|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2158 |
29.9.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2158
tat-28 ta’ Settembru 2026
dwar l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali tal-blanzuni tal-imsiemer tal-qronfol, taż-żejt essenzjali tal-weraq tas-siġra tal-imsiemer tal-qronfol u tal-frazzjoni b’kontenut għoli ta’ beta-karjofillen taż-żejt essenzjali tal-weraq tas-siġra tal-imsiemer tal-qronfol mis-Syzygium aromaticum (L.) Merr. & L.M. Perry bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi biex jintużaw fin-nutrizzjoni tal-annimali, u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
Is-sustanzi żejt essenzjali tal-blanzuni tal-imsiemer tal-qronfol u żejt essenzjali tal-weraq tas-siġra tal-imsiemer tal-qronfol mis-Syzygium aromaticum (L.) Merr. & L.M. Perry ġew awtorizzati mingħajr limitu ta’ żmien f’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Dawn is-sustanzi wara ddaħħlu fir-Reġistru tal-Addittivi tal-Għalf bħala prodotti eżistenti, f’konformità mal-Artikolu 10(1), il-punt (b), tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali tal-blanzuni tal-imsiemer tal-qronfol, taż-żejt essenzjali tal-weraq tas-siġra tal-imsiemer tal-qronfol u tal-frazzjoni b’kontenut għoli ta’ beta-karjofillen taż-żejt essenzjali tal-weraq tas-siġra tal-imsiemer tal-qronfol (dan tal-aħħar qabel kien inkluż fl-entrata taż-żejt essenzjali tal-weraq tas-siġra tal-imsiemer tal-qronfol) mis-Syzygium aromaticum (L.) Merr. & L.M. Perry bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, bit-talba li l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u fil-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”. Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
L-applikant talab li l-addittivi jiġu awtorizzati wkoll biex jintużaw fl-ilma tax-xorb. Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ma jippermettix l-awtorizzazzjoni ta’ “komposti aromatizzanti” għall-użu fl-ilma tax-xorb. Għalhekk, jenħtieġ li l-użu ta’ dawn l-addittivi fl-ilma tax-xorb ma jiġix permess. |
|
(5) |
Fl-opinjoni tagħha tal-5 ta’ Lulju 2023 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li ż-żejt essenzjali tal-blanzuni tal-imsiemer tal-qronfol, iż-żejt essenzjali tal-weraq tas-siġra tal-imsiemer tal-qronfol u l-frazzjoni b’kontenut għoli ta’ beta-karjofillen taż-żejt essenzjali tal-weraq tas-siġra tal-imsiemer tal-qronfol mis-Syzygium aromaticum (L.) Merr. & L.M. Perry ma huma tal-ebda tħassib għall-ispeċijiet fil-mira tas-simna u huma meqjusa bħala improbabbli ħafna li jikkawżaw effetti negattivi fi kwalunkwe speċi oħra u f’annimali li jgħixu fit-tul u riproduttivi f’ċerti konċentrazzjonijiet massimi speċifikati aktar għal kull speċi. Barra minn hekk, l-Awtorità kkonkludiet li ma ġie identifikat l-ebda tħassib għall-konsumaturi wara l-użu taż-żejt essenzjali tal-blanzuni tal-imsiemer tal-qronfol, taż-żejt essenzjali tal-weraq tas-siġra tal-imsiemer tal-qronfol u tal-frazzjoni b’kontenut għoli ta’ beta-karjofillen taż-żejt essenzjali tal-weraq tas-siġra tal-imsiemer tal-qronfol mis-Syzygium aromaticum (L.) Merr. & L.M. Perry, fil-kundizzjonijiet proposti, u li l-użu tagħhom, fil-kundizzjonijiet proposti, ma huwiex mistenni li joħloq riskju għall-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet li ż-żejt essenzjali tal-blanzuni tal-imsiemer tal-qronfol, iż-żejt essenzjali tal-weraq tas-siġra tal-imsiemer tal-qronfol u l-frazzjoni b’kontenut għoli ta’ beta-karjofillen taż-żejt essenzjali tal-weraq tas-siġra tal-imsiemer tal-qronfol mis-Syzygium aromaticum (L.) Merr. & L.M. Perry jenħtieġ li jitqiesu bħala irritanti għall-ġilda u għall-għajnejn, u bħala sensitizzaturi dermali u respiratorji. L-Awtorità indikat li l-utenti mhux protetti jistgħu jkunu esposti għall-metilewġenol meta jimmaniġġaw l-addittivi u li għalhekk l-esponiment tal-utenti jenħtieġ li jiġi minimizzat biex jitnaqqas dak ir-riskju. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li billi ż-żejt essenzjali tal-blanzuni tal-imsiemer tal-qronfol, iż-żejt essenzjali tal-weraq tas-siġra tal-imsiemer tal-qronfol u l-frazzjoni b’kontenut għoli ta’ beta-karjofillen taż-żejt essenzjali tal-weraq tas-siġra tal-imsiemer tal-qronfol mis-Syzygium aromaticum (L.) Merr. & L.M. Perry huma magħrufa li jagħtu t-togħma lill-ikel u l-funzjoni tagħhom fl-għalf tkun essenzjalment l-istess bħal dik fl-ikel, mhux neċessarju li jingħataw aktar provi tal-effikaċja tagħhom. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf, li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(6) |
Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni tqis li ż-żejt essenzjali tal-blanzuni tal-imsiemer tal-qronfol, iż-żejt essenzjali tal-weraq tas-siġra tal-imsiemer tal-qronfol u l-frazzjoni b’kontenut għoli ta’ beta-karjofillen taż-żejt essenzjali tal-weraq tas-siġra tal-imsiemer tal-qronfol mis-Syzygium aromaticum (L.) Merr. & L.M. Perry jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat l-użu ta’ dawn is-sustanzi kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni tqis li l-preżenza tal-metilewġenol, sustanza ta’ tħassib li tagħmel parti mill-grupp ta’ p-allilalkossibenżeni, fiż-żejt essenzjali tal-blanzuni tal-imsiemer tal-qronfol, fiż-żejt essenzjali tal-weraq tas-siġra tal-imsiemer tal-qronfol u fil-frazzjoni b’kontenut għoli ta’ beta-karjofillen taż-żejt essenzjali tal-weraq tas-siġra tal-imsiemer tal-qronfol mis-Syzygium aromaticum (L.) Merr. & L.M. Perry, teħtieġ li jiġi stabbilit il-kontenut massimu għal dawn l-addittivi tal-għalf fl-għalf komplet. Tqis ukoll li l-użu simultanju taż-żejt essenzjali tal-blanzuni tal-imsiemer tal-qronfol, taż-żejt essenzjali tal-weraq tas-siġra tal-imsiemer tal-qronfol u tal-frazzjoni b’kontenut għoli ta’ beta-karjofillen taż-żejt essenzjali tal-weraq tas-siġra tal-imsiemer tal-qronfol mis-Syzygium aromaticum (L.) Merr. & L.M. Perry ma’ addittivi oħra tal-għalf huwa permess dment li l-kontenut ikkombinat tal-p-allilalkossibenżeni (metilewġenol, estragol, elemiċina, safrol, miristiċina, dillapijol, u apijol) fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost jibqa’ taħt il-kontenut li jirriżulta mill-użu tal-addittiv tal-għalf awtorizzat bl-ogħla kontenut ta’ dawk is-sustanzi fil-kontenut massimu jew fil-kontenut massimu rakkomandat tiegħu għall-ispeċijiet jew il-kategorija tal-annimali rilevanti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hi tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex ikunu evitati l-effetti avversi fuq saħħet l-utenti tal-addittiv. |
|
(7) |
Billi r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jirrikjedux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tas-sustanzi kkonċernati, jixraq li jiġi previst perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom ħalli jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jaqgħu taħt il-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u l-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”, huma awtorizzati bħala addittivi tal-għalf fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali
1. L-addittivi tal-għalf żejt essenzjali tal-blanzuni tal-imsiemer tal-qronfol, żejt essenzjali tal-weraq tas-siġra tal-imsiemer tal-qronfol u frazzjoni b’kontenut għoli ta’ beta-karjofillen taż-żejt essenzjali tal-weraq tas-siġra tal-imsiemer tal-qronfol mis-Syzygium aromaticum (L.) Merr. & L.M. Perry, kif awtorizzati skont id-Direttiva 70/524/KEE u l-premixxeli li fihom dawk l-addittivi, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel id-19 ta’ April 2027 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel id-19 ta’ Ottubru 2026 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom l-addittivi tal-għalf imsemmija fil-paragrafu 1, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel id-19 ta’ Ottubru 2027 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel id-19 ta’ Ottubru 2026 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet ikkonċernati, jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom l-addittivi tal-għalf imsemmija fil-paragrafu 1, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel id-19 ta’ Ottubru 2028 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel id-19 ta’ Ottubru 2026 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet ikkonċernati, jekk ikunu maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1970/524/oj).
(3) EFSA Journal, 2023:21(7):e08183 https://doi.org/10.2903/j.efsa.2023.8183.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem l-addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg ta’ sustanza attiva għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||
|
2b188-eo |
Żejt essenzjali tal-blanzuni tal-imsiemer tal-qronfol |
Kompożizzjoni tal-addittiv Żejt essenzjali miksub mill-blanzuni mnixxfa tas-Syzygium aromaticum (L.) Merr. & L.M. Perry (sinonimu: Eugenia caryophyllata Thunb.) Forma likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Żejt essenzjali tal-blanzuni tal-imsiemer tal-qronfol: Żejt essenzjali, kif definit mill-Kunsill tal-Ewropa (1), miksub mill-blanzuni mnixxfa tas-Syzygium aromaticum (L.) Merr. & L.M. Perry permezz tad-distillazzjoni bil-fwar u l-kondensazzjoni ulterjuri tal-kostitwenti volatili u s-separazzjoni mill-fażi milwiema permezz tad-dekantazzjoni. Numru CAS: 8000-34-8 EINECS: 284-638-7 (2) Numru FEMA: 2323 Numru CoE:188 Speċifikazzjonijiet Ewġenol: 67–85 % β-Karjofillen: 2–16 % Aċetat tal-ewġenil: 5–15 % Estragol: ≤ 0,01 % Metilewġenol: ≤ 0,13 % Metodu analitiku (3) Għad-determinazzjoni tal-ewġenol (markatur fitokimiku) fl-addittiv tal-għalf:
|
Dundjani tas-simna |
— |
— |
43,0 |
|
Id-19 ta’ Ottubru 2036 |
||||||||||
|
Tiġieġ tas-simna u pollam minuri tas-simna |
— |
— |
32,0 |
|||||||||||||||
|
Il-pollam kollu mrobbi għall-bajd jew għat-tnissil |
— |
— |
28,5 |
|||||||||||||||
|
Għasafar ornamentali |
— |
— |
28,5 |
|||||||||||||||
|
Il-pollam kollu għall-bajd jew għat-tnissil |
— |
— |
28,5 |
|||||||||||||||
|
Ħnieżer tas-simna |
— |
— |
50,0 |
|||||||||||||||
|
Ħnieżer tas-simna ta’ Suidae minuri |
— |
— |
50,0 |
|||||||||||||||
|
Ħnienes (mhux miftuma u miftuma) tas-Suidae kollha |
— |
— |
30,5 |
|||||||||||||||
|
Is-Suidae kollha għar-riproduzzjoni |
— |
— |
50,0 |
|||||||||||||||
|
Għoġġiela tas-simna |
6 xhur |
— |
50,0 |
|||||||||||||||
|
Nagħaġ u mogħoż |
— |
— |
50,0 |
|||||||||||||||
|
Bhejjem tal-ifrat tas-simna; ruminanti oħra tas-simna għajr nagħaġ, mogħoż u għoġġiela tas-simna sa 6 xhur; Camelidae tas-simna |
— |
— |
50,0 |
|||||||||||||||
|
Ir-ruminanti l-oħra kollha; il-Camelidae l-oħra kollha |
— |
— |
50,0 |
|||||||||||||||
|
Ekwidi |
— |
— |
50,0 |
|||||||||||||||
|
Leporidae |
— |
— |
30,5 |
|||||||||||||||
|
Salmonidi u ħut bil-pinen minuri |
— |
— |
50,0 |
|||||||||||||||
|
Klieb |
— |
— |
50,0 |
|||||||||||||||
|
Qtates |
— |
— |
25,0 |
|||||||||||||||
|
Ħut ornamentali |
— |
— |
50,0 |
|||||||||||||||
|
Speċijiet u kategoriji oħra |
— |
— |
25,0 |
|||||||||||||||
|
(1) Natural sources of flavourings - Report No. 2 (2007). (2) Jirreferi biss għaż-żejt essenzjali miksub mill-blanzuni mnixxfa tas-Syzygium aromaticum (L.) Merr. & L.M. Perry. (3) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en?prefLang=mt. |
||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem l-addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg ta’ sustanza attiva għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||
|
2b188i-eo |
Żejt essenzjali tal-weraq tas-siġra tal-imsiemer tal-qronfol |
Kompożizzjoni tal-addittiv Żejt essenzjali miksub mill-weraq tas-Syzygium aromaticum (L.) Merr. & L.M. Perry Forma likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Żejt essenzjali tal-weraq tas-siġra tal-imsiemer tal-qronfol: Żejt essenzjali, kif definit mill-Kunsill tal-Ewropa (4), miksub mill-weraq tas-Syzygium aromaticum (L.) Merr. & L.M. Perry permezz tad-distillazzjoni bil-fwar u l-kondensazzjoni ulterjuri tal-kostitwenti volatili u s-separazzjoni mill-fażi milwiema permezz tad-dekantazzjoni. Numru CAS: 8000-34-8 EINECS: 284-638-7 (5) Numru FEMA: 2325 Numru CoE:188 Speċifikazzjonijiet Ewġenol: 80–95 % β-karjofillen: 4–17 % Aċetat tal-ewġenil: ≤ 1 % Estragol: ≤ 0,01 % Metilewġenol: ≤ 0,03 % Metodu analitiku (6) Għad-determinazzjoni tal-ewġenol (markatur fitokimiku) fl-addittiv tal-għalf:
|
Dundjani tas-simna |
— |
— |
48 |
|
Id-19 ta’ Ottubru 2036 |
||||||||||
|
Tiġieġ tas-simna u pollam minuri tas-simna |
— |
— |
36 |
|||||||||||||||
|
Il-pollam kollu mrobbi għall-bajd jew għat-tnissil |
— |
— |
54 |
|||||||||||||||
|
Għasafar ornamentali |
— |
— |
54 |
|||||||||||||||
|
Il-pollam kollu għall-bajd jew għat-tnissil |
— |
— |
54 |
|||||||||||||||
|
Ħnieżer tas-simna |
— |
— |
77 |
|||||||||||||||
|
Ħnieżer tas-simna ta’ Suidae minuri |
— |
— |
65 |
|||||||||||||||
|
Ħnienes (mhux miftuma u miftuma) tas-Suidae kollha |
— |
— |
65 |
|||||||||||||||
|
Is-Suidae kollha għar-riproduzzjoni |
— |
— |
95 |
|||||||||||||||
|
Għoġġiela tas-simna |
6 xhur |
— |
100 |
|||||||||||||||
|
Nagħaġ u mogħoż |
— |
— |
100 |
|||||||||||||||
|
Bhejjem tal-ifrat tas-simna; ruminanti oħra tas-simna għajr nagħaġ, mogħoż u għoġġiela tas-simna sa 6 xhur; Camelidae tas-simna |
— |
— |
100 |
|||||||||||||||
|
Ir-ruminanti l-oħra kollha; il-Camelidae l-oħra kollha |
— |
— |
92 |
|||||||||||||||
|
Ekwidi |
— |
— |
100 |
|||||||||||||||
|
Leporidae |
— |
— |
57 |
|||||||||||||||
|
Salmonidi u ħut bil-pinen minuri |
— |
— |
100 |
|||||||||||||||
|
Klieb |
— |
— |
100 |
|||||||||||||||
|
Qtates |
— |
— |
28 |
|||||||||||||||
|
Ħut ornamentali |
— |
— |
100 |
|||||||||||||||
|
Speċijiet u kategoriji oħra |
— |
— |
28 |
|||||||||||||||
|
(4) Natural sources of flavourings - Report No. 2 (2007). (5) Jirreferi biss għaż-żejt essenzjali miksub mill-weraq tas-Syzygium aromaticum (L.) Merr. & L.M. Perry. (6) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en?prefLang=mt. |
||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem l-addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||
|
mg ta’ sustanza attiva għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||
|
2b188ii-eo |
Frazzjoni b’kontenut għoli ta’ beta-karjofillen taż-żejt essenzjali tal-weraq tas-siġra tal-imsiemer tal-qronfol |
Kompożizzjoni tal-addittiv Żejt essenzjali miksub mill-weraq tas-Syzygium aromaticum (L.) Merr. & L.M. Perry Forma likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Frazzjoni b’kontenut għoli ta’ beta-karjofillen taż-żejt essenzjali tal-weraq tas-siġra tal-imsiemer tal-qronfol: Żejt essenzjali, kif definit mill-Kunsill tal-Ewropa (7), miksub mill-weraq tas-Syzygium aromaticum (L.) Merr. & L.M. Perry permezz tad-distillazzjoni frazzjonali tal-werqa tas-siġra tal-imsiemer tal-qronfol stess. Numru CoE:188 Speċifikazzjonijiet β-karjofillen: 70–90 % Estragol: ≤ 0,01 % Metilewġenol: ≤ 0,06 % Metodu analitiku (8) Għad-determinazzjoni tal-β-Karjofillen (markatur fitokimiku) fl-addittiv tal-għalf: Kromatografija b’fażi gassuża abbinata mad-detezzjoni tal-jonizzazzjoni bi fjamma (GC-FID) (ISO 11024) |
Dundjani tas-simna |
— |
— |
34 |
|
Id-19 ta’ Ottubru 2036 |
||||||||
|
Tiġieġ tas-simna u pollam minuri tas-simna |
— |
— |
26 |
|||||||||||||
|
Il-pollam kollu mrobbi għall-bajd jew għat-tnissil |
— |
— |
38 |
|||||||||||||
|
Għasafar ornamentali |
— |
— |
38 |
|||||||||||||
|
Il-pollam kollu għall-bajd jew għat-tnissil |
— |
— |
38 |
|||||||||||||
|
Ħnieżer tas-simna |
— |
— |
54 |
|||||||||||||
|
Ħnieżer tas-simna ta’ Suidae minuri |
— |
— |
46 |
|||||||||||||
|
Ħnienes (mhux miftuma u miftuma) tas-Suidae kollha |
— |
— |
46 |
|||||||||||||
|
Is-Suidae kollha għar-riproduzzjoni |
— |
— |
67 |
|||||||||||||
|
Għoġġiela tas-simna |
6 xhur |
— |
114 |
|||||||||||||
|
Nagħaġ u mogħoż |
— |
— |
101 |
|||||||||||||
|
Bhejjem tal-ifrat tas-simna; ruminanti oħra tas-simna għajr nagħaġ, mogħoż u għoġġiela tas-simna sa 6 xhur; Camelidae tas-simna |
— |
— |
101 |
|||||||||||||
|
Ir-ruminanti l-oħra kollha; il-Camelidae l-oħra kollha |
— |
— |
65 |
|||||||||||||
|
Ekwidi |
— |
— |
101 |
|||||||||||||
|
Leporidae |
— |
— |
40 |
|||||||||||||
|
Salmonidi u ħut bil-pinen minuri |
— |
— |
112 |
|||||||||||||
|
Klieb |
— |
— |
50 |
|||||||||||||
|
Qtates |
— |
— |
20 |
|||||||||||||
|
Ħut ornamentali |
— |
— |
50 |
|||||||||||||
|
Speċijiet u kategoriji oħra |
— |
— |
20 |
|||||||||||||
|
(7) Natural sources of flavourings - Report No. 2 (2007). (8) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en?prefLang=mt. |
||||||||||||||||
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2158/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)