<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTA.0400268501.case.xml"><NO.CASE>C-291/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CC0291</NO.CELEX><NO.SEQ>0004.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-2687</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-2699</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET SHARPSTON — KAWŻA C-291/09</LEFT><RIGHT>FRANCESCO GUARNIERI &amp; CIE</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Sharpston</HT></P><P>ippreżentati fl-<DATE ISO="20100914">14 ta’ Settembru 2010</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà tat numru ta’ sentenzi fuq jekk regola nazzjonali li titlob li rikorrenti barranin f’proċeduri legali jipprovdu garanzija għall-ħlas ta’ spejjeż (<HT TYPE="ITALIC">cautio judicatum solvi</HT>) tikkonformax mat-Trattat. Din il-kawża ma hijiex tas-soltu għaliex tikkonċerna l-pożizzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz u tqajjem il-kwistjoni dwar jekk, f’dan il-kuntest, il-<HT TYPE="ITALIC">cautio judicatum solvi</HT> tostakolax il-moviment liberu tal-merkanzija.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">It-Trattat KE</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Billi l-proċeduri fil-kawża prinċipali nbdew qabel ma t-Trattat ta’ Lisbona daħal fis-seħħ, nirreferi għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat kif kienu fis-seħħ f’dak iż-żmien. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 KE issa qegħdin fl-Artikolu 18 TFUE; dawk tal-Artikoli 28, 29 u 30 KE fl-Artikoli 34, 35 u 36 TFUE rispettivament, u dawk tal-Artikolu 299 KE fl-Artikolu 52 TUE u l-Artikolu 355 TFUE. Wieħed għandu josserva wkoll li, qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Amsterdam fl-1999, id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 28, 29 u 30 KE kienu jinsabu, b’xi varjazzjonijiet, fl-Artikoli 30, 34 u 36 tat-Trattat KE u jsir riferiment għalihom bħala tali fil-ġurisprudenza preċedenti ċċitata. Ir-riferimenti għall-Komunità fil-ġurisprudenza u l-leġiżlazzjoni preċedenti ovvjament għandhom jiġu interpretati bħala riferimenti għall-Unjoni Ewropea f’dan il-kuntest.</P></NOTE></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT><P>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 12 KE jipprovdi: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Fil-kamp ta’ l-applikazzjoni ta’ dan it-Trattat, u bla ħsara għad-disposizzjonijiet speċjali inklużi hemm kull diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza għandha tiġi projbita.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></P></TXT></NP><?PAGE NO="I-2688"?><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT><P>L-Artikolu 28 KE jipprovdi: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni u kull miżura li għandha effett ekwivalenti għandhom ikunu projbiti bejn l-Istati Membri.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT><P>L-Artikolu 29 KE jipprovdi: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Restrizzjonijiet kwantitattiv[i] fuq l-esportazzjoni u kull miżura li ghandha effett ekwivalenti għandhom ikunu projbiti bejn l-Istati Membri.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 30 KE jipprovdi: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 28 u 29 inklużi m’għandhomx jeskludu projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet dwar l-importazzjoni, esportazzjoni jew transitu meta dawn ikunu ġustifikati abbażi ta’ moralità pubblika, ordni pubbliku, sigurtà pubblika, il-protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja ta’ persuni jew ta’ annimali, jew il-preservazzjoni tal-pjanti, il-protezzjoni tal-patrimonju nazzjonali ta’ valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku jew il-protezzjoni ta’ proprjetà industrijali u kummerċjali. Madankollu dawn il-projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet m’għandhomx jikkostitwixxu la mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja u lanqas restrizzjoni moħbija tal-kummerċ bejn l-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Monako ma huwiex elenkat fl-Artikolu 299 KE bħala wieħed mit-territorji li għalih japplika t-Trattat. Barra minn hekk, b’mod differenti (pereżempju) mir-Repubblika ta’ San Marino<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Ara l-Ftehim fuq il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ San Marino, tas-<DATE ISO="19911216">16 ta’ Diċembru 1991</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="084" PAGE.FIRST="43" DATE.PUB="2002">ĠU 2002 L 84, p. 43</REF.DOC.OJ>)</P></NOTE> ma hemm l-ebda ftehim internazzjonali speċjali ma’ Monako li jirregola r-relazzjonijiet kummerċjali tiegħu mal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kodiċi Doganali tal-Komunità</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE>, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4 p. 307), li issa huwa ssostitwit bl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20080423">23 ta’ April 2008</DATE>, li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="145" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU 2008 L 145, p. 1</REF.DOC.OJ>). Monako ilu parti mit-territorju doganali tal-Komunità Ewropea mill-inqas mill-1968, meta l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1496/68, tas-<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE>, fuq id-definizzjoni tat-territorju doganali tal-Komunità (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="238" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1968">ĠU L 238, p. 1</REF.DOC.OJ>) iddikjara li ċerti territorji (inkluż Monako) li jinsabu barra mit-territorju Komunitarju imma li huma elenkati fl-anness tar-Regolament għandhom jiġu kkunsidrati bħala parti mit-territorju doganali tal-Komunità Ewropea.</P></NOTE> jipprovdi: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>[i]t-territorji li ġejjin li jinsabu barra t-territorju ta’ l-Istati Membri, fid-dawl tal-konvenzjonijiet u t-trattati li huma applikabbli għalihom, għandhom jiġu kkunsidrati bħala parti mit-territorju doganali tal-Komunità: [...] (b) Franza[:] It-territorju tal-Prinċipalità ta’ Monako kif definit fil-Konvenzjoni Doganali ffirmata f’Pariġi fit-<DATE ISO="19630518">18 ta’ Mejju 1963</DATE><QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-2689"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Taħt l-Artikolu 851 tal-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan, ċittadin ta’ pajjiż barrani li jagħti bidu għal proċeduri legali jew li jintervjeni fi proċeduri legali għandu, fuq talba tal-konvenut Belġjan, jipprovdi garanzija għall-ħlas tal-ispejjeż u tad-danni li jirriżultaw mill-proċeduri u li jista’ jiġi ordnat iħallas, ħlief fil-każ ta’ ċittadini ta’ Stati li magħhom teżisti konvenzjoni bilaterali li teżenta ċ-ċittadini tagħhom minn dan l-obbligu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-kawża u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali, Francesco Guarnieri &amp; Cie (iktar ’il quddiem, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Guarnieri<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), hija soċjetà in akkomandita rregolata mid-dritt ta’ Monako, u l-uffiċċju reġistrat tagħha huwa f’Monako. Il-konvenuta, Vandevelde Eddy VOF (iktar ’il quddiem, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Vandevelde<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha fil-Belġju.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Parti terza, Fourcroy NV, għamlet ordni ma’ Vandevelde għal <FT TYPE="NUMBER">21000</FT> tazza u <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> xemgħat żgħar u aċċessorji, fil-kuntest ta’ kampanja promozzjonali għall-bejgħ ta’ fliexken tal-likur <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Mandarine Napoléon<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>. Vandevelde ordnat ix-xemgħat żgħar u t-tazzi mingħand Guarnieri.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Meta rċeviet il-prodotti, Vandevelde rrifjutat li tħallas lil Guarneri filwaqt li allegat li l-kunsinna kienet saret tard wisq, li l-ippakkjar tal-plastik għal iktar minn <FT TYPE="NUMBER">3000</FT> oġġett u 65 % tat-tazzi kienu miksurin, li dawk l-oġġetti li kienu intatti kienu maħmuġin ħafna u li l-istikers promozzjonali li kienu maħsubin sabiex jitwaħħlu mat-tazzi kienu tpoġġew fuq in-naħa żbaljata.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Għaldaqstant Guarnieri fetħet kawża quddiem ir-Rechtbank van Koophandel te Brussel (it-Tribunal kummerċjali ta’ Brussell) fejn talbet il-ħlas ta’ USD <FT TYPE="DECIMAL">51034,98</FT> u EUR <FT TYPE="DECIMAL">16345,27</FT> għall-bilanċ tal-fatturi pendenti għall-oġġetti pprovduti flimkien mal-interessi moratorji. Permezz ta’ kontrotalba, Vandevelde talbet il-ħlas għal danni ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">31530,38</FT> għal danni materjali, flimkien mal-interessi legali, u ta’ EUR 60 000 għal danni minħabba telf ta’ dħul, flimkien mal-interessi legali.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Vandevelde mbagħad talbet, taħt l-Artikolu 851 tal-Kodiċi ġudizzjarju Belġjan, li Guarnieri tiġi ordnata tipprovdi garanzija ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">2500</FT> għall-ħlas tal-ispejjeż.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Guarnieri ssostni li l-ordni li hija tipprovdi garanzija għall-ħlas ta’ spejjeż tmur<?PAGE NO="I-2690"?> kontra l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni u kontra l-Artikoli 28, 29 u 30 KE. Hija ssostni li, minkejja l-fatt li hija stabbilita f’Monako, hija tgawdi mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat fuq il-moviment liberu tal-merkanzija.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tinnota li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jikkonċernaw il-moviment liberu tal-merkanzija japplikaw direttament u għamlet lill-Qorti tal-Ġustizzja din id-domanda preliminari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>L-Artikoli 28, 29 u 30 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, tal-<DATE ISO="19570325">25 ta’ Marzu 1957</DATE>, jipprekludu li rikorrent ta’ nazzjonalità ta’ Monako li jressaq proċeduri legali għall-ħlas ta’ kontijiet maħruġa għall-kunsinna ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>twister-glazen<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> u ta’ xemgħat żgħar u aċċessorji, ikun meħtieġ, fuq talba ta’ konvenut ta’ nazzjonalità Belġjana, jagħti garanzija għall-ħlas ta’ spejjeż u ta’ danni li jirriżultaw mill-proċeduri li huwa jista’ jiġi kkundanat iħallas?<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Il-Gvern Belġjan u l-Kummissjoni ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub. Ma ntalbet li ssir l-ebda seduta u l-ebda waħda ma saret.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>L-oriġini tal-prodotti</P></TI></TITLE><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Il-fatt li Guarnieri hija kumpannija stabbilita taħt id-dritt ta’ Monako u għalhekk hija ċittadin ta’ pajjiż terz ma huwiex ikkontestat. Madankollu, id-digriet tar-rinviju tal-qorti nazzjonali u l-atti tal-proċess tagħha ma jinkludu l-ebda informazzjoni dwar l-oriġini tal-oġġetti inkwistjoni. Il-provenjenza tal-oġġetti hija determinanti għall-evalwazzjoni tal-kwistjoni sostantiva fil-kawża quddiem il-qorti nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Hemm diversi xenarji possibbli dwar l-oriġini tal-prodotti. L-oġġetti setgħu ġew prodotti f’Monako jew (forsi iktar probabbli) ġew importati f’Monako minn pajjiż terz bħat-Tajwan imbagħad mibgħuta minn Monako lejn il-Belġju. Huma setgħu wkoll daħlu fil-Belġju minn Stat Membru ieħor: pereżempju, setgħu ġew prodotti fil-Pajjiżi l-Baxxi jew importati ġewwa l-Pajjiżi l-Baxxi minn pajjiż terz imbagħad esportati minn<?PAGE NO="I-2691"?> hemm lejn il-Belġju<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="19761215">15 ta’ Diċembru 1976</DATE>, Donckerwolcke u Schou, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="41/76" PAGE.ECR="1921" YEAR="1976">41/76, Ġabra p. 1921</REF.DOC.ECR>, punti 14 sa 18), stabbiliet li l-prodotti f’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>moviment liberu<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> fil-Komunità kienu dawk il-prodotti li, ġejjin minn pajjiżi terzi, ikunu ġew importati debitament f’xi wieħed mill-Istati Membri skont it-Trattat. Dawn il-prodotti kienu ġew assimilati definittivament u għalkollox ma’ prodotti li joriġinaw fl-Istati Membri. Għaldaqstant, l-Artikolu 30 tat-Trattat KE japplika mingħajr distinzjoni għall-prodotti li joriġinaw mill-Komunità u għal dawk li tpoġġew f’moviment liberu fi kwalunkwe Stat Membru, irrispettivament minn fejn oriġinaw fil-fatt il-prodotti.</P></NOTE>. Fl-aħħar nett, l-oġġetti setgħu ġew prodotti fil-Belġju nnifsu jew ġew importati direttament fil-Belġju minn pajjiż terz.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Il-provenjenza tal-oġġetti hija kwistjoni ta’ fatt li għandha tiddeċidiha l-qorti nazzjonali. Madankollu, l-analiżi legali tal-kwistjoni legali mqajma mill-qorti tar-rinviju tkun differenti, skont x’risposta tingħata għal din id-domanda fundamentali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Prodotti li joriġinaw f’Monako</P></TI></TITLE><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Jekk l-oġġetti joriġinaw minn Monako, li ma huwiex territorju li għalih japplika t-Trattat taħt l-Artikolu 299 KE, għandu jiġi eżaminat, b’mod preliminari, jekk l-Artikoli 28 u 30 KE japplikawx għall-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Ma hemm l-ebda sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq il-kwistjoni dwar jekk l-oġġetti li joriġinaw minn Monako jgawdux mid-dispożizzjonijiet tal-moviment liberu tat-Trattat. Madankollu, l-Avukat Ġenerali Fennelly indirizza l-kwistjoni fil-konklużjonijiet tiegħu <HT TYPE="ITALIC">Estée Lauder</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20000113">13 ta’ Jannar 2000</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-220/98" PAGE.ECR="I-117" YEAR="2000">C-220/98, Ġabra p. I-117</REF.DOC.ECR>, punti 12 sa 14 tal-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Il-prodott f’dak il-każ (prodott kożmetiku) kien prodott f’Monako u mqassam, minn hemm, fl-Ewropa kollha. Id-domanda magħmula quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kienet jekk l-Artikoli 30 u 36 tat-Trattat KE kif kienu dakinhar u/jew l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kosmetiċi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, tas-<DATE ISO="19760727">27 ta’ Lulju 1976</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 3, p. 285).</P></NOTE> kinux jipprekludu l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali fuq il-kompetizzjoni inġusta li kienet tippermetti l-projbizzjoni tal-importazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ prodott kosmetiku mmanifatturat jew imqassam legalment fi Stat Membru tal-UE għar-raġuni li l-konsumaturi jistgħu jiġu mqarrqin minn ismu u jassumu li kellu effetti dejjiema.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>L-Avukat Ġenerali Fennelly rrikonoxxa li Monaco huwa tassew pajjiż terz, imma kkunsidra li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>peress li l-ebda dritt doganali jew taxxa ta’ effett ekwivalenti ma jista’ jiġi applikat għall-kummerċ bejn Monako u l-Komunità, mal-ewwel daqqa ta’ għajn jidher li l-oġġetti li joriġinaw minn Monako u li jiġu esportati direttament lejn Stat Membru għandhom jiġu ttrattati daqslikieku kienu ta’ oriġini Komunitarja<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Konklużjonijiet fil-kawża Estée Lauder, iċċitati iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punt 12.</P></NOTE>. Wara li eżamina jekk din il-fehma kinitx ġiet imdgħajfa<?PAGE NO="I-2692"?> min-nuqqas ta’ sistema eżawrjenti li tirregola r-relazzjonijiet kummerċjali bejn Monako u l-Komunità, l-Avukat Ġenerali Fennelly kkonkluda: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Nemmen li s-sempliċi fatt li Monako huwa parti mit-territorju doganali tal-Komunità jiġġustifika li l-oġġetti li joriġinaw minn Monako jiġu kkunsidrati li jgawdu mir-regoli fuq il-moviment liberu<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Konklużjonijiet fil-kawża Estée Lauder, iċċitati iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punt 14.</P></NOTE></TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Fis-sentenza <HT TYPE="ITALIC">Estée Lauder,</HT> il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fuq motivi oħrajn u għalhekk ma indirizzatx din il-kwistjoni fl-imsemmija sentenza. Madankollu, insostni b’rispett l-approċċ tal-Avukat Ġenerali Fennelly u naqbel mal-fehma tiegħu li oġġetti li joriġinaw minn Monako, flimkien ma’ oġġetti importati ġewwa Monako minn pajjiż terz u mqegħdin f’ċirkulazzjoni libera hemmhekk<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Dan isegwi loġikament mis-sentenza Donckerwolcke u Schou<HT TYPE="ITALIC">,</HT> iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 5: dawn l-oġġetti, ipotetikament, ġew importati regolarment fit-territorju doganali tal-Komunità u ġew assimilati definittivament u għalkollox mal-oġġetti li joriġinaw minn Monako.</P></NOTE>, għandhom igawdu mid-dispożizzjonijiet tal-libertà ta’ moviment tat-Trattat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Oġġetti li joriġinaw minn Stat Membru ieħor</P></TI></TITLE><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Jekk il-qorti nazzjonali ssib li l-oġġetti joriġinaw minn Stat Membru ieħor, id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 28 KE sa 30 KE naturalment japplikaw. Oġġetti importati fi Stat Membru ieħor minn pajjiż terz u mqegħdin f’ċirkulazzjoni libera hemmhekk igawdu bl-istess mod minn dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Oġġetti li joriġinaw mill-Belġju</P></TI></TITLE><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>B’mod differenti miż-żewġ sitwazzjonijiet ipotetiċi deskritti hawn fuq, jekk l-oġġetti joriġinaw mill-Belġju (jew ġew importati direttament fil-Belġju minn pajjiż terz u mqegħdin għall-ewwel darba f’ċirkulazzjoni libera ġewwa l-Unjoni Ewropea fil-Belġju) id-dispożizzjonijiet tat-Trattat fuq il-moviment liberu tal-merkanzija huma, fil-fehma tiegħi, irrilevanti.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-Qorti tal-Ġustizzja qalet, fis-sentenzi Pistre <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="19970507">7 ta’ Mejju 1997</DATE>, Kawżi magħquda <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-321/94+C-322/94+C-323/94+C-324/94" PAGE.ECR="I-2343" YEAR="1997">C-321/94 sa C-324/94, Ġabra p. I-2343</REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> u Guimont<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20001205">5 ta’ Diċembru 2000</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-448/98" PAGE.ECR="I-10663" YEAR="2000">C-448/98, Ġabra p. I-10663</REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, li rinviji għal deċiżjoni preliminari fi proċeduri fejn il-prodotti u l-partijiet involuti kienu ristretti għal Stat Membru wieħed kienu ammissibbli; u ddeċidiet fuq l-interpretazzjoni ta’ dak li dak iż-żmien kien l-Artikolu 30 tat-Trattat KE. Madankollu, dawn iż-żewġ kawżi kienu jikkonċernaw miżuri nazzjonali li setgħu, tal-inqas potenzjalment, ikollhom effett ovvju fuq il-moviment liberu tal-merkanzija.</TXT></NP><?PAGE NO="I-2693"?><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Fil-kawża Pistre <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, il-leġiżlazzjoni Franċiża kienet tipprojbixxi l-inklużjoni tal-isem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>muntanja<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Monts des Lacaune<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> fuq it-tikketta ta’ prodotti ta’ laħam imsajjar mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti (din l-awtorizzazzjoni dwar l-użu ta’ indikazzjonijiet kienet irriżervata għal żoni muntanjużi). Il-persuni akkużati fil-kawża kienu ċittadini Franċiżi li kienu ġew ipprojbiti milli jipproduċu u jikkummerċjalizzaw il-prodotti ta’ laħam imsajjar tagħhom stess fi Franza. Il-Qorti tal-Ġustizzja qalet li l-Artikolu 28 KE li dak iż-żmien kien l-Artikolu 30 tat-Trattat KE <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>ma jistax jiġi kkunsidrat li ma japplikax sempliċiment għaliex il-fatti kollha tal-każ speċifiku quddiem il-qorti nazzjonali huma ristretti għal Stat Membru wieħed. F’sitwazzjoni bħal din, l-applikazzjoni tal-miżura nazzjonali jista’ jkollha effetti wkoll fuq il-moviment liberu tal-merkanzija bejn l-Istati Membri, partikolarment meta l-miżura inkwistjoni tiffaċilita l-kummerċjalizzazzjoni tal-oġġetti ta’ oriġini domestika għad-detriment ta’ oġġetti importati<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenza Pistre <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 11, punti 44 u 45.</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja qalet ukoll li l-miżura nazzjonali kkontestata kienet tiddiskrimina direttament kontra prodotti importati (għaliex l-isem seta’ japplika biss, fil-prinċipju, għal oġġetti prodotti fi Franza) u ddeċidiet li ma setgħetx tkun iġġustifikata<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenza Pistre <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 11, punti 49 sa 54.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Fil-kawża Guimont, ir-regoli nazzjonali fuq l-ittikkettjar kienu jippenalizzaw l-isem ta’ ġobon prodott fil-pajjiż bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Emmenthal<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> peress li, għalkemm kien jikkonforma taħt aspetti oħrajn mal-ispeċifikazzjoni preskritta fl-imsemmija regoli<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Il-leġiżlazzjoni rilevanti kienet tiddeskrivi l-ġobon Emmenthal kif ġej: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>ġobon iebes, imsajjar, ippressat u mmellaħ fil-wiċċ jew fis-salmura; ta’ kulur bejn l-avorju u l-isfar ċar, b’toqob ta’ daqs bejn ċirasa u ġewża; qoxra iebsa, niexfa, ta’ kulur bejn isfar dehbi u kannella ċar<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</P></NOTE>, huwa kien mingħajr qoxra. Ir-regola nazzjonali kkontestata kienet tapplika mingħajr distinzjoni għall-prodotti importati u domestiċi. Il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat li r-rinviju għal deċiżjoni preliminari kien ammissibbli, għaliex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>tali risposta tista’ tkun utli [għall-qorti tar-rinviju] jekk id-dritt nazzjonali tagħha jkun jeħtieġ, fi proċeduri bħal dawk f’din il-kawża, li produttur nazzjonali għandu jiġi permess li jgawdi l-istess drittijiet bħal dawk li produttur ta’ Stat Membru ieħor ikollu taħt id-dritt Komunitarju fl-istess sitwazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenza Guimont, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 12, punt 23.</P></NOTE>. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja qagħdet attenta li twieġeb id-domanda preliminari biss f’dak li jikkonċerna l-effetti tar-regola kkontestata fuq il-prodotti importati, fejn qalet li f’dak ir-rigward dak li dak iż-żmien kien l-Artikolu 30 kien jipprekludi l-leġiżlazzjoni nazzjonali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Sentenza Guimont, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 12, punti 25 sa 35.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Bil-kontra, f’dan il-każ il-Qorti tal-Ġustizzja qed teżamina dispożizzjoni (<HT TYPE="ITALIC">cautio judicatum solvi</HT>) li tifforma parti mir-regoli tal-Istat Membru fuq il-proċedura ċivili. Il-miżura kkontestata ma tikkonċernax direttament il-kummerċjalizzazzjoni tal-oġġetti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Niżviluppa din l-analiżi iktar ’il quddiem x’ħin neżamina jekk ir-regola kkontestata hijiex miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva: ara l-punti 43 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.</P></NOTE>. L-effett diskriminatorju tagħha huwa marbut man-nazzjonalità tar-rikorrent,<?PAGE NO="I-2694"?> u mhux mal-oriġini tal-oġġetti. Hija tapplika mingħajr distinzjoni għall-prodotti importati u għal dawk domestiċi. Minħabba l-inċertezza dwar l-oriġini eżatta tal-oġġetti, huwa ċar li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tagħti risposta lill-qorti nazzjonali; imma bl-istess mod huwa evidenti li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat fuq il-moviment liberu tal-merkanzija ma japplikawx jekk l-oġġetti inkwistjoni fil-kawża quddiem il-qorti nazzjonali huma ta’ oriġini Belġjana.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Fil-bqija ta’ dawn il-konklużjonijiet, ser nibbaża ruħi fuq l-ipoteżi li l-oġġetti inkwistjoni fil-kawża prinċipali kienu tqiegħdu legalment fis-suq tal-Unjoni Ewropea, imma hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina l-oriġini tagħhom qabel ma tista’ tiddeċiedi fuq l-eżitu tal-kawża.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Applikabbiltà tal-Artikolu 29 KE</P></TI></TITLE><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>It-tieni kwistjoni preliminari hija jekk l-Artikolu 29 KE (li jipprojbixxi restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-esportazzjonijiet) huwiex rilevanti f’din il-kwistjoni. Kemm il-Kummissjoni kif ukoll il-Gvern Belġjan isostnu li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tillimita l-analiżi tagħha għall-Artikoli 28 u 30 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Fil-prinċipju, jekk l-oġġetti li huma s-suġġett ta’ kawża jkunu tqiegħdu f’ċirkulazzjoni libera ġewwa Stat Membru wieħed u sussegwentement qasmu, jew hemm il-ħsieb li jaqsmu, il-fruntiera għal Stat Membru ieħor, ma narax għaliex — u dan jiddependi mill-kundizzjonijiet tal-ftehim kuntrattwali li jagħti lok għall-kawża — l-Artikolu 29 KE ma għandux japplika. Wara kollox, l-esportazzjoni minn Stat Membru A għal Stat Membru B huwa sempliċement in-naħa opposta tal-importazzjoni fi Stat Membru B minn Stat Membru A.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Wara li ngħad dan, huwa ċar li, abbażi tal-fatti ta’ din il-kawża, il-qorti nazzjonali hija kkonċernata bi kwistjoni li tinvolvi oġġetti li qegħdin fl-istess Stat Membru (ll-Belġju) bħall-qorti adita. Jekk jingħad li dawn qasmu fruntiera, il-moviment rilevanti kien importazzjoni fil-Belġju, mhux esportazzjoni mill-Belġju. Huwa għal din ir-raġuni li nikkunsidra li l-Artikoli 28 u 30 KE biss huma rilevanti għall-eżitu tal-kawża prinċipali.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Eżami tas-sustanza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tikkonferma li l-leġiżlazzjoni nazzjonali li teħtieġ il-<HT TYPE="ITALIC">cautio judicatum solvi</HT> taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenzi tal-<DATE ISO="19930701">1 ta’ Lulju 1993</DATE>, Hubbard (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-20/92" PAGE.ECR="I-3777" YEAR="1993">C-20/92, Ġabra p. I-3777</REF.DOC.ECR>) (provvista ta’ servizzi); tas-<DATE ISO="19960926">26 ta’ Settembru 1996</DATE>, Data Delecta u Forsberg (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-43/95" PAGE.ECR="I-4661" YEAR="1996">C-43/95, Ġabra p. I-4661</REF.DOC.ECR>) (provvista ta’ oġġetti); tal-<DATE ISO="19970320">20 ta’ Marzu 1997</DATE>, Hayes (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-323/95" PAGE.ECR="I-1711" YEAR="1997">C-323/95, Ġabra p. I-1711</REF.DOC.ECR>) (provvista ta’ oġġetti); u tat-<DATE ISO="19971002">2 ta’ Ottubru 1997</DATE>, Saldanha u MTS (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-122/96" PAGE.ECR="I-5325" YEAR="1997">C-122/96, Ġabra 1997, p. I-5325</REF.DOC.ECR>) (dritt tal-kumpanniji — protezzjoni tal-interessi tal-azzjonisti)</P></NOTE>. Madankollu, sa issa l-ġurisprudenza<?PAGE NO="I-2695"?> tal-Qorti tal-Ġustizzja rrigwardat rikorrenti f’kawżi prinċipali li kienu ċittadini ta’ Stat Membru, iktar milli rikorrenti li kienu ċittadini ta’ pajjiż terz.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>B’dan il-mod, pereżempju, il-kawża Data Delecta u Forsberg kienet tirrigwarda kumpannija rreġistrata fir-Renju Unit mitluba li tipprovdi garanzija għall-ħlas tal-ispejjeż f’kawża mibdija mill-Isvezja għall-ħlas ta’ oġġetti li hija kienet ikkunsinnat. Il-Qorti tal-Ġustizzja qalet li: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>[m]eta jipprojbixxi <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>kull diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="2019" ID="QE0021"/>, [l-Artikolu 12 KE] jitlob, fl-Istati Membri, ugwaljanza perfetta fit-trattament ta’ persuni li jinsabu f’sitwazzjoni rregolata mid-dritt Komunitarju u ta’ ċittadini tal-Istat Membru inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. Għaldaqstant, hija qieset li l-leġiżlazzjoni Svediża li skontha ċittadini barranin jistgħu jintalbu jipprovdu garanzija għall-ħlas tal-ispejjeż kienet tikkostitwixxi diskriminazzjoni diretta minħabba ċittadinanza<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenza Data Delecta u Forsberg, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 19, punt 16.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Jidhirli li jirriżultaw żewġ fatturi mis-sentenza Data Delecta u Forsberg u minn kawżi simili. L-ewwel nett, il-<HT TYPE="ITALIC">cautio judicatum solvi</HT> hija inkompatibbli mal-Artikolu 12 KE meta tiddistingwi bejn persuni quddiem qorti nazzjonali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>f’sitwazzjoni rregolata mid-dritt Komunitarju<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> fuq il-bażi tan-nazzjonalità, bi żvantaġġ għal dawk li mhumiex ċittadini. It-tieni nett, regola bħal din tippreġudika d-dritt tar-rikorrent li jgawdi l-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat, għaliex il-possibbiltà (meta dan ikun meħtieġ) li jsiru talbiet fi proċeduri legali quddiem il-qorti li jkollha ġurisdizzjoni hija korollarju essenzjali għall-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara f’dan is-sens, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali La Pergola fil-kawża Hayes, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 19, punti 7 sa 9.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Ninnota li l-kwistjoni tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 12 KE ma tqajmitx espressament mill-qorti nazzjonali. Madankollu, fil-fehma tiegħi, din hija rilevanti biex jiġi ddeterminat l-eżitu ta’ din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Biex tiġi invokata l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-<HT TYPE="ITALIC">cautio judicatum solvi</HT>, huwa biżżejjed li l-<HT TYPE="ITALIC">oġġetti</HT> li huma s-suġġett tal-kawża prinċipali jkunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu? Jew <HT TYPE="ITALIC">ir-rikorrent</HT> fil-kawża prinċipali għandu jkun ukoll ċittadin<?PAGE NO="I-2696"?> tal-Unjoni Ewropea jew kumpannija stabbilita fit-territorju tal-Unjoni?</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet reċentement fis-sentenza Vatsouras li għandhom jiġu sodisfatti żewġ kundizzjonijiet biex japplika l-Artikolu 12 KE: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>[d]in id-dispożizzjoni [l-Artikolu 12 KE] tirrigwarda s-sitwazzjonijiet li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt Komunitarju, li fihom ċittadin ta’ Stat Membru jiġi suġġett għal trattament diskriminatorju, meta mqabbel maċ-cittadini ta’ Stat Membru ieħor, biss abbażi tan-nazzjonalità tiegħu, u ma tapplikax fil-każ ta’ eventwali differenza fit-trattament bejn iċ-ċittadini tal-Istati Membri u dawk tal-Istati terzi<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20090604">4 ta’ Ġunju 2009</DATE>, Vatsouras u Koupatantze, Kawżi magħquda <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-22/08+C-23/08" PAGE.ECR="I-4585" YEAR="2009">C-22/08 u C-23/08, Ġabra p. I-4585</REF.DOC.ECR>, punti 51 u 52.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, il-formula fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq il-<HT TYPE="ITALIC">cautio judicatum solvi,</HT> li tirreferi għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>persuni f’sitwazzjoni rregolata mid-dritt Komunitarju<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> għandha tinqara fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Vatsouras. Għalhekk, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali għandu jissodisfa żewġ kundizzjonijiet: l-ewwel nett, li s-sitwazzjoni inkwistjoni taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-UE; it-tieni nett, li r-rikorrent ikun ċittadin ta’ Stat Membru li ġie suġġett għal trattament diskriminatorju.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Billi Guarnieri hija kumpannija stabbilita taħt id-dritt ta’ Monako, jirriżulta li hija ma tistax tistrieħ fuq l-Artikolu 12 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Strettament, dan għandu jkun biżżejjed biex jiġi deċiż il-każ inkwistjoni. Madankollu, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li ċ-ċittadinanza tar-rikorrent hija irrilevanti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 12 KE u/jew tixtieq teżamina din il-kwistjoni iktar fid-dettall fid-dawl tal-Artikoli 28 sa 30 KE, ser nevalwa fil-qosor kif jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet fuq il-moviment liberu tal-merkanzija.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Il-<HT TYPE="ITALIC">cautio judicatum solvi</HT> hija miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva għall-finijiet tal-Artikolu 28 KE?</TXT></NP><?PAGE NO="I-2697"?><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Sa mis-sentenza Dassonville tal-Qorti tal-Ġustizzja, hija ġurisprudenza stabbilita li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>kull leġiżlazzjoni kummerċjali tal-Istati Membri li tista’ tostakola, direttament jew indirettament, attwalment jew potenzjalment, il-kummerċ intra-Komunitarju għandha tiġi kkunsidrata bħala miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="19740711">11 ta’ Lulju 1974</DATE>, Dassonville, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="8/74" PAGE.ECR="837" YEAR="1974">8/74, Ġabra p. 837</REF.DOC.ECR>, punt 5). Għal eżempji ta’ kawżi fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-formalitajiet amministrattivi huma miżuri li għandhom effett ekwivalenti fis-sens tal-Artikolu 28 KE; ara s-sentenzi tas-<DATE ISO="19870617">17 ta’ Ġunju 1987</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="154/85" PAGE.ECR="2717" YEAR="1987">154/85, Ġabra p. 2717</REF.DOC.ECR>, punti 8 sa 12) (dwar rekwiżiti li jirregolaw l-importazzjoni parallela ta’ vetturi); u tal-<DATE ISO="20070315">15 ta’ Marzu 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Finlandja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-54/05" PAGE.ECR="I-2473" YEAR="2007">C-54/05, Ġabra p. I-2473</REF.DOC.ECR>, punti 38 u 39) (dwar sistema ta’ liċenzja ta’ trasferiment applikata biss għall-vetturi importati).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>L-Artikolu 851 tal-Kodiċi ġudizzjarju Belġjan jiddistingwi bejn ċittadini Belġjani u barranin abbażi taċ-ċittadinanza. Dan jeħtieġ li ċittadini barranin jipprovdu garanzija għall-ħlas tal-ispejjeż meta ma jkunx hemm arranġament reċiproku bejn l-Istat ta’ ċittadinanza tagħhom u l-Belġju. Madankollu, fil-fehma tiegħi, din ma hijiex miżura li għandha effett ekwivalenti fis-sens tal-Artikolu 28 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Il-<HT TYPE="ITALIC">cautio judicatum solvi</HT> ma hijiex regola dwar il-kummerċ. Hija tirrigwarda ċ-ċittadinanza tar-rikorrent, mhux l-oriġini tal-oġġetti, u l-għan tagħha ma huwiex biex jiġi rregolat il-kummerċ. Lanqas ma hija kundizzjoni li hija marbuta direttament mal-kunsinna ta’ oġġetti bl-istess mod kif regoli fuq l-ippakkjar jew l-ittikkettjar jistgħu jintużaw biex ikun hemm diskriminazzjoni kontra importazzjonijiet barranin u għalhekk jiġi ostakolat il-moviment liberu. Pjuttost hija regola ta’ proċedura ċivili. L-applikazzjoni tagħha tiddependi minn żewġ affarijiet. L-ewwel nett, għandha tqum kwistjoni wara l-konklużjoni ta’ kuntratt (f’dan il-każ, ta’ kunsinna ta’ oġġetti) li twassal għal kawża quddiem il-qrati Belġjani. It-tieni nett, kull azzjoni bħal din għandha tinvolvi ċittadin Belġjan bħala konvenut li jagħżel li jinvoka l-Artikolu 851 tal-Kodiċi ġudizzjarju Belġjan.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 851 tal-Kodiċi ġudizzjarju Belġjan hija għaldaqstant wisq inċerta u indiretta biex tikkostitwixxi ostakolu għall-moviment liberu tal-merkanzija għall-finijiet tal-Artikolu 28 KE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara, fl-istess sens, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19900307">7 ta’ Marzu 1990</DATE>, Krantz (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-69/88" PAGE.ECR="I-583" YEAR="1990">C-69/88, Ġabra p. I-583</REF.DOC.ECR>, punti 11 u 12); tal-<DATE ISO="19910124">24 ta’ Jannar 1991</DATE>, Alsthom Atlantique (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-339/89" PAGE.ECR="I-107" YEAR="1991">C-339/89, Ġabra p I-107</REF.DOC.ECR>, punti 14 u 15); tat-<DATE ISO="19931013">13 ta’ Ottubru 1993</DATE>, CMC Motorradcenter (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-93/92" PAGE.ECR="I-5009" YEAR="1993">C-93/92, Ġabra p. I-5009</REF.DOC.ECR>, punti 10 sa 13); u tat-<DATE ISO="19990622">22 ta’ Ġunju 1999</DATE>, ED (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-412/97" PAGE.ECR="I-3845" YEAR="1999">C-412/97, Ġabra 1999 p. I-3845</REF.DOC.ECR>, punti 11 u 12).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-2698"?><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ma taqbilx ma’ din il-fehma u tikkunsidra li l-<HT TYPE="ITALIC">cautio judicatum solvi</HT> hija miżura li għandha effett ekwivalenti fis-sens tal-Artikolu 28 KE, ikun meħtieġ li jiġi eżaminat jekk hijiex iġġustifikata minħabba xi waħda mir-raġunijiet ta’ interess pubbliku stabbiliti fl-Artikolu 30 KE. Fir-rigward tal-<HT TYPE="ITALIC">oġġetti</HT> inkwistjoni f’din il-kawża, peress li d-dispożizzjoni nazzjonali ma tiddiskriminax kontra l-prodotti importati meta mqabbla mal-prodotti nazzjonali, hija tista’ wkoll tiġi ġġustifikata permezz ta’ wieħed mir-rekwiżiti imperattivi stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara s-sentenza tal-<DATE ISO="19790220">20 ta’ Frar 1979</DATE>, Rewe-Zentral, 120/78 (imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Cassis de Dijon<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>), Ġabra p. 649, punt 8).</P></NOTE> (fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li ċittadin ta’ Stat terz jista’ wkoll jinvoka l-Artikolu 12 KE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara l-punt 42 iktar ’il fuq.</P></NOTE>, id-dispożizzjoni kkontestata, li tikkostitwixxi diskriminazzjoni manifesta minħabba ċittadinanza, tkun tista’ tiġi ġġustifikata biss permezz tal-Artikolu 30 KE u mhux permezz tal-ġurisprudenza rigward ir-rekwiżiti imperattivi).</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Il-Belġju jsostni li l-għan tal-Artikolu 851 tal-Kodiċi ġudizzjarju Belġjan huwa li tiġi pprovduta ċ-ċertezza legali — biex tiġi ggarantita l-eżekuzzjoni xierqa tas-sentenzi tal-qrati Belġjani. L-għan tad-dispożizzjoni huwa li jiġi żgurat li ċittadini barranin li ma jkunux suġġetti għal ftehim reċiproku ma jevitawx li jħallsu d-danni u l-interessi meta jiġu ordnati jagħmlu hekk mill-qrati Belġjani. Għalhekk, l-għan huwa li ċittadini barranin jitpoġġew f’pożizzjoni simili għal dik ta’ ċittadini Belġjani li naturalment huma suġġetti b’mod sħiħ għall-ġurisidzzjoni tal-qrati nazzjonali tagħhom fir-rigward tal-eżekuzzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Filwaqt li nammetti li dispożizzjoni tad-dritt proċedurali nazzjonali li tirregola l-ħlas ta’ garanzija għall-ispejjeż tista’, fil-prinċipju, titqies li għandha għan ta’ interess ġenerali, kemm jekk għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku, skont l-Artikolu 30 KE, jew għal raġunijiet ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>rekwiżiti imperattivi<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> b’mod konformi mas-sentenza <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Cassis de Dijon<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, madankollu la d-digriet għar-rinviju u lanqas l-osservazzjonijiet bil-miktub ippreżentati mill-Belġju ma jinkludu elementi biżżejjed sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkompli bl-analiżi. Għaldaqtant, nikkunsidra li hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa jekk il-<HT TYPE="ITALIC">cautio judicatum solvi</HT> tistax tiġi ġġustifikata. Fi kwalunkwe eżami ta’ din il-kwistjoni, il-qorti nazzjonali għandha tevalwa jekk id-dispożizzjoni hijiex il-mezz l-inqas restrittiv biex jintlaħaq l-għan mixtieq u jekk hijiex proporzjonata<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara, pereżempju, Il-Kummissjoni vs Il-Finlandja, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 23, punt 38.</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-2699"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet magħmulin iktar ’il fuq, jiena tal-fehma li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tirrispondi kif ġej għad-domanda preliminari magħmula mir-Rechtbank van Koophandel te Brussel:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P>L-Artikolu 28 KE ma jipprekludix li rikorrent li huwa ċittadin ta’ Monako u li jibda proċeduri legali fil-Belġju għall-ħlas ta’ kunsinna ta’ oġġetti jkun meħtieġ, fuq talba ta’ konvenut ta’ ċittadinanza Belġjana, li jipprovdi garanzija għall-ħlas tal-ispejjeż u tad-danni li jirriżultaw mill-proċeduri, u li huwa jista’ jiġi ordnat iħallas.</P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>