6.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 266/5


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10243 — HanseWerk/EDF/IPP/earh/Hypion JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 266/05)

1.   

Fit-23 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

HanseWerk AG (“HAW”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn E.ON SE (il-Ġermanja),

—

EDF Deutschland GmbH (il-Ġermanja), sussidjarja ta’ EDF S.A. (“EDF”, Franza),

—

IPP Projects GmbH (“IPP”, il-Ġermanja), sussidjarja ta’ Possel & Koselowske Holding GmbH (il-Ġermanja), parti mill-Grupp IPP (il-Ġermanja),

—

Entwicklungsagentur Region Heide AöR (“EARH”, il-Ġermanja),

—

Hypion GmbH (“Hypion”, il-Ġermanja).

HAW, EDF, IPP u EARH jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Hypion kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

HAW: tħaddem grilji tal-enerġija li jfornu l-elettriċità, il-gass jew is-sħana u toffri soluzzjonijiet tal-enerġija b’enfasi fuq it-tħaddim tal-grilja u l-ġenerazzjoni deċentralizzata tal-enerġija fit-Tramuntana tal-Ġermanja,

—

EDF: il-produzzjoni, il-bejgħ bl-ingrossa, il-kummerċ u l-provvista tal-elettriċità, kif ukoll li tkun attiva fis-swieq tas-servizzi tal-gass u tal-enerġija, fil-kostruzzjoni, fit-tħaddim u fil-manutenzjoni tal-impjanti tal-elettriku u tan-networks tal-enerġija, u fil-provvista tar-riċiklaġġ tal-iskart u tas-servizzi tal-enerġija,

—

IPP: parti minn Grupp li huwa attiv fl-oqsma tal-ippjanar, il-konsultazzjoni, it-tfassil, il-valutazzjoni, il-ġestjoni tal-kostruzzjoni u l-koordinazzjoni tal-proġetti għall-oqsma kollha tal-protezzjoni ambjentali fl-inġinerija tal-kostruzzjoni u tal-proċess,

—

EARH: istituzzjoni taħt il-liġi pubblika Ġermaniża mwaqqfa mill-belt ta’ Heide u 11-il muniċipalità oħra qrib Heide, il-Ġermanja ta’ Fuq li tiżviluppa u timplimenta kunċetti mmirati lejn l-iżvilupp tad-djar, l-ekonomija u l-kummerċ (inkluż il-ħolqien ta’ impjiegi fis-settur tal-enerġija rinnovabbli), il-bejgħ bl-imnut, it-trasport pubbliku, l-edukazzjoni, l-infrastruttura soċjali, il-pajsaġġ u r-rikreazzjoni,

—

Hypion: l-iżvilupp u l-bejgħ ta’ proġetti fil-qasam tal-idroġenu ekoloġiku u gassijiet industrijali oħra prodotti mill-idroġenu ekoloġiku fit-Tramuntana tal-Ġermanja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10243 — HanseWerk/EDF/IPP/EARH/Hypion JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.