1993D0196 — MT — 01.01.2007 — 010.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-5 ta’ Frar 1993 dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet ta’ ekwidi għall-qatla (ĠU L 086, 6.4.1993, p.7) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 187 |
11 |
22.7.1994 |
||
|
L 190 |
9 |
11.8.1995 |
||
|
L 19 |
53 |
25.1.1996 |
||
|
L 19 |
56 |
25.1.1996 |
||
|
L 107 |
1 |
30.4.1996 |
||
|
L 14 |
57 |
17.1.1997 |
||
|
L 43 |
38 |
14.2.2001 |
||
|
L 214 |
49 |
8.8.2001 |
||
|
COMMISSION REGULATION (EC) No 1792/2006 of 23 October 2006 (*) |
L 362 |
1 |
20.12.2006 |
|
Emendat bi:
|
C 241 |
21 |
29.8.1994 |
||
|
L 236 |
33 |
23.9.2003 |
|
(*) |
Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti. |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-5 ta’ Frar 1993
dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet ta’ ekwidi għall-qatla
(93/196/KEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi ( 1 ), kif l-aħħar emendata bir-Direttiva 92/361/KEE ( 2 ), u partikolarment l-Artikolu 15 punt (a), l-Artikoli 16 u 18 tagħha;
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 Ġunju 1991 li tippreskrivi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq l-animali deħlin fil-Komunità u d-Direttivi li jemendaw, 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE ( 3 ), kif ġew emendati l-aħħar bid-Deċiżjoni 92/438/KEE ( 4 ) u partikolarment l-Artikolu 4 tagħha,
Billi bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 79/542/KEE ( 5 ), kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/100/KEE ( 6 ), il-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ ekwidi partikolarment ġiet stabbilita;
Billi huwa wkoll meħtieġ li tiġi kkunsidrata r-reġjonalizzazzjoni ta’ xi pajjiżi terzi li jidhru f’din il-lista, li hija l-materja tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/160/KEE ( 7 ), kif emendata bid-Deċiżjoni 92/161/KEE ( 8 );
Billi l-awtoritajiet veterinarji nazzjonali responsabbli obbligaw ruħhom li javżaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, b’telegramma, telex jew telefax, fi żmien 24 siegħa mill-konferma tal-ġrajja ta’ xi marda infettiva jew li tittieħed fl-ekwidi fil-listi A u B ta’ l-Uffiċċju Internazzjonali ta’ Mardiet Epiżootiċi jew dwar l-adozzjoni ta’ vaċċinazzjoni kontra kwalunkwe minnhom, jew fi żmien xieraq, dwar bidliet fir-regoli nazzjonali dwar l-importazzjoni dwar l-ekwidi;
Billi l-kondizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti għall-importazzjonijiet għall-qatla jgħoddu mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 86/469/KEE ( 9 ) li l-ebda sustanza tireostatika, estroġenika, androġenika jew ġestaġenika ma tintuża għall-għanijiet ta’ simna fl-ekwidi;
Billi saru provvedimenti għaċ-ċertifikazzjoni għal konsenja ta’ ekwidi għall-qatla, sakemm l-annimali huma mmarkati sew u identifikati; billi għalhekk huwa neċessarju illi tiġi stabbilita marka ċara li ma titħassarx għall-ekwidi li ser jinqatlu;
Billi l-kategoriji differenti ta’ ekwidi għandhom il-fattizzi proprji u l-importazzjonijiet tagħhom huma awtorizzati għal raġunijiet differenti; billi, għalhekk għandhom jitwaqqfu rekwiżiti differenti dwar is-saħħa għall-ekwidi li jintbagħtu direttament fil-biċċerija ta’ destinazzjoni, u għall-ekwidi għall-qatla, li jgħaddu min suq jew ċentru ta’ smistament;
Billi l-miżuri li hemm provduti f’din id-Deċizjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterenarju Permanenti,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni 92/160/KEE, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ ekwidi għall-qatla minn pajjiż terz li jidhru fil-Parti I ta’ l-Anness tad-Deċiżjoni 79/542/KEE u li huma mmarkati ċar b’ mod li ma jitħassarx b’ ‘S' ittimbrata taħraq ta’ daqs mhux inqas minn 3 ċm fuq id-difer tas-sieq xellugija ta’ quddiem u
(i) li, jekk mibgħut direttament f’biċċerija biex jinqatel fi żmien ħamest ijiem wara l-wasla fil-biċċerija u mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara l-wasla fil-Komunità, jissoddisfa r-rekwiżiti ta’ l-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni. Iżda, fejn l-ekwidi huma soġġetti għal vjaġġ bil-baħar ta’ aktar minn tmint ijiem, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li dawn l-ekwidi jistgħu jinqatlu fi żmien 21 jum mill-wasla fil-biċċerija, sakemm jibqgħu fil-biċċerija taħt sorveljazzjoni kuljum tal-veterinarju uffiċjali. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dawn il-każijiet; jew
(ii) li, jekk għaddejjin minn suq jew ċentru ta’ smistament qabel ma jinqatlu, jilħqu r-rekwiżiti ta’ l-Anness II.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
L-ANNESS I
DIKJARAZZJONI
L-ANNESS II
DIKJARAZZJONI
( 1 ) ĠU L 224, ta’ l-1.8.1990, p. 42.
( 2 ) ĠU L 157, ta’ l-10.6.1992, p. 28.
( 3 ) ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56.
( 4 ) ĠU L 243, tal-25.8.1992, p. 27.
( 5 ) ĠU L 146, ta’ l-14.6.1979, p. 15.
( 6 ) ĠU L 40, tas-17.2.1993, p. 23.
( 7 ) ĠU L 71, ta’ l-1.3.1992, p. 27.
( 8 ) ĠU L 71, ta’ l-1.3.1992, p. 29.
( 9 ) ĠU L 275, tas-26.9.1986, p. 36.