Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba skont l-Artikolu 238 KE, għar-rimbors tal-bilanċ tal-ħlas bil-quddiem magħmul mill-Komunità Europea, flimkien mal-interessi moratorji, fil‑kuntest tal-kuntratt BRST-CT-98-5452, kif ukoll il-ħlas tad-danni.
Dispożittiv
1) Il-B2 Test SA hija kkundannata tirrimborsa lill-Kummissjoni s-somma prinċipali ta’ EUR 43 437. 94, miżjuda bl-interessi moratorji bir-rata legali annwali applikabbli fi Franza, mill-31 ta’ Lulju 2002 sad-data tal-ħlas sħiħ tad‑dejn.
2) Ir-rikors huwa miċħud għall-kumplament.
3) B2 Test hija kkundannata għal-ispejjeż.