Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU III - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI - KAPITOLU II - POLITIKA EKONOMIKA U MONETARJA - Sezzjoni 3 - Disposizzjonijiet istituzzjonali - Artikolu III-193
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0085 - 0085
Artikolu III-193 Għall-kwistjonijiet fil-kamp ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu III-179(4), l-Artikolu III-184 bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 13, l-Artikoli III-191 u III-196, l-Artikolu III-198(3) u l-Artikolu III-326, il-Kunsill jew Stat Membru jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tagħmel rakkomandazzjoni jew proposta, skond il-każ. Il-Kummissjoni għandha teżamina din it-talba u tissottometti l-konklużjonijiet tagħha lill-Kunsill mingħajr dewmien. --------------------------------------------------