European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1831

24.7.2026

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1831

tat-23 ta’ Lulju 2026

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/638 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fir-Rumanija

(notifikata bid-dokument C(2026) 5341)

(It-test Rumen biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar hija marda infettiva li taffettwa lill-annimali kaprini u ovini u li jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tal-biedja, u dan jikkawża tfixkil fil-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi. Fil-każ ta’ tifqigħa tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fl-annimali kaprini jew ovini, hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra li jżommu l-annimali kaprini jew ovini.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta fil-każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż l-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar, u ċerti miżuri li jridu jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tkun tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/638 (4) ġiet adottata abbażi tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fir-Rumanija. B’mod iktar speċifiku, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/638 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri li jrid jistabbilixxi dak l-Istat Membru, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, wara tifqigħa ta’ dik il-marda, iridu jinkludu mqar iż-żoni elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(4)

Mill-aħħar emenda tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/638 (5), ir-Rumanija nnotifikat lill-Kummissjoni, fit-13 ta’ Lulju 2026, bi tliet tifqigħat tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fi stabbilimenti fejn jinżammu l-annimali ovini u kaprini, li jinsabu fil-kontej ta’ Mureș u ta’ Timiș. F’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, ir-Rumanija stabbiliet żoni ristretti, li jinkludu żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, fejn jiġu applikati l-miżuri għall-kontroll tal-mard stabbiliti f’dak ir-Regolament Delegat, sabiex jiġi evitat li dik il-marda tkompli tinxtered. Tnejn minn dawk it-tifqigħat il-ġodda jinsabu barra miż-żoni ristretti li kienu diġà stabbiliti bħala riżultat ta’ tifqigħat preċedenti, jiġifieri fil-kontea ta’ Timiș.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li ż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri għar-Rumanija fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/638, kif ukoll id-durata tal-miżuri li japplikaw fihom, jiġu aġġustati biex iqisu t-tifqigħat il-ġodda. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu emendati l-lista taż-żoni ristretti u d-durata tal-miżuri li jridu jiġu applikati fihom, stabbiliti fl-Annessi ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(6)

Id-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni, taż-żoni ta’ sorveljanza, u taż-żoni ristretti ulterjuri, u d-durata tal-miżuri li jridu jiġu applikati fihom, huma bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, kif ukoll fuq ir-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Il-kriterji applikati għall-għażla tad-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni, taż-żoni ta’ sorveljanza u taż-żoni ristretti ulterjuri, u tal-għadd tagħhom, kif ukoll tad-durata tal-miżuri li jridu jiġu applikati fihom, ma jqisux biss is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fiż-żoni affettwati minn dik il-marda, iżda anke s-sitwazzjoni epidemjoloġika kumplessiva tal-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fit-territorju kollu tal-Istat Membru kkonċernat minn dik il-marda, kif ukoll il-livell tar-riskju li l-marda tkompli tinxtered. Barra minn hekk, id-durata tal-miżuri previsti b’din id-Deċiżjoni ġiet iddeterminata f’konformità mal-istandards internazzjonali stipulati fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH) (6).

(7)

Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar, u l-ħtieġa li jiġi evitat li l-marda tkompli tinxtered mir-Rumanija lejn Stati Membri oħra, jenħtieġ li l-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni jibdew japplikaw mill-iktar fis.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/638 huma sostitwiti bit-test stabbilit fl-Annessi ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2026.

Għall-Kummissjoni

Olivér VÁRHELYI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/638 tal-25 ta’ Marzu 2025 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fir-Rumanija u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/525 (ĠU L, 2025/638, 28.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/638/oj).

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1387 tas-17 ta’ Ġunju 2026 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/638 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fir-Rumanija (ĠU L, 2026/1387, 18.6.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1387/oj).

(6)   https://www.woah.org/en/what-we-do/standards/codes-and-manuals/.


ANNESS

“

ANNESS I

Parti A: Żoni ta’ protezzjoni u żoni ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħa kkonfermata

Pajjiż

Żona amministrattiva u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, kif imsemmi fl-Artikolu 1

Data sa meta applikabbli

Ir-Rumanija

Il-Kontea ta’ Mureș

RO-PPR-2026-00001

RO-PPR-2026-00004

Żona ta’ protezzjoni:

Dawk il-partijiet tal-Kontea ta’ Mureș li jinsabu ġo ċirku b’raġġ ta’ 5 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 bil-koordinati Lat. 46.314, Lonġ. 24.578 (2026/1),

Lat. 46.277, Lonġ. 24.612 (2026/4).

23.8.2026

Żona ta’ sorveljanza:

Dawk il-partijiet tal-Kontea ta’ Mureș li jinsabu ġo ċirku b’raġġ ta’ 20 kilometru, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 bil-koordinati

Lat. 46.314, Lonġ. 24.578 (2026/1),

Lat. 46.277, Lonġ. 24.612 (2026/4), għajr iż-żoni li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni.

10.9.2026

Żona ta’ sorveljanza:

Dawk il-partijiet tal-Kontea ta’ Mureș li jinsabu ġo ċirku b’raġġ ta’ 5 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 bil-koordinati Lat. 46.314, Lonġ. 24.578 (2026/1),

Lat. 46.277, Lonġ. 24.612 (2026/4).

24.7.2026 – 10.9.2026

Ir-Rumanija

Il-Kontea ta’ Timiș

RO-PPR-2026-00002

RO-PPR-2026-00003

Żona ta’ protezzjoni:

Dawk il-partijiet tal-Kontea ta’ Timiș li jinsabu ġo ċirku b’raġġ ta’ 5 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 bil-koordinati Lat. 45.555, Lonġ. 20.993 (2026/2),

Lat. 45.967, Lonġ. 20.666 (2026/3).

23.8.2026

Żona ta’ sorveljanza:

Dawk il-partijiet tal-Kontea ta’ Timiș li jinsabu ġo ċirku b’raġġ ta’ 20 kilometru, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 bil-koordinati

Lat. 45.555, Lonġ. 20.993 (2026/2),

Lat. 45.967, Lonġ. 20.666 (2026/3), għajr iż-żoni li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni.

10.9.2026

Żona ta’ sorveljanza:

Dawk il-partijiet tal-Kontea ta’ Timiș li jinsabu ġo ċirku b’raġġ ta’ 5 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 bil-koordinati Lat. 45.555, Lonġ. 20.993 (2026/2),

Lat. 45.967, Lonġ. 20.666 (2026/3).

24.7.2026 – 10.9.2026

Parti B: Żona ristretta ulterjuri

Pajjiż

Żona amministrattiva

Żoni stabbiliti bħala żona ristretta ulterjuri, kif imsemmi fl-Artikolu 1

Data sa meta applikabbli

Ir-Rumanija

Il-Kontea ta’ Mureș

It-territorju kollu tal-Kontea ta’ Mureș għajr iż-żoni inklużi fi kwalunkwe żona ta’ protezzjoni jew ta’ sorveljanza.

10.9.2026

Il-Kontea ta’ Sibiu

It-territorju kollu tal-Kontea ta’ Sibiu għajr iż-żoni inklużi fi kwalunkwe żona ta’ protezzjoni jew ta’ sorveljanza.

10.9.2026

Il-Kontea ta’ Timiș

It-territorju kollu tal-Kontea ta’ Timiș għajr iż-żoni inklużi fi kwalunkwe żona ta’ protezzjoni jew ta’ sorveljanza.

10.9.2026

ANNESS II

Pajjiż

Żona amministrattiva

Żoni msemmijin fl-Artikolu 2

Data sa meta applikabbli

Ir-Rumanija

Il-Kontea ta’ Mureș

It-territorju kollu tal-Kontea ta’ Mureș

11.9.2026–10.10.2026

Il-Kontea ta’ Sibiu

It-territorju kollu tal-Kontea ta’ Sibiu

11.9.2026–10.10.2026

Il-Kontea ta’ Timiș

It-territorju kollu tal-Kontea ta’ Timiș

11.9.2026–10.10.2026

”

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1831/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)