European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/458

22.1.2025

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem fis-settur vitivinikulturali, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(C/2025/458)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

NOTIFIKA TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA NORMALI

“Conca de Barberà”

PDO-ES-A1422-AM05

Data tal-komunikazzjoni: 24.10.2024

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   INKLUŻJON TAL-INBID ORANĠJO BĦALA T-TIP TA’ INBID ABJAD.

Deskrizzjoni:

Inklużjoni tal-inbid oranġjo bħala t-tip ta’ nbid abjad, il-produzzjoni u l-karatteristiċi organolettiċi tiegħu.

Il-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 4 tad-Dokument Uniku huma emendati.

Din hija emenda standard peress li ma tinvolvi l-ebda waħda mill-bidliet previsti fl-Artikolu 24(3) tar-REGOLAMENT (UE) 2024/1143 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi. Ma tiżdied l-ebda kategorija, iżda fil-kategorija 1 li diġà tinsab fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, se jiġi introdott tip ġdid ta’ nbid abjad.

Raġunijiet:

Dan huwa tip ta’ produzzjoni tal-i nbid abjad li qabel kien isir fil-Conca de Barberà. Dejjem kienu nbejjed b’ħafna qawwa fil-ħalq, kulur intens u b’qawwa alkoħolika għolja. Dan l-aħħar, u bl-użu ta’ tekniki ta’ produzzjoni ġodda u inqas aggressivi, ġiet introdotta ġenerazzjoni ġdida ta’ dawn l-inbejjed.

Minħabba ż-żieda fil-produzzjoni tal-inbejjed oranġjo fil-ħsad reċenti, u minħabba li l-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Conca de Barberà ma jispeċifikawx b’mod ċar dan it-tip ta’ nbid, dan għandu jiġi inkluż.

2.   INKLUŻJONI TAL-METODU “TAL-ANTENATI” GĦALL-PRODUZZJONI TAl-INBEJJED SPUMANTI TA’ KWALITÀ U SEMIFRIZZANTI.

Deskrizzjoni:

L-inklużjoni tat-tipi ta’ nbid spumanti ta’ kwalità u nbid semifrizzanti, prodotti skont il-metodu “tal-antenati”, l-elaborazzjoni u l-karatteristiċi organolettiċi tagħhom.

Il-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 4 tad-Dokument Uniku huma emendati.

Din hija emenda standard peress li ma tinvolvi l-ebda waħda mill-bidliet previsti fl-Artikolu 24(3) tar-REGOLAMENT (UE) 2024/1143 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi. Ma tiżdied l-ebda kategorija, iżda fil-kategoriji 5 u 8 li diġà jinsabu fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, jiġi introdott tip ġdid prodott b’dan il-metodu.

Raġunijiet:

Bħalissa, l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jirreferi biss għall-produzzjoni tal-inbid spumanti ta’ kwalità skont il-metodu tradizzjonali, iżda f’dawn l-aħħar snin il-fabbriki tal-inbid innovaw u pproduċew nbejjed spumanti skont il-metodu tal-antenati u għalhekk huwa meħtieġ li dawn jiġu inklużi, kif ukoll l-inbid semifrizzanti skont il-metodu tal-antenati.

3.   TITJIB TAD-DESKRIZZJONI ORGANOLETTIKA.

Deskrizzjoni:

Id-deskrizzjonijiet organolettiċi tat-tipi differenti ta’ nbid jitjiebu u kollha jitqiegħdu flimkien f’tabella.

Il-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 4 tad-Dokument Uniku huma emendati.

Din hija emenda standard peress li ma tinvolvi l-ebda waħda mill-bidliet previsti fl-Artikolu 24(3) tar-REGOLAMENT (UE) 2024/1143 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi.

Raġunijiet:

L-għan huwa li tittejjeb id-deskrizzjoni tal-prodott.

4.   KORREZZJONI TAL-IŻBALJI.

Deskrizzjoni:

—

il-qawwa alkoħolika proprja minima tal-inbejjed spumanti ta’ kwalità tiżdied minn 9,5 għal 10 % tal-volum.

—

l-unitajiet taz-zokkor residwu qabel kienu espressi f’gr/l ta’ “glukożju u fruttożju” u issa huma espressi bħala “glukożju, fruttożju u sukrożju, għall-iinbejjed spumanti ta’ kwalità; u ta’ glukożju u fruttożju għall-bqija tal-inbejjed”.

—

ir-referenza għal “Moscatel” titħassar.

—

xi limiti taz-zokkor huma kkoreġuti skont it-tip ta’ nbid spumanti ta’ kwalità.

—

il-possibbiltà li jinħażen l-inbid fiż-żona ta’ prossimità immedjata taż-żona delimitata titħassar. Din l-eċċezzjoni hija limitata għall-produzzjoni u għall-maturazzjoni.

Il-punti 2(2) u 8(4) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punti 4 u 9 tad-Dokument Uniku huma emendati.

Din hija emenda standard peress li ma tinvolvi l-ebda waħda mill-bidliet previsti fl-Artikolu 24(3) tar-REGOLAMENT (UE) 2024/1143 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi.

Raġunijiet:

Qiegħda tittieħed l-opportunità biex isiru dawn il-korrezzjonijiet sabiex it-test ikun konformi mar-regolamenti Komunitarji fis-seħħ. Il-“Moscatel”, mhux użat mill-inbejjed koperti minn din id-DOP.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet

Conca de Barberà

2.   Tip ta’ Indikazzjoni Ġeografika

DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

3.

Inbid likur

5.

Inbid spumanti ta’ kwalità

8.

Inbid semifrizzanti

3.1.   Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda

—

22 – XARBIET, SPIRTI U ĦALL

2204 – Inbid ta’ għeneb frisk, inkluż inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Inbid abjad u rożè

DESKRIZZJONI QASIRA

Abjad:

Dehra viżiva: Il-kulur jista’ jvarja minn sfumaturi sofor fl-aħdar ċari għal dehbi intensi, fi proporzjon mal-grad ta’ maturazzjoni tiegħu u/jew il-produzzjoni f’kuntatt mal-injam li seta’ kellu. Ċar u mhux imċajpar.

Riħa: B’noti tal-frott u/jew tal-fjuri meta jkun żgħir u noti terzjarji possibbli u anke togħmiet mixwijin jew bl-injam meta jkun għadda mill-injam.

Togħma: Fuq il-palat huwa ħafif u frisk, fil-verżjoni tal-inbid li joħroġ mal-ewwel fis-suq, u aktar żejtni u strutturat jekk iffermentat jew immaturat fi btieti.

Abjad Brisado:

Dehra viżiva: Jista’ jkollhom ċertu grad ta’ turbidità tipika tal-proċess ta’ produzzjoni bi sfumaturi li jistgħu jvarjaw minn isfar għal oranġjo.

Riħa: Aromi primarji preżenti fl-inbejjed bojod u noti possibbli ta’ ossidazzjoni, botaniċi, veġetali u/jew erbaċej.

Togħma: Noti morri u/jew tanniċi possibbli li huma tipiċi tal-proċess tal-produzzjoni.

Rożè:

Dehra viżiva: Il-kulur jista’ jvarja minn aħmar intensiv bi sfumaturi li jagħtu fil-vjola u toni tal-ġilda tal-basal, li jgħaddu minn oranġjo intermedju, fi proporzjon mal-grad ta’ maturazzjoni tiegħu u/jew il-produzzjoni f’kuntatt mal-injam li seta’ kellu. Nadif u mhux imċajpar.

Riħa: Frank, b’noti ta’ frott u/jew fjuri meta l-inbid ikun għadu żagħżugħ u b’noti ta’ maturazzjoni terzjarji jew tipiċi possibbli.

Togħma: Kemxejn aċiduż, ibbilanċjat u b’togħma ta’ frott.

*

Diossidu tal-Kubrit massimu: 200 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor < 5 g/l u 250 mg/l jekk akbar minn jew ugwali għal 5 g/l

*

Għal-limiti tal-parametri mhux koperti, għandha tapplika l-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika massima totali(f’% tal-volum): —

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): 10

—

Aċidità totali minima: 3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): 18

—

Kontenut massimu totali ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): —

2.   Inbid aħmar

DESKRIZZJONI QASIRA

Dehra viżiva: Il-kulur jista’ jvarja minn ċirasa intensa b’rimm vjola li jkanġi għal-lewn ir-rubini b’laqtiet okra hekk kif il-grad ta’ maturazzjoni tagħhom jiżdied.

Riħa: Se jippreżenta aromi nodfa u intensi. Siġar tal-frott żgħar u b’noti terzjarji u anke mixwija meta jkunu għaddew mill-injam.

Togħma: Iż-żgħar huma bbilanċjati fl-aċidità u b’persistenza medja jew twila. L-inbejjed iffermentati u/jew immaturati fil-bettija huma intensi, strutturati u għandhom persistenza twila.

*

Diossidu tal-kubrit massimu: 150 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor huwa < 5 g/l u 200 mg/l jekk ikun akbar minn jew ugwali għal 5 g/l

*

Għal-limiti tal-parametri mhux koperti, għandha tapplika l-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika massima totali(f’% tal-volum): —

—

Qawwa alkoħolika proprja minima effettiva (f’% ta’ volum): 10,5

—

Aċidità totali minima: 3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): 20

—

Kontenut massimu totali ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): —

3.   Inbid likur

DESKRIZZJONI QASIRA

Inbejjed likuri (kollha)

Dehra viżiva: Mill-kuluri l-aktar opaki u intensi sal-kuluri li evolvew l-aktar deskritti għall-inbid abjad u aħmar, sa ambra b’riflessjonijiet tar-ram, skont il-livell ta’ maturazzjoni tiegħu.

Inbid likur ħelu naturali:

Riħa: Kemxejn sħun b’aromi ta’ żbib, għasel, frott misjur, bi ħjiel tat-togħma u tal-aroma tal-għeneb.

Togħma: Żejtni u persistenti.

Inbid likur mistela:

Riħa: Kemxejn sħun. Huma nbejjed lixxi u ħelwin, b’aromi ta’ żbib, għasel, frott misjur, bi ħjiel tat-togħma u tal-aroma tal-għeneb.

Togħma: Żejtnija u persistenti b’integrazzjoni tal-alkoħol

*

Diossidu tal-kubrit massimu: 150 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor huwa < 5 g/l u 200 mg/l jekk ikun akbar minn jew ugwali għal 5 g/l

*

Għal-limiti tal-parametri mhux koperti, għandha tapplika l-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): —

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): 15

—

Aċidità totali minima: f’milliekwivalenti għal kull litru

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): 33,33

—

Kontenut massimu totali ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): —

4.   Inbid spumanti ta’ kwalità

DESKRIZZJONI QASIRA

Dehra viżiva: Il-kulur jaqbel ma’ dak deskritt għall-inbid abjad, rożè u aħmar. Iż-żieda fil-każijiet kollha tal-preżenza tal-gass tad-diossidu tal-karbonju.

Riħa: Aromi friski u tal-frott tipiċi tal-varjetajiet li bihom ikunu ġew prodotti.

Togħma: Friski, kremużi u għandhom bilanċ tajjeb bejn il-ħlewwa, l-aċidità u l-alkoħol.

*

Għal-limiti tal-parametri mhux koperti, għandha tapplika l-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): —

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% ta’ volum): 10

—

Aċidità totali minima: 3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): —

—

Kontenut massimu totali ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): 185

5.   Inbid semifrizzanti

DESKRIZZJONI QASIRA

Inbid semifrizzanti:

Dehra viżiva: Il-kulur jaqbel mal-kulur deskritt għall-inbid abjad, ir-rożé u l-inbid aħmar iżda bil-preżenza miżjuda tad-diossidu tal-karbonju.

Riħa: Ċar, tal-frott u/jew tal-fjuri.

Togħma: Ibbilanċjat, frisk u li jikkawża tingiża żgħira minħabba r-rilaxx tad-diossidu tal-karbonju.

Inbid semifrizzanti prodott bil-metodu tal-antenati:

Dehra viżiva: Il-kulur jaqbel mal-kulur deskritt għall-inbid abjad, ir-rożé u l-inbid aħmar iżda bil-preżenza miżjuda tad-diossidu tal-karbonju.

Riħa: Aromi friski u tal-frott tipiċi tal-varjetajiet li bihom ikunu ġew prodotti.

Togħma: Friski u għandhom bilanċ tajjeb bejn il-ħlewwa, l-aċidità u l-alkoħol.

*

Diossidu tal-kubrit massimu: 200 mgI/l (bojod u rożè) u 150 mg/l (ħomor), jekk il-kontenut taz-zokkor ikun < 5 g/l; 250 mg/l (bojod u rożè) u 200 mg/l (ħomor), jekk akbar minn jew ugwali għal 5 g/l.

*

Għal-limiti tal-parametri mhux koperti, għandha tapplika l-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): —

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% ta’ volum): 9

—

Aċidità totali minima: f’milliekwivalenti għal kull litru

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): —

—

Kontenut massimu totali ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): —

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew biex isiru l-inbejjed, u r-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom

Restrizzjoni rilevanti fuq il-vinifikazzjoni

Il-qtugħ se jsir bl-akbar attenzjoni. Se tkun iddedikata esklussivament għall-produzzjoni ta’ nbejjed protetti minn għeneb bil-grad ta’ maturità meħtieġ biex jinkisbu nbejjed b’kontenut ta’ alkoħol naturali ta’ 9 % tal-volum jew aktar. Ir-rendiment ma jistax jaqbeż is-70 litru ta’ most tal-għeneb jew ta’ nbid għal kull 100 kg ta’ qtugħ.

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

12 000 kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru

84 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

Hija magħmula mill-irqajja’ art tal-vinji li jinsabu fil-muniċipalitajiet jew fiż-żoni ġeografiċi li ġejjin: Barberà de la Conca, Blancafort, Conesa, L’Espluga de Francolí, Forès, Montblanc, Pira, Rocafort de Queralt, Sarral, Senan, Solivella, Vallclara, Vilaverd, Vimbodí. Mill-muniċipalità ta’ Vilanova de Prades, il-plott 11, 16, 20, 21 tar-reġistru u r-roqgħa art 23 tal-plott 10 tar-reġistru. Mill-muniċipalità ta’ Cabra del Camp il-plott 1 tar-reġistru, l-irqajja’ art 13, 15, 18, 28, 29, 34, 66 u 77. Il-plott 4 tar-reġistru, l-irqajja’ art 35 u 51. Mill-muniċipalità ta’ Aiguamúrcia, il-plott 35 tar-reġistru, ir-roqgħa art 14; il-plott 36 tar-reġistru, ir-roqgħa art 1, il-plott 41 tar-reġistru, ir-roqgħa art 13.

L-irqajja’ art tal-muniċipalitajiet imsemmija hawn fuq ta’ Cabra del Camp u Aiguamúrica jinsabu barra mil-limiti tad-DOP Conca de Barberà, iżda storikament kienu l-proprjetà tas-sħab tal-fabbrika tal-inbid Agrícola de Barberà de la Conca, SCCL u/jew fornituri ta’ Bodegas Concavins, SA. Għalhekk jistgħu jintużaw fil-produzzjoni tal-inbejjed protetti mid-DOP Conca de Barberà f’każijiet fejn huma jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

—

L-għeneb mill-proprjetajiet imsemmija qabel intużaw fil-fabbriki tal-inbid imsemmija qabel l-1 ta’ Jannar 1989.

—

Din l-awtorizzazzjoni se tibqa’ fis-seħħ sakemm is-sidien tal-vinji msemmija hawn fuq ikunu s-sidien attwali jew id-dixxendenti diretti tagħhom, u tinftiehem bħala awtorizzazzjoni individwali li għandha tiġi vverifikata b’mod individwali

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

AGUDELO - CHENIN BLANC

CABERNET FRANC

CABERNET SAUVIGNON

CHARDONNAY

GARNACHA BLANCA

GARNACHA TINTA

GARRO - MANDO

MACABEO - VIURA

MAZUELA - SAMSÓ

MERLOT

MERSEGUERA - SUMOLL BLANCO

MONASTRELL

MOSCATEL DE ALEJANDRÍA

MOSCATEL DE GRANO MENUDO

PARELLADA

PINOT NOIR

QUEROL

SAUVIGNON BLANC

SUMOLL TINTO

SYRAH

TEMPRANILLO - ULL DE LLEBRE

TREPAT

VIOGNIER

8.   Deskrizzjoni tar-rabtarabtiet

8.1.   Inbid

Il-klima Mediterranja, li hija mmitigata mill-moderatezza tal-kosta ta’ Tarragona, il-kontinentalità tad-distretti madwar Lleida u d-differenza evidenti fit-temperatura bejn il-jum u l-lejl tgħin biex jiġu prodotti nbejjed bojod ħfief ta’ kwalità eċċezzjonali, b’aroma ta’ frott delikata u livelli relattivament baxxi ta’ alkoħol. L-inbejjed rożè huma ħfief, b’togħma ta’ frott u friski minħabba l-aċidità relattivament baxxa tagħhom. L-inbejjed ħomor żgħażagħ huma lixxi, ħfief u jħallu togħma tajba fil-ħalq. L-inbejjed ħomor maturati huma aktar mimlija, u jiksbu kumplessità aromatika kbira u persistenza tajba.

Il-ħamrija magħmula mit-trab ġunġlieni xaħxi u mit-trab ġunġlieni tafli tal-Conca de Barberà tagħti korporatura u struttura lill-inbejjed bojod, rożè u ħomor. L-artijiet imtarrġa tax-xmajjar jagħmlu l-inbejjed bojod u rożè aktar rotob, filwaqt li l-ħamrija tax-shale, bil-lavanja abbundanti tagħha, tagħti lill-inbejjed ħomor aktar kulur u struttura.

8.2.   Inbid spumanti ta’ kwalità u semifrizzanti

L-iktar ħamrija karatteristika tal-Conca de Barberà hija l-lom u din tipprovdi korporatura u struttura kemm għall-inbejjed spumanti kif ukoll għal dawk semifrizzanti. Filwaqt li l-artijiet imtarrġa tax-xmajjar jagħtuhom aktar irtubija.

8.3.   Inbid likur

Il-ħamrija tax-shale tad-distrett tagħti kulur u aktar struttura lill-inbejjed likuri

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni komplementari:

Dispożizzjonijiet addizzjonali tat-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-imballaġġ irid ikun identifikat individwalment bis-siġill stabbilit tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta u b’numru individwali uniku fuq kull pakkett. In-numru huwa assenjat skont il-lott tal-fabbrika tal-inbid fil-ħin tal-imballaġġ.

L-għoli massimu tal-karattri li jintużaw biex jindikaw Conca de Barberà se jkun ta’ 4 mm jew nofs għall-kliem “Denominazzjoni ta’ Oriġini”.

Dan li ġej irid jidher fuq it-tikketta:

—

L-isem tal-muniċipalità msemmija fl-informazzjoni dwar il-bottiljatur jew it-trasportatur.

—

Il-qawwa alkoħolika effettiva skont il-volum espressa f’unitajiet jew f’nofs l-unitajiet tal-perċentwal tagħha skont il-volum, segwita mill-abbrevjazzjoni % tal-volum.

—

Indikazzjoni, fejn applikabbli, tal-preżenza ta’ sulfiti fil-prodott ibbottiljat

—

In-numru ta’ reġistrazzjoni tar-Reġistru tal-bottiljaturi tad-Dipartiment tal-Agrikoltura, il-Bhejjem, is-Sajd, l-Ikel u l-Ambjent.

—

Jekk irid jiġi indikat l-isem jew l-isem tal-kumpanija permezz tal-isem kummerċjali, dan irid jitqiegħed fl-istess kamp viżiv u jrid jiġi rreġistrat, minn qabel, mal-Uffiċċju Spanjol għall-Privattivi u t-Trademarks. Din ir-reġistrazzjoni se tiġi kkomunikata lir-Reġistru tal-Bottiljaturi tad-Dipartiment tal-Agrikoltura, il-Bhejjem, is-Sajd, l-Ikel u l-Ambjent

—

In-numru tal-lott jista’ jitqiegħed barra mill-kamp viżiv fejn jidhru d-dettalji obbligatorji.

—

L-isem ta’ varjetà jekk 85 % tal-għeneb użat għall-produzzjoni tal-inbid ikun minn din il-varjetà,

—

L-isem ta’ mhux aktar minn tliet varjetajiet, dejjem jekk l-inbid inkwistjoni jkun magħmul kompletament minn dawk it-tliet varjetajiet, u dejjem f’ordni dekrexxenti tal-perċentwal fit-taħlita,

—

Jekk ikun hemm aktar minn tliet varjetajiet, dawn jistgħu jissemmew barra mill-kamp viżiv fejn tidher l-informazzjoni obbligatorja u dejjem f’ordni dixxendenti fir-rigward tat-taħlita tagħhom,

—

Is-sena tal-qtugħ, jekk 85 % jew aktar tal-għeneb użat għall-produzzjoni tal-inbid inqata’ fis-sena li trid tiġi ddikjarata fid-deskrizzjoni,

—

Għad-denominazzjonijiet tal-inbejjed bl-isem tal-vitikultur jew tal-proprjetà, l-inbid irid ikun ġej minn vinji mkabbra minn dak il-vitikultur jew irreġistrati għall-proprjetà, u jiġu prodotti biss u esklussivament mill-produzzjonijiet tiegħu stess u fil-proprjetà, rispettivament.

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni komplementari:

Eċċezzjoni għar-rekwiżit tal-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Il-prattika tradizzjonali li tikkonsisti fil-produzzjoni u l-maturazzjoni tal-inbejjed fiż-żona ta’ viċinanza immedjata għaż-żona demarkata hija awtorizzata, sakemm din il-prattika tkun twettqet fil-passat, b’awtorizzazzjoni minn qabel u wara li jiġu studjati ċ-ċirkostanzi rilevanti f’kull każ.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://incavi.gencat.cat/.content/005-normativa/plecs-condicions-do-catalanes/Arxius-plecs/Conca-de-Barbera-modificacio-PC-AM05-2024.pdf


(1)   ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/458/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)