|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1377 |
16.7.2025 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1377
tal-15 ta’ Lulju 2025
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti għall-introduzzjoni fis-suq u l-importazzjonijiet ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ prodotti derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali u derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1), il-punt (c), l-Artikolu 18(3), il-punt (a), l-Artikolu 20(11), il-punt (a), l-Artikolu 21(6), il-punti (c) u (d), l-Artikolu 27, il-punt (g), l-Artikolu 41(3), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, u l-Artikolu 42(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (2) jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għar-regoli tas-saħħa pubblika u tal-annimali għall-prodotti sekondarji tal-annimali u għall-prodotti derivati minnhom stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009, inkluż regoli għall-introduzzjoni fis-suq u għall-importazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti minn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
Fid-dawl tat-tifqigħat reċenti tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI, highly pathogenic avian influenza) u l-okkorrenza osservata tal-infezzjoni tal-virus HPAI f’ċerti kategoriji ta’ mammiferi fit-territorju tal-Unjoni, jeħtieġ jiġu stabbiliti miżuri addizzjonali ta’ mitigazzjoni tar-riskju għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid tal-virus HPAI mill-materjali tal-pollam għal speċijiet oħra. Għalhekk, jenħtieġ li r-regoli speċjali dwar it-tagħlif għall-materjali tal-Kategorija 2, stabbiliti fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, jiġu emendati. |
|
(3) |
Il-materjali tal-Kategorija 2 li jinkisbu mill-għasafar li ma nqatlux jew li ma mitux b’riżultat tal-preżenza jew tal-preżenza suspettata ta’ marda li tittieħed mill-bnedmin jew mill-annimali jistgħu jingħalfu lill-annimali tal-pil f’konformità mal-Artikolu 13(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. Il-ħarsa ġenerali lejn l-influwenza avjarja, ippubblikata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (3), (“l-Awtorità”) tissuġġerixxi li l-mutazzjonijiet b’implikazzjonijiet potenzjali għas-saħħa pubblika tal-virus HPAI x’aktarx ifeġġu hekk kif jiġi trażmess lill-mammiferi. Għalhekk, biex jiġi evitat ir-riskju tal-introduzzjoni u tat-tixrid tal-virus HPAI fl-annimali tal-ispeċijiet mammiferi u l-feġġ possibbli ta’ mutazzjonijiet b’implikazzjonijiet potenzjali akbar għas-saħħa tal-annimali u għas-saħħa pubblika fl-Unjoni, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet addizzjonali fejn il-materjali tal-Kategorija 2 jingħalfu lill-annimali mingħajr ma jiġu pproċessati minn qabel. B’mod partikolari, qabel l-awtorizzazzjoni għat-tagħlif tal-materjali tal-Kategorija 2 li jinkisbu mill-għasafar, f’konformità mal-Artikolu 13(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, jenħtieġ li jkun hemm valutazzjoni tar-riskju tal-awtorità kompetenti li tikkonkludi li r-riskju għall-introduzzjoni u t-tixrid tal-virus HPAI fil-livell reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni huwa negliġibbli. Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/2246 (5), jipprojbixxi d-dħul fl-Unjoni ta’ lixkiet għall-kaċċa abbażi tal-awrina derivata miċ-ċervidi. Jenħtieġ li din il-projbizzjoni tkun riflessa fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, kif ukoll fil-Kapitolu 17 tal-Anness XV ta’ dak ir-Regolament. |
|
(5) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jistabbilixxi regoli għall-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ prodotti derivati minnhom. Ix-xama’ tan-naħal ipproċessata bil-kodiċi NM 1521 90 99 maħsuba għall-użu bħala prodotti tekniċi finali, għajr għall-użu fil-produzzjoni tal-għalf, tal-fertilizzanti, tal-imġiebaħ, tal-kożmetiċi, jew tal-farmaċewtiċi, ma tiġix f’kuntatt mal-annimali tar-razzett u ma toħloqx riskju għas-saħħa tal-annimali. Għalhekk, jenħtieġ li din ix-xama’ tan-naħal ipproċessata tiġi inkluża fil-prodotti elenkati fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, li l-importazzjoni tagħhom fl-Unjoni u t-tranżitu minnha ma jkunu soġġetti għall-ebda kundizzjoni tas-saħħa tal-annimali. Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(6) |
Il-Kapitolu IV, it-Taqsima 2, tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jipprevedi lista b’deskrizzjoni dettaljata ta’ metodi alternattivi ta’ proċessar għall-produzzjoni tal-bijodiżil u tal-fjuwils rinnovabbli. Iż-żejt tat-tisjir użat, imsemmi fl-Artikolu 2(2), il-punt (g)(iii), tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jista’ jintuża bħala materjal tal-bidu fil-produzzjoni tal-bijodiżil u tal-fjuwils rinnovabbli. Għalhekk, il-formulazzjoni tal-metodi alternattivi ta’ pproċessar imsemmija fil-Kapitolu IV, it-Taqsima 2, il-punti D, J u L, tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jenħtieġ li tiġi emendata sabiex tiċċara l-użu tal-materjal tal-bidu fil-metodi alternattivi ġodda ta’ pproċessar. |
|
(7) |
Wara applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ metodu alternattiv imressqa mill-Irlanda, kif previst fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, l-Awtorità ppubblikat Opinjoni Xjentifika bit-titolu “Evaluation of an alternative method for production of biodiesel from processed fats derived from Category 1, 2 and 3 animal by-products” (6). |
|
(8) |
Wara applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ metodu alternattiv imressqa mill-Awstrija, kif previst fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, l-Awtorità ppubblikat Opinjoni Xjentifika bit-titolu “Evaluation of the application for new alternative biodiesel production process from rendered fat including Category 1 animal by-products” (7). |
|
(9) |
Skont l-Awtorità, dawn iż-żewġ metodi alternattivi huma metodi alternattivi sikuri biex ix-xaħmijiet ipproċessati u mdewba jiġu pproċessati f’bijodiżil. Għalhekk, dawk iż-żewġ metodi alternattivi ġodda ta’ pproċessar jenħtieġ li jiġu inklużi fil-Kapitolu IV, it-Taqsima 2, tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
(10) |
L-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jistabbilixxi regoli għall-użu u r-rimi ta’ prodotti derivati li jinkisbu b’metodi alternattivi ta’ proċessar. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kapitolu IV, it-Taqsima 3, tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jiġi emendat sabiex jistabbilixxi regoli għall-użu u r-rimi ta’ prodotti derivati minn dawk iż-żewġ metodi alternattivi ġodda ta’ pproċessar. |
|
(11) |
L-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jistabbilixxi r-regoli għall-kompostjar u t-trasformazzjoni tal-bijogass. Dan l-aħħar, il-“frass” kif definit fl-Anness I, il-punt 61, tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 ġie inkluż fil-Kapitolu 1, it-Taqsima 2, tal-Anness XI ta’ dak ir-Regolament sabiex jiġu introdotti parametri sikuri għat-trattament bis-sħana tal-frass. Jeħtieġ ukoll jiġu stabbiliti parametri standard ta’ trasformazzjoni għall-kompostjar jew għat-trasformazzjoni tal-bijogass tal-frass. Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(12) |
Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1925 (8), jinkludi d-dud tal-ħarir (Bombyx mori) fil-lista tal-ispeċijiet ta’ insetti awtorizzati għall-manifattura tal-proteina pproċessata tal-annimali fl-Unjoni, kif stabbilit fl-Anness X, il-Kapitolu II, it-Taqsima 1, tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. Għalhekk, jixraq li titħalla tiġi importata fl-Unjoni l-proteina pproċessata tal-annimali derivata mid-dud tal-ħarir (Bombyx mori). L-Indoneżja ressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni biex tiġi elenkata fl-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 bħala pajjiż terz awtorizzat għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u għat-tranżitu minnha tal-proteina pproċessata tal-annimali li toriġina mill-insetti. Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni fil-fond tal-leġiżlazzjoni veterinarja tal-pajjiż terz applikant u tal-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti tiegħu li jwettqu kontrolli uffiċjali fir-rigward tal-ikel għall-annimali domestiċi li jiġi importat fl-Unjoni. Ġie konkluż li l-awtoritajiet kompetenti tal-Indoneżja jistgħu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tas-saħħa rilevanti għall-importazzjoni ta’ ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali li toriġina mill-insetti. Għalhekk, huwa ġġustifikat li l-Indoneżja tiżdied fil-lista ta’ pajjiżi terzi stabbilita fl-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 li minnhom l-ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi, li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali li toriġina mill-insetti, jista’ jiġi importat fl-Unjoni u jagħmel tranżitu minnha. |
|
(13) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/384 (9) emenda t-Tabella 1 fil-Kapitolu I, it-Taqsima 1, u t-Tabella 2 fil-Kapitolu II, it-Taqsima 2, tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. Dik l-emenda kienet tikkonċerna, fost l-oħrajn, l-allinjament tal-lista tal-pajjiżi terzi awtorizzati għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ prodotti derivati minnhom mal-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ laħam frisk tal-ungulati stabbilita fil-Parti 1 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (10). Madankollu, jidher li matul l-allinjament, il-lista għall-importazzjonijiet ta’ prodotti sekondarji tal-annimali għall-manifattura tal-farmaċewtiċi ġiet stabbilita b’mod inkorrett, u b’riżultat ta’ dan xi pajjiżi terzi ġew elenkati bi żball bħala eliġibbli għall-importazzjonijiet ta’ prodotti sekondarji tal-annimali għall-manifattura tal-prodotti farmaċewtiċi. Dak l-iżball jenħtieġ li jiġi kkoreġut b’formulazzjoni ġdida fil-Kapitolu II, it-Tabella 2, ir-ringiela 14, tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
(14) |
Wara l-introduzzjoni, f’konformità mal-emendi li saru fir-Regolament (UE) Nru 142/2011 b’dan ir-Regolament, ta’ żewġ metodi alternattivi ġodda għall-użu jew għar-rimi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew ta’ prodotti derivati minnhom fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, it-Tabella 2, ir-ringiela 17, il-kolonna “Materja prima (referenza għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009)” fl-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jenħtieġ li tiġi emendata biex tinkludi referenza għal dawk iż-żewġ metodi alternattivi ġodda, sabiex jiġu permessi l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ materja prima għall-manifattura tal-fjuwils rinnovabbli. |
|
(15) |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Ġappun ipprovdew lill-Kummissjoni lista aġġornata tal-esportaturi tagħhom tal-fotoġelatina. It-Tabella 3 li tinsab fil-Kapitolu II, it-Taqsima 11, tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jenħtieġ li tiġi emendata biex tqis dik il-lista aġġornata tal-esportaturi. Għalhekk, jenħtieġ li dak l-Anness jiġi emendat kif xieraq. |
|
(16) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1372 (11), jawtorizza l-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti biex tintuża għat-tagħlif tal-pollam u tal-annimali porċini, għalhekk jenħtieġ li r-rekwiżiti tat-tikkettar għall-konsenji importati jiġu adattati. Wara l-introduzzjoni tad-dud tal-ħarir (Bombyx mori) fil-lista tal-ispeċijiet ta’ insetti awtorizzati għall-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali maħsuba għall-manifattura tal-għalf, jenħtieġ li ċ-ċertifikat tas-saħħa rilevanti jiġi adattat. Iċ-ċertifikat tas-saħħa għall-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija għad-dispaċċ lejn l-Unjoni jew għat-tranżitu minnha, stabbilit fil-Kapitolu 1 A tal-Anness XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, jenħtieġ li jiġi emendat fir-rigward tat-tikkettar meħtieġ u tal-lista tal-ispeċijiet ta’ insetti awtorizzati. |
|
(17) |
Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011, kif emendat bir-Regolament (UE) 2021/1925, jistabbilixxi r-regoli għall-introduzzjoni fis-suq tal-frass ipproċessat. Jixraq li jiġu introdotti rekwiżiti rilevanti għas-saħħa tal-annimali għall-importazzjonijiet tal-frass mill-pajjiżi terzi li tal-inqas huma stretti daqs dawk applikabbli għall-introduzzjoni tal-frass fis-suq tal-Unjoni. Il-projbizzjoni tal-importazzjonijiet tal-lixkiet għall-kaċċa abbażi tal-awrina derivata miċ-ċervidi jenħtieġ li tiddaħħal fiċ-ċertifikat għall-importazzjonijiet tad-demel. Iċ-ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjonijiet tad-demel ipproċessat stabbilit fil-Kapitolu 17 tal-Anness XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jenħtieġ li jiġi emendat biex jiġu permessi wkoll l-importazzjonijiet tal-frass ipproċessat fl-Unjoni u biex jiġu pprojbiti l-importazzjonijiet tal-lixkiet għall-kaċċa abbażi tal-awrina. Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(18) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 142/2011 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(19) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 huwa emendat u kkoreġut kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 13(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Fit-territorju tagħha, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza biss li l-annimali msemmija fl-ewwel subparagrafu jingħalfu materjali mhux ipproċessati tal-Kategorija 2 li jinkisbu mill-għasafar jekk valutazzjoni tar-riskju tal-awtorità kompetenti tikkonkludi li r-riskju tal-introduzzjoni u tat-tixrid tal-virus HPAI fil-livell reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni huwa negliġibbli.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Annessi IV, V, XIV u XV huma emendati f’konformità mal-Parti 1 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament; |
|
(4) |
L-Anness XIV huwa kkoreġut f’konformità mal-Parti 2 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1069/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/142/oj).
(3) Avian influenza overview December 2022 – March 2023 (EFSA Journal 2023;21(3):7917).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/999/oj).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/2246 tal-15 ta’ Novembru 2022 li jemenda l-Annessi VIII u IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-marda tat-tnewwin kroniku fiċ-ċervidi ħajjin (ĠU L 295, 16.11.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2246/oj).
(6) EFSA Journal 2020;18(4):6089.
(7) EFSA Journal 2021;19(4):6511.
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1925 tal-5 ta’ Novembru 2021 li jemenda ċerti Annessi tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tar-rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq ta’ ċerti prodotti tal-insetti u l-adattament ta’ metodu ta’ konteniment (ĠU L 393, 8.11.2021, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1925/oj).
(9) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/384 tal-4 ta’ Marzu 2022 li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tal-adattament tal-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati minnhom (ĠU L 78, 8.3.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/384/oj).
(10) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/404/oj).
(11) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1372 tas-17 ta’ Awwissu 2021 li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-projbizzjoni fuq it-tagħlif ta’ annimali mrobbija li mhumiex ruminanti, għajr l-annimali bil-pil, bi proteina dderivata mill-annimali (ĠU L 295, 18.8.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1372/oj).
ANNESS
PARTI 1
L-emendi tal-Annessi IV, V, XIV u XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011
L-Annessi IV, V, XIV u XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness IV, il-Kapitolu IV huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Anness V, fil-Kapitolu I, fit-Taqsima 1, fil-punt 2, jiżdied il-punt (g) li ġej:
|
|
(3) |
L-Anness XIV huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
L-Anness XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 huwa emendat kif ġej:
|
PARTI 2
Korrezzjoni tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011
Fl-Anness XIV, il-Kapitolu II, it-Taqsima 1, it-Tabella 2, ir-ringiela 14, fil-ħames kolonna bit-titolu “Listi ta’ pajjiżi terzi”, il-punt (b) huwa kkoreġut u sostitwit b’dan li ġej:
|
“(b) |
Fil-każ ta’ prodotti sekondarji tal-annimali għall-manifattura tal-farmaċewtiċi: il-pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness XIII jew fil-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404; u fl-Annessi I, V u VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405. Fil-każ tal-materjal mill-ħut, il-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405.”. |
(*1) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/853/oj).”;”
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1377/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)