta mqabbla ma' linji tal-ajru oħra fid-dawl tal-mudell kummerċjali u tal-effiċjenza operazzjonali tagħha. |
|
(145) |
Biex tipprovdi iktar evidenza għall-konformità tal-Ftehim tal-2000 tagħha mar-rekwiżiti tas-suq, Ryanair għamlet tqabbil bejn ajruporti ta' daqs u f'sitwazzjoni komparabbli bħall-ajruport ta' Lübeck. L-ajruporti komparaturi huma l-Ajruport ta' Bournemouth, l-Ajruport ta' Grenoble, l-Ajruport ta' Knock, l-Ajruport ta' Maastricht, l-Ajruport ta' Nimes u l-Ajruport ta' Prestwick. Tqabbil tal-imposti mħallsa minn Ryanair fl-ajruporti komparaturi wera li l-kostijiet imħallsa minn Ryanair fl-ajruport ta' Lübeck kienu ġeneralment ogħla mil-livell medju fl-ajruporti komparaturi kemm fuq bażi għal kull passiġġier kif ukoll għal kull rotazzjoni. Ryanair talbet lill-Kummissjoni tagħti importanza ikbar lill-kunsiderazzjoni tal-analiżi tal-komparaturi milli lill-analiżi tal-profittabilità fil-valutazzjoni tagħha ta' jekk il-Ftehim tal-2000 jikkonformax mal-prinċipju tal-MEO. |
|
(146) |
Rapport ikkompilat minn Oxera jikkalkola l-valur preżenti nett (“VPN”) tal-Ftehim tal-2000. Ir-rapport isib VPN ta' EUR […]. Oxera għamlet numru ta' kontrolli tas-sensittività fir-rigward ta' dan il-kalkolu. |
5.3.1.2. Air Berlin
|
(147) |
Air Berlin iddikjarat li r-rotot offruti minn Ryanair mill-ajruport ta' Lübeck huma f'kompetizzjoni diretta ma' dawk offruti minn Air Berlin fl-ajruport ta' Hamburg. B'mod partikolari, id-destinazzjonijiet ta' Londra, Milan u Barcelona huma kkonċernati, peress li ż-żewġ linji tal-ajru għandhom lilhom fil-portafoll tagħhom. |
|
(148) |
Air Berlin argumentat li l-iskop tal-istrateġija ta' kummerċjalizzazzjoni ta' Ryanair kien li tiġbed lejha klijenti li potenzjalment jistgħu jtiru, fost l-oħrajn, ma' Air Berlin. Minħabba l-prezzijiet baxxi ta' Ryanair, il-klijenti mxew mill-ajruport ta' Hamburg għal ta' Lübeck. Air Berlin tiddikjara li bħala riżultat tal-għajnuna mill-Istat, Air Berlin ġarrbet telf ekonomiku sostanzjali. Air Berlin kellha twaqqaf uħud mit-titjiriet tagħha minħabba l-offerta parallela minn Ryanair fl-ajruport ta' Lübeck. Barra minn hekk, Air Berlin iddikjarat li ssibha diffiċli li tiftaħ destinazzjonijiet ġodda mill-ajruport ta' Hamburg dment li jiġu offruti destinazzjonijiet simili minn Ryanair fl-ajruport ta' Lübeck għal prezzijiet baxxi żżejjed. |
|
(149) |
Barra minn hekk, Air Berlin irreferiet għall-għeluq tal-ajruport ta' Lübeck għal sitt (6) ijiem mid-19 ta' April 2004 biex issostni l-argumenti tagħha li Ryanair kienet tħallas imposti inġustament baxxi u li kien hemm kompetizzjoni bejn Lübeck u Hamburg. Matul il-perjodu tal-għeluq, Ryanair kellha tmexxi t-traffiku tagħha mill-ajruport ta' Lübeck għall-ajruport ta' Hamburg. Bħala riżultat tal-imposti ogħla tal-ajruport fl-ajruport ta' Hamburg, Ryanair ġarrbet kostijiet addizzjonali ta' EUR […], li għalihom Ryanair talbet ħlas mingħand FLG. Għaldaqstant, Air Berlin saħqet li Ryanair diġà kisbet vantaġġ ta' EUR […] fuq il-linji tal-ajru li joperaw fl-ajruport ta' Hamburg fi żmien sitt (6) ijiem. |
|
(150) |
Air Berlin sostniet ukoll l-argument tagħha billi offriet tabella tan-numri ta' passiġġieri u tat-titjiriet qabel ma (sal-1999) u wara li (mill-2000) Ryanair bdiet bl-operat tagħha fl-ajruport ta' Lübeck: Tabella 7 Tabella ta' Air Berlin tan-numri ta' passiġġieri u tat-titjiriet
|
|
(151) |
Skont it-Tabella 7, kien hemm żieda sinifikanti fin-numri ta' passiġġieri fl-2000, meta Ryanair bdiet toffri titjiriet mill-ajruport. Air Berlin iddikjarat li 97 % ta' dawk il-passiġġieri jistgħu jiġu attribwiti lil Ryanair. Dan jinxteħet f'perspettiva mat-telf li għamlet FLG qabel ma (sal-1999) u wara li (mill-2000) Ryanar bdiet bl-operat tagħha fl-ajruport ta' Lübeck. Tabella 8 Tabella ta' Air Berlin tat-telf ta' FLG
|
|
(152) |
Fuq il-bażi tat-Tabella 7 u tat-Tabella 8, Air Berlin argumentat li, għad li n-numri ta' passiġġieri kważi rdoppjaw bejn l-2002 u l-2003, it-telf żdied f'dak il-perjodu ta' żmien b'iktar minn EUR […]. Barra minn hekk, Air Berlin speċifikat li FLG tat kundizzjonijiet preferenzjali lil Ryanair, ribassi kif ukoll rifużjonijiet u pagamenti oħra. It-tariffi mħallsa minn Ryanair għall-użu tal-Ajruport ta' Lübeck kienu inqas mit-tariffi stabbiliti f'dik li kienet l-iskeda ta' imposti applikabbli ta' dak iż-żmien. Barra minn hekk, Air Berlin iddikjarat li Ryanair kienet qed tipprovdi servizz ta' kummerċjalizzazzjoni li ma jiddependix mill-kostijiet ta' kummerċjalizzazzjoni. Skont Air Berlin, il-benefiċċji għas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni mħallsa lil Ryanair jidhru li mhumiex relatati man-nefqiet tal-kummerċjalizzazzjoni attwali mġarrba minn Ryanair. |
|
(153) |
Għalhekk, Air Berlin temmen li l-Ftehim tal-2000 bejn FLG u Ryanair ma ssodisfax ir-rekwiżiti tas-suq. Skont Air Berlin, Lübeck hu operat għal kunsiderazzjonijiet tal-politika reġjonali iktar milli għall-profittabilità. |
|
(154) |
Skont Air Berlin, id-disponibbiltà ta' kundizzjonijiet preferenzjali għal Ryanair f'Lübeck minn naħa u l-mod u l-kundizzjonijiet tal-privatizzazzjoni kundizzjonali tal-ajruport min-naħa l-oħra ftit li xejn jistgħu jiġu kkunsidrati b'mod separat.Air Berlin ma tikkunsidrax il-ftehim ta' parteċipazzjoni ma' Infratil bħala evidenza għall-konformità mal-prinċipju tal-MEO peress li hi inkluża opzjoni put. Għall-kuntrarju, Air Berlin hi tal-fehma li MEO kien iniedi sejħa għall-offerti ġdida għall-ajruport fl-2005. |
|
(155) |
Barra minn hekk, Air Berlin iddikjarat li l-ftehim ma' Ryanair kien imputabbli lill-Ġermanja. Skont l-istatut ta' assoċjazzjoni ta' FLG, il-bord superviżorju jrid jagħti l-approvazzjoni tiegħu għat-tibdiliet li jirriżultaw mill-użu tal-ajruport (Paragrafu 12 tal-istatut ta' assoċjazzjoni). Erbgħa mis-sitt membri tal-bord superviżorju huma eletti minn Hansestadt Lübeck. Għalhekk, Air Berlin ikkonkludiet li Hansestadt Lübeck tista' tinżamm responsabbli. Air Berlin temmen li ċerti dikjarazzjonijiet minn uffiċjali ewlenin ta' FLG huma evidenza ulterjuri għall-imputabbiltà tal-ftehim inkwistjoni. |
5.3.1.3. Infratil
|
(156) |
Fir-rigward tal-għajnuna possibbli mill-Istat lil Ryanair, Infratil iddikjarat li l-Ftehim tal-2000 kien ekonomikament solidu, ass importanti għall-iżvilupp tal-ajruport u kompletament konformi mal-prinċipju tal-MEO. Infratil hi wkoll tal-fehma li l-Ftehim tal-2000 u l-implimentazzjoni ta' dan mhumiex imputabbli lil Hansestadt Lübeck jew lil entitajiet oħra tal-Istat. La Hansestadt Lübeck u lanqas il-bord superviżorju ma ħarġu xi ordni jew linja gwida għall-adozzjoni tal-Ftehim tal-2000 u lanqas ma kkontrollaw dik l-adozzjoni. |
5.3.1.4. Bundesverband der Deutschen Fluggesellschaften
|
(157) |
BDF hi tal-fehma li l-kundizzjonijiet offruti lil Ryanair minn FLG mhumiex kompatibbli mas-suq intern, peress li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' trasparenza, ta' nondiskriminazzjoni u ma fihomx sanzjonijiet jekk Ryanair ma tissodisfax l-obbligi tagħha skont il-Ftehim tal-2000. |
|
(158) |
Skont BDF, derogi diskriminatorji mill-iskedi ta' imposti effettivi favur linja tal-ajru partikolari jwasslu għal distorsjoni qawwija tal-kompetizzjoni u għal ridistribuzzjoni ssussidjata tal-passiġġieri fi ħdan l-istess agglomerazzjoni, li ma tagħmilx sens għall-ekonomija ġenerali. Barra minn hekk, BDF iddikjarat li miżura trid tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni jekk ma jkunx jista' jiġi eliminat għalkollox li l-miżura tinvolvi għajnuna mill-Istat. BDF iddikjarat li hu legalment possibbli li jingħalaq ajruport Ġermaniż fuq it-talba tal-operatur taħt ċerti kundizzjonijiet. |
5.3.2. Il-Ftehimiet tal-2010
5.3.2.1. Flughafen Lübeck GmbH
|
(159) |
FLG iddikjarat li l-miżura ma kinitx imputabbli lill-Ġermanja, peress li l-Ftehimiet tal-2010 ġew innegozjati minn FLG b'mod awtonomu. |
5.3.2.2. Ryanair
|
(160) |
Ryanair argumentat li l-Ftehimiet tal-2010 mhumiex imputabbli lill-Istat. |
|
(161) |
Ryanair iddikjarat li l-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 1 u l-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 2 huma sempliċi ittri ta' akkumpanjament qosra li jestendu d-durata tal-arranġamenti eżistenti skont il-Ftehim tal-2000 ta' Ryanair. L-uniku element ġdid kien aġġustament innegozjat kummerċjalment għall-appoġġ tal-kummerċjalizzazzjoni fl-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 1. Għalhekk Ryanair iddikjarat li l-implikazzjonijiet taż-żewġ ittri ta' akkumpanjament huma koperti mis-sottomissjonijiet ta' Ryanair rigward il-Ftehim tal-2000. |
|
(162) |
Ryanair issottomettiet rapport, ikkumpilat minn Oxera, (30) li jevalwa l-profittabilità mistennija tal-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 1 u tal-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 2 fuq il-bażi tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju tal-2009, (31) imfassal mill-ajruport ta' Lübeck qabel l-iffirmar tal-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 1 u tal-Ittra ta'Akkumpanjament Nru 2. Ir-rapport jindika li, b'suppożizzjonijiet raġjonevoli fi żmien meta ġew iffirmati ż-żewġ Ittri ta' Akkumpanjament, dawn kienu mistennija jkunu profittabbli biżżejjed. Ajruport li jġib ruħu bħal MEO kien joffri termini simili. Skont Oxera, dan hu minnu wkoll jekk il-Ftehim tal-2010 dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni kellu jitqies b'mod konġunt mal-Ittri ta' akkumpanjament ta' Marzu u ta' Ottubru 2010. Għaldaqstant, il-kostijiet ta' kummerċjalizzazzjoni għall-ajruport ta' Lübeck ġew inklużi fil-valutazzjoni. |
5.3.2.3. Air Berlin
|
(163) |
Air Berlin indikat li kien hemm tliet ftehimiet iffirmati fl-2010: L-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 1, l-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 2 u l-Ftehim tal-2010 dwar is-Servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis il-Ftehimiet tal-2010 kollha fil-valutazzjoni tagħha. |
5.4. IMPOSTI GĦAT-TNEĦĦIJA TAS-SILĠ TAL-INĠENJI TAL-AJRU FL-AJRUPORT
RYANAIR U WIZZ AIR
|
(164) |
Ryanair u Wizz Air argumentaw li l-għajnuna allegata kollha mogħtija mill-ajruport ta' Lübeck lil Wizz Air u lil linji tal-ajru oħra ma tistax tiġi imputata lill-Istat Ġermaniż, fuq il-bażi tas-sentenza Stardust Marine (32). Wizz Air targumenta li, għad li Hansestadt Lübeck kienet l-uniku sid tal-ajruport matul iż-żmien inkwistjoni, dan mhuwiex biżżejjed biex tiġi kkonfermata kwalunkwe imputabbiltà lill-Istat. Wizz Air targumenta li n-nuqqas ta' imputabbiltà lill-Ġermanja kien saħansitra iktar ovvju matul iż-żmien tas-sjieda ta' 90 % tal-ishma ta' FLG minn Infratil. |
|
(165) |
Ryanair u Wizz Air iddikjaraw li dawk l-imposti u kwalunkwe skont jirrappreżentaw sehem insinifikanti tal-kostijiet ta' linja tal-ajru relatati mal-attività kummerċjali f'ajruport. Skont Ryanair, dawk l-imposti ma jistgħux jiġu vvalutati għalihom peress li ma hemm ebda suq tal-konsumaturi għat-tneħħija tas-silġ. Skont fuq it-tneħħija tas-silġ aktarx li jkun ikkumpensat mill-benefiċċji kummerċjali li jinkisbu mill-ajruport b'mod ieħor fin-negozjati. Ryanair iċċitat is-sentenza Cherleroi, fejn hu kkonfermat li “Issa huwa neċessarju, fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat, li t-tranżazzjoni kummerċjali tiġi kkunsidrata fl-intier tagħha” (33). |
|
(166) |
Finalment, Ryanair u Wizzair iddikjaraw li l-prezz għall-fluwidu tat-tneħħija tas-silġ mitlub fl-ajruport ta' Lübeck kien il-prezz standard mitlub f'ajruporti pubbliċi u privati. |
6. KUMMENTI MILL-ĠERMANJA DWAR IL-KUMMENTI TA' PARTIJIET TERZI
6.1. KUMMENTI DWAR IS-SOTTOMISSJONIJIET TA' RYANAIR
|
(167) |
Skont il-Ġermanja, is-sottomissjonijiet ta' Ryanair juru li FLG aġixxiet f'konformità mal-prinċipju tal-MEO. |
|
(168) |
Il-Ġermanja tenfasizza b'mod partikolari fuq l-utilità tal-approċċ ta' Ryanair li turi l-konformità mas-suq tal-ftehim permezz ta' analiżi tal-profittabilità u ta' analiżi tal-komparaturi. |
|
(169) |
Skont il-Ġermanja, l-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 1 u l-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 2 mhumiex rilevanti għal din l-investigazzjoni. L-ewwel nett, l-Ittri ta' akkumpanjament ta' Marzu u ta' Ottubru 2010 mhumiex imputabbli lill-Istat peress li huma nnegozjati minn FLG u din saret parti għalihom b'mod awtonomu, mingħajr l-interferenza ta' Hansestadt Lübeck. It-tieni, fir-rigward tal-Ittra ta' Akkumpanjament Nru 2, il-Ġermanja indikat li din kienet tikkostitwixxi sempliċi estensjoni tal-Ftehim tal-2000, u għalhekk ma kien fiha ebda tibdil materjali. Għalhekk, il-kunsiderazzjonijiet kollha dwar il-Ftehim tal-2000 japplikaw għall-Ittri ta' akkumpanjament ukoll. |
|
(170) |
Il-Ġermanja ddikjarat li hi ma tifhimx għaliex jenħtieġ li l-Ftehim tal-2010 dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni jiġu inkluż f'din l-investigazzjoni, peress li ma kien jinvolvi ebda fondi pubbliċi. Il-kostijiet kif stabbiliti fil-Ftehim tal-2010 dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni kienu koperti mill-IHK Lübeck. Barra minn hekk, il-Ġermanja kkummentat li l-Ftehim tal-2010 dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni jista' jitqies li hu konformi mal-istandards tas-suq. Dan hu sostnut mill-osservazzjoni li FLG intalbet inqas kostijiet minn ajruporti oħra bi ftehim simili. Saħansitra iktar minn hekk, il-Ftehim tal-2010 dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni mal-ajruport ta' Lübeck kien ibbażat fuq il-wiegħda ta' Ryanair li tespandi l-portafoll tat-titjiriet tagħha b'żewġ destinazzjonijiet. |
|
(171) |
Punt ieħor miżjud mill-Ġermanja hu l-funzjoni tal-ajruport ta' Lübeck bħala ajruport ta' riżerva għall-ajruport ta' Ħamburg u bħala infrastruttura neċessarja għall-popolazzjoni tat-Tramuntana tal-Ġermanja. |
6.2. KUMMENTI DWAR IS-SOTTOMISSJONIJIET TA' SGF
|
(172) |
Il-Ġermanja ddikjarat li SGF ma kinitx parti interessata skont it-tifsira tal-Artikolu 108(2) TFUE u l-Art 1(h) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 u, għalhekk, m'għandhiex dritt tissottometti kummenti. Il-membri ta' SGF huma sempliċiment is-sidien ta' art li tinsab fl-inħawi tal-ajruport u għalhekk iridu jeħilsu mill-fastidji perċepiti maħluqa mill-operat tal-ajruport. Madankollu, dawn l-għanijiet iridu jiġu mfittxija permezz ta' rimedji legali nazzjonali. |
|
(173) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja argumentat li s-sustanza tas-sottomissjonijiet li għamlet SGF kienet impreċiża. L-ewwel nett, il-Ġermanja ma taqbilx mad-dikjarazzjoni ta' SGF li l-ajruport ta' Lübeck ma jissodisfax funzjoni ta' servizz pubbliku. SGF kienet argumentat li l-ajruport hu operat biss fl-interess ġenerali għall-finijiet ta' interessi rigward “l-avjazzjoni ġenerali”. Il-Ġermanja ma taqbilx ma' dik id-dikjarazzjoni peress li l-ajruport ta' Lübeck għandu dmir operazzjonali għal raġunijiet ta' funzjonijiet ta' servizz pubbliku infrastrutturali u l-funzjoni ta' riżerva għall-ajruport ta' Hamburg. Din tal-aħħar ġiet stabbilita b'mod uffiċjali fil-Kunċett tat-Traffiku tal-Ajru tat-Tramuntana tal-Ġermanja (“Norddeutsches Luftverkehrskonzept”). |
|
(174) |
Rigward il-ftehim ta' lokazzjoni, il-Ġermanja tenniet il-pożizzjoni tagħha li ma kien hemm ebda vantaġġ għal FLG permezz tal-ftehim il-qadim ta' lokazzjoni sa tmiem l-2005, u lanqas permezz tal-ftehim ta' lokazzjoni l-ġdid mill-2006. |
|
(175) |
Il-Ġermanja kkummentat ukoll dwar is-sottomissjonijiet ta' SGF rigward l-investimenti infrastrutturali. Il-Ġermanja ddikjarat li l-approvazzjoni tal-ippjanar hi sempliċi għodda amministrattiva li tista' tingħata b'mod retrospettiv u li la hi prerekwiżit għall-approvazzjoni tal-finanzjament u lanqas m'għandha effett fuq il-kompetizzjoni. Barra minn hekk, il-Ġermanja ma taqbilx mal-kategorizzazzjoni ta' SGF tal-investimenti bħala miżuri ta' manutenzjoni minflok bħala miżuri għat-titjib tal-funzjoni tat-traffiku tal-ajruport. Il-Ġermanja argumentat li l-miżuri huma neċessarji biex jiġu rrispettati regolamenti nazzjonali u internazzjonali. Skont il-Ġermanja, il-fatt li Ryanair hi l-ikbar utent tal-ajruport ma jwassalx għall-konklużjoni li hu ngħata favuri. |
|
(176) |
Rigward il-kalkoli ta' SGF rigward il-perspettivi tat-terminu medju tal-ajruport ta' Lübeck, il-Ġermanja ddikjarat li l-osservazzjonijiet sottomessi kienu żbaljati. Il-Ġermanja targumenta li ntwera li fi żmien l-investiment kienu jeżistu perspettivi ottimisti tal-investiment fit-terminu medju, kif irrikonoxxiet il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tagħha tal-2007. |
|
(177) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja kkummentat dwar id-dikjarazzjonijiet ta' SGF li FLG kienet “impriża f'diffikultà”. Il-Ġermanja hi tal-fehma li kwalunkwe argument minn SGF fuq il-bażi tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturar ta' impriżi f'diffikultà kien inutli. Skont il-Ġermanja, dawk il-linji gwida mhumiex applikabbli, peress li, qabel kollox, il-benefiċċji mogħtija ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat. Il-benefiċċji qatt ma ġew ikkategorizzati bħala għajnuna għas-salvataġġ jew għar-ristrutturar għaliex kieku jkollhom jiġu approvati skont linji gwida oħra. |
|
(178) |
Il-Ġermanja ma taqbilx mad-dikjarazzjoni ta' SGF li Hansestadt Lübeck iddikjarat li l-għeluq tal-ajruport kien impossibbli u li ma kkunsidratx tali alternattiva. Skont il-Ġermanja, Hansestadt Lübeck ikkunsidrat din l-alternattiva iżda ddeċidiet kontriha, peress li l-kalkoli wasslu għall-konklużjoni li din ma kinitx l-iktar deċiżjoni ekonomika. Barra minn hekk, il-Ġermanja ċċarat li l-għeluq ta' ajruport ma jistax isir fuq bażi ad hoc minħabba l-paragrafu 45(1) LuftVZO. Il-faċilitajiet tal-ajruport huma beni pubbliċi u għandhom dmir operazzjonali. Għaldaqstant, biex ikun jista' jingħalaq l-ajruport, il-permess tal-operat ikollu jiġi rtirat bħala riżultat ta' proċedura legali twila. Il-Ġermanja tiddikjara li l-għoti tal-irtirar tal-premess hu eskluż jekk l-amministrazzjoni responsabbli temmen li l-interess pubbliku jxeqleb favur il-kontinwazzjoni tal-operat tal-ajruport. Għaldaqstant, tentattiv li jingħalaq l-ajruport ma jkunx impossibbli, iżda ċertament diffiċli, jieħu ż-żmien, u għalhekk, jiswa ħafna flus. Sar riferiment li t-tali konsegwenzi seħħew fl-għeluq tal-ajruport Berlin-Tempelhof. Għaldaqstant, il-Ġermanja temmen li d-deċiżjoni li tiġi injorata l-alternattiva ta' għeluq tal-ajruport u, minflok, tiġi espanduta u jiġi investit fl-infrastruttura biex jiġi attirat investitur privat kienet l-iktar deċiżjoni ekonomika. B'mod retrospettiv, dan kien l-approċċ it-tajjeb, peress li nstab investitur privat. |
6.3. KUMMENTI DWAR IS-SOTTOMISSJONIJIET TA' AIR BERLIN
|
(179) |
Skont il-Ġermanja, Air Berlin kienet tingħata l-istess vantaġġi bħal Ryanair li kieku ssodisfat l-istess kriterji dwar in-numri ta' passiġġieri u l-frekwenza tat-titjiriet. Minflok, Air Berlin ċaħdet kwalunkwe offerta għan-negozjati ma' FLG, peress li qatt ma kellha l-intenzjoni li tibda bis-servizzi fl-ajruport ta' Lübeck. Għall-kuntrarju, Air Berlin qatt ma oġġezzjonat għall-kundizzjonijiet li fihom topera Ryanair fl-ajruport ta' Hamburg. Barra minn hekk,diversi linji tal-ajru lmentaw (fost l-oħrajn mal-Kummissjoni) li Air Berlin kienet qed tibbenefika minn għajnuna mill-Istat sostanzjali mill-Emirati Għarab Magħquda. Għalhekk, ma tistax tippreżenta lilha nfisha bħala vittma fir-rigward tal-kompetitur ewlieni tagħha Ryanair. |
|
(180) |
Il-Ġermanja ma taqbilx mal-kummenti ta' Air Berlin dwar l-eżistenza ta' kompetizzjoni bejn l-ajruport ta' Lübeck u l-ajruport ta' Hamburg. B'mod partikolari, il-Ġermanja tirreferi għall-fatt li Ħamburg kellu 70 darba iktar passiġġieri mill-ajruport ta' Lübeck fl-2000, meta ġie ffirmat il-Ftehim tal-2000 ma' Ryanair. In-nuqqas ta' lmenti minn ajruporti oħra juri li ma kien hemm ebda kompetizzjoni bejn iż-żewġ ajruporti. Il-Ġermanja żiedet ukoll li l-ajruport ta' Hamburg u l-ajruport ta' Rostock kibru fl-2008, filwaqt li l-ajruport ta' Lübeck naqqas in-numri ta' passiġġieri tiegħu b'10 %. |
|
(181) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja ċaħdet l-argument ta' Air Berlin li kien hemm vantaġġ ekonomiku għal Ryanair. Il-Ġermanja ddikjarat li Air Berlin użat kalkoli impreċiżi u li l-uniku test rilevanti għall-valutazzjoni ta' jekk ftehim bejn ajruport u linja tal-ajru huwiex konformi mas-suq kien il-prinċipju tal-MEO. Il-Ġermanja temmen li l-ftehimiet ta' Ryanair kienu jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-suq, peress li l-prospetti fit-tul tal-ajruport kienu pożittivi fl-2000. |
6.4. KUMMENTI DWAR IS-SOTTOMISSJONIJIET TA' BDF
|
(182) |
Il-Ġermanja indikat li Air Berlin hi membru ta' BDF, u dan iwassal għal rabtiet mill-qrib u sottomissjonijiet imrikkba. Il-Ġermanja ma qablitx li FLG tispiċċa toħloq domanda b'mod artifiċjali permezz ta' prezzijiet baxxi wisq u li FLG tispiċċa tiddevja mill-iskeda ta' imposti b'mod diskriminatorju favur linja tal-ajru partikolari. Skont il-Ġermanja, FLG ma kien ikollha ebda raġuni għaliex tiddiskrimina kontra linji tal-ajru partikolari biex iżżid id-domanda. Għall-kuntrarju, iktar linji tal-ajru kienu jfissru iktar negozju fl-ajruport ta' Lübeck. Għaldaqstant, il-Ġermanja tasserixxi li kwalunkwe linja tal-ajru setgħet tidħol fi ftehim mal-ajruport ta' Lübeck b'kundizzjonijiet simili li kieku din tagħmel offerta komparabbli għal dik ta' Ryanair. |
7. VALUTAZZJONI
7.1. INTRODUZZJONI
|
(183) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE “kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għallkompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.” Il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE huma kumulattivi. Biex jiġi ddeterminat jekk miżura tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, iridu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(184) |
B'hekk, irid jiġi ddeterminat jekk dawk il-kriterji humiex issodisfati fir-rigward ta' kull waħda mill-miżuri kkunsidrati, jiġifieri:
|
|
(185) |
Rigward l-għajnuna potenzjali mill-Istat favur FLG, l-ewwel il-Kummissjoni se tivvaluta jekk il-benefiċjarju potenzjali tal-għajnuna mill-Istat, FLG, għadux jeżisti u, jekk le, jekk l-attività ekonomika ta' FLG għadhiex għadejja. Barra minn hekk, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk il-vantaġġ li jeżisti fi kwalunkwe għajnuna potenzjali mill-Istat lil FLG setax jingħadda lis-suċċessuri ta' din, jiġifieri jekk kienx hemm kontinwità ekonomika. |
|
(186) |
Rigward l-għajnuna potenzjali mill-Istat favur Ryanair, il-Kummissjoni tivvaluta l-Ftehim tal-2000 biss. Sad-data ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni m'għandhiex biżżejjed informazzjoni fil-fajl tagħha biex tivvaluta jekk ftehimiet sussegwenti, b'mod partikolari dawk konklużi fl-2010, jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat favur Ryanair. Għaldaqstant, dawk il-ftehimiet se jiġu vvalutati f'deċiżjoni separata. |
7.2. GĦAJNUNA POTENZJALI MILL-ISTAT FAVUR FLG
7.2.1. Benefiċjarju tal-għajnuna potenzjali mill-Istat
|
(187) |
Il-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta' investigazzjoni formali dwar l-għajnuna potenzjali mill-Istat favur FLG. Madankollu, f'Jannar 2013 parti mill-assi ta' FLG inbiegħet lil Yasmina. FLG ġiet fuża f'Hansestadt Lübeck u l-entità ġuridika FLG ma baqgħetx teżisti. Fl-2014, Yasmina ħabbret insolvenza, li rriżultat fil-ftuħ tal-proċedimenti ta' insolvenza f'April 2014. F'Awwissu 2014, PuRen akkwiżixxiet l-assi ta' Yasmina. |
|
(188) |
F'każ li l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni negattiva li tordna l-irkupru tal-għajnuna inkompatibbli lil impriża fil-kuntest tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat, l-obbligu ta' rkupru jista' jiġi estiż għal kumpanija ġdida li lilha l-benefiċjarju tal-għajnuna inkwistjoni jkun ittrasferixxa jew biegħ parti mill-assi tiegħu, jew l-assi kollha kemm huma, meta l-istruttura tat-trasferiment jew tal-bejgħ turi li hemm kontinwità ekonomika bejn iż-żewġ kumpaniji. |
|
(189) |
Jekk il-Kummissjoni ssib li kien hemm għajnuna inkompatibbli lil FLG li għandha tiġi rkuprata, ikollha tivvaluta wkoll min ibbenefika mill-għajnuna u lil liema kumpanija jenħtieġ li jiġi indirizzat l-obbligu ta' rkupru. Jekk ma kien hemm ebda kumpanija li lilha jista' jiġi estiż l-obbligu ta' rkupru, il-Kummissjoni ma jkollhiex bżonn tivvaluta jekk kienx hemm għajnuna lil FLG. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li hu xieraq li l-ewwel tivvaluta jekk kienx hemm kontinwità ekonomika bejn FLG u Yasmina u jekk l-obbligu ta' rkupru jistax jiġi estiż lil Yasmina (ara t-taqsima 7.2.2) u jekk PuRen, ix-xerrej tal-assi ta' Yasmina, setax ibbenefika mill-għajnuna (ara t-taqsima 7.2.3). Imbagħad il-Kummissjoni tivvaluta jekk l-attività ekonomika li setgħet ibbenefikat mill-għajnuna għadhiex teżisti (ara t-taqsima 7.2.4). Il-kwistjoni dwar jekk il-miżuri pprovduti lil FLG inkludewx għajnuna mill-Istat u, jekk iva, jekk it-tali għajnuna kinitx kompatibbli, se jkollha tiġi studjata biss jekk ikun jista' jiġi identifikat benefiċjarju tal-għajnuna, jiġifieri jekk kien hemm kontinwità bejn FLG u Yasmina jew PuRen, jew inkella jekk l-għajnuna baqgħet fil-livell tal-attività ekonomika, jiġifieri fil-livell tal-operazzjoni tal-ajruport ta' Lübeck. |
7.2.2. Kontinwità ekonomika bejn FLG u Yasmina
|
(190) |
Fid-deċiżjoni tagħha dwar il-bejgħ tal-assi tal-linja tal-ajru Alitalia (34), il-Kummissjoni qieset li jekk l-akkwiżizzjoni tal-assi sseħħ bil-prezz tas-suq u ma turix kontinwità ekonomika bejn il-kumpanija l-antika u l-istruttura l-ġdida, ma jistax jiġi ssoponut li l-istruttura l-ġdida bbenefikat mill-vantaġġ kompetittiv maħluq mill-għajnuna mill-Istat diġà mogħtija lill-kumpanija oriġinali. |
|
(191) |
Skont il-ġurisprudenza stabbilita, (35) il-kontinwità ekonomika bejn l-entità oriġinali u l-istruttura l-ġdida hi stabbilita fuq il-bażi ta' sett ta' indikaturi. Dan is-sett ta' indikaturi kien ikkonfermat mill-Qorti fil-kawża Ryanair vs il-Kummissjoni (36). Madankollu, mhuwiex sett obbligatorju ta' rekwiżiti kumulattivi li lkoll iridu jiġu ssodisfati f'kull każ (37). Il-fatturi li ġejjin jistgħu jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni tal-kontinwità ekonomika bejn iż-żewġ entitajiet:
|
7.2.2.1. L-ambitu tal-assi mibjugħa
|
(192) |
Mill-bidu nett, il-Kummissjoni tinnota li, fil-prinċipju, akkwiżizzjoni kompluta tal-assi tal-bejjiegħ mix-xerrej tista' tindika lejn id-direzzjoni ta' kontinwità ekonomika bejn ix-xerrej u l-bejjiegħ. Madankollu, dak jaf ma jkunx il-każ jekk il-valutazzjoni ġenerali turi li l-ambitu tal-bejgħ jitħalla għas-suq. Pereżempju, jekk l-ambitu tal-bejgħ jirriżulta minn proċedura miftuħa, trasparenti, nondiskriminatorja u mhux kondizzjonata għall-għoti ta' kuntratt, dan jista' jindika lejn id-direzzjoni ta' diskontinwità ekonomika. F'dan il-kuntest, l-offerenti jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jiddeċiedu liberament jekk jagħmlux offerta għall-assi individwali, għal grupp ta' assi jew għall-assi kollha, u jenħtieġ li ma jkunux obbligati jidħlu f'kuntratti konklużi mill-bejjiegħ, u jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħżlu liberament jekk jixtiqux jieħdu lill-impjegati kollha tal-bejjiegħ, lil uħud minnhom, jew lil ħadd minnhom taħt ir-responsabbiltà tagħhom. |
|
(193) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-avviż dwar kuntratt ippubblikat għall-bejgħ tal-assi ta' FLG speċifika li l-offerenti jistgħu jixtru 90 % tal-ishma f'FLGjew inkella joffru soluzzjoni ekonomika komparabbli għat-teħid tal-operat tal-ajruport taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Għalhekk, dan ippermetta lill-offerenti joffru għall-ishma f'FLG, joffru għall-assi jew għar-raggruppamenti ta' assi jew inkella jsibu soluzzjoni ekonomika oħra, bħal-lokazzjoni tal-assi. Dan kien ikkonfermat fil-memorandum tal-informazzjoni, sottomess lill-offerenti interessati kollha qabel ma ssottomettew espressjoni ta' interess. Għaldaqstant, kien ċar għall-offerenti interessati li setgħu joffru x-xiri ta' ishma jew ix-xiri ta' assi jew ta' raggruppamenti ta' assi. Tabilħaqq, mill-ħames offerenti li ssottomettew offerta indikattiva, tnejn offrew li jixtru assi, filwaqt li l-offerenti l-oħrajn offrew li jixtru ishma. Mit-tliet offerenti li ssottomettew offerti vinkolanti, tnejn offrew li jixtru assi, wieħed offra li jixtri ishma. 3Y, il-kumpanija azzjonarja ta' Yasmina, offriet l-ogħla prezz għall-akkwiżizzjoni ta' raggruppament ta' assi. Skont il-Ġermanja, Yasmina akkwiżixxiet madwar […] % tal-assi ta' FLG, fuq il-bażi tal-valur kontabilistiku ġenerali tal-assi meta mqabbel mal-valur tal-assi akkwiżiti. Oġġetti mhux mixtrija inkludew, fost l-oħrajn,[…]. |
|
(194) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-oġġetti mhux mixtrija kienu soġġetti għal żewġ ftehimiet ta' lokazzjoni bejn Yasmina u Hansestadt Lübeck. Wieħed kien jikkonċerna l-infrastruttura tal-ajruport u l-art li kienu ġew soġġetti għal ftehim ta' lokazzjoni bejn FLG u Hansestadt Lübeck qabel il-bejgħ. Dan il-kuntratt ta' lokazzjoni ġie akkwiżit minn Yasmina. L-ieħor kien jikkonċerna l-assi li jifdal tal-ajruport li kienu ġew ittrasferiti minn FLG lil Hansestadt Lübeck meta FLG ġiet assorbita minn Hansestadt Lübeck. |
|
(195) |
Il-fatt li FLG inbiegħet f'negozjar tal-assi u li x-xerrej ma xtarax sehem kbir mill-assi jindika fid-direzzjoni ta' nuqqas ta' kontinwità ekonomika. Min-naħa l-oħra, Yasmina ħadet b'lokazzjoni l-assi li ma kinux soġġetti għax-xiri minn Hansestadt Lübeck, xi ħaġa li tindika li bħala riżultat tal-proċedura għall-għoti ta' kuntratt, Yasmina setgħet tuża l-assi kollha. Dan iktar jindika lejn l-eżistenza ta' kontinwità ekonomika. |
|
(196) |
Fir-rigward tal-forza tax-xogħol, il-kuntratt tal-bejgħ iddikjara li l-impjegati kienu se jiġu taħt ir-responsabbiltà ta' Yasmina f'konformità mal-paragrafu 613a tal-kodiċi ċivili tal-Ġermanja (Bürgerliches Gesetzbuch, BGB). Il-paragrafu 613a BGB hu bbażat fuq id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE (38). Dak il-paragrafu jistipula d-drittijiet u d-dmirijiet fil-każ ta' trasferiment ta' negozju. B'mod iktar speċifiku, skont il-paragrafu 613a, “jekk negozju jew sehem minn negozju jingħadda lil sid ieħor permezz ta' tranżazzjoni legali, dan tal-aħħar isir is-suċċessur għad-drittijiet u għad-dmirijiet skont ir-relazzjonijiet tax-xogħol eżistenti fi żmien it-trasferiment. Jekk dawn id-drittijiet u d-dmirijiet huma rregolati mid-dispożizzjonijiet legali ta' ftehim kollettiv jew minn ftehim mal-kunsill tax-xogħol, dawn isiru parti mir-relazzjonijiet tax-xogħol bejn is-sid il-ġdid u l-impjegat u ma jistgħux jinbidlu b'mod li jixħet fi żvantaġġ lill-impjegat qabel tmiem is-sena ta' wara d-data tat-trasferiment…” (39). Barra minn hekk, l-eks impjegatur jew is-sid il-ġdid jeħtieġlu jinnotifika lill-impjegati affettwati minn trasferiment bil-miktub qabel it-trasferiment u l-impjegat jista' joġġezzjona bil-miktub għat-trasferiment tar-relazzjoni tax-xogħol. |
|
(197) |
Fuq il-bażi ta' din id-dispożizzjoni legali, il-forza tax-xogħol ġiet informata bit-trasferiment u kienet se tiġi akkwiżita jekk ma titqajjem ebda oġġezzjoni. F'dan il-każ, FLG kellha […] impjegat, li […] minnhom oġġezzjonaw għall-akkwiżizzjoni. Dawn […] impjegati ġew ittrasferiti biex jiġu impjegati minn Hansestadt Lübeck. |
|
(198) |
It-trasferiment tal-assi ma inkludiex xi kundizzjoni li tmur lil hinn mill-obbligi ġuridiċi, bħal kundizzjoni fuq in-numru ta' impjegati li għandhom jaqgħu taħt l-impjegatur il-ġdid, jew obbligu li jinżammu l-impjegati lil hinn mill-obbligi kuntrattwali tas-soltu kif stipulati mil-liġi dwar ix-xogħol. |
|
(199) |
L-unika stipulazzjoni kuntrattwali relatata mal-impjegati hi tfakkira tal-liġi dwar ix-xogħol applikabbli; b'mod ġenerali, il-fatt li ħafna mill-impjegati ġew ittrasferiti mhux bilfors jindika li kien hemm kontinwità ekonomika (40). |
|
(200) |
Madankollu, kollox ma' kollox, peress li Yasmina kienet f'pożizzjoni, permezz tal-kombinazzjoni tal-bejgħ ta' sehem mill-assi b'żewġ kuntratti ta' lokazzjoni fuq l-assi li jifdal, li tuża l-assi kollha li qabel kienu proprjetà ta' FLG u użati minnha, l-ambitu tal-assi mibjugħa iktar jindika lejn id-direzzjoni tal-eżistenza ta' kontinwità ekonomika. |
7.2.2.2. Prezz tal-bejgħ
|
(201) |
Biex tiġi evitata l-kontinwità ekonomika, l-assi jridu jinbiegħu bi prezz tas-suq, pereżempju permezz ta' proċedura miftuħa, trasparenti, nondiskriminatorja u inkondizzjonata għall-għoti ta' kuntratt. |
|
(202) |
Il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk l-assi ta' FLG tabilħaqq inbigħux permezz ta' proċedura miftuħa, trasparenti, nondiskriminatorja u inkondizzjonata għall-għoti ta' kuntratt lill-offerent li offra l-ogħla offerta, b'kunsiderazzjoni tas-sigurtà tat-tranżazzjoni. |
|
(203) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li l-istedina għas-sottomissjoni ta' espressjoni tal-interess għall-assi ta' FLG ma kien fiha ebda limitazzjoni rigward il-partijiet li setgħu jissottomettu offerti, u ma imponiet ebda kundizzjoni fuq l-offerenti potenzjali. Kwalunkwe entità setgħet tissottometti offerta matul il-proċess tal-offerti. Barra minn hekk, din ġiet ippubblikata b'pubblikazzjoni fis-suppliment elettroniku għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(204) |
It-tieni, fir-rigward tal-prinċipju tat-trasparenza, il-Kummissjoni tosserva li l-offerenti kellhom iktar minn xahar biex jiddeċiedu jekk jissottomettux espressjoni ta' interess, fuq il-bażi ta' memorandum ta' informazzjoni li seta' jintalab mingħand il-bejjiegħ. Sussegwentement, l-investituri li ssottomettew espressjoni ta' interess kellhom madwar tliet ġimgħat biex jevalwaw l-informazzjoni pprovduta lilhom matul diliġenza dovuta (41) u jiddeċiedu jekk jissottomettux offerta indikattiva sal-15 ta' Ottubru 2012. L-investituri kollha li ssottomettew offerti indikattivi kellhom il-possibbiltà li jieħdu sehem f'laqgħa ta' informazzjoni mal-bejjiegħ. L-iskadenza għall-offerti vinkolanti kienet l-20 ta' Novembru 2012. |
|
(205) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li diġà minn qabel il-pubblikazzjoni tal-avviż dwar kuntratt, il-bejjiegħ iddetermina l-kriterji skont liema kellha tingħażel l-aħjar offerta ekonomika u kkomunika l-kriterji rilevanti lill-offerenti mill-bidu tal-proċedura. |
|
(206) |
It-tielet, ma kien hemm ebda diskriminazzjoni bejn l-offerenti fi kwalunkwe stadju tal-proċess tal-offerti. L-offerenti kollha rċievew l-istess informazzjoni u kjarifiki dwar ir-regoli u l-proċeduri tal-offerta, l-iskadenzi għas-sottomissjoni ta' offerti, u dwar FLG. Ebda offerent ma ġie offrut esklużività fin-negozjati. Fl-aħħar fażi, tliet offerenti ssottomettew offerti vinkolanti. |
|
(207) |
Wara li evalwat l-offerti vinkolanti fuq il-bażi tal-kriterji ddeterminati qabel il-bidu tal-proċedura, Hansestadt Lübeck waslet għall-konklużjoni li 3Y għamlet l-aħjar offerta ekonomikament. Hansestadt Lübeck issuġġeriet il-konklużjoni tal-kuntratt tal-bejgħ lill-Bürgerschaft. Il-Bürgerschaft iddeċieda fid-29 ta' Novembru 2012 li jaċċetta l-offerta ta' Yasmina u l-assi ta' FLG inbiegħu lil 3Y, li kienet stabbilixxiet lil Yasmina għal dak l-għan, b'effett mill-1 ta' Jannar 2013. |
|
(208) |
Ir-raba', proċedura tal-offerti għall-bejgħ ta' assi hi inkondizzjonata meta xerrej potenzjali ġeneralment ikun liberu li jakkwiżixxi l-assi u jużahom għall-iskopijiet tiegħu stess indipendentement minn jekk joperax ċerti negozji (42). F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota li l-avviż dwar kuntratt ippubblikat għall-finijiet tal-bejgħ tal-assi ta' FLG speċifika li x-xerrej jenħtieġ li jkompli bl-operat tal-ajruport. Barra minn hekk, Yasmina, l-offerent rebbieħ, ħallset prezz tax-xiri finali ta' EUR […] għax-xiri tal-assi ta' FLG. Yasmina daħlet ukoll f'żewġ kuntratti ta' lokazzjoni għall-infrastruttura, għall-art u għall-assi fis-sjieda ta' Hansestadt Lübeck. Il-lokazzjoni ammontat għal EUR […] fis-sena u għal EUR […] fis-sena, rispettivament. Fl-istess ħin, Hansestadt Lübeck ħadet impenn li tipprovdi għotja ta' investiment li tammonta għal EUR […] lil Yasmina jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. Il-bejgħ tal-assi ta' FLG kien marbut direttament mal-għotja ta' investiment futura lil Yasmina. Peress li l-għotja futura kienet ikbar mill-prezz tax-xiri, il-prezz tal-bejgħ kien negattiv. |
|
(209) |
Fid-dawl ta' dawn l-elementi, il-Kummissjoni tiddubita mill-inkondizzjonalità tal-proċedura għall-għoti ta' kuntratt. Jekk il-bejgħ tal-assi jitwettaq permezz ta' proċedura kondizzjonata, ma jistax jiġi presupponut li t-tranżazzjoni kienet konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq minħabba l-proċedura għall-għoti ta' kuntratt. Għaldaqstant, il-Kummissjoni mhix f'pożizzjoni biex tikkonkludi dwar il-kwistjoni ta' jekk Yasmina ħallsitx prezz tas-suq għall-assi ta' FLG. Jekk Yasmina tabilħaqq ħallset inqas mill-prezz tas-suq, dan ikun jindika lejn id-direzzjoni tal-eżistenza ta' kontinwità ekonomika. |
7.2.2.3. Identità tax-xerrej
|
(210) |
Ix-xerrej kien Yasmina, sussidjarja ta' 3Y. L-uniku azzjonist ta' 3Y kien iċ-ċittadin Sawdi Adel Mohammed Saleh M. Alghanmi. Yasmina kienet impriża privata b'ebda rabta preċedenti ma' FLG jew ma' Hansestadt Lübeck. Il-fatt li Yasmina kienet indipendenti minn FLG kif ukoll mill-awtoritajiet pubbliċi jindika li ma kien hemm ebda kontinwità ekonomika. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-identità tax-xerrej ma jindikax lejn id-direzzjoni tal-eżistenza ta' kontinwità ekonomika. |
7.2.2.4. Il-mument tal-bejgħ
|
(211) |
Hansestadt Lübeck kellha l-għan li tipprivatizza l-ajruport qabel ma l-Kummissjoni bdiet kwalunkwe investigazzjoni. Wara li l-ewwel privatizzazzjoni lil Infratil ma rnexxietx fl-2009, Hansestadt Lübeck bdiet bit-tieni tentattiv fl-2012, li rnexxa bil-privatizzazzjoni tal-ajruport lil Yasmina. Il-bejgħ lil Yasmina seħħ wara d-Deċiżjonijiet tal-ftuħ tal-2007 u tal-2012, iżda qabel ma l-Kummissjoni kienet laħqet ħadet kwalunkwe deċiżjoni finali. Il-fatt li l-bejgħ tal-ajruport hu parti mill-isforzi kontinwi ta' Hansestadt Lübeck biex tipprivatizza l-ajruport jindika li dan mhuwiex tentattiv deliberat biex tipprova tevita l-irkupru tal-għajnuna. It-twaqqit tal-proċess tal-bejgħ jindika lejn id-direzzjoni tal-assenza ta' kontinwità ekonomika. |
|
(212) |
Barra minn hekk, il-Qorti qabel kienet iddikjarat li jkun hemm kontinwità ekonomika meta jkun hemm il-“fatt oġġettiv li t-trasferiment kellu l-effett li jiġi evitat l-obbligu li titħallas lura l-għajnuna kontenzjuża” (43). Madankollu, peress li fil-każ attwali, ma kienet ittieħdet ebda deċiżjoni mill-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta' għajnuna fl-ajruport ta' Lübeck mill-2007, meta l-każ infetaħ għall-ewwel darba, ma jistax jiġi konkluż li tali intenzjoni kienet preżenti fi żmien il-privatizzazzjoni. Għall-kuntrarju, f'dan il-każ, Hansestadt Lübeck aġixxiet b'mod ekonomikament konsistenti, peress li l-privatizzazzjoni tal-ajruport kienet prevista qabel ma l-Kummissjoni fetħet il-kwistjoni dwar l-għajnuna possibbli mill-Istat fl-ajruport ta' Lübeck (44). |
|
(213) |
Barra minn hekk, il-Qorti qabel kienet iddikjarat li jista' jkun hemm kontinwità ekonomika meta kumpanija tkun inħolqot biex tkompli wħud mill-attivitajiet ta' impriża li tkun saret insolventi (45). Madankollu, dan mhuwiex il-każ, peress li Hansestadt Lübeck nediet u ffinalizzat il-bejgħ lil Yasmina mingħajr ma FLG kienet insolventi. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-mument tal-bejgħ ma jindikax lejn id-direzzjoni ta' kontinwità ekonomika. |
7.2.2.5. Loġika ekonomika tal-operazzjoni
|
(214) |
Fis-sottomissjoni tal-espressjoni ta' interess tagħha, Yasmina ppreżentat pjan ta' direzzjoni tan-negozju ambizzjuż li kellu l-għan li jittrasforma l-ajruport ta' Lübeck f'ajruport modern magħmul attraenti għal firxa ta' impriżi. Il-pjan kien li jiġu attirati negozji b'park kummerċjali modern b'teknoloġija avvanzata, li kellu jinkludi swali taċ-ċinema, banek, kafetteriji, ristoranti u faċilitajiet ta' parkeġġ b'korsi tat-testijiet speċjali, korsa tal-go carts, ice rink,ħwienet tal-moda, lukanda boutique, ċentru tal-konvenzjonijiet, kif ukoll villaġġ għall-bejgħ tal-ħwejjeġ fil-livell tal-konsumatur. Barra minn hekk, kien hemm il-ħsieb li jinbena Villaġġ tal-Merkanzija, li jgħaqqad il-passaġġi fuq l-ilma ma' passaġġi fuq l-art u bl-ajru u li jagħmel it-trasport iktar faċli. Dan inkluda possibbiltajiet ta' ħżin, runways itwal u infrastruttura tal-manutenzjoni. Barra minn hekk, kienu previsti modifiki ulterjuri fil-pjan attwali ta' direzzjoni tan-negozju bħal fjuwil irħos għal inġenji tal-ajru żgħar, servizz ta' self-check-in, operazzjonijiet b'bażi fissa b'passiġġieri VIP lussużi, reklamar tal-ajruport bħala post għal spettali tal-ajruplani u għal konvenzjonijiet tal-avjazzjoni. Fl-istess ħin, l-ajruport ta' Lübeck kellu jkompli jopera bħala ajruport, jiġifieri joffri titjiriet charter u skedati. Minn perspettiva ex ante, l-ajruport ta' Lübeck kellu jibqa' ajruport, iżda bi pjan ta' direzzjoni tan-negozju differenti. |
|
(215) |
Il-Kummissjoni tosserva li filwaqt li l-kunċett tan-negozju ta' Yasmina varja mill-attivitajiet imwettqa minn FLG, Yasmina xorta waħda ppjanat li toffri attivitajiet tal-avjazzjoni simili bħal FLG. Kollox ma' kollox, dan jidher li jindika lejn id-direzzjoni tal-eżistenza ta' kontinwità ekonomika. Il-fatt li ex post, Yasmina rnexxielha biss toffri attivitajiet tal-avjazzjoni mnaqqsa, hekk kif Ryanair ħalliet lil Lübeck biex tibda ttir mill-ajruport ta' Ħamburg fil-viċin, ma jbiddilx din il-konklużjoni. |
7.2.2.6. Konklużjoni dwar il-kontinwità ekonomika bejn FLG u Yasmina
|
(216) |
Il-Kummissjoni tosserva li wħud mill-indikaturi jimmiraw lejn nuqqas ta' kontinwità ekonomika bejn FLG u Yasmina u wħud jimmiraw lejn l-eżistenza ta' kontinwità ekonomika. Iktar importanti minn hekk, il-Kummissjoni ma tistax teskludi li Yasmina ħallset inqas mill-prezz tas-suq għall-assi ta' FLG. Għaldaqstant, filwaqt li wħud mill-indikaturi jimmiraw lejn in-nuqqas ta' kontinwità ekonomika, il-Kummissjoni ma tistax telimina għalkollox il-possibbiltà li xorta waħda kien hemm kontinwità ekonomika bejn FLG u Yasmina. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li, fi kwalunkwe każ, 3Y u Yasmina ġew xolti sadanittant. Jiġifieri anki li kieku kien hemm kontinwità ekonomika bejn FLG u Yasmina, l-obbligu ta' rkupru ma jistax jibqa' jiġi estiż għal Yasmina. |
7.2.3. Kontinwità ekonomika bejn FLG u PuRen
|
(217) |
Jekk kien hemm kontinwità ekonomika bejn FLG u Yasmina, u peress li sadanittant Yasmina ġiet xolta, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk ix-xerrej tal-assi ta' Yasmina bbenefikax mill-għajnuna potenzjali mill-Istat lil FLG u jekk l-obbligu ta' rkupru jkollux jiġi estiż għal dan ix-xerrej. |
|
(218) |
Qabel ma ġiet dissolta Yasmina, l-assi tagħha nbiegħu lil investitur privat ieħor, PuRen. Il-Kummissjoni tinnota li l-assi ta' Yasmina nbiegħu fi proċediment ta' insolvenza ssorveljat minn qorti f'konformità mal-liġi tal-Ġermanja dwar l-insolvenza (46). Dan jidher li jindika li fi kwalunkwe każ, jekk kien hemm kontinwità ekonomika bejn FLG u Yasmina, il-katina tal-kontinwità ekonomika nkisret f'dan l-istadju. Għaldaqstant, PuRen ma bbenefikatx mill-għajnuna potenzjali mill-Istat lil FLG. |
7.2.4. Vantaġġ lill-attività ekonomika mibjugħa
|
(219) |
Lanqas l-attività ekonomika ewlenija li kienet teżerċita FLG, jiġifieri l-operat tal-ajruport ta' Lübeck, m'għadha teżisti, peress li l-ajruport ta' Lübeck waqaf jopera titjiriet skedati u titjiriet charter. Fid-data ta' din id-Deċiżjoni, ebda linja tal-ajru mhi qed taqdi l-ajruport ta' Lübeck. Għaldaqstant, l-attività ekonomika mibjugħa lanqas ma setgħet tibbenefika mill-għajnuna potenzjali mill-Istat lil FLG. |
|
(220) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk il-prezz tal-bejgħ negattiv imħallas minn Yasmina għall-assi ta' FLG xorta waħda setax ipprovda vantaġġ lill-attività ekonomika mibjugħa, (47) f'dan il-każ lill-ajruport. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk Hansestadt Lübeck ġabitx ruħha bħal MEO. Il-kostijiet tal-bejgħ tal-ajruport ikollhom jitqabblu mal-kostijiet ta' xenarju kontrofattwali, li fil-każ attwali seta' jkun l-għeluq tal-ajruport jew l-operat issoktat tal-ajruport minn FLG. |
|
(221) |
Madankollu, peress li fid-data ta' din id-Deċiżjoni, ebda linja tal-ajru ma sservi l-ajruport u, għalhekk, ma hi offruta ebda titjira skedata jew titjira chartered lil jew mill-ajruport ta' Lübeck, il-Kummissjoni tqis li ma hemmx bżonn li jiġi vvalutat jekk il-prezz tal-bejgħ negattiv tax vantaġġ lill-attività ekonomika mibjugħa. L-attività ekonomika mibjugħa għebet mis-suq. |
|
(222) |
Din is-sejba hi mingħajr ħsara għall-valutazzjoni ta' jekk l-iktar bejgħ riċenti tal-ajruport ta' Lübeck lil Stöcker involviex għajnuna mill-Istat lix-xerrej. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar lill-Ġermanja li kwalunkwe miżura mmirata biex tħejji l-ajruport ta' Lübeck biex jieħu titjiriet skedati jew titjiriet charter fil-futur hi soġġetta għall-kontroll tal-għajnuna mill-Istat u jkollha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni. |
7.2.5. Konklużjoni
|
(223) |
Il-Kummissjoni ssib li ma hemm ebda bżonn li tittieħed deċiżjoni dwar jekk għajnuna potenzjali mill-Istat lil FLG tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE u, jekk iva, jekk it-tali għajnuna mill-Istat tistax tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern. L-entità ġuridika FLG ma baqgħetx teżisti u hekk ukoll l-attività ekonomika tagħha. Barra minn hekk, anki jekk kien hemm kontinwità ekonomika bejn FLG u Yasmina, ma jkunx għadu possibbli li tiġi rkuprata l-għajnuna mingħand Yasmina peress li ġiet xolta u l-assi tagħha nbiegħu fi proċedimenti ta' insolvenza ssorveljati mill-qorti f'konformità mal-liġi tal-Ġermanja dwar l-insolvenza. |
7.3. GĦAJNUNA POSSIBBLI MILL-ISTAT FAVUR INFRATIL
7.3.1. Bejgħ tal-ishma f'FLG
7.3.1.1. Vantaġġ
|
(224) |
Vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 107 (1) TFUE hu kull benefiċċju ekonomiku li impriża ma kinitx tikseb fil-kundizzjonijiet tas-suq normali, jiġifieri fin-nuqqas ta' intervent mill-Istat (48). |
|
(225) |
Skont l-Artikolu 345 TFUE, “It-Trattati għandhom ikunu bla ebda preġudizzju għas-sistema ta' proprjetà fl-Istati Membri”. Il-privatizzazzjoni ta' impriża – trasferiment mis-settur pubbliku għas-settur privat – hi għażla ta' politika ekonomika li, minnha nfisha, taqa' taħt il-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri. |
|
(226) |
F'konformità mal-ġurisprudenza stabbilita (49) u mal-prattika tal-Kummissjoni (50), meta Stat Membru jbigħ ishma f'impriżi, ix-xerrej ma jirċievi ebda vantaġġ jekk l-imġiba tal-Istat Membru tkun konsistenti ma' dik ta' MEO. Dan ikun il-każ meta azzjonist privat ipotetiku, immotivat mill-prospett ta' profitt, ikun jidħol fit-tranżazzjoni. B'hekk, kunsiderazzjonijiet mhux ekonomiċi, bħal raġunijiet tal-politika industrijali, kunsiderazzjonijiet tal-impjiegi jew objettivi tal-iżvilupp reġjonali ma jistgħux jiġu kkunsidrati. Dan il-prinċipju ġie kkonfermat ripetutament mill-Kummissjoni u mill-Qorti (51). |
|
(227) |
Fis-sentenza tagħha ta' Stardust Marine, il-Qorti qalet li, “[…] sabiex ikun eżaminat jekk l-Istat adottax jew le l-imġiba ta' investitur prudenti li jopera f'ekonomija tas-suq, jeħtieġ li wieħed iqiegħed lilu nnifsu fil-kuntest tal-perjodu li matulu jkunu ttieħdu l-miżuri ta' appoġġ finanzjarju, sabiex jivvaluta r-razzjonalità ekonomika tal-imġiba tal-Istat u, b'hekk, joqgħod lura milli jagħmel xi valutazzjoni msejsa fuq sitwazzjoni sussegwenti [traduzzjoni mhux uffiċjali]”. (52) |
|
(228) |
Għaldaqstant, biex jiġi vvalutat jekk Hansestadt Lübeck aġixxietx bħala MEO meta pprivatizzat l-ajruport ta' Lübeck, hemm bżonn li jiġu evalwati l-għażliet differenti li kellha Hansestadt Lübeck dak iż-żmien, biex jiġi vverifikat jekk Hansestadt Lübeck għażlitx l-iktar għażla finanzjarjament vantaġġuża disponibbli. Fil-prinċipju, valutazzjoni mwettqa minn kumpanija tal-awditjar indipendenti waħda jew iktar tista' sservi bħala evidenza għall-valur tas-suq ta' tranżazzjoni. |
|
(229) |
Fl-2004, Hansestadt Lübeck ordnat valwazzjoni tal-għeluq u tal-kontinwazzjoni tal-ajruport minn bank privat indipendenti (53) (“l-istudju ta' Berenberg”). L-istudju ta' Berenberg ivvaluta l-valur fl-agħar u fl-aħjar xenarji tal-għażliet li ġejjin: Tabella 9 Għażliet ta' HL u valwazzjoni minn Berenberg Consult
|
|
(230) |
Id-data ta' referenza (Stichtag) kienet il-31 ta' Diċembru 2003. L-istudju ta' Berenberg ikkonkluda li l-kostijiet għall-issoktar tal-operazzjonijiet tal-ajruport ikunu jammontaw għal EUR […]. L-istudju ta' Berenberg ħareġ bi stima ta' dawn il-kostijiet bis-suppożizzjoni li l-ajruport ikompli jagħmel it-telf fis-snin segwenti. Għall-għażla ta' privatizzazzjoni, il-valwazzjoni stmat li l-kostijiet jammontaw għal bejn EUR […] u EUR […]. Din il-valwazzjoni inkludiet prezz tax-xiri pożittiv ta' EUR […]. Peress li xerrej potenzjali tal-ajruport ikun jirrifletti t-telf mistenni fil-prezz tax-xiri tiegħu, dan il-prezz stmat jindika li l-valwazzjoni assumiet profittabilità wara l-privatizzazzjoni. Is-suppożizzjoni tal-profittabilità tista' tiġi spjegata mill-effiċjenza ikbar wara l-privatizzazzjoni u minn tkabbir mistenni fin-numri ta' passiġġieri. Għaldaqstant, hi sostanzjata. B'mod partikolari, Ryanair kienet ħabbret li se toħloq bażi fl-ajruport ta' Lübeck f'każ ta' estensjoni tar-runway. |
|
(231) |
Fuq din il-bażi, Hansestadt Lübeck iddeċidiet li tiftaħ il-proċess ta' privatizzazzjoni tal-ajruport peress li din kienet l-iktar għażla finanzjarjament vantaġġuża disponibbli. Il-Kummissjoni tinnota li l-istudju ta' Berenberg kien qed jistenna li kien possibbli li jinbiegħu l-attivitajiet tal-ajruport bi prezz pożittiv, filwaqt li, li kieku kellhom jibqgħu pubbliċi, dawn l-attivitajiet kienu mistennija jibqgħu jagħmlu t-telf. |
|
(232) |
Il-ftehim konkluż bejn Hansestadt Lübeck u Infratil jikkonsisti f'diversi elementi u fih xenarji differenti li jirriflettu s-sitwazzjoni f'Ottubru 2005. |
|
(233) |
Peress li l-approvazzjoni tal-ippjanar ġiet sospiża bis-sentenza ta' OVG Schleswig f'Lulju 2005 (ara l-premessa (78)), Infratil ma tħallietx tespandi l-ajruport. Għaldaqstant, il-valur ta' FLG naqas. Barra minn hekk, l-espansjoni ppjanata tas-servizzi minn Ryanair, u b'hekk il-profittabilità tal-ajruport, kienu ferm dipendenti fuq il-kisba tal-approvazzjoni tal-ippjanar fil-futur. |
|
(234) |
Infratil, li hi investitur minn New Zealand u wieħed mill-ewwel investituri privati li investa f'ajruport reġjonali fl-Ewropa kontinentali, kellha biss bażi ta' informazzjoni żgħira għall-valutazzjoni tar-riskju tagħha. Fuq il-bażi tal-esperjenza fl-imgħoddi u tal-għarfien dwar il-proċedimenti amministrattivi tal-Ġermanja, Hansestadt Lübeck setgħet tistenna b'mod raġjonevoli li l-approvazzjoni tal-ippjanar kienet se tinkiseb. Fl-istess ħin, Hansestadt Lübeck kellha taċċetta li Infratil tkun tattribwixxi riskju ikbar għall-proċess ta' approvazzjoni tal-ippjanar u b'hekk Hansestadt Lübeck kellha taċċetta li Infratil ma tkunx lesta li tħallas il-prezz tax-xiri sħiħ mill-bidu. Ir-riżultat kien in-negozjar ta' opzjoni put kif ukoll il-qsim tal-prezz tax-xiri fil-Prezz tax-Xiri I pagabbli minnufih u l-Prezz tax-Xiri II li kellu jitħallas biss jekk u ladarba tinkiseb l-approvazzjoni tal-ippjanar. Minħabba ċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-azzjonist privat kien jinnegozja opzjonijiet simili. |
|
(235) |
Il-Kummissjoni kellha tivvaluta wkoll jekk il-prezz tat-tranżazzjoni stipulat għall-opzjonijiet innegozjati kienx jissodisfa r-rekwiżiti tas-suq. |
Prezz tax-Xiri I (EUR […]) u l-opzjoni put
|
(236) |
F'dan ix-xenarju, il-kundizzjonijiet speċifikati fil-Ftehim ta' Parteċipazzjoni tal-2005 mhumiex issodisfati u l-approvazzjoni tal-ippjanar ma nkisbitx. B'hekk, Infratil m'għandhiex għalfejn tħallas il-Prezz tax-Xiri II. L-istudju tal-kumpanija ta' konsulenza indipendenti Ecorys, ikkummissjonat mill-Kummissjoni, juri li mingħajr l-estensjoni, l-ajruport ta' Lübeck kien mistenni li jagħmel it-telf: Figura 2 VPN (90 % tal-valur tal-ekwità) u l-prezz tax-xiri fix-xenarju inferjuri (…) |
|
(237) |
F'dawn iċ-ċirkustanzi, Infratil kienet tkun mistennija teżerċita l-opzjoni put. Għaldaqstant, il-Prezz tax-Xiri I jikkostitwixxi prezz sempliċiment simboliku, miksub bi strateġija ta' ħruġ għal Infratil biex treġġa' lura t-tranżazzjoni. Peress li f'dan ix-xenarju l-operat tal-ajruport ma jħallix profitt, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-prezz pożittiv ta' EUR […] jikkonforma mal-kundizzjonijiet tas-suq u li ma ngħata ebda vantaġġ ekonomiku lil Infratil. |
|
(238) |
Il-prezz tal-opzjoni put ta' EUR […] (li għandu jitħallas minn Hansestadt Lübeck) jikkonsisti primarjament fil-pagamenti għal self tal-azzjonisti, fl-investimenti, fit-telf operatorju, u fil-kostijiet għall-proċess ta' approvazzjoni tal-ippjanar – kostijiet li Hansestadt Lübeck kien ikollha tkopri mingħajr il-privatizzazzjoni tal-ajruport. Fid-dawl tal-komponenti differenti tal-prezz, l-opzjoni put tkun ekwivalenti għat-treġġigħ lura tal-ftehim, b'tali mod li treġġa' lura t-tranżazzjoni oriġinali. |
|
(239) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-akkwiżizzjoni tat-telf operatorju hi limitata għal EUR […]. Madankollu, jista' jiġi konkluż mit-telf tal-ajruport fis-snin ta' qabel il-privatizzazzjoni li Infratil kellha tkun taf li t-telf attwali kien jaqbeż dan il-limitu b'ħafna, f'każ li fih l-ajruport ta' Lübeck ma jikbirx kif mistenni. Tabella 10 It-telf ta' FLG 1995-2010 f'EUR (f'1 000 )
|
|
(240) |
Meta tiġi estrapolata ż-żieda tat-telf mit-tliet snin qabel il-privatizzazzjoni (2002-2004), għall-perjodu bejn l-1 ta' Ottubru 2005 u l-31 ta' Diċembru 2008 jista' jkun mistenni telf ta' iktar minn EUR […]. Anki jekk it-telf mis-sena ta' qabel il-privatizzazzjoni jiġi ssoponut li jibqa' kostanti, seta' jkun mistenni telf ta' EUR […].Għaldaqstant, fil-każ ta' bejgħ mill-ġdid tal-ishma, u b'kunsiderazzjoni tal-fatt li Hansestadt Lübeck kienet tieħu EUR […] f'telf hi stess, Infratil setgħet tkun taf b'mod raġjonevoli li kien ikollha ġġarrab telf addizzjonali ta' bejn EUR […] u EUR […]. Din l-istima hi sostnuta minn data ex post, li skont din l-ajruport kien akkumula telf li ammonta għal EUR […] fil-perjodu inkwistjoni. |
|
(241) |
Hu ċar li bejjiegħ privat ma kienx ikun jista' jinnegozja prezz tal-opzjoni put iktar favorevoli. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li Hansestadt Lübeck aġixxiet bħal MEO meta nnegozjat l-opzjoni put u li ma ngħata ebda vantaġġ ekonomiku lil Infratil. |
Il-Prezz tax-Xiri II (EUR […])
|
(242) |
Il-Prezz tax-Xiri II ta' EUR […] kellu jitħallas minn Infratil biss jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet li żguraw il-profittabilità tal-ajruport. |
|
(243) |
Il-prezz jikkorrispondi għall-prezz tal-bejgħ innegozjat mill-partijiet f'Marzu 2005 matul il-proċedura għall-għoti ta' kuntratt. |
|
(244) |
L-eżistenza ta' vantaġġ ekonomiku tista' tiġi eskluża, jekk il-bejgħ jikkonforma mal-kundizzjonijiet tas-suq. Dan jista' jiġi ssoponut meta bejgħ isir permezz ta' proċedura ta' offerti pubblika u meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin (54):
|
|
(245) |
Dawn il-kundizzjonijiet ġew issodisfati mill-proċedura ta' offerti li saret f'Marzu 2005. Peress li kien hemm ħames impriżi differenti li indikaw l-interess tagħhom li jixtru l-ajruport, ma jidhirx li Infratil biss setgħet tissottometti offerta kredibbli. Barra minn hekk, il-proċedura pubblika għall-għoti ta' kuntratt tfasslet biex tiżgura kompetizzjoni effettiva u nondiskriminatorja skont id-dritt nazzjonali tal-Ġermanja. |
|
(246) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-prezz tal-bejgħ fl-ewwel ftehim ta' xiri ta' Marzu 2005 ammonta għal EUR […]. Madankollu, it-termini tal-ftehim reġgħu ġew innegozati f'Ottubru 2005. Il-kundizzjonijiet li rriżultaw għall-Prezz tax-Xiri II, kif ukoll it-tnaqqisijiet miftiehma msemmija fil-premessa 83 ma kinux eżitu tal-proċedura oriġinali għall-għoti ta' kuntratt. Għaldaqstant, biex jiġi vvalutat jekk il-prezz maqbul jissodisfax ir-rekwiżiti tas-suq, irid jiġi applikat il-prinċipju tal-MEO. |
|
(247) |
Biex jiġi stabbilit jekk Hansestadt Lübeck kinitx tkun tista' tinnegozja prezz tax-xiri ogħla, iridu jiġu kkunsidrati ċ-ċirkustanzi prevalenti, b'mod partikolari l-livell ta' riskju mill-eżerċizzju tal-opzjoni put għal Infratil u t-telf potenzjali li jirriżulta minn dan. |
|
(248) |
Kif spjegat fil-premessa 240 anki b'kunsiderazzjoni tat-telf ta' EUR […] kopert minn Hansestadt Lübeck, Infratil bilfors li kienet qed tistenna telf finanzjarju addizzjonali ta' bejn EUR […] u EUR […] meta eżerċitat l-opzjoni put. Għalhekk, minn perspettiva ex ante, Infratil kienet qed taffaċċja s-sitwazzjoni li potenzjalment tagħmel profitti fil-każ ta' materjalizzazzjoni tat-tieni xenarju, filwaqt li fl-istess ħin tirriskja telf kbir fil-każ tal-eżerċizzju tal-opzjoni put. |
|
(249) |
Il-Ġermanja ddikjarat li mill-perspettiva tal-2005, Hansestadt Lübeck qieset li kien ferm improbabbli li l-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-opzjoni put jimmaterjalizzaw irwieħhom, jiġifieri li l-approvazzjoni tal-ippjanar ma tinkisibx u li n-numru ta' passiġġieri jkun inqas minn […]. |
|
(250) |
Madankollu, kif innotat fil-premessa 234, Hansestadt Lübeck bilfors li missha stenniet li Infratil tattribwixxi riskju ogħla għall-proċess ta' approvazzjoni tal-ippjanar. |
|
(251) |
Fir-rigward tan-numri tal-passiġġieri, il-Ġermanja targumenta li Ryanair ħabbret li se tistabbilixxi bażi fl-ajruport ta' Lübeck jekk ir-runways eżistenti jitkabbru u li l-istabbiliment ta' bażi kien mistenni li jwassal għal numri ta' passiġġieri ta' […] fis-sena. |
|
(252) |
Il-Kummissjoni tinnota li n-numri ta' passiġġieri attwali fl-ajruport ta' Lübeck ma kinux jilħqu dan il-livell limitu iżda, minflok, naqsu bejn l-2005 u l-2008 għal 544 339 fl-2008 (ara t-Tabella 1). Madankollu, f'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota li ċ-ċirkustanzi, bħall-effetti tal-kriżi finanzjarja, li ma setgħux jiġu antiċipati fl-2005, jistgħu jispjegaw devjazzjoni sinifikanti bejn in-numri ta' passiġġieri mistennija u attwali. |
|
(253) |
L-istudju ta' Ecorys ikkummissjonat mill-Kummissjoni kif ukoll il-perizja mfassla minn Ernst & Young ordnata minn HL fl-2005 stennew li n-numri ta' passiġġieri jiżdiedu għal […] fl-2008. Din iċ-ċifra kienet ibbażata fuq is-suppożizzjoni li approvazzjoni tal-ippjanar tinkiseb fl-ewwel nofs tal-2008 u li x-xogħlijiet ta' kostruzzjoni fl-ajruport ta' Lübeck jiġu posposti sa tmiem l-2008. |
|
(254) |
Fuq il-bażi ta' dawn in-numri, kien ikun pjuttost raġonevoli li Hansestadt Lübeck tikkunsidra l-possibbiltà li n-numri ta' passiġġieri jibqgħu f'livell inqas mil-livell limitu ta' […]. Peress li l-ilħuq tal-livell limitu tan-numru ta' passiġġieri kien prekundizzjoni biex titwarrab l-opzjoni put, u peress li l-kisba tal-approvazzjoni tal-ippjanar kienet inċerta, l-eżerċizzju tal-opzjoni put kellu jiġi kkunsidrat bħala għażla. |
|
(255) |
B'hekk, fid-dawl tal-possibbiltà raġjonevoli li Infratil teżerċita l-opzjoni put u r-riskju korrispondenti ta' telf għoli, il-Kummissjoni tassumi li azzjonist privat ma kienx ikun jista' jinnegozja prezz tax-xiri ogħla, peress li, inkella, in-negozju ma kienx ikun iħalli profitt għal investitur potenzjali. |
|
(256) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis id-deċiżjoni ta' Hansestadt Lübeck li taċċetta prezz tal-bejgħ ta' EUR […] bit-tnaqqisiet maqbula kif speċifikati fil-Ftehim ta' Parteċipazzjoni tal-2005 hi ekonomikament valida. |
|
(257) |
Dan ir-riżultat jikkorrispondi għas-sejbiet tal-istudju ta' Ernst & Young, li jistma d-dħul mill-bejgħ tal-ishma f'FLG għal madwar EUR […] u, għalhekk, jikkonkludi li l-prezz miftiehem kien jiġi aċċettat minn investitur privat f'sitwazzjoni komparabbli. |
|
(258) |
L-istudju ta' Ecorys jistma valur tas-suq ferm ogħla għall-ishma ta' madwar EUR […]. Madankollu, l-istudju ma jikkunsidrax ir-riskji finanzjarji għoljin għal Infratil meta teżerċita l-opzjoni put kif spjegat fil-premessi 247 u 248. Fl-istudju ta' Ecorys, dan ir-riskju hu stabbilit għal żero u, għalhekk, mhuwiex meħud f'kunsiderazzjoni fl-istima tal-Prezz tax-Xiri II. In-numri li jvarjaw użati għall-kalkolu fir-rigward tal-investimenti/CAPEX jikkontribwixxi iktar għal valutazzjoni tar-riskju differenti taż-żewġ studji. |
|
(259) |
Barra minn hekk, l-użu ta' rati differenti ta' tkabbir fin-numru ta' passiġġieri jwassal għal differenza sostanzjali fir-riżultati tal-istudji. |
|
(260) |
Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Prezz tax-Xiri II kif speċifikat fil-Ftehim ta' Parteċipazzjoni tal-2005 jikkonforma mal-kundizzjonijiet tas-suq u li ma ngħata ebda vantaġġ ekonomiku lil Infratil. |
7.3.1.2. Konklużjoni dwar il-profittabilità ġenerali tan-negozju
|
(261) |
Mill-valutazzjoni tal-miżura stabbilita hawn fuq isegwi li Hansestadt Lübeck kienet qed taffaċċja d-deċiżjoni li jew tagħlaq l-ajruport, biex tkompli bl-operat tagħha li kien qed jagħmel it-telf, jew inkella li tbigħ l-ajruport ta' Lübeck. Hansestadt Lübeck għażlet l-iktar għażla ekonomika disponibbli meta ddeċidiet li tbigħ l-ajruport. Meta jiġu vvalutati t-termini konkreti tal-Ftehim ta' Parteċipazzjoni tal-2005, trid tiġi kkunsidrata l-interrelazzjoni taż-żewġ xenarji (jiġifieri l-Prezz tax-Xiri I u l-opzjoni put u l-Prezz tax-Xiri II). Peress li nstab li minn perspettiva ex ante kien raġjonevoli li jiġi kkunsidrat kemm il-pagament tal-Prezz tax-Xiri II kif ukoll l-eżerċizzju tal-opzjoni put bħala possibbli, iridu jiġu kkunsidrati r-riskji għaż-żewġ partijiet li rriżultaw minn dan. Speċjalment fir-rigward tat-telf finanzjarju potenzjali ta' Infratil li jirriżulta mill-eżerċizzju tal-opzjoni put, il-Kummissjoni tqis li hu improbabbli li bejjiegħ privat minflok Hansestadt Lübeck kien jirnexxilu jinnegozja ftehim iktar favorevoli. |
|
(262) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li Hansestadt Lübeck aġixxiet bħal MEO meta nnegozjat il-Ftehim ta' Parteċipazzjoni tal-2005. B'riżultat ta' dan, il-miżura ma tatx lil Infratil xi vantaġġ ekonomiku u ma kkostitwixxietx għajnuna mill-Istat. |
7.3.2. Il-Ftehim Addizzjonali tal-2009 u r-rinegozjar tal-opzjoni put – Akkwiżizzjoni tat-telf, investimenti u kostijiet oħra ta' FLG fl-2009
|
(263) |
Kif stipulat iktar 'il fuq, il-Ftehim Addizzjonali tal-2009 iffirmat fit-12 ta' Novembru 2008 ma mmodifikax l-ammonti pagabbli għall-opzjoni put skont il-Ftehim ta' Parteċipazzjoni tal-2005, iżda inkluda l-akkwiżizzjoni tat-telf, l-investimenti miftiehma u kostijiet oħra relatati mal-operat tal-ajruport ta' Lübeck fl-2009, li rriżultaw fi prezz totali tal-opzjoni put ta' EUR […] (ara l-premessa 90). |
|
(264) |
Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tagħha tal-2012, il-Kummissjoni kienet fetħet investigazzjonijiet f'żewġ miżuri separati:
Madankollu, fuq il-bażi tal-informazzjoni riċevuta, il-Kummissjoni ssib li dawn iż-żewġ kwistjonijiet jikkonċernaw l-istess miżura, jiġifieri l-Ftehim Addizzjonali tal-2009 bejn Hansestadt Lübeck u Infratil. |
7.3.2.1. Vantaġġ
|
(265) |
Biex tiddetermina jekk il-prezz tal-opzjoni put skont il-Ftehim tal-2009 inkludiex vantaġġ ekonomiku għal Infratil, il-Kummissjoni trid tapplika t-test tal-MEO. Biex tkun tista' tiddetermina jekk Hansestadt Lübeck għażlitx l-iktar għażla finanzjarjament vantaġġuża disponibbli, il-Kummissjoni trid tqiegħed lilha nfisha fil-pożizzjoni ta' azzjonist privat fiż-żmien li fih ġie ffirmat il-ftehim (55). |
|
(266) |
Il-Kummissjoni ssib li wara li Infratil ħabbret l-intenzjoni tagħha li teżerċita l-opzjoni put tagħha fl-2009, Hansestadt Lübeck kienet qed taffaċċja l-għażliet li ġejjin:
|
|
(267) |
L-għażla ta' għeluq tal-ajruport (l-għażla a) tkun teħtieġ li Hansestadt Lübeck tħallas lura l-prezz tal-opzjoni put ta' EUR […] (ara l-premessa 238) minnufih u tniedi l-proċedura għall-għeluq tal-ajruport, u b'hekk taffaċċja kostijiet addizzjonali (ara l-istudju ta' Berenberg, ippreżentat fit-tabella 9). |
|
(268) |
Fl-ewwel subxenarju tal-għażla b (Hansestadt Lübeck tkompli bl-operat tal-ajruport sakemm jinstab investitur privat ġdid), Hansestadt Lübeck kien ikollha tħallas il-prezz tal-opzjoni put lil Infratil stabbilit fil-Ftehim ta' Parteċipazzjoni tal-2005 u tkopri l-kostijiet kollha li jirriżultaw mill-operat tal-ajruport sakemm jinstab investitur ġdid. B'derivazzjoni mill-prezz tal-opzjoni put imħallas fl-2009 (ara t-Tabella 3), il-kostijiet għat-telf operatorju, għall-investiment, għall-proċess ta' approvazzjoni tal-ippjanar u għall-kostijiet legali biss kienu jammontaw għal EUR […]. Għaldaqstant, diġà minn Ottubru 2009, Hansestadt Lübeck kienet taffaċċja kostijiet ta' madwar EUR […] (il-prezz tal-opzjoni put skont il-Ftehim ta' Parteċipazzjoni tal-2005 flimkien ma' kostijiet operatorji għal Novembru 2008 sa Ottubru 2009). |
|
(269) |
Il-Ġermanja ddikjarat li l-bejgħ mill-ġdid ta' FLG lil investitur privat ġdid kien ikun jeħtieġ proċedura ġdida madwar l-Unjoni għall-għoti ta' kuntratt, li hu stmat li tieħu minimu ta' 12-il xahar. Il-Kummissjoni tinnota li, tabilħaqq, operatur privat kien iqis id-durata stmata tal-proċedura għall-għoti ta' kuntratt. |
|
(270) |
Subxenarju ieħor fl-għażla b kien li jiġi ffirmat il-Ftehim Addizzjonali tal-2009 biex Infratil tinżamm milli teżerċita l-opzjoni sat-22 ta' Ottubru 2009. F'dan ix-xenarju, jekk jiġi supponut li Infratil kienet teżerċita l-opzjoni put tagħha f'Ottubru tal-2009, Hansestadt Lübeck kien ikollha tħallas il-prezz tal-opzjoni put skont il-Ftehim Addizzjonali tal-2009. Peress li dan il-prezz jikkonsisti fil-prezz tal-opzjoni put tal-Ftehim ta' Parteċipazzjoni tal-2005 u f'kostijiet addizzjonali relatati mal-operat tal-ajruport fl-2009, il-kostijiet potenzjali għal Hansestadt Lübeck huma komparabbli għal dawk tat-tieni xenarju. |
|
(271) |
Madankollu, il-Ftehim Addizzjonali tal-2009 kellu vantaġġ għal HL għaliex kien jipprovdi lil Hansestadt Lübeck biż-żmien biex tħejji proċedura ta' offerti biex issib investitur ġdid. Barra minn hekk, it-tluq immedjat ta' Infratil kien iġorr ir-riskju li jwassal biex Ryanair tnaqqas is-servizzi tagħha fl-ajruport ta' Lübeck, u b'hekk potenzjalment tkabbar it-telf operatorju futur. Barra minn hekk, it-tnaqqis tas-servizzi ta' Ryanair seta' kellu impatt negattiv fuq il-proċedura ta' approvazzjoni tal-ippjanar, peress li FLG iġġustifikat il-ħtieġa tagħha għal estensjoni tal-ajruport primarjament bit-tkabbir tas-segment low cost. |
|
(272) |
Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-iffirmar tal-Ftehim Addizzjonali tal-2009 kien l-iktar għażla vantaġġuża disponibbli u li, għalhekk, Hansestadt Lübeck aġixxiet bħal MEO. |
7.3.2.2. Konklużjoni
|
(273) |
Fid-dawl tat-tqabbil tal-għażliet differenti u tal-kostijiet relatati, jista' jiġi konkluż li l-Ftehim Addizzjonali tal-2009 kien konformi mal-prinċipju tal-MEO, peress li kien jikkostitwixxi l-għażla bl-inqas piż finanzjarju u l-iktar waħda li tħares 'il quddiem ekonomikament f'dak iż-żmien. |
|
(274) |
Din is-sejba hi sostnuta mis-suppożizzjoni raġonevoli li Hansestadt Lübeck ma kienx jirnexxilha ssib investitur ġdid fl-2009. Dan wera li hu minnu minn perspettiva ex post, peress li investitur ġdid instab biss fl-2012. |
|
(275) |
Barra minn hekk, l-elementi tal-prezz tal-opzjoni put jikkorrispondu għal dawk skont il-Ftehim ta' Parteċipazzjoni tal-2005 u sempliċiment jespandu l-komponenti tal-prezz tal-opzjoni put għall-kostijiet fl-2009. Bħall-Ftehim ta' Parteċipazzjoni tal-2005, il-Ftehim Addizzjonali tal-2009 fih ukoll limitu għat-telf operatorju u għall-kostijiet ta' investiment li jridu jitħallsu minn Hansestadt Lübeck. |
|
(276) |
Fuq il-bażi ta' dawk il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li ma kien hemm ebda vantaġġ ekonomiku mogħti lil Infratil u li, b'hekk, il-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. |
7.4. GĦAJNUNA POTENZJALI MILL-ISTAT FAVUR RYANAIR
7.4.1. Vantaġġ ekonomiku
|
(277) |
Meta ajruport ikollu riżorsi pubbliċi għad-dispożizzjoni tiegħu, l-għajnuna lil linja tal-ajru tista', fil-prinċipju, tiġi eskluża meta r-relazzjoni bejn l-ajruport u l-linja tal-ajru tissodisfa t-test tal-MEO. |
|
(278) |
Skont il-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni (56), l-eżistenza ta' għajnuna lil linja tal-ajru li tuża ajruport partikolari tista', fil-prinċipju, tiġi eskluża jekk il-prezz mitlub għas-servizzi offruti fl-ajruport ikun jikkorrispondi għall-prezz tas-suq (“l-ewwel approċċ”), jew jekk ikun jista' jintwera, permezz ta' analiżi ex ante – jiġifieri analiżi bbażata fuq l-informazzjoni disponibbli meta tkun ingħatat il-miżura u fuq l-iżviluppi prevedibbli f'dak il-mument – li l-arranġament mal-ajruport/linja tal-ajru jwassal għal kontribuzzjoni ta' profitt inkrementali pożittiv għall-ajruport u hu parti minn strateġija kumplessiva li twassal għall-profittabilità tal-inqas fuq terminu twil (“it-tieni approċċ”). |
|
(279) |
It-tieni approċċ ifisser li jrid jiġi vvalutat jekk, fid-data li fiha ġie konkluż ftehim, operatur prudenti f'ekonomija tas-suq kienx jistenna li l-ftehim ikun profittabbli b'mod inkrementali. Dan għandu jitkejjel permezz tad-differenza bejn id-dħul inkrementali li mistenni jiġi ġġenerat mill-kuntratt (jiġifieri, id-differenza bejn id-dħul li jinkiseb li kieku kellu jiġi konkluż il-kuntratt u d-dħul li jinkiseb fin-nuqqas tal-kuntratt) u l-kostijiet inkrementali li mistennija jiġġarrbu bħala riżultat tal-kuntratt (jiġifieri, id-differenza bejn il-kostijiet li jiġġarrbu li kieku kellu jiġi konkluż il-kuntratt u l-kostijiet li jiġġarrbu fin-nuqqas tal-kuntratt), bil-flussi tal-flus li jirriżultaw jiġu skontati b'rata ta' skont xierqa. |
|
(280) |
Fir-rigward tal-ewwel approċċ (tqabbil mal-“prezz fis-suq”), il-Kummissjoni ma tqisx li, fil-preżent, jista' jiġi identifikat punt ta' riferiment xieraq sabiex jiġi stabbilit prezz tas-suq veru għas-servizzi pprovduti mill-ajruporti (57). Għalhekk, hija tal-fehma li analiżi ex ante tal-profittabbiltà inkrementali hija l-iktar approċċ rilevanti għall-valutazzjoni tal-arranġamenti konklużi mill-ajruporti ma' linji tal-ajru individwali. |
|
(281) |
B'mod ġenerali, ta' min jinnota li l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' MEO abbażi ta' prezz medju fi swieq simili oħrajn tista' tkun utli jekk tali prezz ikun jista' jiġi identifikat jew dedott b'mod raġonevoli minn indikaturi oħrajn tas-suq. Madankollu, dan il-metodu mhuwiex daqstant rilevanti fil-każ tas-servizzi offruti fl-ajruport, billi l-istruttura tal-kostijiet u tad-dħul għandha t-tendenza li tvarja ħafna minn ajruport għal ieħor. Dan minħabba li l-kostijiet u d-dħul jiddependu fuq kemm ajruport ikun żviluppat, l-għadd ta' linji tal-ajru li jużaw l-ajruport, il-kapaċità tiegħu f'termini ta' traffiku tal-passiġġieri, l-istat tal-infrastruttura u l-investimenti relatati, il-qafas regolatorju li jista' jvarja minn Stat Membru għal ieħor u kwalunkwe dejn jew obbligu li jkun daħal għalihom l-ajruport fl-imgħoddi (58). |
|
(282) |
Barra minn hekk, il-liberalizzazzjoni tas-suq tat-trasport bl-ajru tikkomplika kull analiżi purament komparattiva. Barra minn hekk, kif jista' jidher f'dan il-każ, il-prattiki kummerċjali bejn l-ajruporti u l-linji tal-ajru mhux dejjem ikunu bbażati esklussivament fuq skeda ppubblikata ta' tariffi. Għall-kuntrarju, dawn ir-relazzjonijiet kummerċjali jvarjaw ferm. Dawn jinkludu kondiviżjoni tar-riskji fir-rigward tat-traffiku tal-passiġġieri u ta' kwalunkwe responsabbiltà kummerċjali u finanzjarja relatata, skemi ta' inċentivi standard kif ukoll varjazzjonijiet bejn it-tixrid tar-riskji tul it-terminu tal-kuntratti. Konsegwentement, tranżazzjoni waħda ma tistax titqabbel ma' oħra abbażi ta' prezz varjabbli jew prezz għal kull passiġġier. |
|
(283) |
Barra minn hekk, il-valutazzjoni komparattiva mhijiex metodu xieraq biex jiġu stabbiliti l-prezzijiet tas-suq jekk il-valutazzjonijiet komparattivi disponibbli ma jkunux ġew iddefiniti fir-rigward ta' kunsiderazzjonijiet tas-suq jew il-prezzijiet eżistenti jiġu distorti b'mod sinifikanti minn interventi pubbliċi. Tali distorsjonijiet jidhru li huma preżenti fl-industrija tal-avjazzjoni, għar-raġunijiet spjegati fil-paragrafi 57 sa 59 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni: “Ajruporti li huma proprjetà pubblika kienu tradizzjonalment meqjusa mill-awtoritajiet pubbliċi bħala infrastrutturi biex jiffaċilitaw l-iżvilupp lokali u mhux bħala impriżi li joperaw skont ir-regoli tas-suq. Il-prezzijiet ta' dawn l-ajruporti konsegwentement ma jiġux ġeneralment definiti abbażi ta' kunsiderazzjonijiet tas-suq u prospetti ta' profittabiltà ex ante notevolment tajba, iżda essenzjalment abbażi ta' kunsiderazzjonijiet soċjali jew reġjonali. Anki jekk ċerti ajruporti huma proprjetà privata jew ġestiti mingħajr kunsiderazzjonijiet soċjali jew reġjonali, il-prezzijiet mitluba minn dawn l-ajruporti jistgħu jiġu influwenzati bis-sħiħ mill-prezzijiet imposti mill-maġġoranza ta' ajruporti ssussidjati pubblikament minħabba li l-prezzijiet ta' dawn tal-aħħar jitqiesu mil-linji tal-ajru matul in-negozjati tagħhom mal-ajruporti li huma proprjetà privata jew ġestiti privatament. F'dawk iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni għandha dubji serji jekk fil-preżent, jistax ikun identifikat valur referenzjarju xieraq biex ikun identifikat prezz tas-suq realistiku għal servizzi pprovduti minn ajruporti. Din is-sitwazzjoni tista' tinbidel jew tevolvi fil-futur […]” (59). |
|
(284) |
Barra minn hekk, hekk kif irrimarkaw il-qrati tal-Unjoni, il-valutazzjoni komparattiva b'referenza għas-settur ikkonċernat hi sempliċi għodda analitika fost oħrajn biex jiġi ddeterminat jekk benefiċjarju rċiviex vantaġġ ekonomiku li ma kienx jikseb f'kundizzjonijiet normali tas-suq (60). B'hekk, filwaqt li l-Kummissjoni tista' tuża dak l-approċċ, hi mhijiex obbligata tagħmel dan meta, bħal f'dan il-każ, dan ma jkunx xieraq. |
|
(285) |
Essenzjalment Ryanair argumentat li t-test tal-MEO jista' jiġi applikat fuq il-bażi ta' tqabbil mal-arranġamenti kummerċjali ta' ajruporti Ewropej oħra. B'mod partikolari, din qabblet l-imposti mħallsa minn Ryanair fl-ajruporti ta' Bournemouth, ta' Grenoble, ta' Knock, ta' Maastricht, ta' Nîmes u ta' Prestwick mal-imposti mħallsa minn Ryanair skont il-ftehimiet fl-ajruport ta' Lübeck. L-istudju ma vvalutax jekk il-kampjun tal-ajruporti tal-valutazzjoni komparattiva ssodisfax il-kriterji kollha stabbiliti fil-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, peress li vvaluta biss il-volumi ta' traffiku, it-tip ta' traffiku tal-ajruport u l-prosperità taż-żona tal-madwar (61). |
|
(286) |
Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tagħha tal-2012, il-Kummissjoni qabblet l-imposti stabbiliti fl-Ittri ta' akkumpanjament ta' Marzu u ta' Ottubru 2010 mal-imposti fl-ajruport ta' Hamburg, li wassal għad-dubji dwar il-konformità mas-suq tal-imposti stabbiliti fl-Ittri ta' akkumpanjament. Il-Kummissjoni tinnota li l-volum ta' traffiku f'Lübeck hu ferm inqas milli fl-ajruport ta' Hamburg. Fil-fatt, Hamburg hu l-ajruport bl-iktar traffiku fit-Tramuntana tal-Ġermanja. Ħamburg jintuża għas-segmenti kollha tat-trasport bl-ajru, filwaqt li Lübeck kien speċjalizzat f'operaturi low costli jeħtieġu inqas bankijiet taċ-check-in u faċilitajiet għal passiġġieri fi transitu, ebda karozza tal-linja tal-passiġġieri, inqas persunal u faċilitajiet għall-immaniġġjar tal-bagalji, inqas persunal tat-tindif, u jitlob inqas ħin ta' ċirkolazzjoni. Konsegwentement, l-ajruport ta' Hamburg mhuwiex komparabbli biżżejjed mal-ajruport ta' Lübeck. |
|
(287) |
Fid-dawl ta' dawk il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni tqis li l-approċċ ġeneralment rakkomandat fil-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni għall-applikazzjoni tat-test tal-MEO għal relazzjonijiet bejn ajruporti u linji tal-ajru, jiġifieri l-analiżi tal-profittabilità inkrementali ex ante, irid jiġi applikat għal dan il-każ (62). |
|
(288) |
Dan l-approċċ hu ġġustifikat mill-fatt li operatur ta' ajruport jista' jkollu interess oġġettiv fil-konklużjoni ta' tranżazzjoni ma' linja tal-ajru meta jista' jistenna b'mod raġjonevoli li din it-tranżazzjoni se ttejjeb il-profitti tiegħu (jew tnaqqas it-telf tiegħu) meta mqabbla mas-sitwazzjoni kontrafattwali li fiha din it-tranżazzjoni ma tiġix konkluża, indipendentement minn kwalunkwe tqabbil mal-kundizzjonijiet offruti lil-linji tal-ajru minn operaturi ta' ajruporti oħra, jew saħansitra mal-kundizzjonijiet offruti mill-istess operaturi ta' ajruport lil linji tal-ajru oħra. |
|
(289) |
Minbarra dawk il-kunsiderazzjonijiet, l-infrastruttura tal-ajruport għandha tkun miftuħa għal-linji tal-ajru kollha u mhux tkun iddedikata għal linja tal-ajru speċifika sabiex jiġi eskluż li l-vantaġġ li jirriżulta mill-għajnuna kompatibbli lill-operatur tal-ajruport jiġi ttrasferit lil linja tal-ajru speċifika. |
|
(290) |
F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota wkoll li d-differenzazzjoni fil-prezz hi prattika standard tan-negozju. Madankollu, tali politiki differenzjati tal-prezzijiet għandhom ikunu kummerċjalment ġustifikati. |
|
(291) |
Il-Kummissjoni tqis li arranġamenti konklużi bejn il-linji tal-ajru u ajruport jisgħu jitqiesu li jissodisfaw it-test MEO meta dawn jikkontribwixxu b'mod inkrimentali, minn perspettiva ex ante, għall-profittabilità tal-ajruport. L-ajruport irid juri li, meta jikkonkludi arranġament ma' linja tal-ajru (pereżempju, kuntratt individwali jew skema ġenerali tal-imposti tal-ajruport), huwa kapaċi jkopri l-kostijiet kollha li jirriżultaw mill-arranġament, tul id-durata tal-arranġament, b'marġni ta' profitt raġjonevoli fuq il-bażi ta' prospetti sodi fuq perjodu ta' żmien medju (63). |
|
(292) |
Sabiex jiġi vvalutat jekk arranġament konkluż minn ajruport ma' linja tal-ajru jissodisfax it-test tal-MEO, għandu jittieħed f'kunsiderazzjoni d-dħul mistenni minn operazzjonijiet mhux ajrunawtiċi li jirriżulta mill-attività tal-linja tal-ajru, flimkien mal-imposti tal-ajruport, netti minn kwalunkwe ribassi, l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni jew skemi ta' inċentivi. B'mod simili, iridu jiġu kkunsidrati l-kostijiet kollha mistennijin imġarrbin b'mod inkrementali mill-ajruport fir-rigward tal-attività tal-linja tal-ajru fl-ajruport. Tali kostijiet inkrementali jistgħu jinkludu l-kategoriji kollha ta' spejjeż jew investimenti, bħal kostijiet inkrementali marbuta mal-persunal, mat-tagħmir u mal-investiment ikkawżati mill-preżenza tal-linja tal-ajru fl-ajruport (64). |
|
(293) |
Fil-prattika kostanti tagħha ta' teħid ta' deċiżjonijiet, il-Kummissjoni tqis li kostijiet li l-ajruport ikollu jħallas xorta waħda, irrispettivament mill-arranġament li jkun sar mal-linja tal-ajru, jenħtieġ li jittieħdu f'kunsiderazzjoni fit-test tal-MEO (65). |
|
(294) |
Skont is-sentenza Charleroi (66), meta tivvaluta l-miżuri inkwistjoni l-Kummissjoni trid tqis il-karatteristiċi rilevanti kollha tal-miżuri u l-kuntest tagħhom. Fi kliem ieħor, il-Kummissjoni trid tanalizza l-impatt mistenni tal-ftehim ma' Ryanair fuq FLG, filwaqt li tqis il-karatteristiċi rilevanti kollha tal-miżura inkwistjoni. |
|
(295) |
Il-Qorti ddikjarat fis-sentenza ta' Stardust Marine li, “[…] sabiex ikun eżaminat jekk l-Istat adottax jew le l-aġir ta' investitur prudenti li jopera f'ekonomija tas-suq, huwa meħtieġ li wieħed iqiegħed lilu nnifsu fil-kuntest tal-perjodu li matulu kienu mwettqa l-miżuri ta' sostenn finanzjarju sabiex tkun evalwata r-razjonalità ekonomika tal-kondotta tal-Istat, u għalhekk m'għandha ssir ebda evalwazzjoni bbażata fuq sitwazzjoni sussegwenti [traduzzjoni mhux uffiċjali].” (67) |
|
(296) |
Biex tapplika t-test tal-MEO, il-Kummissjoni trid tpoġġi lilha nnifisha fiż-żmien li fih ġie konkluż il-ftehim. Il-Kummissjoni trid tibbaża l-valutazzjoni tagħha wkoll fuq l-informazzjoni u s-suppożizzjonijiet li kienu għad-dispożizzjoni ta' FLG meta ġie konkluż il-ftehim. |
7.4.2. Applikazzjoni tal-prinċipju tal-MEO għall-Ftehim tal-2000
7.4.2.1. Kummenti preliminari
|
(297) |
Il-Kummissjoni tinnota li Air Berlin argumentat li l-ftehimiet bejn Ryanair u l-ajruport ta' Lübeck ma kinux profittabbli peress li t-telf ta' FLG kien qed jiżdied b'mod kontinwu (ara t-Tabella 8) wara l-miġja ta' Ryanair. Peress li Ryanair u Wizz Air kienu l-uniċi linji tal-ajru li jtajjru linji regolari mill-ajruport, Air Berlin ikkonkludiet li t-telf ta' FLG irid ikun attribwibbli għal dawn il-linji tal-ajru. |
|
(298) |
Il-Kummissjoni tinnota li anki jekk tkun tista' tiġi stabbilita korrelazzjoni sinifikanti bejn in-numru ta' passiġġieri ta' Ryanair fl-ajruport ta' Lübeck u t-telf imġarrab minn FLG, tali korrelazzjoni mhux bilfors li tkun timplika li t-telf jirriżulta mill-operat ta' Ryanair fl-ajruport ta' Lübeck. Il-Ġermanja ddikjarat li iktar minn […] % tat-telf bejn l-2000 u l-2005 irriżulta minn investimenti li kienu neċessarji biex l-ajruport jiġi adattat bl-għan li jiżdiedu n-numri ta' passiġġieri. Tali investimenti kienu neċessarji biex jiżdied il-valur tal-ajruport fil-każ tal-privatizzazzjoni prevista u biex l-ajruport jitħejja biex jattira kwalunkwe linja tal-ajru. |
|
(299) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar li t-test tal-MEO hu bbażat fuq valutazzjoni ex ante. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-imġiba ta' operatur privat fis-suq, li tintuża biex tiġi vvalutata l-imġiba ta' operatur pubbliku, mhux bilfors tkun immirata lejn il-profittabilità fuq terminu qasir iżda tista' tkun iggwidata minn prospetti ta' profittabilità fuq terminu twil (68). Anki meta ajruport ikun qed jagħmel it-telf tul il-perjodu tal-operat ta' Ranair, xorta jkun għadu possibbli li ftehim bejn ajruport u linja tal-ajru jkun profittabbli b'mod inkrementali għal ajruport fuq bażi ex ante. |
|
(300) |
Bħala kumment finali, il-Kummissjoni tinnota li fil-kuntest ta' din l-investigazzjoni, Ecorys intalbet tikkumpila rapport dwar il-profittabilità tal-Ftehim tal-2000 bejn FLG u Ryanair (69). Madankollu, ir-rapport kien ibbażat fuq approċċ tal-kostijiet totali, minflok fuq approċċ tal-kostijiet inkrementali u, għalhekk, mhuwiex se jiġi kkunsidrat. |
7.4.2.2. Valutazzjoni tal-kostijiet u tad-dħul inkrementali
|
(301) |
Bħala perjodu ta' żmien għall-valutazzjoni tal-ftehim inkwistjoni, bħala punt tat-tluq MEO kien jagħżel id-data tal-firma tal-ftehim, jiġifieri d-29 ta' Mejju 2000. Bħala data ta' tmiem, MEO kien jieħu d-data ta' tmiem kif stipulata fil-Ftehim tal-2000, jiġifieri l-31 ta' Mejju 2010. |
|
(302) |
Għall-finijiet ta' valutazzjoni tal-ftehim inkwistjoni u fid-dawl tas-sejbiet fil-premessi 282 sa 301, kemm l-eżistenza kif ukoll l-ammont ta' għajnuna possibbli f'dan il-ftehim iridu jiġu vvalutati fid-dawl tas-sitwazzjoni prevalenti dak iż-żmien li fih ġie ffirmat u, b'mod iktar speċifiku, fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli u tal-iskjeramenti prevedibbli dak iż-żmien. |
|
(303) |
Fiż-żmien tan-negozjar tal-ftehim, FLG stenniet li n-negozju ta' Ryanair fl-ajruport ta' Lübeck iwassal għal numri ikbar ta' passiġġieri, u b'hekk iżid id-dħul mhux ajrunawtiku, għall-espansjoni tas-servizzi mhux ajrunawtiċi kif ukoll għall-attrazzjoni ta' linji tal-ajru oħra. Għad li FLG kienet qed tagħmel it-telf fis-snin ta' qabel il-ftehim, l-attività kummerċjali ta' Ryanair fl-ajruport kien mistenni jwassal għal profitti moderati fit-terminu medju sa twil. |
|
(304) |
Il-Ġermanja pprovdiet data dwar it-tkabbir mistenni ex ante fin-numri ta' passiġġieri kif ukoll dwar il-kostijiet u d-dħul inkrementali mistennija, f'xenarju tal-aħjar u tal-agħar xenarju. |
|
(305) |
Id-dħul inkrementali li investitur privat ikun jistenna b'mod raġonevoli mill-ftehim jinkludi:
|
|
(306) |
Bl-applikazzjoni tal-prinċipju “single-till”, il-Kummissjoni hi tal-fehma li kemm id-dħul ajrunawtiku kif ukoll dak mhux ajrunawtiku jenħtieġ li jiġu kkunsidrati (70). |
|
(307) |
Il-Ġermanja ssottomettiet li fuq il-bażi tal-imposti stipulati fil-Ftehim tal-2000, l-ajruport kien qed jistenna li jkollu dħul ajrunawtiku medju ta' EUR […] għal kull passiġġier. FLG stmat id-dħul min-negozju mhux tal-avjazzjoni għal […] % tal-introjtu min-negozju tal-avjazzjoni. |
|
(308) |
Il-kostijiet inkrementali li investitur privat ikun jistenna b'mod raġonevoli mill-ftehim jinkludu:
|
|
(309) |
Il-Ġermanja ddikjarat li kien hemm bżonn li jiżdied in-numru ta' persunal ta' FLG biex jiġu mmaniġġjati n-numri ta' passiġġieri mistennija. FLG stennet kostijiet operazzjonali u tal-persunal inkrementali ta' EUR […] għal kull passiġġier. |
|
(310) |
Fuq il-bażi tal-Ftehim tal-2000, FLG stenniet kostijiet ta' kummerċjalizzazzjoni inkrementali għall-perjodu 2000-2012 ta' EUR […] fl-aħjar xenarju u ta' EUR […] fl-agħar xenarju. |
|
(311) |
Rigward il-kostijiet ta' investiment, il-Ġermanja ddikjarat li l-infrastruttura tal-ajruport diġà kienet teżisti qabel il-ftehim ma' Ryanair u li l-operazzjoni ppjanata inizjalment ta' Ryanair fl-ajruport ta' Lübeck ma kinitx teħtieġ xi investiment infrastrutturali addizzjonali. |
|
(312) |
Il-Ġermanja ssottomettiet id-dħul u l-kostijiet operatorji li ġejjin għall-aħjar xenarju (Tabella 11) u għall-agħar xenarju (Tabella 12): Tabella 11 Kostijiet u dħul tal-aħjar xenarju
Tabella 12 Kostijiet u dħul tal-agħar xenarju
|
|
(313) |
FLG stmat l-effetti finanzjarji pożittivi mill-Ftehim tal-2000 ma' Ryanair. F'dan ir-rigward, it-Tabella 13 tiġbor id-dħul minn attivitajiet ajrunawtiċi u mhux ajrunawtiċi, kif ukoll il-kostijiet direttament attribwibbli għall-operat ta' Ryanair fl-ajruport u l-kostijiet tal-kummerċjalizzazzjoni. Tabella 13 Valutazzjoni tal-profittabilità ex ante
|
|
(314) |
Fl-aħjar xenarju, il-Ġermanja arrotondat in-numri ta' passiġġieri għal […], li wassal għal dħul ajrunawtiku ta' EUR […]. Fl-agħar xenarju, b'kollox kienu mistennija […] passiġġier, li jwasslu għal dħul ajrunawtiku ta' EUR […]. Peress li d-dħul mhux ajrunawtiku kien mistenni li jilħaq […] % tad-dħul ajrunawtiku, id-dħul mhux ajrunawtiku kien ikkalkolat għal EUR […] fl-aħjar xenarju u EUR […] fl-agħar xenarju. Ġie kkalkolat li l-kostijiet operatorji jammontaw għal total ta' EUR […] fl-aħjar xenarju u ta' EUR […] fl-agħar xenarju. Il-kostijiet tal-kummerċjalizzazzjoni ma ġewx ikkalkolati fuq il-bażi ta' kull passiġġier, iżda ġew stmati, bħala total, għal EUR […] fl-aħjar xenarju u għal EUR […] fl-agħar xenarju. |
|
(315) |
It-Tabella 13 turi li d-dħul li jirriżulta mill-Ftehim tal-2000 kien mistenni jaqbeż il-kostijiet, u jwassal għal eċċess annwali ta' EUR […] fl-aħjar xenarju u ta' EUR […] fl-agħar xenarju. |
|
(316) |
Il-Kummissjoni ssib li l-approċċ meħud mill-Ġermanja hu validu. Id-dħul ajrunawtiku medju stmat ġie bbażat fuq it-termini tal-Ftehim tal-2000 ma' Ryanair. Id-dħul mhux ajrunawtiku kien mistenni li jkun […] % tad-dħul ajrunawtiku, li jidher li hu konformi mal-aspettattivi ġenerali fir-rigward tad-dħul mhux ajrunawtiku f'ajruporti oħra (ara t-Tabella 6). Is-suppożizzjoni li n-numru ta' persunal jiżdied meta jikbru n-numri ta' passiġġieri tidher li hi raġonevoli wkoll. |
|
(317) |
Il-Kummissjoni tinnota li investimenti relatati mal-espansjoni tal-ajruport ta' Lübeck ma kinux speċifiċi għal Ryanair iżda potenzjalment setgħu jiġu sfruttati minn linji tal-ajru oħra. Dan jindika li l-kostijiet ta' investiment ma kellhomx bżonn jiġu inklużi fil-kostijiet inkrementali tal-ftehim ma' Ryanair. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-Ġermanja saħqet li FLG ippruvat bla heda tattira linji tal-ajru oħra u rnexxielha tagħmel dan billi attirat linji tal-ajru oħra (bħal WizzAir). Barra minn hekk, skont il-Ġermanja, l-ajruport ta' Lübeck ipprova mingħajr suċċess jiftaħ negozjati għal ftehim ma' Air Berlin għal snin sħaħ. |
|
(318) |
Il-Ġermanja ssottomettiet li għall-privatizzazzjoni b'suċċess tal-ajruport ta' Lübeck, kien hemm bżonn li jiżdiedu b'mod sinifikanti n-numri ta' passiġġieri. Il-Kummissjoni taċċetta li saru investimenti biex l-ajruport ta' Lübeck jitħejja għal numri ikbar ta' passiġġieri (71). |
|
(319) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-Ftehim tal-2000 ma kienx jeħtieġ li FLG tagħmel investimenti (72). FLG setgħet tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-kuntratt mingħajr ma tinvesti f'espansjoni tal-ajruport. |
|
(320) |
Fid-dawl ta' dawk il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-approċċ tal-Ġermanja li ma tattribwixxix investimenti magħmula fl-ajruport ta' Lübeck għall-ftehim ma' Ryanair hu raġjonevoli. |
|
(321) |
Madankollu, wara li analizzat l-informazzjoni pprovduta mill-Ġermanja, il-Kummissjoni ma taqbilx fuq punt minnhom tal-analiżi u temendah kif xieraq. Il-Ftehim tal-2000 jistabbilixxi t-30 ta' Mejju 2010 bħala d-data ta' tmiem tiegħu. Il-Ġermanja ħadet f'kunsiderazzjoni l-kostijiet u d-dħul inkrementali għas-snin 2011 u 2012 meta kkalkolat il-profittabilità inkrementali tal-Ftehim tal-2000. Il-Kummissjoni tqis li hu xieraq li jittieħdu f'kunsiderazzjoni biss il-kostijiet u d-dħul inkrementali ġġenerati tul id-durata tal-kuntratt. Fid-dawl ta' din l-emenda neċessarja, il-Kummissjoni għamlet l-analiżi tagħha stess billi użat l-analiżi tal-profittabilità inkrementali sottomessa mill-Ġermanja u billi emendat din l-analiżi fejn hemm bżonn kif muri fil-qosor fit-Tabelli 14, 15 u 16: Tabella 14 Kostijiet u dħul tal-aħjar xenarju
Tabella 15 Kostijiet u dħul tal-agħar xenarju
Tabella 16 Valutazzjoni tal-profittabilità ex ante
|
|
(322) |
Il-Kummissjoni eliminat id-dħul u l-kostijiet operatorji mistennija għas-snin 2011 u 2012, peress li f'dawk is-snin il-Ftehim tal-2000 kien mistenni li diġà jkun skada (ara t-tabelli 14 u 15). Minflok, il-Kummissjoni bbażat fuq id-dħul u l-kostijiet operatorji mistennija għas-snin 2000-2010, li rriżultaw fid-dħul u l-kostijiet operatorji ppreżentati fit-Tabella 16. Rigward il-kostijiet tal-kummerċjalizzazzjoni, il-Kummissjoni kkalkolat il-kostijiet medji tal-kummerċjalizzazzjoni għal kull passiġġier li setgħu jkunu mistennija fl-aħjar xenarju u fl-agħar xenarju skont l-informazzjoni pprovduta mill-Ġermanja. Imbagħad hi mmultiplikat il-kostijiet medji tal-kummerċjalizzazzjoni bin-numru ta' passiġġieri li setgħu jkunu mistennija għas-snin 2000-2010, li rriżultaw f'kostijiet tal-kummerċjalizzazzjoni mistennija ta' EUR […] fl-aħjar xenarju, u ta' EUR […] fl-agħar xenarju (ara t-Tabella 16). |
|
(323) |
Finalment, filwaqt li l-analiżi ex ante mwettqa minn FLG u sottomessa mill-Ġermanja ma wasslitx għal tnaqqis fil-pagamenti futuri sad-data li fiha ġie konkluż il-kuntratt, jidher ċar miċ-ċifri pprovduti li l-kuntratt kien mistenni jkun profittabbli. |
|
(324) |
Barra mid-data pprovduta mill-Ġermanja, Oxera ssottomettiet analiżi tal-profittabilità tal-Ftehim tal-2000 (73). Oxera użat data tal-eżitu, jiġifieri data fuq il-kostijiet u d-dħul propji mġarrba, mill-perjodu ta' qabel il-ftehim, fejn possibbli, biex tnaqqas is-suppożizzjonijiet dwar l-aspettattivi ta' FLG fi żmien l-iffirmar tal-ftehim. Oxera kkalkolat in-numri ta' passiġġieri fuq il-bażi tad-data tal-eżitu sal-waqt tal-iffirmar tal-ftehim. Id-dħul ajrunawtiku u l-kostijiet tal-kummerċjalizzazzjoni kienu bbażati fuq l-imposti u l-pagamenti stipulati fil-Ftehim tal-2000. Għall-kalkolu tad-dħul mhux ajrunawtiku u tal-kostijiet operatorji, Oxera użat id-data tal-eżitu mill-perjodu ta' wara ż-żmien li fih ġie konkluż il-ftehim. |
|
(325) |
Il-VPN tal-Ftehim tal-2000 ma' Ryanair ġie stmat għal EUR […]. Għalhekk, il-ftehim kien mistenni jkun profittabbli. |
|
(326) |
Oxera kkalkolat il-VPN mingħajr ma attribwixxiet il-kostijiet ta' invesitment għall-ftehim tal-2000 ma' Ryanair. Dan hu konformi mas-sejba tal-Kummissjoni (ara l-premessi 316 sa 320) li l-investimenti li saru fl-ajruport ta' Lübeck ma kellhomx jiġu attribwiti lill-Ftehim tal-2000. |
|
(327) |
Il-Kummissjoni tinnota li Oxera użat data disponibbli ex ante għall-kalkolu tan-numri ta' passiġġieri, tad-dħul ajrunawtiku u tal-imposti tal-kummerċjalizzazzjoni iżda bbażat il-valutazzjoni tagħha tad-dħul mhux ajrunawtiku u tal-kostijiet operatorji fuq data ex post. Oxera ddikjarat li ma kellhiex aċċess għal projezzjonijiet ex ante tad-dħul mhux ajrunawtiku u tal-kostijiet operatorji. Il-Kummissjoni tinnota li d-dħul u l-kostijiet li l-ajruport stenna li kien se jġarrab ex ante biss, fiż-żmien li fih daħal fil-ftehim mal-linja tal-ajru rispettiva, jistgħu jiġu kkunsidrati għall-valutazzjoni ta' jekk it-tali ftehim kienx konformi mal-prinċipju tal-MEO. Madankollu, valutazzjoni parzjalment ibbażata fuq data ex post tista' ssostni l-validazzjoni tas-suppożizzjonijiet meħuda biex jiġu ddeterminati d-dħul u l-kostijiet mistennija ex ante. Tabilħaqq, id-data ex ante mibnija minn Oxera fir-rigward tad-dħul ajrunawtiku (EUR […]) tinstab bejn id-dħul ajrunawtiku mistenni ex ante ta' FLG sottomess mill-Ġermanja fl-aħjar xenarju (EUR […]) u fl-agħar xenarju (EUR […]). Id-data ex ante mibnija minn Oxera fir-rigward tal-kostijiet tal-kummerċjalizzazzjoni (EUR […]) hi saħansitra inqas minn dik sottomessa mill-Ġermanja: FLG stenniet kostijiet tal-kummerċjalizzazzjoni ex ante ta' EUR […] fl-aħjar xenarju u ta' EUR […] fl-agħar xenarju. Dan jikkonferma li l-aspettattiva ex ante ta' FLG kienet konservattiva biżżejjed. |
7.4.3. Konklużjoni
|
(328) |
L-informazzjoni pprovduta mill-Ġermanja tindika li FLG setgħet tistenna redditu inkrementali pożittiv fuq il-Ftehim tal-2000. Is-suppożizzjonijiet li fuqhom dik l-aspettattiva kienet ibbażata jidhru raġonevoli. Dan hu sostnut mill-fatt li t-tkabbir mistenni fin-numri ta' passiġġieri ġie megħlub mit-tkabbir reali matul is-snin 2000-2005. Il-limiti għat-tkabbir fin-numru ta' passiġġieri kienu dovuti l-iktar għall-impossibbiltà li tinkiseb l-approvazzjoni tal-ippjanar u li jitkabbar l-ajruport, li ma kinitx prevedibbli fi żmien il-konklużjoni tal-Ftehim tal-2000. L-aspettattivi ta' FLG huma sostnuti mill-istudju pprovdut minn Oxera. |
|
(329) |
Għaldaqstant, seta' jkun mistenni raġjonevolment li l-Ftehim tal-2000 ma' Ryanair ikun profittabbli b'mod inkrementali għal FLG. Konsegwentement, MEO kien jidħol fil-ftehim, peress li kien jikkontribwixxi b'mod inkrementali, minn perspettiva ex ante, għall-profittabilità tal-ajruport. B'mod simili, fid-dawl tal-kontribuzzjoni pożittiva ċara, il-Ftehim tal-2000 jista' jiġi kkunsidrat ukoll li hu parti mill-implimentazzjoni ta' strateġija ġenerali li twassal għall-profittabilità tal-inqas fit-terminu twil. |
|
(330) |
Għalhekk, il-Ftehim tal-2000 bejn FLG u Ryanair ma jagħtix vantaġġ ekonomiku li Ryanair ma setgħetx tikseb bil-kundizzjonijiet normali tas-suq. Għaldaqstant, dan ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Din is-sejba hi mingħajr ħsara għall-valutazzjoni ta' jekk il-Ftehimiet tal-2010 involvewx għajnuna mill-Istat lil Ryanair. |
7.5. IMPOSTI GĦAT-TNEĦĦIJA TAS-SILĠ MILL-INĠENJI TAL-AJRU
7.5.1. Selettività
|
(331) |
Sabiex taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, miżura tal-Istat trid tiffavorixxi lil “ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti”. B'hekk, huma biss dawk il-miżuri li jiffavorixxu lill-impriżi li jagħtu vantaġġ b'mod selettiv li jaqgħu taħt il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat. |
|
(332) |
Skont il-ġurisprudenza tal-Qrati Ewropej, irid jiġi ddeterminat jekk taħt skema statutorja partikolari (is-“sistema ta' referenza”), miżura tal-Istat hix tali li tiffavorixxi lil “ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti” meta mqabbla ma' impriżi oħra li huma f'sitwazzjoni legali u fattwali li hi komparabbli fid-dawl tal-objettiv imfittex mill-miżura inkwistjoni. Miżura li tagħmel distinzjoni bejn impriżi f'sitwazzjoni komparabbli tkun selettiva prima facie. Jekk miżura selettiva prima facie tkun iġġustifikata mill-għamla jew mill-iskema ġenerali tas-sistema, mhijiex se titqies li hi selettiva u, b'hekk, se taqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE (74). |
|
(333) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni trid tagħmel analiżi mqassma fuq tliet stadji: L-ewwel nett, trid tiġi ddeterminata s-sistema ta' referenza. It-tieni, għandu jiġi ddeterminat jekk miżura partikolari tikkostitwixxix deroga minn dik is-sistema peress li tiddistingwi bejn operaturi ekonomiċi li, fid-dawl tal-objettivi intrinsiċi għas-sistema, ikunu f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli. Jekk tali deroga teżisti (u għalhekk il-miżura hi selettiva prima facie), irid ikun stabbilit, fit-tielet stadju tal-analiżi, jekk il-miżura derogatorja hijiex iġġustifikata mill-għamla jew l-iskema ġenerali tas-sistema tat-taxxa. |
|
(334) |
F'dan il-każ, il-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta' investigazzjoni formali b'rabta mal-imposti għat-tneħħija tas-silġ mill-inġenji tal-ajru. |
|
(335) |
L-ewwel il-Kummissjoni trid tiddetermina s-sistema ta' referenza li fiha għandhom jiġu vvalutati l-imposti għat-tneħħija tas-silġ. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota li l-imposti għat-tneħħija tas-silġ mill-inġenji tal-ajru fl-ajruport huma stabbiliti fi skema ta' imposti speċjali. Filwaqt li t-tali skema ta' imposti speċjali mhix parti mill-iskeda ġenerali ta' imposti għall-użu infrastrutturali, l-iskema ta' imposti speċjali għandha ċerti karatteristiċi komuni mal-iskeda ġenerali ta' imposti: l-iskema ta' imposti speċjali tistabbilixxi l-prezzijiet għal ċerti servizzi pprovduti mill-ajruport lil-linji tal-ajru u l-prezzijiet għall-materjal meħtieġ għat-tali servizzi. Tapplika għal-linji tal-ajru kollha li jużaw l-ajruport. Hi tiġi adattata kull ftit snin biex tkopri tibdiliet fil-kostijiet tas-servizzi speċjali. B'mod partikolari, l-ajruport waħdu hu kompetenti biex ifassal l-iskema ta' imposti speċjali. |
|
(336) |
Fis-sentenza Lübeck tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li l-iskeda ta' imposti tal-2006 tal-ajruport ta' Lübeck kellha titqies bħala s-sistema ta' referenza (75). Fid-dawl tas-similaritajiet bejn l-iskeda ġenerali ta' imposti u l-iskema ta' imposti speċjali, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-iskema ta' imposti speċjali fl-ajruport ta' Lübeck trid tiġi kkunsidrata l-qafas ta' referenza li fl-isfond tiegħu għandhom jiġu vvalutati l-imposti għat-tneħħija tas-silġ mill-inġenji tal-ajru fl-ajruport ta' Lübeck. |
|
(337) |
It-tieni, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk l-iskema ta' imposti speċjali tagħmilx distinzjoni bejn operaturi ekonomiċi li huma f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli. Il-Kummissjoni tosserva li l-iskema ta' imposti speċjali tapplika għal-linji tal-ajru kollha li jużaw l-ajruport ta' Lübeck. Meta jintużaw is-servizzi ta' tneħħija tas-silġ għall-inġenji tal-ajru, l-iskema ta' imposti speċjali ma tagħmilx distinzjoni bejn linji tal-ajru differenti. Tabilħaqq, kull inġenju tal-ajru li minnu jitneħħa s-silġ fl-ajruport ta' Lübeck hu soġġett għall-istess imposti, li jiddependu mill-piż tal-qtugħ mill-art tal-inġenju tal-ajru kif ukoll mill-ammont ta' likwidu tat-tneħħija tas-silġ u ilma jaħraq użati. Għaldaqstant, l-imposti għat-tneħħija tas-silġ mill-inġenji tal-ajru fl-ajruport ta' Lübeck ma jidderogawx mis-sistema ta' referenza, għaliex ma jagħmlux distinzjoni bejn linji tal-ajru li jużaw l-ajruport. Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-imposti għat-tneħħija tas-silġ mhumiex selettivi prima facie. |
|
(338) |
Peress li l-imposti għat-tneħħija tas-silġ mhumiex selettivi prima facie, ma hemmx bżonn li jiġi vvalutat jekk it-tali imposti humiex iġġustifikati min-natura jew mill-iskema ġenerali tas-sistema. |
7.5.2. Konklużjoni
|
(339) |
Għaldaqstant, l-imposti għat-tneħħija tas-silġ mill-inġenji tal-ajru ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
8. KONKLUŻJONI
|
(340) |
Il-Kummissjoni ssib li ma hemm ebda bżonn li tittieħed deċiżjoni dwar jekk għajnuna potenzjali mill-Istat lil FLG tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE u, jekk iva, jekk it-tali għajnuna mill-Istat tistax tiġi ddikjarata kompatibbli. L-entità ġuridika FLG ma baqgħetx teżisti u hekk ukoll l-attività ekonomika tagħha. Barra minn hekk, anki jekk kien hemm kontinwità ekonomika bejn FLG u Yasmina, ma jkunx għadu possibbli li tiġi rkuprata l-għajnuna mingħand Yasmina peress li din ġiet xolta u l-assi tagħha nbiegħu fi proċedimenti ta' insolvenza ssorveljati mill-qorti f'konformità mal-liġi tal-Ġermanja dwar l-insolvenza. |
|
(341) |
Il-bejgħ tal-ishma f'FLG lil Infratil fl-2005 ma pprovdiex vantaġġ lil Infratil, għaliex Hansestadt Lübeck aġixxiet bħal MEO meta biegħet l-ishma. Lanqas ir-rinegozjar tal-opzjoni put fl-2009 u l-akkwiżizzjoni tat-telf ulterjuri, tal-investimenti u ta' kostijiet oħra, kif stipulat fil-Ftehim Addizzjonali tal-2009, ma pprovda vantaġġ lil Infratil. F'dak il-kuntest ukoll, Hansestadt Lübeck aġixxiet bħal MEO. |
|
(342) |
Il-Ftehim tal-2000 bejn FLG u Ryanair, minn perspettiva ex ante, kien jikkontribwixxi għall-profittabilità tal-ajruport. Konsegwentement, MEO kien jidħol fil-ftehim li ma jipprovdix vantaġġ lil Ryanair. |
|
(343) |
L-imposti għat-tneħħija tas-silġ mill-inġenji tal-ajru fl-ajruport ma jidhrux li huma selettivi. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ma hemmx bżonn li jiġi deċiż jekk l-għajnuna potenzjali mill-Istat lil FLG tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, jekk iva, jekk tistax tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern, peress li l-attività ekonomika ta' FLG ma baqgħetx teżisti, u ma għadux possibbli li tiġi rkuprata l-għajnuna.
Artikolu 2
Il-bejgħ ta' 90 % tal-ishma ta' FLG lil Infratil u l-kundizzjonijiet tal-opzjoni put rinegozjati fl-2009 ma jikkostitwixxu ebda għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Il-Ftehim tal-2000 bejn Ryanair u l-ajruport ta' Lübeck ma jikkostitwixxi ebda għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
L-imposti għat-tneħħija tas-silġ mill-inġenji tal-ajru ma jikkostitwixxu ebda għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU C 287, 29.11.2007, p. 27.
(2) ĠU C 295, 7.12.2007, p. 29 u ĠU C 241, 10.8.2012, p. 56.
(3) Infratil hi kumpanija ta' investiment infrastrutturali minn New Zealand, li tinvesti fis-setturi tal-enerġija, tal-ajruporti u tat-trasport pubbliku. Hi kienet proprjetarja u operat b'mod partikolari l-ajruporti li ġejjin: l-Ajruport internazzjonali ta' Wellingtom, New Zealand; l-Ajruport Glasgow Prestwick u l-Ajruport Internazzjonali ta' Kent, ir-Renju Unit. Fl-istess ħin iddivestiet l-investimenti tagħha f'ajruporti Ewropej.
(4) Ryanair hi linja tal-ajru Irlandiża u membru tal-European Low Fares Airlines Association. In-negozju tal-linja tal-ajru kien marbut ma' ajruporti reġjonali sekondarji. Bħalissa l-linja tal-ajru topera madwar 160 destinazzjoni Ewropea. Ryanair kellha flotta omoġenja li tikkonsisti f'272 inġenju tal-ajru Boeing 737-800 b'189 sit. Ryanair operat 23 titjira fil-ġimgħa fi żmien id-deċiżjoni tal-ftuħ fl-2007 mill-ajruport ta' Lübeck lejn 5 destinazzjonijiet Ewropej, jiġifieri Londra-Stansted, ir-Renju Unit, Milan-Bergamo u Pisa, l-Italja, Palma de Mallorca, Spanja, u Stokkolma-Skavsta, l-Iżvezja.
(5) ĠU C 287, 29.11.2007, p. 27.
(6) ĠU C 295, 7.12.2007, p. 29.
(7) Schutzgemeinschaft gegen Fluglärm Lübeck und Umgebung Groß Grönau eV u Check-in Lübeck e.V.
(8) Industrie- und Handelskammer zu Lübeck (IHK).
(9) Peter C. Klanowski u Horst Conrad
(10) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).
(11) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (ĠU C 99, 4.4.2014, p. 3).
(12) ĠU C 113, 15.4.2014, p. 30.
(13) Din hi organizzazzjoni nongovernattiva rreġistrata skont ir-regoli tad-Direttiva 2003/35/KE tal-Palament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta' ċerti pjani u programmi li għandhom x'jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17).
(14) Qabel il-ftuħ, il-miżuri ġew investigati fil-każijiet CP 31/2009 (SA.27585) u CP 162/2010 (SA.31149).
(15) ĠU C 241, 10.8.2012, p. 56.
(16) L-Assoċjazzjoni Federali għall-Ajruporti Kummerċjali tal-Ġermanja (Bundesverband der deutschen Verkehrsflughäfen).
(17) Yasmina kienet sussidjarja 100 % ta' 3 Y Logistic und Projektbetreuung GmbH (“3Y”), kumpanija tal-investiment proprjetà ta' persuna fiżika, jiġifieri ta' Adel Mohammed Saleh M. Alghanmi mill-Arabja Sawdija. Yasmina twaqqfet għall-fini ta' xiri u ta' operar tal-ajruport ta' Lübeck.
(18) Il-Kawża T-461/12 Hansestadt Lübeck vs Il-Kummissjoni Ewropea ECLI:EU:T:2014:758.
(19) Il-Kawża C-524/14 P Il-Kummissjoni vs Hansestadt Lübeck ECLI:EU:C:2016:971.
(20) Ara s-sit web tal-ajruport ta' Lübeck http://www.flughafen-luebeck.de/images/02-unternehmen/06-zahlen_fakten_daten/02-monatsstatistik/ab2000.pdf (Status: it-22 ta' Mejju 2015).
(21) Il-Bürgerschaft tal-Hansestadt Lübeck jikkonsisti f'rappreżentanti taċ-ċittadini tal-belt.
(22) ĠU 2012/S 156-261107 tas-16 ta' Awwissu 2012 (http://ted.europa.eu/udl?uri=TED:NOTICE:261107-2012:TEXT:EN:HTML&tabId=1).
(23) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Jannar 2005, N644i/2002 – Il-Ġermanja - Ausbau der kommunalen wirtschaftsnahen Infrastruktur nach Teil II Ziffer 7 des Rahmenplans der Gemeinschaftsaufgabe “Verbesserung der regionalen Wirtschaftsstruktur” (i) Errichtung oder Ausbau von Regionalflughäfen (ĠU C 126, 12.5.2005, p. 10).
(24) Id-deċiżjoni dwar il-permess ta' ppjanar li tawtorizza l-iżviluppi tal-Ajruport ta' Lübeck, li ttieħdet fl-20 ta' Jannar 2005 u li kopriet diversi miżuri infrastrutturali, kienet ġiet ikkontestata l-qorti minn diversi partijiet. Fil-proċedura interim, ittieħdu żewġ deċiżjonijiet tal-qorti superjuri li għandhom effett legali. Dawn id-deċiżjonijiet huma d-Deċiżjoni 4 MR 1/05 tat-18 ta' Lulju 2005 tal-Qorti Amministrattiva Superjuri (OVG) ta' Schleswig u d-Deċiżjoni 101/05 tal-21 ta' Ottubru 2005 tal-Qorti Amministrattiva Superjuri (OVG) ta' Schleswig. Fuq il-bażi ta' dawn id-deċiżjonijiet, l-approvazzjoni tal-ippjanar ġiet miċħuda.
(*1) Informazzjoni kunfidenzjali.
(25) L-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE għall-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-avjazzjoni, (ĠU C 350, 10. 12. 1994, p. 5).
(26) Oberverwaltungsgericht Schleswig; 4MR1/05
(27) Il-Kawża C-482/99 Franza vs Il-Kummissjoni (“ Stardust Marine ”) ECLI:EU:C:2002:294.
(28) Il-Kawża T-163/05, Bundesverband deutscher Banken vs Il-Kummissjoni (Helaba I) ECLI:EU:T:2010:59..
(29) Il-Kawża C-280/00 Altmark Trans GmbH und Regierungspräsidium Magdeburg vs Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH ECLI:EU:C:2003:415.
(30) Rapport ta' Oxera, Economic MEOP assessment: Lübeck airport, 6 ta' Frar 2015.
(31) Il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju “Takeoff Konzept” mill-21 ta' Diċembru 2009, ara http://www.luebeck.de/stadt_politik/rathaus/wahlen/files/M21_Take_off_Konzept_HL-Umdruck_17-156_WA_Ltsh.pdf.
(32) Il-Kawża C-482/99 Franza vs Il-Kummissjoni (“ Stardust Marine ”) ECLI:EU:C:2002:294.
(33) Il-Kawża T-196/04 Ryanair vs Il-Kummissjoni (“Charleroi”) ECLI:EU:T:2008:585.
(34) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Novembru 2008 Għajnuna mill-Istat N 510/2008, – L-Italja – bejgħ ta' assi tal-Alitalia (ĠU C 46, 25.2.2009, p. 6).
(35) Il-Kawżi C-328/99 u C-399/00, L-Italja u SIM 2 Multimedia vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:C:2003:252; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Settembru 2008, l-għajnuna mill-Istat N 321/2008, N 322/2008 u N 323/2008 – Il-Greċja – Vente de certains actifs d'Olympic Airlines/Olympic Airways Services (ĠU C 18, 23.1.2010, p. 9); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Novembru 2008 l-għajnuna mill-Istat N 510/2008 - l-Italja – bejgħ ta' assi tal-Alitalia (ĠU C 46, 25.2.2009, p. 6); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' April 2012 SA.34547 – Franza - Reprise des actifs du groupe SERNAM dans le cadre de son redressement judiciaire (ĠU C 305, 10.10.2012, p. 5).
(36) Il-Kawża T-123/09, Ryanair Ltd vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:T:2012:164.
(37) Il-Kawża T-123/09, Ryanair Ltd vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:T:2012:164, il-punt 156.
(38) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta' Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji (ĠU L 82, 22.3.2001, p. 16).
(39) Bürgerliches Gesetzbuch [BGB] Aww. 18. 1896, para 613a 242.
(40) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' April 2012 SA.34547 – Franza – Reprise des actifs du groupe SERNAM dans le cadre de son redressement judiciaire (ĠU C 305, 10.10.2012, p. 10).
(41) Diliġenza dovuta hi l-eżaminazzjoni ta' mira potenzjali għal fużjoni, għal akkwiżizzjoni, għall-privatizzazzjoni, jew tranżazzjoni ta' finanzjament korporattiv simili normalment minn xerrej.
(42) Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 262, 19.7.2016, p. 1), premessa 94.
(43) Il-Kawża T-415/05, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:T:2010:386, il-punt 146.
(44) Ibid. Il-Qorti sabet li l-inkonsistenza ekonomika tista' tkun indikazzjoni għal kontinwità finanzjarja.
(45) Il-Kawża C-610/10 Il-Kummissjoni vs Spanja [2012] ECLI:EU:C:2012:781, il-punt 106.
(46) Il-liġi dwar l-insolvenza (“Insolvenzordnung”) tal-5 ta' Ottubru 1994 (BGBl. I S. 2866), emendata l-aħħar bl-Artikolu 16 tal-Liġi tal-20 ta' Novembru 2015 (BGBl. I S. 2010).
(47) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Frar 2008 dwar l-għajnuna mill-Istat C 46/07 (ex NN 59/07) li r-Rumanija implimentat għal Automobile Craiova (eks Daewoo Romania) (ĠU L 239, 6.9.2008, p. 12).
(48) Il-Kawża C-342/96 Ir-Renju ta' Spanja vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:C:1999:210, il-punt 41; il-Kawża C-39/94 Syndicat francais de l'Express international (SFEI) u oħrajn vs La Poste u oħrajn ECLI:EU:C:1996:285, il-punt 60.
(49) Ara pereżempju: Il-Kawża T-296/97 Alitalia vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:T:2000:289; il-Kawżi T-228/99 u T-233/99, WestLB vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:T:2003:57; il-Kawża T-366/00, Scott SA vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:T:2007:99; il-Kawżi C-328/99 u C-399/00, L-Italja u SIM 2 Multimedia vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:C:2003:252; il-Kawża T-358/94, Air France vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:T:1996:194.
(50) XXIIIrd Report on Competition Policy, 1993, p. 255.
(51) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3546 final tad-19 ta' Ġunju 2013, SA.36197(N/2013) – Il-Portugall Privatizzazzjoni ta' ANA – Aeroportos de Portugal, ĠU C 256, 5.9.2013, p. 3; il-Kawża C-40/85 il-Belġju vs il-Kummissjoni,, ECLI:EU:C:1986:305.
(52) Il-Kawża C-482/99 Franza vs Il-Kummissjoni (“ Stardust Marine ”) ECLI:EU:C:2002:33 il-punt 71.
(53) Valutazzjoni minn Berenberg Consult GmbH (sussidjarja ta' Hamburger Privatbank Berenberg).
(54) Ara l-punt 403 tat-XXIIIrd Report on competition policy, 1993; Punt 4.2.3.1. tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, (ĠU C 262, 19.7.2016, p. 1).
(55) Il-Kawża C-482/99 Franza vs Il-Kummissjoni (“ Stardust Marine ”) ECLI:EU:C:2002:294 il-punt 71.
(56) Ara l-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, il-paragrafu 53.
(57) Ara l-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, il-paragrafu 59.
(58) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/60/UE tas-27 ta' Jannar 2010 dwar l-għajnuna mill-Istat C 12/2008 (ex NN 74/07) – Slovakkja – Ftehim bejn l-Ajruport ta' Bratislava u Ryanair, premessi 88 u 89 (ĠU L 27, 1.2.2011, p. 24).
(59) Ara l-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, il-paragrafi 57 sa 59.
(60) Ara, fir-rigward tal-valutazzjoni komparattiva b'referenza għall-profittabilità (minflok l-ipprezzar) fis-settur, il-Kawżi Magħquda T-319/12 u T-321/12 Spanja u Ciudad de la Luz vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:T:2014:604, il-punt 44.
(61) Ara l-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, il-paragrafu 60, għal iktar kriterji li għandhom jiġu vvalutati.
(62) Ara l-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, il-paragrafi 59 u 63.
(63) Ara l-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, il-paragrafu 63.
(64) Ara l-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, il-paragrafu 64.
(65) Il-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, il-paragrafu 64; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1226 tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33963 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata minn Franza favur il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta' Angoulême, SNC-Lavalin, Ryanair u Airport Marketing Services (ĠU L 201, 30.7.2015, p. 48); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1584 tal-1 ta' Ottubru 2014 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.23098 (C 37/07) (ex NN 36/07) implimentata mill-Italja favur is-Società di Gestione dell'Aeroporto di Alghero So.Ge.A.AL S.p.A. u diversi trasportaturi tal-ajru li joperaw fl-ajruport ta' Alghero (ĠU L 250, 25.9.2015, p. 38); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2069 tal-1 ta' Ottubru 2014 dwar il-miżuri SA.14093 (C76/2002) li l-Belġju implimenta favur Brussels South Charleroi Airport u Ryanair (ĠU L 325, 30.11.2016, p. 63).
(66) Il-Kawża T-196/04 Ryanair vs Il-Kummissjoni (“Charleroi”) ECLI:EU:T:2008:585, il-punt 59.
(67) Il-Kawża C-482/99 Franza vs Il-Kummissjoni (“ Stardust Marine ”) ECLI:EU:C:2002:3, il-punt 71.
(68) Il-Kawża C-305/89, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Alfa Romeo) ECLI:EU:C:1991:142.
(69) Ir-rapport qabel kien issemma' fit-taqsima 7.3.1.1 rigward il-profittabilità tal-ftehim bejn HL u Infratil.
(70) Ara l-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, il-paragrafu 64.
(71) Ara d-Deċiżjoni (UE) 2015/1226.
(72) Id-Deċiżjoni (UE) 2015/1584.
(73) Rapport ta' Oxera, Economic MEOP assessment: Lübeck airport, l-1 ta' Settembru 2014.
(74) Il-Kawża T-210/02 RENV British Aggregates Association vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2012:110, il-punti 82 u 83; il-Kawżi Magħquda C-106/09 P u C-107/09 P, Il-Kummissjoni u Spanja vs Il-Gvern ta' Ġibiltà u r-Renju Unit, ECLI:EU:C:2011:732, il-punti 74 u 75; il-Kawża C-518/13 Eventech vs The Parking Adjudicator, ECLI:EU:C:2015:9, il-punti 54 u 55.
(75) Il-Kawża C-524/14 P Il-Kummissjoni vs Hansestadt Lübeck ECLI:EU:C:2016:971, il-punt 62.